Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31994R3254

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 3254/94 tad-19 ta' Diċembru 1994 li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 2454/93 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jwaqqaf il-kodiċi doganali tal-Komunità

ĠU L 346, 31.12.1994, p. 1–31 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 30/04/2016; Impliċitament imħassar minn 32016R0481

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1994/3254/oj

31994R3254



Official Journal L 346 , 31/12/1994 P. 0001 - 0031
Finnish special edition: Chapter 2 Volume 16 P. 0087
Swedish special edition: Chapter 2 Volume 16 P. 0087


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 3254/94

tad-19 ta' Diċembru 1994

li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 2454/93 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jwaqqaf il-kodiċi doganali tal-Komunità

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jwaqqaf il-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta' Ottubru 1992 li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità [1], u b'mod partikolari l-Artikolu 249 tiegħu,

Billi r-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 [2], skond l-aħħar emendi permezz tar-Regolament (KE) Nru 2193/94 [3], jipprovdi dispożizzjonijiet għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92;

Billi l-Komunità ddeċidiet li tagħti lil pajjiżi li qed jiżviluppaw sistema ġdida ta' preferenzi ġeneralizzati (GSP) għall-perjodu 1995-1997, wara b'mod partikolari l-Komunikazzjoni mingħand il-Kummissjoni lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew dwar ir-rwol futur tal-GSP matul il-perjodu 1995-2004 li kien jinkludi referenza għall-importanza li jkun introdott kontenut ta' pajjiż donatur biex jiffavorixxi l-integrazzjoni industrijali ta' dawn il-pajjiżi ġewwa l-Komunità;

Billi hu meħtieġ, filwaqt li tkun rispettata n-natura speċifika ta' kull sistema ta' regoli ta' l-oriġini, li tiġi mtejba l-koerenza bejn kull sistema sabiex tkun faċilitata b'mod ġenerali l-leġibbiltà u b'mod partikolari għar-regoli ta' l-oriġini awtonomi li jinsabu fir-Regolament (KEE) Nru 2454/93;

Billi d-deċiżjoni dwar il-GATT li tirriżulta mill-Uruguay Round dwar każijiet fejn amministrazzjonijiet doganali jkollhom raġunijiet li jiddubitaw il-verità jew il-preċiżjoni tal-valur dikjarat tkun ser tiġi applikata permezz ta' l-emenda għar-Regolament (KEE) Nru 2454/93;

Billi hu xieraq li jiġu emendati d-dispożizzjonijiet dwar dokumenti li huma meħtieġa biex jiġi stabbilit l-i

status

tal-merkanzija tal-Komunità billi jiġi introdott element ta' flessibbiltà meta wieħed jikkunsidra d-dokument ta' l-akkumpanjament għall-moviment taħt arranġamenti ta' sospensjoni tad-dazju tal-prodotti suġġetti għat-taxxa tas-sisa kif provdut fir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2719/92

[4]

kif emendat permezz tar-Regolament (KEE) Nru 2225/93

[5]

;

Billi hu xieraq li tkun ikknsidrata l-prassi kummerċjali sabiex jiġu mnaqqsa l-piżijiet fuq operaturi ekonomiċi;

Billi minħabba żieda sinifikanti ta' frodi fl-operazzjonijiet ta' transitu fil-Komunità, hu meħtieġ li titwessa' l-applikazzjoni ta' l-Artikolu 360 u l-punt 2 ta' l-Artikolu 361 tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93 u li tiġi introdotta aktar flessibbiltà fl-applikazzjoni ta' l-Artikolu 361, billi jiġu emendati dawk l-Artikoli u jitħassar l-Anness li fih il-lista tal-merkanzija sensittivi, u li jiġu alinjati d-dispożizzjonijiet korrispondenti ta' l-Artikolu 368(2) tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93;

Billi l-kondizzjonijiet li jirregolaw it-tħaddim ta' maħżen doganali jew l-użu tal-proċedura ta' maħżen doganali f'maħżen tat-tip E għandhom jipprevienu l-użu tal-proċedura għall-fini ta' bejgħ bl-imnut, filwaqt li jiġu miżmuma ċerti derogi;

Billi l-merkanzija ta' l-importazzjoni li tinħażen f'maħżen tad-dwana, f'żona ħielsa jew f'maħżen ħieles tista' tkun sottomessa għal ċertu maniġġament matul iż-żmien li dawn ikunu maħżuna;

Billi sabiex tiġi armonizzata l-prassi għar-rigward tal-forom tas-soltu għal maniġġament, dawn għandhom ikunu definiti b'mod aktar ċar billi ssir lista;

Billi huma meħtieġa numru ta' korrezzjonijet għar-Regolanment (KEE) Nru 2454/93;

Billi, għal raġunijiet ta' prattiċità, għandhom isiru arranġamenti biex jassiguraw li Kopja Nru 3 tad-dikjarazzjoni ta' l-esportazzjoni tkun ritornata biss meta l-esportazzjoni tassew teħtieġha;

Billi hu mixtieq li jkun provdut li merkanzija taħt arranġamenti ta' sospensjoni ta' sisa li tiċċirkola ġewwa t-territorju doganali tal-Komunità bis-saħħa tad-dokument ta' l-akkumpanjament provdut mir-regolament tas-sisa m'għandux għalfejn ikun akkumpanjat b'Kopja Nru 3 tad-dikjarazzjoni ta' l-esportazzjoni meta trasferit mill-uffiċċju doganali ta' l-esportazzjoni lill-uffiċċju doganali tal-ħruġ;

Billi l-Artikolu 890 tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93 jipprovdi li drittijiet jistgħu ikunu mħallsa lura jew rimessi għall-importazzjonijiet eliġibbli għal trattament tal-Komunità jew trattament ta' tariffi preferenzjali, meta debitu doganali jkun sar bħala riżultat ta' rilaxx għal ċirkolazzjoni ħielsa;

Billi hemm ukoll każijiet li fihom l-importatur hu kapaċi li jipproduċi dokument li juri intitolament għal dak it-trattament preferenzjali iżda d-debitu doganali jkun sar għal raġunijiet li mhumiex għar-rilaxx għal ċirkolazzjoni ħielsa; billi l-obbligazzjoni li jitħallas dritt f'dawk il-każijiet, meta l-ebda qerq jew negliġenza ovvja ma tkun involuta, hu sproporzjonat għall-ħtieġa ta' protezzjoni li t-tariffa doganali komuni tkun maħsuba li tipprovdi;

Billi għandha għalhekk issir dispożizzjoni sabiex l-awtoritajiet doganali nfushom ta' l-Istati Membri jiddeċiedu, b'mod konformi ma' l-Artikolu 899 tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93, dwar applikazzjonijiet għall-pagament mill-ġdid jew remissjoni ta' drittijiet f'dawk il-każijiet; billi dik id-dispożizzjoni għandha tkun applikabbli b'effett mill-1 ta' Jannar 1994;

Billi l-ħtiġiet li tiġi ritornata kopja waħda ta' dikjarazzjoni ta' l-esportazzjoni ta' l-esportatur ta' l-Istat Membru li fih ikun stabbilit li tkun ġiet aċċettata mill-uffiċċju tad-dwana msemmi fl-Artikolu 791(1) tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93 għandhom jiġu estiżi b'sena oħra;

Billi r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 969/93 [6] neħħa l-possibbiltà li jiġu mdaħħla suddiviżjonijiet ta' statistika nazzjonali wara n-nomenklatura magħquda; billi dak ir-Regolament ipprovda għall-użu ta' kodiċi Taric biż-żieda ta' erba' karattri addizzjonali għall-fini li jkunu implimentati regoli speċifiċi tal-Komunità li ma kinux ġew kodifikati jew mhux kodifikati sad-disa' jew l-għaxar ċifri; billi d-dettalji mdaħħla fit-tieni suddiviżjoni tal-kaxxa 33 tad-Dokument Amministrattiv Singlu għandhom għalhekk ikunu mnaqqsa għal żewġ karattri u dawk imdaħħla fit-tielet suddiviżjoni tal-kaxxa jiżdiedu b'erba' karattri; billi dawn id-dispożizzjonijiet għandhom ikunu implimentati fl-1 ta' Jannar 1996;

Billi l-lista ta' żoni liberi li jeżistu fil-Komunità u li qed jaħdmu għandha tiġi aġġornata wara notifika mill-awtoritajiet tar-Renju Unit;

Billi l-miżuri provduti f'dan ir-Regolament huma konformi ma' l-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

L-Artikolu 1

Ir-Regolament (KEE) Nru 2454/93 hu emendat kif ġej:

1. Il-Parti I, it-Titolu IV, il-Kapitolu 2, it-Taqsima 1 hija sostitwita b'dan li ġej:

"L-Artikolu 66

Għall-fini ta' dan il-Kapitolu:

(a) "fabbrikazzjoni" tfisser kull xorta ta' xogħol jew proċessar inklużi l-assemblaġġ jew ħidmiet speċifiċi;

(b) "materjal" tfisser kull ingredjent, materjal mhux maħdum, komponent jew parti, eċċ., użat fil-fabbrikazzjoni tal-prodott;

(ċ) "prodott" tfisser il-prodott li jkun fabbrikat, anke jekk ikun maħsub għall-użu aktar tard f'xi operazzjoni ta' fabbrikazzjoni oħra;

