This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 31996R1749
Commission Regulation (EC) No 1749/96 of 9 September 1996 on initial implementing measures for Council Regulation (EC) No 2494/95 concerning harmonized indices of consumer prices
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1749/96 tad-9 ta' Settembru 1996 dwar miżuri ta' implimentazzjoni inizjali għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2494/95 li jikkonċerna indiċi armonizzati tal-prezzijiet tal-konsumatur
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1749/96 tad-9 ta' Settembru 1996 dwar miżuri ta' implimentazzjoni inizjali għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2494/95 li jikkonċerna indiċi armonizzati tal-prezzijiet tal-konsumatur
ĠU L 229, 10.9.1996, p. 3–10
(ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)
No longer in force, Date of end of validity: 23/08/2020; Imħassar b' 32020R1148
Official Journal L 229 , 10/09/1996 P. 0003 - 0010
Ir-Regolament Tal-Kummissjoni (KE) Nru 1749/96 tad-9 ta' Settembru 1996 dwar miżuri ta' implimentazzjoni inizjali għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2494/95 li jikkonċerna indiċi armonizzati tal-prezzijiet tal-konsumatur IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2494/95 tat-23 t'Ottubru 1995 li jikkonċerna indiċi armonizzati tal-prezzijiet tal-konsumatur [1], u b'mod partikolari l-Artikoli 4 u 5(3) tiegħu, Billi kull Stat Membru hu mitlub li jipproduċi indiċi armonizzat tal-prezzijiet tal-konsumatur (HICP) li jibda bl-indiċi għal Jannar 1997; Billi l-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 2494/95 jeħtieġ li l-iskop tal-HICP ikunu l-oġġetti u s-servizzi disponibbli għax-xiri fit-territorju ekonomiku ta' l-Istat Membru għal raġunijiet ta' sodisfazzjon b'mod dirett tal-ħtiġijiet tal-konsumatur; Billi l-kopertura ta' l-indiċi tal-prezzijiet tal-konsumatur eżistenti li huma pprovduti mill-Istati Membri, pratiċi segwiti għall-inklużjoni ta' oġġetti u servizzi sinifikanti ġodda, proċeduri sabiex jiġu aġġustati l-prezzijiet minħabba tibdil fil-kwalità ta' l-oġġetti pprezzati, metodi sabiex jiġu kombinati prezzijiet sabiex jiġu formati indiċi tal-prezzijiet għal aggregati elementari, jew metodi u prattiċi sabiex jittieħed kampjun u jinkisbu prezzijiet ivarjaw bejn Stati Membri bir-riżultat li l-indiċi tal-prezzijiet tal-konsumatur li jirriżultaw u li jiġu pprovduti mill-Istati Membri jonqsu li jilħqu ir-rekwiżit ta' paragunabilità neċessarju għall-produzzjoni tal-HICP; Billi l-pratika li jintużaw prezzijiet preċedenti bħala sostituti għall-prezzijiet mensili kurrenti tvarja mill-użu tal-prezzijiet miġbura tant illi l-indiċi tal-prezzijiet tal-konsumatur li jirriżultaw u li jiġu pprovduti mill-Istati Membri jonqsu li jilħqu ir-rekwiżit ta' paragunabilità meħtieġa għall-produzzjoni tal-HICP; Billi hu meħtieġ li