EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31997D0684

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni ta’ l-10 ta’ Ottubru 1997 li temenda d-Deċiżjoni 93/195/KEE dwar il-kondizzjonijiet tas-saħħa ta’ l-annimali u ċ-ċertifikazzjoni veterinarja għad-dħul mill-ġdid taż-żwiemel reġistrati għat-tiġrija, kompetizzjoni u avvenimenti kulturali wara l-esportazzjoni temporanjaTest b’relevanza ghall-Ftehim ŻEE

ĠU L 287, 21.10.1997, p. 49–53 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 30/09/2018; Impliċitament imħassar minn 32018R0659

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/1997/684/oj

31997D0684



Official Journal L 287 , 21/10/1997 P. 0049 - 0053


Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

ta’ l-10 ta’ Ottubru 1997

li temenda d-Deċiżjoni 93/195/KEE dwar il-kondizzjonijiet tas-saħħa ta’ l-annimali u ċ-ċertifikazzjoni veterinarja għad-dħul mill-ġdid taż-żwiemel reġistrati għat-tiġrija, kompetizzjoni u avvenimenti kulturali wara l-esportazzjoni temporanja

(Test b’relevanza ghall-Ftehim ŻEE)

(97/684/KE)

Il-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkonsidrat it-Trattat li jistabilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkonsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 90/426/KEE tas-26 ta’ Ġunju 1990 dwar kundizzjoni tas-saħħa ta’ l-annimali li jirregolaw it-tmexxija u l-importazzjoni għall-pajjiżi terzi ta’ l-equidae [1], kif l-aħħar emendata mill-Att ta’ l-Adeżjoni ta’ l-Awtrija, l-Finlandja u l-Iżvezja, u b’mod partikolari l-Artikolu 19 (ii) tagħha,

Billi, skond id-Deċiżjoni tal-Kummisjoni 93/195/KEE [2], kif l-aħħar emendata bid-Deċiżjoni 97/160/KE [3], id-dħul mill-ġdid taż-żwiemel reġistrati għat-tiġrija, kompetizzjoni u avvenimenti kulturali wara esportazzjoni temporanja huwa ristrett għal żwiemel miżmuma għall-inqas minn 30 jum f’pajjiż terz;

Billi sabiex ikun aktar ħafif għaż-żwiemel li joriġinaw fil-Komunità biex jieħdu parti fil-Logħob Olimpiku ta’ Sydney fl-Awstralja fl-2000 jew fl-avvenimenti preparatorji tagħhom, il-perjodu għandu jkun imtawwal għal mhux anqas minn 90 jum;

Billi sabiex jkun aktar ħafif għaż-żwiemel li joriġinaw fil-Komunità biex jieħdu parti fit-Tazza tad-Dinja tat-Tlielaq ta’ Dubaj fl-Emirati Għarab Maqgħuda, dak il-perjodu għandu jkun imtawwal għal mhux anqas minn 90 jum;

Billi l-miżuri li għalihom tipprovdi din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Veterinarju Permanenti,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-Deċiżjoni 93/195/KEE hija emendata kif ġej:

1. It-tielet inċiż ta’ l-Artikolu 1 huwa sostitwit bil-kliem li ġejjin:

"— ikunu ħadu sehem fil-Logħob Olimipiku ta’ Sydney fl-2000 jew il-ġrajjiet preparatorji tagħhom u jilħqu l-ħtiġiet preskritti fiċ-ċertifikat tas-saħħa skond il-mudell stipulat f’ l-Anness III li jinsab ma din id-Deċiżjoni."

2. L-Anness III huwa sostitwit b’ l-Anness I li jinsab ma’ din id-Deċiżjoni.

3. Ir-raba indenti bil-kliem li ġejjin huwa miżjud ma’ l-Artikolu 1:

"— ikun ħadu sehem fit-Tazza tad-Dinja tat-Tlielaq ta’ Dubaj u jilħqu l-ħtiġiet preskritti fiċ-ċertifikat tas-saħħa skond il-mudell stipulat f’L-Anness IV li jinsab ma’ din id-Deċiżjoni."

4. L-Anness II li jinsab ma’ din id-Deċiżjoni huwa miżjud bħala l-Anness IV.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussel, fl-10 ta’Ottubru 1997.

Għall-Kummissjoni

Franz Fischler

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 224, tat-18.8.1990, pg. 42.

[2] ĠU L 86, tas-6.4.1993, pg. 1.

[3] ĠU L 62, ta’ l-4.3.1997, pg. 39.

--------------------------------------------------

L-ANNESS I

"

“L-ANNESS III

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

"

--------------------------------------------------

L-ANNESS II

"

“L-ANNESS IV

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

"

--------------------------------------------------

Top