(d) "merkanzija" tfisser kemm materjali u prodotti;

(e) "valur" fil-listi fl-Annessi 15, 19 u 20 tfisser il-valur tad-dwana fil-ħin ta' l-importazzjoni tal-materjali mhux ta' l-oriġini użati jew, jekk dan ma jkunx magħruf u ma jistax ikun aċċertat, l-ewwel prezz aċċertat imħallas għall-materjali fil-Komunità (għas-sistema ġeneralizzata ta' preferenza fit-Taqsima 1) jew fil-pajjiż benefiċjarju inkwistjoni. Meta l-valur tal-materjali ta' l-oriġini użati jeħtieġ ikun stabbilit, dan il-punt għandu japplika mutatis mutandis;

(f) il-kliem

"prezz

ex-work"

fil-listi fl-Annessi 15, 19 u 20 ifissru l-prezz imħallas lill-fabbrikant li fl-impriża tiegħu ikun sar l-aħħar xogħol jew proċessar, sakemm il-prezz jinkludi l-valur tal-materjali kollha użati fil-fabbrikazzjoni, mingħajr xi taxxi interni li jkunu, jew li jistgħu ikunu, mħallsa lura meta l-prodott miksub jiġi esportat;

(g) "valur tad-dwana" tfisser il-valur tad-dwana kif stabbilit skond l-Artikoli 28 sa 36 tal-Kodiċi (Ftehim dwar l-implimentazzjoni ta' l-Artikolu VII tal-Ftehim Ġenerali dwar Tariffi u Kummerċ stabbilit f'Ġinevra fit-12 ta' April 1979);

(h) "kapitoli" u "intestaturi" jfissru l-kapitoli u l-intestaturi (kodiċi b'erba' ċifri) użati fin-nomenklatura li tifforma parti mis-Sistema Armonizzata;

(i) "klassifikat" tfisser il-klassifikazzjoni ta' prodott jew materjal taħt xi intestatura partikolari;

(j) "kunsinna" tfisser prodotti li huma jew mibgħuta fl-istess ħin minn esportatur lil kunsinnatarju wieħed jew koperti b'dokument ta' trasport wieħed li jkopri t-trasport tagħhom mill-esportatur lill-kunsinnatarju jew, fin-nuqqas ta' dak id-dokument, permezz ta' fattura waħda.

It-Taqsima 1

Sistema ġeneralizzata ta' preferenzi

Is-Sotto-Taqsima 1

Tifsira tal-kunċett ta' prodotti ta' l-oriġini

L-Artikolu 67

1. Għall-finijiet tad-dispożizzjonijiet dwar preferenzi tat-tariffi ġeneralizzati mogħtija mill-Komunità lil ċerti prodotti li joriġinaw f'pajjiżi li qed jiżviluppaw (hawn aktar 'il quddiem magħrufa bħala "pajjiżi benefiċjarji"), dan li ġej għandu jkun ikkunsidrat, suġġett għall-paragrafu 2, li joriġina fil-pajjiż benefiċjarju;

(a) prodotti miksuba kollha kemm huma f'dak il-pajjiż, skond it-tifsira ta' l-Artikolu 68;

(b) prodotti miksuba f'dak il-pajjiż li fil-fabbrikazzjoni tagħhom prodotti li mhumiex dawk imsemmija f'(a) huma użati, sakemm l-imsemmija prodotti jkunu għaddew minn xogħol suffiċjenti jew proċessar skond it-tifsira ta' l-Artikolu 69;

2. Għall-finijiet ta' din it-Taqsima, prodotti li joriġinaw fil-Komunità skond it-tifsira tal-paragrafu 3 li huma suġġetti f'pajjiż benefiċjarju għal xogħol jew proċessar li jmur lil hinn minn dak deskritt fl-Artikolu 70 għandhom ikunu kkunsidrati bħala li joriġinaw f'dak il-pajjiż benefiċjarju.

3. Il-paragrafu 1 japplika mutatis mutandis sabiex ikunu stabbiliti l-oriġini tal-prodotti miksuba fil-Komunità.

L-Artikolu 68

1. Dan li ġej għandu jkun ikkunsidrat bħala miksub kollu kemm hu f'pajjiż benefiċjarju jew fil-Komunità:

(a) prodotti minerali estratti mill-ħamrija tagħhom jew minn qiegħ il-baħar;

(b) prodotti veġetali maħsuda hemmhekk;

(ċ) annimali ħajjin imwielda u mkabbra hemmhekk;

(d) prodotti miksuba hemmhekk minn annimali ħajjin;

(e) prodotti miksuba mill-kaċċa jew mis-sajd magħmula hemmhekk;

(f) prodotti tas-sajd fil-baħar u prodotti oħra miksuba mill-baħar permezz tal-bastimenti tagħha;

(g) prodotti magħmula abbord bastimenti fabbriki esklussivament mill-prodotti msemmija f'(f);

(h) oġġetti użati kollezzjonati hemmhekk tajbin biss għall-irkupru ta' materjali mhux maħduma;

(i) skart u scrap li jirriżultaw minn operazzjonijiet ta' fabbrikazzjoni magħmula hemmhekk;

(j) prodotti estratti minn qiegħ il-baħar jew taħt qiegħ il-baħar li jkun jinsab barra mill-ibħra territorjali, sakemm dan ikollu drittijiet esklussivi ta' sfruttament;

(k) prodotti magħmlua esklussivament hemmhekk minn prodotti speċifikati f'(a) sa (j).

2. Il-kliem "il-bastimenti tiegħu" u "il-bastimenti fabbriki tiegħu" fil-paragrafu 1(f) u (g) japplikaw biss għall-bastimenti u bastimenti fabbriki:

- li huma reġistrati jew rekordjati fil-pajjiż benefiċjarju jew fl-Istat Membru,

- li jbaħħru taħt il-bandiera ta' pajjiż benefiċjarju jew ta' Stat Membru,

- li huma għall-inqas 50 % l-proprjetà ta' persuni ta' nazzjonalità ta' l-Istat Membru jew tal-pajjiż benefiċjarju jew minn kumpannija li jkollha l-uffiċċju ċentrali fi Stat Membru jew fil-pajjiż benefiċjarju, li l-maniġer jew maniġers tagħhom, president tal-bord ta' diretturi jew tal-bord ta' sorveljanza, u l-maġġoranza tal-membri ta' dawk il-bordijiet huma persuni ta' nazzjonalità ta' Stat Membru jew ta' dak il-pajjiż u li dwarhom, b'żieda ma' dan, fil-każ ta' sħubiji jew kumpaniji limitati, mill-inqas nofs il-kapital jappartieni lil Stat Membru jew lil dak il-pajjiż jew lil entitajiet pubbliċi jew persuni ta' nazzjonalità ta' Stat Membru jew dak il-pajjiż,

- li tiegħu l-kaptan u l-uffiċjali huma kollha persuni ta' nazzjonalità tal-pajjiż benefiċjarju jew ta' l-Istati Membri, u

- li tiegħu mill-inqas 75 % ta' l-ekwipaġġ huma persuni ta' nazzjonalità tal-pajjiż benefiċjarju jew ta' l-Istati Membri.

3. Il-kliem "pajjiż benefiċjarju" u "Komunità" jkopru wkoll l-ibħra territorjali ta' dak il-pajjiż jew ta' l-Istati Membri.

4. Bastimenti li jaħdmu fl-ibħra mhux territorjali, inklużi bastimenti fabbriki li fihom il-ħut maqbud ikun maħdum jew proċessat, għandhom ikunu kkunsidrati bħala parti mit-territorju tal-pajjiż benefiċjarju jew ta' l-Istat Membru li lilu jappartienu, sakemm dawn jissodisfaw il-kondizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 2.

L-Artikolu 69

1. Għall-fini ta' l-Artikolu 67, materjali li ma joriġinawx għandhom ikunu kkunsidrati li jkunu maħduma suffiċjentement jew proċessati meta l-prodott miksub ikun klassifikat f'xi intestatura li tkun differenti minn dawk li fihom il-materjali li ma joriġinawx użati fil-fabbrikazzjoni tiegħu ikunu kklassifikati, bla ħsara għall-paragrafu 2.

2. Għall-prodott imsemmi fil-kolonni 1 u 2 tal-lista stabbilita fl-Anness 15, il-kondizzjonijiet mogħtija fil-kolonna 3 għall-prodott inkwistjoni għandhom ikunu ssodisfati minflok ir-regola fil-paragrafu 1.

Fejn fil-lista stabbilita fl-Anness 15 regola ta' perċentwali biex jiġi stabbilit l-istatus ta' l-oriġini ta' prodott miksub fil-Komunità jew f'pajjiż benefiċjarju, il-valur miżjud mix-xogħol jew proċessar għandu jikkorrispondi mal-prezz

ex-works

tal-prodott miksub, mingħajr il-valur tad-dwana ta' materjali minn pajjiż mhux membru importati ġewwa l-Komunità jew fil-pajjiż benefiċjarju.