jiġu inklużi oġġetti u servizzi ġodda sinifikanti fiż-żewġ HICP li l-piż tagħhom hu rrivedut kull sena u dawk li l-piż tagħhom huwa aġġornat anqas spiss; Billi miżuri ta' implimentazzjoni huma neċessarji sabiex tiġi assigurata l-paragunabilità tal-HICP skond l-Artikolu 5(3) tar- Regolament (KE) Nru 2494/95; Billi b'mod konformi ma' l-Artikolu 15 tar-Regolament (KE) Nru 2494/95, il-Kummissjoni (Eurostat) hija mitluba li tissottometti kull rapport lill-Kunsill dwar kemm dawn l-HICP u l-konformità tagħhom huma rekwiżiti ta' paragunabilità ta' min joqgħod fuqhom; Billi l-miżuri previsti f'dan ir-Regolament jaqblu b'mod konformi ma' l-opinjoni tal-Kumitat għall-Programm ta' l-Istatistika (SPC), imwaqqaf bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 89/382/KEE, Euratom [2]; Billi l-Istitut Monetarju Ewropew ġie kkonsultat skond l-Artikolu 5(3) tar-Regolament (KE) Nru 2494/95 u ta' opinjoni pożittiva, ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT: I. DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI L-Artikolu 1 Għan L-għan ta' dan ir-Regolament hu li jiġi stabbilit għall-iskop tal-produzzjoni ta' indiċi armonizzat tal-prezzijiet tal-konsumatur komparabbli (HICP) provdut minn kull Stat Membru: - jiġu koperti inizjalment oġġetti u servizzi kif ukoll pratiċi komparabbli sabiex jiġi aġġornat dak li ġie kopert sabiex jiġu inklużi oġġetti u servizzi sinifikanti ġodda, - livelli minimi għall-proċeduri ta' aġġustament fil-kwalità, - livelli minimi għall-prezzijiet użati, - il-formola għall-kumpilazzjoni ta' indiċi tal-prezzijiet għall-aggregati elementari. L-għan hu wkoll li jiġi assigurat li t-teħid ta' kampjuni tal-prezzijiet huwa tali li l-HICP huma ta' min joqgħod fuqhom b'mod suffiċjenti għall-iskop ta' paragunabilità internazzjonali u sabiex jipprovdu informazzjoni li minnha jiġu stabbiliti livelli minimi għat-teħid ta' kampjuni. L-Artikolu 2 Definizzjonijiet Għall-iskop ta' dan ir-Regolament: (a) Kopertura inizjali ta' oġġetti u servizzi tal-HICP hi definita bħala dawk il-kategoriji ta' erba' figuri u sub-kategoriji speċifikati fil-klassifikazzjoni COICOP/HICP (klassifikazzjoni ta' konsum individwali skond l-għan adottat mill-ħtiġijiet tal-HICP) mogħtija fl-Anness I. (b) Oġġetti u servizzi sinifikanti ġodda huma definiti bħala dawk l-oġġetti u servizzi li tibdil fil-prezzijiet tagħhom mhuwiex inkluż speċifikament fil-HICP ta' kull Stat Membru u n-nefqa stimata tal-konsumaturi li fuqha saret għall-inqas parti waħda minn elf mill-ispiża koperta minn dik tal-HICP. (ċ) Tibdil fil-kwalità jseħħ kull meta l-Istat Membru jiġġudika li tibdil fl-ispeċifikazzjoni irriżulta f'kull differenza sinifikanti fl-utilità lill-konsumatur bejn varjazzjoni ġdida jew mudell ta' kull oġġett jew servizz u kull oġġett jew servizz li kien intgħażel qabel għall-ipprezzar fl-HICP li għalih ġie sostitut. Kull tibdil fil-kwalità ma tiġiex meta jkun hemm reviżjoni komprensiva ta' kampjun tal-HICP. (d) Aġġustament fil-kwalità hi l-proċedura li tħalli kull lok għal tibdil fil-kwalità billi żżid jew tnaqqas il-prezzijiet osservati kurrenti jew li għalihom hemm riferenza minn fattur jew kull ammont ekwivalenti għall-valur ta' dak it-tibdil fil-kwalità. (e) Kampjun immirat hu definit bħala s-sett ta' prezzijiet ta' oġġetti u servizzi li l-Istat Membru jippjana li jikseb għall-produzzjoni tal-HICP minn Jannar 1997 jew jippjana għal kull data sussegwenti sabiex jilħaq il-livelli ta' l-Istati Membri stess jew kull livell Ewropew sabiex joqgħod fuqhom jew għal paragunabilità. (f) Prezz osservat hu prezz li hu fil-fatt ikkonfermat mill-Istati Membri. (g) Prezz stimat hu kull prezz li hu sostitwit għal kull prezz osservat u li huwa bbażat fuq kull proċedura ta' stima xierqa. Prezzijiet li kienu osservati qabel m'għandhomx jitqiesu bħala prezzijiet stimati jekk ma jistgħux jitqiesu bħala estimi xierqa. (h) Prezz tat-tibdil hu prezz osservat għal kull oġġett jew servizz li hu meħud bħala kull sostitut dirett għal oġġett jew servizz il-prezz ta' liema kien fil-kampjun immirat. (i) Indiċi elementari aggregat hu kull indiċi ta' kull prezz aggregat elementari li jinkorpora biss data tal-prezzijiet. (j) Aggregat elementari jirreferi għall-ispiża jew konsum kopert mill-livell l-aktar dettaljat ta' l-istrati tal-HICP u li fihom informazzjoni ta' l-ispiża li hi ta' min joqgħod fuqha mhijiex disponibbli għal skopijiet ta' peżar. (k) It-teħid ta' kampjuni jirreferi għal kull proċedura fil-kostruzzjoni tal-HICP meta kull subgrupp tal-popolazzjoni tal-prezzijiet li l-konsumaturi jħabbtu wiċċhom magħhom hu użat sabiex jiġi stimat it-tibdil fil-prezz għal kull kategorija ta' l-oġġetti u s-servizzi koperti mill-HICP. (l) L-affidabilità għandha tiġi stimata skond "il-preċiżjoni" li tirreferi għall-iskala ta' żball fit-teħid ta' kampjuni u "rappreżentazzjoni" li tirreferi għan-nuqqas ta' preġudizzju. II. MIŻURI LI JIŻGURAW LI L-HICP HUMA KOMPARABBLI, TA' MIN JOQGĦOD FUQHOM U RELEVANTI L-Artikolu 3 Kopertura inizjali L-HICP li jinkludu indiċi tal-prezzijiet u l-piżijiet għal kull kategorija mogħtija fl-Anness I li jkopru aktar minn parti waħda f'elf ta' l-ispiża totali koperta minn dawn il-kategoriji kollha, għandhom jitqiesu li huma komparabbli. L-Artikolu 4 Oġġetti u servizzi sinifikanti ġodda L-Istati Membri għandhom: (a) b'mod sistematiku jfittxu li jidentifikaw oġġetti u servizzi sinifikanti ġodda u (b) jiċċekkjaw il-valur ta' oġġetti u servizzi rappurtati li huma sinifikattivi ġodda fi Stati Membri oħra. L-HICP għandu jiġi miġbur b'mod li jkopri it-tibdiliet fil-prezz ta' kull oġġett jew servizz sinifikattiv ġdid, fejn l-oġġett jew is-servizz ġie stimat bħala wieħed li jkopri d-definizzjoni fl-Artikolu 2(b). Dan għandu jsir fi żmien 12-il