L-Artikolu 70

Il-ħidmiet li ġejjin għandhom ikunu kkunsidrati bħala xogħol jew proċessar mhux suffiċjenti biex jagħtu l-i

status

ta' prodotti ta' l-oriġini, kemm jekk il-ħtiġiet ta'l-Artikolu 69(1) jkunu ssodisfati jew le:

(a) operazzjonijiet biex jassiguraw il-preservazzjoni ta' prodotti f'kondizzjoni tajba matul it-trasport u l-ħażna (ventilazzjoni, tixrid, tnixxif, tkessiħ, tpoġġija fil-melħ, diossidu tal-kubrit jew soluzzjonijiet ta' l-ilma oħrajn, tneħħija ta' partijiet bil-ħsara, u ħidmiet simili);

(b) operazzjonijiet sempliċi li jikkonsistu fit-tneħħija ta' trab, tgħarbil jew screening, sortjar, klassifikar, tqabbil (inklużi t-tagħmil ta' settijiet ta' l-merkanzija), ħasil, tpinġija, tqattigħ;

(ċ) (i) bidliet ta' imballaġġ u tħassir ta' l-assemblaġġ ta' kunsinni,

(ii) tpoġġija sempliċi fi fliexken, flasks, boroż, kaxxi, twaħħil fuq skedi jew tabelli, eċċ., u l-operazzjonijiet kollha l-oħra ta' imballaġġ;

(d) it-twaħħil ta' marki, tikketti jew sinjali distintivi simili fuq prodotti jew il-pakketti tagħhom;

(e) it-taħlit sempliċi ta' prodotti, kemm jekk ta' l-istess xorta jew le, fejn wieħed jew aktar mill-komponenti tat-taħlita ma jaqbilx mal-kondizzjonijiet stabbiliti f'dan il-Kapitolu li jħallihom ikunu kkunsidrati bħala prodotti ta' l-oriġini;

(f) assemblaġġ sempliċi ta' partijiet ta' prodotti li jagħmlu prodott komplut;

(g) taħlita ta' żewġ operazzjonijiet jew aktar speċifikati f'(a) sa (f);

(h) il-qatla ta' l-annimali.

L-Artikolu 71

Sabiex ikun stabbilit jekk prodott joriġinax f'pajjiż benefiċjarju jew fil-Komunità, ma jkunx meħtieġ li jiġi stabbilit jekk l-enerġija u l-

fuel,

impjant u apparat, u makni u għodda użati biex jinkiseb dak il-prodott jew il-materjali użati fil-manifattura tiegħu li ma jibqgħux u mhumiex maħsuba li jibqgħu fil-prodott kif finalment magħmul joriġinaw f'pajjiżi mhux membri.

L-Artikolu 72

1. Minkejja d-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 69, materjali li ma joriġinawx jistgħu jintużaw fil-manifattura ta' prodott partikolari, sakemm il-valur totali tagħhom ma jeċċedix il-5 % tal-prezz

ex-works

tal-prodott finali u suġġett għall-kondizzjonijiet stabbiliti fin-Nota 3.4 fl-Anness 14.

2. Il-paragrafu 1 ma japplikax għall-prodotti li jinsabu fil-Kapitoli 50 sa 63 tas-Sistema Armonizzata.

L-Artikolu 73

1. Bħala deroga mill-Artikolu 67, għall-finijiet biex jiġi stabbilit jekk prodott fabbrikat f'pajjiż benfiċjarju li jkun membru ta' grupp reġjonali li joriġina fihom skond it-tifsira ta' dak l-Artikolu, prodotti li joriġinaw f'xi wieħed minn dawk il-pajjiżi ta' dak il-grupp reġjonali u użat f'fabbrikazzjoni oħra f'pajjiż ieħor ta' dak il-grupp għandhom ikunu kkunsidrati daqs li kieku dawn oriġinaw fil-pajjiż ta' fabbrikazzjoni ulterjuri (kumulu reġjonali).

2. Il-pajjiż ta' l-oriġini tal-prodott finali għandu jkun stabbilit b'mod konformi ma' l-Artikolu 73a.

3. Kumulu reġjonali japplika għal tliet gruppi reġjonali separati ta' pajjiżi benefiċjarji li jibbenefikaw mis-sistema ġeneralizzata ta' preferenzi:

(a) l-Assoċjazzjoni tan-Nazzjonijiet Asjatiċi tax-Xlokk (Asean) (Brunei-Darussalam, l-Indoneżja, il-Malasja, il-Filippini, Singapor, it-Tajlandja);

(b) Is-Suq Komuni ta' l-Amerika Ċentrali (CACM) (il-Kosta Rika, il-Ħonduras, il-Gwatemala, in-Nikaragwa, El Salvador);

(ċ) Il-Grupp Andjan (il-Bolivja, il-Kolumbja, l-Ekwador, il-Perù, il-Veneżwela).

4. L-espressjoni "grupp reġjonali" għandha tittieħed li tfisser il-grupp Asean jew il-CACM jew l-Andjan skond il-każ li jkun.

L-Artikolu 73a

1. Meta merkanzija li joriġinaw f'pajjiż li jkun membru ta' grupp reġjonali jkunu maħduma jew proċessati f'pajjiż ieħor ta' l-istess grupp reġjonali, dawn għandhom ikollhom l-oriġini tal-pajjiż tal-grupp reġjonali fejn sar l-aħħar xogħol jew proċessar iżda:

(a) il-valur miżjud hemm, kif imfisser fil-paragrafu 3, jkun akbar mill-ogħla valur tad-dazju tal-prodotti użati li joriġinaw f'xi wieħed mill-pajjiżi l-oħra tal-grupp reġjonali, u

(b) ix-xogħol jew proċessar magħmul hemmhekk jeċċedi dak stabbilit fl-Artikolu 70 u, fil-każ ta' prodotti tat-tessut, dawk il-ħidmiet ukoll imsemmija fl-Anness 16.

2. Meta l-kondizzjonijiet ta' l-oriġini f'1(a) u (b) ma jkunux issodisfati l-prodotti għandu jkollhom l-oriġini tal-pajjiż tal-grupp reġjonali li jammonta għall-ogħla valur tad-dazju tal-prodotti ta' l-oriġini li jiġu minn pajjiżi oħra tal-grupp reġjonali.

3. "Valur miżjud" tfisser il-prezz ex-works wara li jitneħħa l-valur tad-dazju ta' kull wieħed mill-prodotti inkorporati li joriġinaw f'pajjiż ieħor tal-grupp reġjonali.

4. Prodotti li joriġinaw f'pajjiż ta' grupp reġjonali, li huma esportati lill-Komunità minn pajjiż ieħor ta' l-istess grupp reġjonali u fejn il-prodotti ma jkunux għaddew minn xogħol jew proċessar għandhom joriġinaw f'dak il-pajjiż li fih dawn kienu inizjalment kisbu l-i

status

tagħhom bħala li oriġinaw.

L-Artikolu 73b

1. L-Artikoli 73 u 73a għandhom japplikaw fejn:

(a) ir-regoli dwar kummerċ fil-kuntest ta' kumulu reġjonali, bejn il-pajjiżi tal-grupp reġjonali, huma identiċi għal dawk stabbiliti f'din it-Taqsima;

(b) kull pajjiż tal-grupp reġjonali obbliga ruħu li jikkonforma jew jassigura konformità mal-pattijiet ta' din it-Taqsima u li jipprovdi l-kooperazzjoni amministrattiva meħtieġa kemm lill-Komunità kif ukoll lill-pajjiżi l-oħra tal-grupp reġjonali sabiex jiġi assigurat il-ħruġ korrett ta' ċertifikati ta' l-oriġini minn A u l-verifika ta' ċertifikati ta' l-oriġini Formola A u Formoli APR.

Din l-obbligazzjoni għandha tkun trasmessa lill-Kummissjoni permezz tas-segretarjat tal-grupp reġjonali.

Is-segretarjati huma kif ġejjin:

- Is-Segretarjat Ġenerali Asean,

- Is-Segretarjat Permanenti tas-CACM,

- il-Junta del Acuerdo de Cartagena,

skond il-każ li jkun.

2. Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Istati Membri meta l-kondizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 1 jkunu ġew onorati, fil-każ ta' kull grupp reġjonali.

3. L-Artikolu 78(1)(b) ma japplikax għall-prodotti li joriġinaw f'xi wieħed mill-pajjiżi tal-grupp reġjonali meta dawn jgħaddu minn ġewwa t-territorju ta' xi wieħed mill-pajjiżi l-oħra tal-grupp reġjonali, kemm jekk ikun sar xogħol jew proċessar ieħor jew le.

L-Artikolu 74

Aċċessorji,

spare parts

u għodda mibgħuta ma' biċċa apparat, makna, impjant jew vettura li hi parti mill-apparat normali u inklużi fil-prezz jew mhux bil-fattura separata jitqiesu bħala parti mill-biċċa ta' l-apparat, makna, impjant jew vettura kkonċernata.

L-Artikolu 75

Settijiet, kif imfissra fir-Regola Ġenerali 3 tas-Sistema Armonizzata, għandhom jitqiesu bħala li joriġinaw meta l-merkanziji komponenti huma prodotti li joriġinaw. Minkejja dan, meta sett ikun magħmul minn merkanzija li joriġinaw u li ma joriġinawx, is-sett kollu għandu jkun meqjus bħala li joriġina sakemm dak il-valur ta' l-merkanzija li ma joriġinax ma jeċċedix il-15 % tal-prezz

ex-works

tas-sett.

L-Artikolu 76

1. Derogi mid-dispożizzjonijiet ta' din it-Taqsima jistgħu jsiru favur il-pajjiżi benefiċjarji l-inqas żviluppati li jibbenefikaw mis-sistema ġeneralizzata ta' preferenzi meta l-iżvilupp ta' l-industriji eżistenti jew il-kreazzjoni ta' l-industriji ġodda jiġġustifikahom. Il-pajjiżi benefiċjarji l-inqas żviluppati huma elenkati fir-regolamenti tal-KE u d-deċiżjoni tal-KEFA li japplikaw it-tariffi ġeneralizzati preferenzjali għas-sena kurrenti. Għal dan il-għan, il-pajjiż interessat għandu jissottometti lill-Komunitajiet talba għal deroga flimkien mar-raġunijiet għat-talba skond il-paragrafu 3.

2. L-eżami tat-talbiet għandhom b'mod partikolari jikkunsidraw:

(a) każijiet fejn l-applikazzjoni ta' regoli ta' l-oriġini eżistenti jistgħu jaffettwaw b'mod sinifikanti l-kapaċità ta' l-industrija eżistenti fil-pajjiż interessat li jkompli l-esportazzjonijiet tiegħu lill-Komunità, b'riferenza partikolari għall-każijiet fejn dan jista' jwassal għall-għeluq;

(b) każijiet speċifiċi fejn jista' jintwera b'mod ċar li investiment sinifikanti f'industrija jista' jiġi mxekkel mir-regoli ta' l-oriġini u fejn deroga li tinkoraġġixxi l-implimentazzjoni tal-programm ta' l-invesitment tippermetti li r-regola tkun issodisfata fi stadji;

(ċ) l-impatt ekonomiku u soċjali tad-deċiżjoni li għandha tittieħed b'mod speċjali għar-rigward ta' l-impiegi fil-pajjiżi benefiċjarji u fil-Komunità.

3. Sabiex ikun faċilitat l-eżami ta' talbiet għal derogi, il-pajjiż li jagħmel it-talba għandu jagħti, bl-appoġġ għat-talbiet, l-informazzjoni kollha possibbli, li tkopri b'mod partikolari l-punti elenkati hawn taħt:

- deskrizzjoni tal-prodott lest,

- natura u kwantità ta' materjali li joriġinaw f'pajjiż mhux membru,

- proċess ta' fabbrikazzjoni,

- valur miżjud,

- in-numru ta' l-impjegati fl-impriża konċernata,

- il-volum maħsub ta' l-esportazzjonijiet lill-Komunità,

- sorsi oħra possibbli għall-materjal mhux maħdum,

- raġunijiet għat-tul mitlub,

- osservazzjonijiet oħra.

4. Id-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 1, 2 u 3 japplikaw lil kull talba għall-estensjoni.

Is-Sotto-Taqsima 2

Prova ta' l-oriġini

L-Artikolu 77

1. Prodotti li joriġinaw skond it-tifsira ta' din it-Taqsima għandhom ikunu eliġibbli, ma' l-importazzjoni ġewwa l-Komunità, biex jibbenefikaw mit-tariffi preferenzjali msemmija fl-Artikolu 67, sakemm dawn ikunu ġew trasportati direttament skond it-tifsira ta' l-Artikolu 78, mal-wiri ta' ċertifikat ta' l-oriġini Formola A, li kampjun tiegħu jinsab fl-Anness 17, maħruġ jew mill-awtoritajiet doganali, jew minn awtoritajiet governattivi kompetenti oħra tal-pajjiż benefiċjarju esportatur, iżda l-pajjiż ta' l-aħħar:

- ikun ikkomunika lill-Kummissjoni l-informazzjoni meħtieġa permezz ta' l-Artikolu 92, u

- jassisti l-Komunità billi jippermetti lill-awtoritajiet doganali ta' l-Istati Membri biex jivverifikaw l-awtentiċità tad-dokument jew l-eżattezza ta' l-informazzjoni dwar l-oriġini vera tal-prodotti konċernati.

2. Ċertifikat ta' l-oriġini Formola A jista' jinħareġ biss fejn dan iservi bħala x-xhieda dokumentali meħtieġa għall-fini tat-tariffa preferenzjali msemmija fl-Artikolu 67.

3. Ċertifikat ta' l-oriġini Formola A għandu jinħareġ biss fuq applikazzjoni bil-miktub mill-esportatur jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu.

4. L-esportatur jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu għandu jissottometti ma' l-applikazzjoni tiegħu kull dokument ta' appoġġ xieraq li jipprova li l-prodotti li ser ikunu esportati jikkwalifikaw għall-ħruġ ta' ċertifikat ta' l-oriġini Formola A.

5. Iċ-ċertifikat għandu jinħareġ mill-awtorità governattiva kompetenti tal-pajjiż benefiċjarju jekk il-prodotti li ser ikunu esportati jistgħu jitqiesu prodotti li joriġinaw skond it-tifsira tas-Sotto-Taqsima 1. Iċ-ċertifikat għandu jkun disponibbli lill-esportatur malli l-esportazzjoni ssir jew tkun assigurata.

6. Għall-fini li jkun verifikat jekk il-kondizzjoni msemmija fil-paragrafu 5 tkunx ntlaħqet, l-awtorità governattiva kompetenti jkollha l-jedd li titlob għal kull xhieda dokumentata jew li tagħmel kull verifika li hi tikkonsidra li jkunu xierqa.

7. Tkun ir-responsabbiltà ta' l-awtorità governattiva kompetenti tal-pajjiż benefiċjarju li tassigura li ċertifikati u applikazzjonijiet ikunu mimlija kif jixraq.

8. Il-mili ta' Kaxxa 2 taċ-ċertifikat ta' oriġini Formola A għandu jkun fakoltattiv. Kaxxa 12 għandha timtela kif jixraq billi jkun indikat "il-Komunità Ewropea" jew wieħed mill-Istati Membri.

9. Id-data tal-ħruġ taċ-ċertifikat ta' l-oriġini Formola A għandha tkun indikata fil-Kaxxa 11. Il-firma li għandha ssir f'dik il-kaxxa, li hi riservata għall-awtoritajiet governattivi kompetenti li joħorġu ċ-ċertifikat, għandha tkun miktuba bl-idejn.

L-Artikolu 78

1. Dawn li ġejjin għandhom ikunu kkunsidrati bħala trasportati direttament mill-pajjiż benefiċjarju esportatur lill-Komunità jew mill-Komunità lill-pajjiż benefiċjarju:

(a) merkanzija trasportata mingħajr ma tiġi mgħoddija ġewwa t-territorju ta' xi pajjiż ieħor, minbarra fil-każ tat-territorju ta' pajjiż ieħor ta' l-istess grupp reġjonali fejn ikun applikat l-Artikolu 73;

(b) merkanzija li tagħmel kunsinna waħda trasportata fit-territorju ta' pajjiżi minbarra l-pajjiż benefiċjarju esportatur jew il-Komunità, bi, jekk tinqala' l-okkażjoni, trasbord jew magażinaġġ temporanju f'dawk il-pajjiżi, iżda l-merkanzija tkun baqgħet taħt is-sorveljanza ta' l-awtoritajiet doganali fil-pajjiż ta' transitu jew tal-magażinaġġ u ma jkunux suġġetti għall-ħidmiet minbarra dawk ta' ħatt, tagħbija mill-ġdid jew kull operazzjoni maħsuba li tippreservaha f'kondizzjoni tajba;

(ċ) merkanzija transportata ġewwa t-territorju tan-Norveġja jew l-Isvizzera u sussegwentement ri-esportati kollha kemm hi jew inparti lill-Komunità jew lill-pajjiż benefiċjarju, sakemm dik il-merkanzija tkun baqgħet taħt is-sorveljanza ta' l-awtoritajiet doganali tal-pajjiż ta' transitu jew ta' magażinaġġ u ma kinux suġġetti għall-ħidmiet minbarra ħatt, tagħbija mill-ġdid jew xi operazzjoni maħsuba li tippreservaha f'kondizzjoni tajba;

(d) prodotti li huma trasportati permezz ta' pipeline li jaqsam territorju minbarra dak tal-pajjiż benefiċjarju li jesporta.

2. Ix-xhieda li l-kondizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 1 (b) u (ċ) jkunu ġew sodisfatti għandha tingħata bil-preżentazzjoni lill-awtoritajiet doganali kompetenti:

(a) polza through maħruġa fil-pajjiż benefiċjarju li jesporta li jkopri l-passaġġ ġewwa l-pajjiż ta' transitu;

jew

(b) ċertifikat maħruġ mill-awtoritajiet doganali tal-pajjiż ta' transitu:

- fejn tingħata deskrizzjoni eżatta tal-merkanzija,

- jiġu dikjarati d-dati tal-ħatt u tagħbija mill-ġdid tal-merkanzija jew ta' l-imbarkazzjoni jew l-isbark tagħha, fejn jiġu identifikati l-bastimenti jew mezzi oħra ta' trasport użati, u

- fejn jiġu ċertifikati l-kondizzjonijiet li rregolaw il-merkanzija li baqgħu fil-pajjiż ta' transitu; jew

(ċ) fin-nuqqas ta' dawn, dokumenti li jissostanzjaw.