xahar mill-identifikazzjoni tagħhom jew billi jiġu aġġustati l-piżijiet ta' jew ġol-kategorija relevanti tal-klassifikazzjoni tal-COICOP/HICP mogħtija fl-Anness I ta' dan ir-Regolament jew billi jiġi assenjat parti mill-piż speċifikament lill-oġġett jew servizz sinifikattiv ġdid. L-Artikolu 5 Livelli minimi għall-proċeduri ta' aġġustament fil-kwalità 1. Diversi HICP li għalihom aġġustamenti ta' kwalità xierqa huma magħmula għandhom jitqiesu li jkunu komparabbli. Meta jsiru tibdiliet fil-kwalità, l-Istati Membri għandhom joħolqu indiċi tal-prezzijiet billi jagħmlu aġġustamenti fil-kwalità xierqa bbażati fuq estimi espliċiti tal-valur tat-tibdil fil-kwalità. Fin-nuqqas ta' estimi nazzjonali, l-Istati Membri għandhom jużaw estimi bbażati fuq informazzjoni provduta mill-Kummissjoni (Eurostat) meta dawn huma disponibbli u rilevanti. 2. Meta m'hemmx estimi disponibbli, bidliet fil-prezz għandhom ikunu kalkulati bħala d-differenza bejn il-prezz tas-sostitut magħżul u dak ta' l-oġġett li ssostitwixxa. Fl-ebda ħin m'għandu kull tibdil fil-kwalità tiġi stimata bħala d-differenza sħiħa fil-prezz bejn iż-żewġ oġġetti, kemm-il darba din ma tistax tiġi ġġustifikata bħala kull stima xierqa. Meta għandhom jsiru sostituzzjonijiet wara li oġġetti u servizzi ikunu ġew offruti bi prezzijiet imraħħsa, dawk is-sostituti għandhom jintagħżlu b'mod konformi max-xebħ ta' l-użu tagħhom għall-konsumatur u mhux skond ix-xebħ fil-prezz. L-Artikolu 6 Livelli minimi għall-prezzijiet 1. L-Istati Membri għandhom jipproduċu HICPs billi jużaw il-prezzijiet osservati tal-kampjun immirat. (a) Meta il-kampjun immirat jeħtieġ osservazzjoni kull xahar, iżda jkun hemm nuqqas ta' osservazzjoni minħabba in-nuqqas ta' kull oġġett jew għal kull raġuni oħra, prezzijiet stimati jistgħu jintużaw għall-ewwel jew it-tieni xahar iżda prezzijiet ta' sostituzzjoni għandhom jintużaw mit-tielet xahar. (b) Meta, b'mod eċċezzjonali, il-kampjun immirat jirrikjedi osservazzjonijet inqas frekwenti minn mensili, prezzijiet stimati għandhom jintużaw għal dawk ix-xhur fejn prezzijiet ta' osservazzjoni mhumiex meħtieġa. Prezzijiet stimati jistgħu jintużaw ukoll fl-ewwel okkażjoni meta ma jkunx hemm osservazzjoni tal-prezz. Meta ma jkunx hemm osservazzjoni għat-tieni darba konsekuttiva, prezzijiet ta' sostituzzjoni għandhom jintużaw. 2. Meta, fiċ-ċirkustanzi li għalihom saret referenza f'dan l-Artikolu, prezzijiet ta' sostituzzjoni ma jkunux disponibbli, prezzijiet stimati jistgħu jibqgħu jintużaw, kemm-il darba l-użu tagħhom hu limitat għal kull livell adatt sabiex tinkiseb paragunabilità. L-Artikolu 7 Indiċi tal-prezzijiet għal aggregati elementari L-HICP għandhom jinġabru billi tintuża waħda miż-zewg formoli mogħtija fil-paragrafu 1 ta' l-Anness II għal dan ir-Regolament jew kull formola komparabbli alternattiva li ma tirriżultax f'kull indiċi li huwa differenti b'mod