L-Artikolu 79

Il-kondizzjonijiet stabbilti f'din it-Taqsima li jirreferu għall-akkwist ta' l-istatus ta' l-oriġini jkunu ssodisfati mingħajr interruzzjoni fil-pajjiż benefiċjarju jew fil-Komunità.

Jekk prodotti li joriġinaw esportati mill-pajjiż benefiċjarju jew mill-Komunità lill-pajjiż ieħor ikunu ritornati, dawn għandhom ikunu kkunsidrati bħala li ma joriġinawx sakemm jista' jintwera għas-sodisfazzjon ta' l-awtoritajiet kompetenti li:

- il-merkanzija ritornata hija l-istess merkanzija bħal dik esportata, u

- din ma kinetx suġġetta għal xi ħidma aktar minn dawk meħtieġa biex jippreservawha f'kondizzjoni tajba filwaqt li tkun f'dak il-pajjiż.

L-Artikolu 80

Peress li ċ-ċertifikat ta' l-oriġini Formola A jikkostitwixxi x-xhieda tad-dokumenti għall-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet dwar tariffi preferenzjali msemmija fl-Artikolu 67, tkun ir-responsabbiltà ta' l-awtorità governattiva kompetenti tal-pajjiż li jesporta li jieħu kull pass meħtieġ biex jivverifka l-oriġini tal-prodotti u jivverifika d-dikjarazzjojnijiet l-oħra fuq iċ-ċertifikat.

L-Artikolu 81

Prodotti li joriġinaw skond it-tifsira ta' din it-Taqsima jkunu eliġibbli ma' l-importazzjoni ġewwa l-Komunità li jibbenefikaw minn tariffi preferenzjali msemmija fl-Artikolu 67 mal-wirja ta' ċertifikat ta' sostituzzjoni l-oriġini Formola A maħruġ mill-awtoritajiet doganali tan-Norveġja jew l-Isvizzera abbażi ta' ċertifikat ta' l-oriġini Formola A maħruġ mill-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiż benefiċjarju li jesporta sakemm il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 78 jkunu ġew issodisfati u sakemm in-Norveġja jew l-Isvizzera jassistu lill-Komunità billi jippermettu l-awtoritajiet doganali tagħha li jivverifikaw l-awtentiċità u l-korretezza taċ-ċertifikat ta' l-oriġini Formola A. Il-proċedura ta' verifika stabbilita fl-Artikolu 94 tapplika mutatis mutandis. Il-limitu stabbilit fl-Artikolu 94(3) għandu jkun estiż għal tmien xhur.

L-Artikolu 82

1. Ċertifikat ta' l-oriġini Formola A għandu jingħata, fi żmien 10 xhur mid-data tal-ħruġ mill-awtorità governattiva kompetenti lill-pajjiż benefiċjarju li jesporta, lill-awtoritajiet doganali ta' l-Istat Membru li jimporta fejn il-prodotti jkunu preżentati.

2. Ċertifikati ta' l-oriġini Formola A mogħtija lill-awtoritajiet doganali fil-Komunità wara l-għeluq tal-perjodu ta' validità stipulat fil-paragrafu 1 jistgħu ikunu aċċettati għall-fini li jkunu applikati t-tariffi preferenzjali msemmija fl-Artikolu 67 fejn in-nuqqas li jkun osservat il-limitu tal-ħin ikun dovut għal forza maġġuri jew għal ċirkostanzi eċċezzjonali.

3. F'każijiet oħra fejn issir preżentazzjoni tard, l-awtoritajiet doganali ta' l-Istat Membru importatur jistgħu jaċċettaw iċ-ċertifikati fejn il-prodotti jkunu ġew preżentati lilhom fil-perjodu stabbilit fil-paragrafu 1.

L-Artikolu 83

Iċ-ċertifikat ta' l-oriġini Formola A għandu jingħata lill-awtoritajiet doganali ta' l-Istati Membri li jimportaw skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 62 tal-Kodiċi. L-imsemmija awtoritajiet jistgħu jeħtieġu traduzzjoni taċ-ċertifikat. Dawn jistgħu jeħtieġu wkoll id-dikjarazzjoni għal rilaxx għal ċirkolazzjoni ħielsa li tkun akkumpanjata minn dikjarazzjoni mill-importatur fis-sens li l-prodotti jaderixxu mal-kondizzjonijiet meħtieġa għat-tariffi preferenzjali msemmija fl-Artikolu 67.

L-Artikolu 84

1. F'każijiet eċċezzjonali ċertifikat ta' l-oriġini Formola A jista' jinħareġ wara l-esportazzjoni attwali tal-prodotti li għalihom jirreferi, jekk dan ma kienx maħruġ fil-ħin ta' l-esportazzjoni bħala riżultat ta' żbalji jew ommissjonijiet involontarji magħmula jew ċirkostanzi speċjali oħra, u sakemm il-merkanzija ma tkunx ġiet esportata qabel il-komunikazzjoni lill-Kummissjoni bl-informazzjoni meħtieġa bl-Artikolu 92.

2. L-awtorità governattiva kompetenti tista' toħroġ ċertifikat b'mod retrospettiv biss wara li tivverifika li d-dettalji li jkun hemm fl-applikazzjoni ta' l-esportatur jaqblu ma' dawn li jkun hemm fid-dokumenti korrispondenti ta' l-esportazzjoni u li l-ebda ċertifikat ta' l-oriġini Formola A validu ma kien maħruġ meta l-prodotti inkwistjoni kienu esportati.

3. Kaxxa 4 ta' ċertifikati ta' l-oriġini Formola A maħruġ b'mod retrospettiv għandu jkollha l-firma fuq wara

jew "Maħruġ b'mod retrospettiv".

L-Artikolu 85

1. Fl-eventwalità ta' serq, telf jew distruzzjoni ta' ċertifikat ta' l-oriġini Formola A, l-esportatur jista' japplika għand l-awtorità governattiva kompetenti li ħarġitu għal duplikat li jsir fuq il-bażi tad-dokumenti ta' esportazzjoni fil-pussess tagħhom. Kaxxa 4 ta' Formola A duplikata maħruġa b'dan il-mod għandu jkollha l-kelma "Duplicata" jew "Duplicate", flimkien mad-data tal-ħruġ u n-numru fis-serje taċ-ċertifikat oriġinali.

2. Għall-finijiet ta' l-Artikolu 82 id-duplikat għandu jidħol fis-seħħ mid-data ta' l-oriġinal.

L-Artikolu 85a

1. F'kull ħin għandu jkun possibbli li jkunu sostitwiti ċertifikat ta' l-oriġini Formola A jew aktar minn ċertifikat jew aktar bħal dawk, sakemm dan isir fl-uffiċċju tad-dwana fil-Komunità responsabbli li jivverifika l-merkanzija.

2. Iċ-ċertifikat ta' sostituzzjoni maħruġ skond il-paragrafu 1 ta' l-Artikolu 81 għandu jkun meqjus bħala ċ-ċertifikat definittiv ta' l-oriġini għall-prodotti li għalihom dan jirreferi. Iċ-ċertifikat ta' sostituzzjoni għandu jsir fuq il-bażi ta' talba bil-miktub mir-ri-esportatur. Id-data tal-ħruġ u n-numru fis-serje taċ-ċertifikat oriġinali ta' l-oriġini Formola A għandhom ikunu indikati fil-Kaxxa 4.

3. Il-kaxxa ta' fuq fuq in-naħa tal-lemin taċ-ċertifikat ta' sostituzzjoni għandha tindika l-isem tal-pajjiż intermedjarju fejn ikun inħareġ.

Kaxxa 4 għandu jkollha l-kliem

jew

, kif ukoll id-data tal-ħruġ taċ-ċertifikat oriġinali ta' l-oriġini u n-numru fis-serje tiegħu.

L-isem ta' ri-esportatur għandu jitniżżel f'Kaxxa 1.

L-isem tal-kunsinnatarju finali jista' jingħata f'Kaxxa 2.

Id-dettalji kollha tal-prodotti ri-esportati li jidhru fiċ-ċertifikat oriġinali għandhom ikunu trasferiti għall-Kaxxi 3 sa 9.

Riferenzi għall-fattura tar-ri-esportatur għandhom jingħataw f'Kaxxa 10.

L-awtoritajiet doganali li ħarġu ċ-ċertifikat ta' sostituzzjoni għandhom jimlew Kaxxa 11. Ir-responsabbilità ta' l-awtorità hi limitata għall-ħruġ taċ-ċertifikat ta' sostituzzjoni.

Id-dettalji f'Kaxxa 12 dwar il-pajjiż ta' l-oriġini u l-pajjiż ta' destinazzjoni għandhom jittieħdu miċ-ċertifikat oriġinali. Din il-kaxxa għandha tkun iffirmata mir-ri-esportatur. Ri-esportatur li jiffirma din il-kaxxa bil-bona fidi ma jkunx responsabbli għall-korrettezza tad-dettalji mdaħħla fiċ-ċertifikat oriġinali.

4. L-uffiċċju tad-dwana li hu meħtieġ li jagħmel il-ħidma għandu jinnota fuq iċ-ċertifikat oriġinali l-piż, numru u n-natura tal-merkanzija mibgħuta u jindika hemm fuq n-numri fis-serje fuq iċ-ċertifikat jew ċertifikati ta' sostituzzjoni korrispondenti. Dan għandu jżomm iċ-ċertifikat oriġinali għal mill-inqas tliet snin.

5. Fotokopja taċ-ċertifikat oriġinali tista' tkun annessa maċ-ċertifikat ta' sostituzzjoni.

L-Artikolu 86

1. Minbarra kif provdut fil-paragrafu 4 ta' dan l-Artikolu, iċ-ċertifikat ta' awtentiċità li hu provdut għalih fl-Artikolu 1(4) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3833/90 [7] għandu jitniżżel fil-Kaxxa 7 taċ-ċertifikat ta' l-oriġini Formola A, li jinsabu f'din it-Taqsima.

2. Iċ-ċertifikati msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jikkonsistu fid-deskrizzjoni tal-merkanzija kif stabbilit fil-paragrafu 3 li għandu jkun segwit mit-timbru ta' l-awtorità governattiva kompetenti, bil-firma li ssir bil-kitba ta' l-uffiċċjal awtorizzat li jiċċertifika l-awtentiċità tad-deskrizzjoni ta' l-merkanzija mogħtija fil-Kaxxa 7.

3. Id-deskrizzjoni ta' l-merkanzija fil-Kaxxa 7 taċ-ċertifikat ta' l-oriġini Formola A għandha tkun kif ġej, skond il-prodott inkwistjoni:

- jew

,

- jew

,

- jew

.

- jew

.

4. Bħala deroga mill-paragrafi 1 u 2, u mingħajr preġudizzju għal paragrafu 3, it-timbru ta' l-awtorità kompetenti li tiċċertifika l-awtentiċità tad-deskrizzjoni tal-merkanzija stabbilita fil-paragrafu 3 m'għandux jitqiegħed f'Kaxxa 7 taċ-ċertifikat ta' l-oriġini Formola A jekk l-awtorità li jkollha l-poter li toħroġ iċ-ċertifikat ta' l-oriġini tkun ukoll l-awtorità governattiva li jkollha l-poter li toħroġ iċ-ċertifikat ta' l-awtentiċità.

L-Artikolu 87

1. Prodotti mibgħuta minn pajjiż benefiċjarju għall-esibizzjoni f'pajjiż ieħor u mibjugħa għall-importazzjoni ġewwa l-Komunità jibbenefikaw ma' l-importazzjoni mit-tariffi preferenzjali msemmija fl-Artikolu 67 bil-kondizzjoni li l-prodotti jaderixxu mal-ħtiġiet ta' din it-Taqsima li tintitolahom li jkunu rikonoxxuti bħala li joriġinaw fil-pajjiż benefiċjarju li jesporta u sakemm ikun muri għas-sodisfazzjon ta' l-awtoritajiet doganali kompetenti tal-Komunità li:

(a) esportatur ikun bagħat il-prodotti mit-territorju tal-pajjiż benefiċjarju li jesporta direttament lill-pajiż li fih issir l-esibizzjoni;

(b) il-prodotti jkunu ġew mibjugħa jew disposti mod ieħor minn dak l-esportatur lill-persuna fil-Komunità;

(ċ) il-prodotti jkunu ntbagħtu lill-Komunità fl-istat li fih ikunu ntbagħtu għall-esibizzjoni; u

(d) il-prodotti ma jkunux, minn mindu jkunu ntbagħtu għall-esibizzjoni, ġew użati għal xi għan minbarra dak ta' wiri fl-esibizzjoni.

2. Ċertifikat ta' l-oriġini Formola A għandu jkun muri lill-awtoritajiet doganali tal-Komunità bil-mod normali. L-isem u l-indirizz ta' l-esibizzjoni għandu jkun indikat fuqu. Meta meħtieġ, xhieda dokumentali addizzjonali tan-natura tal-prodotti u l-kondizzjonijiet li taħthom dawn ikunu ġew esibiti jistgħu jkunu meħtieġa.

3. Il-paragrafu 1 japplika għal kull esibizzjoni kummerċjali, industrijali, agrarja jew ta' artiġjanat, fieri jew esibizzjoni pubblika jew wirja simili li ma tkunx organizzata għal finijiet privati fi ħwienet jew postijiet kummerċjali bil-għan li jkun hemm bejgħ ta' prodotti barranin, u li matulha il-prodotti jibqgħu taħt il-kontroll tad-dwana.

L-Artikolu 87a

Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 70 fejn, fuq talba tal-persuna li tiddikjara l-merkanzija lid-dwana, oġġett mhux assemblat jew żarmat li jinsab fil-Kapitolu 84 jew 85 tas-Sistema Armonizzata jkun importat f'biċċiet bil-kondizzjonijiet stabbiliti mill-awtoritajiet kompetenti, dan għandu jkun ikkunsidrat li jkun oġġett waħdu u jista' jkun mogħti ċertifikat ta' l-oriġini Formola A għall-oġġett kollu ma' l-importazzjoni ta' l-ewwel kunsinna.

L-Artikolu 87b

1. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 77, fil-każ ta' prodotti li jkunu s-suġġetti ta' kunsinni postali (inklużi pakkeġġi), xhieda ta'

status

ta' l-oriġini skond it-tifsira ta' din it-Taqsima tista' tingħata fuq Formola APR, li kampjun tagħha jinsab fl-Anness 18, bil-kondizzjoni li l-assistenza msemmija fl-Artikolu 77(1) tkun ġejja għar-rigward ta' l-imsemmija Formola.

2. Ħruġ ta' Formola APR għandu jkun suġġett għall-kondizzjonijiet li ġejjin:

(a) kunsinni għandu jkollhom biss prodotti li joriġinaw u l-valur m'għandux jeċċedi ECU 3000 kull kunsinna;

(b) Formola APR għandha timtela u tkun iffirmata mill-esportatur jew, bir-responsabbiltà tiegħu, mir-rappreżentant awtorizzat tiegħu. Il-firma fil-Kaxxa 6 għandha tkun miktuba bl-idejn;

(ċ) Formola APR għandha timtela għal kull kunsinna postali;

(d) wara li timtela u tkun iffirmata l-Formola l-esportatur għandu, fil-każ ta' kunsinni magħmula bil-parcel post, jehmiżha man-nota tad-dispatch. Fil-każ ta' kunsinni permezz ta' l-ittri postali, l-esportatur għandu jdaħħal il-Formola ġewwa l-pakkeġġ;

(e) jekk il-merkanzija li tkunu tinsab fil-kunsinna tkun diġà ġiet suġġetta għal verifika fil-pajjiż esportatur b'referenza għat-tifsir tal-prodotti li joriġinaw, l-esportatur jista' jirreferi għal din il-verifika fil-Kaxxa 7 "Rimarki" fuq Formola APR.

Dawn id-dispożizzjonijiet ma jeżentawx l-esportaturi milli jħarsu xi formalitajiet oħra meħtieġa bir-regolamenti tad-dwana jew tal-posta.

L-Artikolu 88

1. Prodotti mibgħuta bħala pakkeġġi żgħar minn persuni privati lill-persuni privati jew li jiffurmaw parti mill-bagalji personali ta' vjaġġaturi għandhom ikunu meqjusa bħala prodotti li joriġinaw li jibbenefikaw minn tariffi preferenzjali msemmija fl-Artikolu 67 mingħajr il-ħtieġa li jipproduċu ċertifikat ta' l-oriġini Formola A jew il-mili ta' Formola APR, sakemm dawk l-importazzjonijiet ikunu ta' natura mhux kummerċjali u jkunu ġew iddikjarati li jissodisfaw il-kondizzjonijiet meħtieġa għat-tħaddim ta' dak l-Artikolu, u fejn ikun hemm dubju għar-rigward tal-veraċità ta' dik id-dikjarazzjoni.

2. Importazzjonijiet li jkunu okkażjonali u jikkonsistu esklussivament fi prodotti għall-użu personali tar-reċipjenti jew vjaġġaturi jew il-familji tagħhom għandhom jitqiesu li jkunu ta' natura mhux kummerċjali jekk ikun evidenti min-natura u l-kwantità tal-prodotti li dawn ma jkunux qed jiġu importati għal raġunijiet kummerċjali.

Aktar minn hekk, il-valur totali tal-prodotti m'għandux jeċċedi ECU 215 fil-każ ta' pakkeġġi żgħar jew ECU 600 fil-każ tal-kontenut tal-bagalji personali tal-vjaġġaturi.

L-Artikolu 89

1. Xhieda ta'

status

ta' l-oriġini ta' prodotti tal-Komunità skond it-tifsira ta' l-Artikolu 67(2) għandha tingħata minn ċertifikat ta' moviment EUR.1, li kampjun tiegħu jinsab fl-Anness 21.

2. L-esportatur jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu għandu jniżżel "GSP pajjiżi benefiċjarji" u "KE" jew

u "CE" fil-Kaxxa 2 taċ-ċertifikat ta' moviment EUR.1.

3. Id-dispożizzjonijiet ta' din it-Taqsima dwar il-ħruġ, l-użu u verifika sussegwenti taċ-ċertifikati ta' oriġini Formola A japplikaw mutatis mutandis għal ċertifikati ta' moviment EUR.1.