sistematiku minn kull indiċi miġbur permezz ta' waħda mill-formoli mogħtija b'aktar minn parti waħda minn għaxra ta' punt wieħed persentaġġ fuq medja ta' sena meta mqabbla mas-sena ta' qabel. L-Artikolu 8 Livelli minimi għall-kampjuni HICPs li huma maħluqa minn kampjuni mmirati li, għal kull kategorija ta' COICOP/HICP u meta jittieħed inkonsiderazzjoni il-piż tal-kategorija, għandhom aggregati elementari suffiċjenti sabiex jirrappreżentaw id-diversità ta' l-oġġetti fil-kategorija u prezzijiet suffiċjenti f'kull aggregat elementari sabiex tittieħed inkonsiderazzjoni il-varjazzjoni fil-prezzijiet fil-popolazzjoni għandhom jitqiesu bħala ta' min joqgħod fuqhom u komparabbli. L-Artikolu 9 Kontroll tal-kwalità L-Istati Membri għandhom: (a) jipprovdu lill-Kummissjoni (Eurostat) fuq talba tagħha b'informazzjoni dwar in-nefqa ta' kull esklużjoni li mhumiex koperti, ddikjarat bħala proporzjon ta' l-ispiża totali koperta mill-HICP suffiċjenti sabiex tiġi evalwata l-konformità ma' dan ir-Regolament; (b) jirrapurtaw lill-Kummissjoni (Eurostat) oġġetti u servizzi ġodda sinifikanti meta jkunu identifikati u, jekk meħtieġ, il-bażi għan-nuqqas ta' inklużjoni ta' kull oġġett jew servizz sinifikanti ġdid suffiċjenti sabiex tiġi evalwata il-konformità ma' dan ir-Regolament; (ċ) jissorveljaw l-inċidenza ta' bidiliet fil-kwalità u l-aġġustamenti magħmula b'mod suffiċjenti sabiex juru konformità ma' dan ir-Regolament u għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni (Eurostat) fuq talba tagħha b'din l-informazzjoni; (d) iwaqqfu u jżommu kull prospett ċar tal-kampjun immirat u għandhom jagħmlu kontrolli ta' osservazzjoni tal-prezz u estimi tal-prezzijiet suffiċjenti sabiex jiżguraw il-konformità ma' dan ir-Regolament. Huma għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni (Eurostat) fuq talba tagħha b' din l-informazzjoni sabiex tiġi evalwata u assigurata il-konformità; (e) meta tiġi użata kull formola li hi differenti mill-formoli mogħtija fil-paragrafu 1 ta' l-Anness II għal dan ir-Regolament, jipprovdu lill-Kummissjoni (Eurostat) fuq talba tagħha b'informazzjoni dwar l-effetti li tiġi użata dik il-formola alternattiva għal perijodi magħżula u aggregati elimentari magħżula suffiċjenti sabiex tiġi evalwata l-konformità ma' dan ir-Regolament; (f) jipprovdu lill-Kummissjoni (Eurostat) fuq talba tagħha b'dettalji tal-kampjuni mmirati suffiċjenti sabiex tiġi evalwata l-konformità ma' dan ir-Regolament u statistika sommarja tar-rappreżentattività u l-preċiżjoni tal-kampjuni suffiċjenti għall-Kummissjoni (Eurostat) sabiex tagħmel proposti għal livelli minimi ta' standards għat-teħid ta' kampjuni għall-inklużjoni fir-Reviżjoni tal-HICP meħtieġa taħt l-Artikolu 15 tar-Regolament (KE) Nru 2494/95 li għandha ssir f'Ottubru 1997. III. DISPOŻIZZJONIET FINALI L-Artikolu 10 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 