L-Artikolu 90

1. Meta japplika l-Artikolu 67(2) u (3), l-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiż benefiċjarju mgħajjat biex joħroġ ċertifikat ta' l-oriġini Formola A għal prodotti li fil-fabbrikazzjoni tagħhom materjali li joriġinaw fil-Komunità huma użati għandhom joqogħdu biss fuq iċ-ċertifikat ta' moviment EUR.1.

2. Kaxxa 4 ta' ċertifikati ta' l-oriġini Formola A maħruġa fil-każijiet imsemmija fil-paragrafu 1 għandu jkollha miktub "Cumul CE" jew "Kumulazzjoni KE".

L-Artikolu 91

Is-sejba ta' diskrepanzi żgħar bejn id-dikjarazzonijiet magħmula fiċ-ċertifikat u dawk magħmula fid-dokumenti murija lill-uffiċċju tad-dwana għall-fini li jsiru l-formalitajiet għall-importazzjoni tal-prodotti m'għandhiex ipso facto tirrendi ċ-ċertifikat bħala null u bla effett, sakemm ikun stabbilit kif jixraq li ċ-ċertifikat jikkorrispondi mal-prodotti kkonċernati.

Żbalji formali ovvji bħalma huma żbalji fit-

typing

fuq ċertifikat ta' l-oriġini Formola A jew ċertifikat ta' moviment EUR.1 m'għandhomx iwasslu liċ-ċertifikati jkunu riġettati jekk dawn l-iżbalji ma jkunux tali li jikkreaw dubji dwar il-korrettezza tad-dikjarazzjonijiet magħmula fiċ-ċertifikat.

Is-Sotto-Taqsima 3

Metodi ta' kooperazzjoni amministrattiva

L-Artikolu 92

1. Il-pajjiżi benefiċjarji għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar l-ismijiet u l-indirizzi ta' l-awtoritajiet governattivi li jinsabu fit-territorju tagħhom li jkollhom is-setgħa joħorġu ċertifikati ta' oriġini Formola A, flimkien mal-kampjuni ta' timbri użati minn dawk l-awtoritajiet. Il-Kummissjoni għandha tagħti din l-informazzjoni lill-awtoritajiet doganali ta' l-Istati Membri.

2. Il-pajjiżi benefiċjarji għandhom jinfurmaw ukoll lill-Kummissjoni bl-ismijiet u l-indirizzi ta' l-awtoritajiet governattivi li jkollhom is-setgħa li joħorġu ċertifikati ta' l-awtentiċità msemmija fl-Artikolu 86, flimkien ma' kampjuni tat-timbri li dawn jużaw. Il-Kummissjoni għandha tagħti din l-informazzjoni lill-awtoritajiet doganali ta' l-Istati Membri.

3. Il-Kummissjoni għandha tippubblika fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej (serje C) id-data li fiha l-pajjiżi benefiċjarji ġodda msemmija fl-Artikolu 97 jkunu ħarsu l-obbligazzjonijiet stabbiliti fil-paragrafi 1 u 2.

4. Il-Kummissjoni għandha tibgħat lill-pajjiżi benefiċjarji kampjuni tat-timbri użati mill-awtoritajiet doganali ta' l-Istati Membri biex joħorġu ċertifikati ta' moviment EUR.1.

L-Artikolu 93

Għall-fini tad-dispożizzjonijiet dwar it-tariffi preferenzjali msemmija fl-Artikolu 67, kull pajjiż benefiċjarju għandu jikkonforma jew jassigura konformità mar-regoli dwar l-oriġini tal-merkanzija, l-għemil u l-ħruġ ta' ċertifikati ta' l-oriġini Formola A, il-kondizzjonijiet għall-użu tal-Formola APR u dawk dwar kooperazzjoni amministrattiva.

L-Artikolu 94

1. Verifiki sussegwenti ta' ċertifikati ta' l-oriġini Formola A u Formuli APR għandhom isiru kif jiġu jew kull meta l-awtoritajiet doganali fil-Komunità ikollhom dubji raġonevoli dwar l-awtentiċità tad-dokument jew dwar l-eżattezza ta' l-informazzjoni dwar il-vera oriġini tal-prodotti inkwistjoni.

2. Għall-finijiet tal-paragrafu 1, l-awtoritajiet doganali fil-Komunità għandhom jirritornaw kopja taċ-ċertifikat ta' l-oriġini Formola A jew il-Formola APR lill-awtorità governattiva kompetenti fil-pajjiż benefiċjarju li jesporta, fejn jingħataw, fejn xieraq, ir-raġunijiet tal-forma u sustanza għall-inkjesta. Jekk il-fattura tkun ngħatat, dik il-fattura jew kopja tagħha għandha tkun mehmuża mal-kopja taċ-ċertifikat ta' l-oriġini Formola A jew fuq il-Formola APR, kif ukoll id-dokumenti relevanti l-oħra kollha. L-awtoritajiet doganali għandhom jibagħtu wkoll kull informazzjoni li tkun miksuba li jissuġġerixxu li d-dettalji mogħtija fuq l-imsemmi ċertifikat jew Formola jkunu skorretti.

Jekk l-imsemmija awtoritajiet jiddeċiedu li jissospendu t-tariffi preferenzjali msemmija fl-Artikolu 67 sakemm ikun hemm ir-riżultati tal-verifika, dawn għandhom joffru li jirrilaxxaw il-prodotti lill-importatur suġġetti għal kull miżuri ta' prekawzjoni li jkunu meqjusa meħtieġa.

3. Meta ssir applikazzjoni għal verifika sussegwenti skond il-paragrafu 1, dik il-verifika għandha ssir u r-riżultati tagħha komunikati lill-awtoritajiet doganali fil-Komunità f'massimu ta' sitt xhur. Ir-riżultati għandhom ikunu tali li jistabbilixxu jekk iċ-ċertifikat ta' l-oriġini Formola A jew il-Formola APR inkwistjoni tapplikax għall-prodotti attwalment esportati u jekk dawn il-prodotti kinux fil-fatt eliġibbli għall-benefiċċju mit-tariffi preferenzjali msemmija fl-Artikolu 67.

4. Fil-każ ta' ċertifikati ta' l-oriġini Formola A maħruġa skond l-Artikolu 90, ir-risposta għandha tinkludi kopja (kopji) taċ-ċertifikat(i) ta' moviment EUR.1 li ġie(ġew) ikkunsidrat(i).

5. Jekk fil-każijiet ta' dubji raġonevoli ma jkunx hemm risposta fi żmien sitt xhur kif speċifikat fil-paragrafu 3 jew jekk ir-risposta ma jkunx fiha informazzjoni biżżejjed biex tiġi stabbilita l-awtentiċità tad-dokument ikkonċernat jew l-oriġini vera tal-prodotti, komunikazzjoni oħra għandha tintbagħat lill-awtoritajiet kompetenti. Jekk wara t-tieni komunikazzjoni r-riżultati tal-verifika ma jkunux komunikati lill-awtoritajiet li talbuhom fi żmien erba' xhur, jew jekk dawn ir-riżultati ma jippermettux li tkun stabbilita l-awtentiċità tad-dokument inkwistjoni jew il-vera oriġini tal-prodotti, l-awtoritajiet li talbuhom għandhom, minbarra fil-każ ta' ċirkostanzi eċċezzjonali, jirrifjutaw li jagħtu l-miżuri ta' tariffi preferenzjali.

Id-dispożizzjonijiet ta' l-ewwel subparagrafu japplikaw bejn il-pajjiżi ta' l-istess grupp reġjonali għall-finijiet ta' kontrolli a posteriori taċ-ċertifikati ta' l-oriġini Formola A maħruġa jew il-Formola APR mimlija skond din it-Taqsima.

6. Meta l-proċedura ta' verifika jew kull informazzjoni oħra disponibbli tidher li tindika li d-dispożizzjonijiet ta' din it-Taqsima jkunu qed jiġu miksura, il-pajjiż benefiċjarju li jesporta, fuq l-inizjattiva tiegħu jew fuq talba tal-Komunità, għandu jagħmel inkjesti xierqa jew jagħmel arranġamenti għal dawk l-inkjesti li jsiru b'urġenza kif jixraq biex jiġu identifikati u jipprevieni dawk il-kontravvenzjonijiet.

7. Għall-fini ta' verifika sussegwenti ta' ċertifikati ta' l-oriġini Formola A, kopji taċ-ċertifikati kif ukoll xi dokumenti ta' l-esportazzjoni li jirreferu għalihom għandhom jinżammu għal mill-inqas tliet snin mill-awtorità governattiva kompetenti fil-pajjiż benefiċjarju li jesporta.

L-Artikolu 95

L-Artikolu 78(1)(ċ) u l-Artikolu 81 japplikaw biss safejn in-Norveġja u l-Isvizzera, fil-kuntest tat-tariffi preferenzjali mogħtija lilhom għal ċerti prodotti li joriġinaw f'pajjiżi li qed jiżviluppaw, japplikaw dispożizzjonijiet simili għal dawk tal-Komunità.

Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-awtoritajiet doganali ta' l-Istati Membri bl-adozzjoni ta' dawk id-dispożizzjonijiet mill-pajjiż jew pajjiżi interessati u għandha tinnotifikahom bid-data li fiha d-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 78(1)(ċ) u l-Artikolu 81, u dispożizzjonijiet simili adottati mill-pajjiż jew pajjiżi interessati, jidħlu fis-seħħ.