ġurnata wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussel, fid-9 ta' Settembru 1996. Għall-Kummissjoni Yves-Thibault De Silguy Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 257, tas-27.10.1995, p. 1. [2] ĠU L 181, tat-28.6.1989, p. 47. -------------------------------------------------- L-ANNESS I Il-varjetà inizjali ta' oġġetti u servizzi tal-HICP għandha tinkludi il-kategoriji u s-sotto-kategoriji li ġejjin: Kodiċi | Intestatura COICOP/HICP | 01. | IKEL U XORB MHUX ALKOĦOLIKU | 01.1. | Ikel | 01.1.1 | Ħobż u Ċereali | 01.1.2 | Laħam | 01.1.3 | Ħut | 01.1.4 | Ħalib, ġobon u bajd | 01.1.5 | Żjut u xaħmijiet | 01.1.6 | Frott | 01.1.7 | Ħaxix inkluż patata u tuberi oħra | 01.1.8 | Zokkor, ġamm, għasel, xiroppi, ċikkulata u ħelu | 01.1.9 | Prodotti ta' l-ikel m.i.b. | 01.2 | Xorb mhux alkoħoliku | 01.2.1 | Kafé, te u kawkaw | 01.2.2 | Ilma minerali, soft drinks, u juices | 02. | XORB ALKOĦOLIKU U TABAKK | 02.1 | Xorb alkoħoliku | 02.1.1. | Spirti | 02.1.2 | Inbid | 02.1.3 | Birra | 02.1.4 | Tabakk | 02.1.5 | Tabakk | 03. | ĦWEJJEG U ŻRABEN | 03.1 | Ħwejjeġ | 03.1.1 | Materjal tal-ħwejjeġ | 03.1.2 | Ilbiesi | 03.1.3 | Oġġetti oħra ta' l-ilbies u aċċessorji ta' l-ilbies | 03.1.4 | Dry cleaning, tiswija u kiri tal-ħwejjeġ | 03.2 | Żraben | 03.2.1 | Żraben u lbies ieħor tas-saqajn | 03.2.2 | Manutenzjoni, tiswija u kiri taż-żraben | 04. | ABITAZZJONI, ILMA, DAWL, GASS U KARBURANTI OĦRA | 04.1 | Kiri attwali ta' djar | 04.1.1 | Kirjiet attwali mħallsin mill-inkwilini | 04.1.2 | Kirjiet attwali oħrajn | 04.3 | Mantenuzzjoni u tiswijiet regolari ta' l-abitazzjoni | 04.3.1 | Prodotti għall-mantenuzjoni u tiswija regolari ta' l-abitazzjoni | 04.3.2 | Servizzi għall-manutenzjoni u tiswija regolari ta' l-abitazzjoni | 04.4 | Servizzi oħra relatati ma' l-abitazzjoni | 04.4.1A | Ġbir ta' l-iskart — il-konsumatur iħallas skond il-konsum | 04.4.2A | Servizzi tad-drenaġġ- il-konsumatur iħallas skond il-konsum | 04.4.3A | Ilma — il-konsumatur iħallas skond il-konsum | 04.4.4 | Servizzi oħra relatati mal-abitazzjoni m.i.b. | 04.5 | Dawl, gass u karburanti oħra | 04.5.1 | Dawl | 04.5.2 | Gass | 04.5.3 | Karburanti likwidi | 04.5.4 | Karburanti solidi | 04.5.5 | Ilma sħun, fwar ta' l-ilma, silġ | 05. | GĦAMARA, TAGĦMIR TAD-DAR U MANUTENZJONI ORDINARJA TAD-DAR | 05.1 | Għamara, tagħmir u dekorazzjonijiet, twapet, u koperturi oħra ta' l-art u tiswijiet | 05.5.1 | Għamara u tagħmir | 05.1.2 | Twapet u koperturi oħra ta' l-art | 05.1.3 | Tiswijiet ta' għamara, tagħmir u koperturi ta' l-art | 05.2 | Tessuti tad-dar | 05.2.1 | Tessuti tad-dar | 05.3 | Tagħmir tas-sħana u tisjir, friġġijiet, makni tal-ħasil u kull tagħmir ieħor kbir tad-dar, inkluż fittings u tiswijiet | 05.3.1 | Tagħmir kbir tad-dar, kemm jekk ta' l-elettriku kif ukoll jekk le | 05.3.2 | Tagħmir żgħir ta' l-elettriku tad-dar | 05.3.3 | Tiswija ta' tagħmir tad-dar | 05.4 | Oġġetti tal-ħġieġ, tal-mejda u għodda tad-dar | 05.4.1 | Oġġetti tal-ħġieġ, tal-mejda u għodda tad-dar | 05.5 | Għodda u tagħmir għad-dar u għall-ġnien | 05.5.1 | Għodda u tagħmir kbir | 05.5.2 | Għodda żgħar u aċċessorji mixxellanji | 05.6 | Prodotti u servizzi għat-tiswija ordinarja tad-dar | 05.6.1 | Oġġetti tad-dar mhux li jibqgħu | 05.6.2 | Servizzi domestiċi u servizzi għaż-żamma tad-dar | 06. | SAĦĦA — prodotti mħallsa mill-konsumatur u mhux rimborsati | 06.1A | Prodotti mediċi u farmaċewtiċi u tagħmir u apparat terapewtiku — imħallas mill-konsumatur u mhux rimborsati | 06.1.1A | Preparazzjonijiet u prodotti farmaċewtiċi — imħallsa mill-konsumatur u mhux rimborsati | 06.1.2A | Prodotti oħra mediċi — mħallsa mill-konsumatur u mhux rimborsati | 06.1.3A | Tagħmir u apparat terapewtiku — mħallsa mill-konsumatur u mhux rimborsati | 07. | TRASPORT | 07.1 | Xiri ta' vetturi | 07.1.1A | Karozzi ġodda | 07.1.1B | Karozzi second hand | 07.1.2 | Muturi | 07.1.3 | Roti | 07.2 | Tħaddim ta' tagħmir ta' trasport personali | 07.2.1 | Spare parts u aċċessorji | 07.2.2 | Karburanti u lubrikanti | 07.2.3 | Manutenzjoni u tiswija | 07.2.4 | Servizzi oħra dwar tagħmir ta' trasport personali — użu ta' konvenzjonijiet ESA ( | 07.3 | Servizzi ta' trasport | 07.3.1 | Trasport tal-passiġġieri bil-ferrovija | 07.3.2 | Trasport tal-passiġġieri fit-triq | 07.3.3 | Trasport tal-passiġġieri bl-ajru | 07.3.4 | Trasport tal-passiġġieri bil-baħar u permezz tal-passaġġi fuq l-ilma interni | 07.3.5 | Servizzi oħra ta' trasport mixtrija | 08. | KOMUNIKAZZJONIJIET | 08.1 | Komunikazzjonijiet | 08.1.1 | Servizz postali | 08.1.2 | Tagħmir tat-telefon u telefax | 08.1.3 | Servizzi ta' telefon, telegrafu u telefax | 09. | RIKREAZZJONI U KULTURA | 09.1 | Tagħmir u aċċessorji inkluż tiswijiet | 09.1.1 | Tagħmir għar-reċezzjoni, rekordjar u riproduzzjoni ta' ħsejjes u stampi | 09.1.2 | Tagħmir fotografiku u ċinematografiku u strumenti ottiċi | 09.1.3 | Tagħmir għall-ipproċessar tad-data | 09.1.4 | Oġġetti kbar oħra li jservu għar-rikreazzjoni u kultura | 09.1.5 | Logħob, ġugarelli u passatempi, tagħmir għall-isport, kampeġġ u rikreazzjoni fil-miftuħ | 09.1.6 | Mezzi ta' reġistrazzjoni ta' stampi u ħsejjes | 09.1.7 | Ġardinar | 09.1.8 | Annimali domestiċi | 09.1.9 | Tiswija ta' tagħmir u aċċessorji għar-rikreazzjoni u l-kultura | 09.2 | Servizzi rikreazzjonali u kulturali | 09.2.1 | Servizzi kulturali u rikreazzjonali għall-gruppi | 09.2.2 | Servizzi kulturali u rikreazzjonali oħrajn | 09.3 | Gazzetti, kotba u stationery | 09.3.1 | Kotba | 09.3.2 | Gazzetti u perjodiċi | 09.3.3 | Oġġetti stampati mixxellanji | 09.3.4 | Stationery u materja għat-tpinġija | 09.4 | Vaganzi bbukkjati — eskluż assigurazzjoni għall-ivvjaġġar | 09.4.1 | Vaganzi bbukkjati — eskluż assigurazzjoni għall-ivvjaġġar | 10. | EDUKAZZJONI — ġeneralment imħallsa mill-konsumaturi fl-Istati Membri | 11. | LUKANDI, KAFETERIJI U RISTORANTI | 11.1 | Forniment ta' l-oġġetti ta' l-ikel | 11.1.1 | Ristoranti u kafeteriji | 11.1.2 | Canteens | 11.2 | Servizzi ta' akkomodazzjoni — fl-Istat Membru | 11.2.1 | Servizzi ta' akkomodazzjoni — fl-Istat Membru | 12. | PRODOTTI U SERVIZZI MIXXELLANJI | 12.1 | Kura personali | 12.1.1 | Salons tax-xagħar u stabbilimenti għall-kura personali | 12.1.2. | Tagħmir, oġġetti u prodotti għall-kura personali | 12.2 | Effetti personali m.i.b. | 12.2.1 | Ġojjellerija, arloġġi u arloġġi ta' l-idejn | 12.2.2 | Effetti personali oħra | 12.4A | Assigurazzjoni | 12.4.2A | Assigurazzjoni relatata ma' l-abitazzjoni — assigurazzjoni tal-kontenut | 12.4.4A | Assigurazzjoni relatata mat-trasport — assigurazzjoni tal-karozza — eskluż assigurazzjoni ta' l-ivvjaġġar | 12.5A | Servizzi bankarji m.i.b. — esklużi ħlas ta' interessi u tariffi mfissra bħala proporzjon tal-valur ta' l-operazzjoni | 12.5.1 A | Servizzi bankarji m.i.b. — esklużi ħlas ta' interessi u tariffi mfissra bħala proporzjon tal-valur ta' l-operazzjoni | 12.6 | Servizzi oħra m.i.b. | 12.6.1 | Servizzi oħra m.i.b. | -------------------------------------------------- L-ANNESS II Formuli li għandhom jintużaw fil-kumpilazzjoni ta' aggregati elementari 1. ∑p ∑p b il-proporzjon ta' prezzijiet medji ġeometrici ∏p ∏p , meta pt hu l-prezz kurrenti, pb il-prezz ta' riferenza u n in-numru ta' dawn il-prezzijiet fl-aggregat elimentari, għandhom jintużaw. Formula alternattiva tista' tintuża kemm-il darba teżawrixxi ir-rekwiżit ta' paragunabilità mniżżla fl-Artikolu 7. 2. L-aritmetika medja ta' prezzijiet relattivi t ∑ m'għandhiex tintuża normalment, minħabba li f'ħafna ċirkustanzi dan jirriżulta f'nuqqas li jintlaħaq ir-rekwiżit ta' paragunabilità. Jista' jintuża b'mod eċċezzjonali meta jista' jintwera li ma jonqosx mir-rekwiżit ta' paragunabilità. 3. L-indiċi tal-prezzijiet għal aggregat elementari jista' jiġi kkalkulat bħala kull katina ta' indiċi bl-użu ta' wieħed miż-żewġ formuli preferuti hawn fuq. Per eżempju bl-użu tal-proporzjoni ta' medji aritmetiku: I = i∈s i∈s · i∈s i∈s … i∈s i∈s , meta Pi tfisser il-kwota ta' prezz ith għal aggregat elementari mogħti f'perijodu t u st ifisser il-kampjun ta' prezzijiet miksuba għall-aggregat elimentari fil-perijodu t. Dan il-kampjun jista' fil-prattika jiġi aġġornat mensilment jew, aktar ġeneralment, meta l-prezzijiet ma' jistgħux jinkisbu, fuq perijodi itwal. Jekk bejn il-perijodu bażi b u perijodu t m'hemm l-ebda milja I tb a számtani átlagok egyszerű aránya:I tb = ∑ P ∑ P il-proporzjon sempliċi aritmetiku medju (jew bħall-formola ġeometrika deskritta hawn fuq). L-aritmetika medja tar-relattività tal-prezz m'għandhiex tintuża fejn tifforma katina b'mod aktar frekwenti minn kull sena. --------------------------------------------------