Is-Sotto-Taqsima 4

Ceuta u Melilla

L-Artikolu 96

1. Il-kelma "Komunità" użata f'din it-Taqsima ma tkoprix lil Ceuta u Melilla. Il-kliem "prodotti li joriġinaw fil-Komunità" ma jkoprux prodotti li joriġinaw f'Ceuta u Melilla.

2. Din it-Taqsima tapplika mutatis mutandis biex tistabbilixxi jekk prodotti jistgħux jitqiesu bħala li u joriġinaw fil-pajjiż benefiċjarju li jesporta li jibbenefika mis-sistema ġeneralizzata ta' preferenzi meta importati f'Ceuta u Melilla jew bħala li joriġinaw f'Ceuta u Melilla.

3. Ceuta u Melilla għandhom jitqiesu bħala territorju wieħed.

4. Id-dispożizzjonijiet tat-Taqsima preżenti dwar il-ħruġ, l-użu u verifika sussegwenti taċ-ċertifikati ta' moviment EUR.1 japplikaw mutatis mutandis għal prodotti li joriġinaw f'Ceuta u Melilla.

5. L-awtoritajiet doganali Spanjoli huma responsabbli għall-applikazzjoni ta' din it-Taqsima f'Ceuta u Melilla.

Is-Sotto-Taqsima 5

Dispożizzjoni Finali

L-Artikolu 97

Meta pajjiż jew territorju hu ammess jew ri-ammess bħala benefiċjarju GSP għar-rigward ta' prodotti msemmija fir-regolamenti relevanti tal-KE jew deċiżjonijiet tal-KEFA, merkanzija li toriġina f'dak il-pajjiż jew territorju jistgħu jibbenefikaw mill-GSP bil-kondizzjoni li dawn kienu esportati mill-pajjiż benefiċjarju jew territorju fi jew wara d-data msemmija fl-Artikolu 92(3)."

2. L-Artikolu 100 hu emendat kif ġej:

(a) it-tieni sub-paragrafu tal-paragrafu 1 hu sostitwit b'dan li ġej:

"L-Artikolu 66 u l-Anness 14 japplikaw.";

(b) fil-paragrafu 2 il-punti (a) u (b) huma mħassra;

(ċ) il-paragrafu 3 hu sostitwit b'dan li ġej:

"3. Għall-finijiet ta' l-Artikolu 98(1)(a) (ii) u (b) (ii), l-operazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 70 għandhom ikunu kkunsidrati bħala xogħol jew proċessar mhux suffiċjenti li jagħti l-i status ta' prodotti li joriġinaw, kemm jekk il-ħtiġiet ta' l-Artikolu 69(1) ikunu osservati jew le."

3. L-Artikolu 102 hu sostitwit b'dan li ġej:

"L-Artikolu 102

Id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikoli 74 u 75 japplikaw għal din it-Taqsima."

4. L-Artikolu 113 hu sostitwit b'dan li ġej:

"L-Artikolu 113

Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 100(3), fejn, fuq talba tad-dikjarant, oġġett mhux assemblat jew żarmat li jinsab fil-Kapitolu 84 jew 85 tas-Sistema Armonizzata hu importat f'diversi kunsinni bil-kondizzjonijiet stabbiliti mill-awtoritajiet doganali, dan għandu jkun ikkunsidrat li jkun oġġett wieħed u ċertifikat ta' moviment EUR.1 jista' jkun sottomess għall-oġġett kollu ma' l-importazzjoni ta' l-ewwel kunsinna."

5. L-Artikolu 119(4), it-tieni sub-paragrafu hu sostitwit b'dan li ġej:

"Id-dispożizzjonijiet ta' l-ewwel sub-paragrafu ta' l-Artikolu 94(5) japplika għal dan il-paragrafu."

6. L-Artikolu 121 hu emendat kif ġej:

(a) il-paragrafu 1 hu sostitwit b'dan li ġej:

"1. Il-merkanzija msemmija fl-Artikolu 68(1) għandha tkun ikkunsidrata li tkun miksuba kollha kemm hi f'Repubblika benefiċjarja jew fil-Komunità.";

(b) il-kliem tal-bidu tal-paragrafu 2 huma sostitwiti b'dawn li ġejjin:

"Il-kliem "il-bastimenti tiegħu". fl-Artikolu 68(1)(f) japplikaw biss għall-bastimenti:".

7. L-Artikolu 122 hu emendat kif ġej:

- it-tieni sub-paragrafu tal-paragrafu 1 hu mibdul b'dan li ġej:

"Id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 66 u l-Anness 14 japplikaw."

- fil-paragrafu 2 il-punti (b) u (ċ) huma mħassra;

- il-paragrafu 3 hu sostitwit b'dan li ġej:

"3. Għall-finijiet tal-paragrafi 1 u 2, il-ħidmiet imsemmija fl-Artikolu 70 għandhom ikunu kkunsidrati bħala xogħol jew proċessar mhux suffiċjenti biex jagħti l-i status ta' prodotti li joriġinaw, kemm jekk il-ħtiġiet ta' l-Artikolu 69(1) jkunu osservati jew le."

8. L-Artikolu 124 hu sostitwit b'dan li ġej:

"L-Artikolu 124

Id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikoli 74 u 75 japplikaw għal din it-Taqsima."

9. L-Artikolu 181 li ġej hu mdaħħal:

"L-Artikolu 181 a

1. L-awtoritajiet doganali m'għandhomx għalfejn jistabbilixxu l-valutazzjoni doganali tal-merkanzija importata fuq il-bażi tal-metodu tal-valur tat-transazzjoni jekk, skond il-proċedura stabbilita fil-paragrafu 2, dawn ma jkunux sodisfatti, fuq il-bażi ta' dubji raġonevoli, li l-valur dikjarat jirrappreżenta l-ammont totali mħallas jew dovut kif imsemmi fl-Artikolu 29 tal-Kodiċi.

2. Meta l-awtoritajiet doganali jkollhom id-dubji kif deskritt fil-paragrafu 1 dawn jistgħu jitolbu għall-informazzjoni addizzjonali skond l-Artikolu 178(4). Jekk dawn id-dubji jippersistu, l-awtoritajiet doganali għandhom, qabel jieħdu deċiżjoni finali, jinnotifikaw lill-persuna interessata, bil-miktub jekk mitlub, dwar ir-raġunijiet għal dawk id-dubbji u jipprovduh bl-opportunità raġonevoli biex jirrispondi. Deċiżjoni finali u l-motivi għaliha għandhom ikunu kkomunikati bil-miktub lill-persuna interessata."

10. Fil-punt (e) ta' l-Artikolu 313(2), il-paragrafu li ġej hu mdaħħal bejn it-tielet u r-raba' paragrafu:

- "abbord bastiment ġej minn pajjiż mhux membru li fuqu merkanzija tkun trasportata minn bastiment ieħor ġej minn port tal-Komunità,".

11. L-Artikolu 314 hu emendat kif ġej:

(a) il-paragrafu 1 hu sostitwit b'dan li ġej:

"1. status

tal-Komunità dwar il-merkanzija għandu jkun stabbilit permezz ta':

- wieħed mid-dokumenti li jinsabu fl-Artikoli 315 sa 318, jew

- il-proċedura dettaljata li tinsab fl-Artikoli 319 sa 323, jew

- dokument ta' akkumpanjament kif provdut fir-Regolament (KEE) Nru 2719/92.";

(b) il-paragrafu li ġej hu miżjud mal-paragrafu 2 (d):

- "il-merkanzija trasportata, wara trasbord f'pajjiż mhux membru, permezz ta' trasport li ma jkunx dak li fih dawn kienu oriġinarjament mgħobbija. F'dawk il-każijiet id-dokument ġdid ta' trasport għandu jkun akkumpanjat minn duplikat tad-dokument oriġinali ta' trasport maħruġ għat-trasport tal-merkanzija mill-Istat Membru tat-tluq lill-Istat Membru tad-destinazzjoni. L-awtoritajiet doganali fl-uffiċċju ta' destinazzjoni għandhom, fil-qafas tal-kooperazzjoni amministrattiva bejn l-Istati Membri, jagħmlu verifiki a posteriori sabiex jivverifikaw id-dettalji murija fuq il-kopja tad-dokument oriġinali.".

12. Fl-Artikolu 360, l-ewwel paragrafu hu sostitwit b'dan li ġej:

"Meta ħidmiet ta' transitu tal-Komunità li jinkludu merkanzija, li kienu jew għandhom ikunu suġġetti għall-informazzjoni speċifika, b'mod partikolari bl-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1468/81 [8], jippreżentaw risku eċċezzjonali ta' frodi, l-amministrazzjonijiet doganali ta' l-Istati Membri għandhom, bi ftehim mal-Kummissjoni, jieħdu miżuri speċifiċi sabiex temporanjament ma jippermettux l-użu ta' garanzija komprensiva."

13. L-Artikolu 361 hu sostitwit b'dan li ġej:

"L-Artikolu 361

Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 360, il-livell tal-garanzija komprensiva għandu jkun stabbilit kif ġej:

1. L-ammont tal-garanzija għandu jkun stabbilit mill-inqas għal 30 % tad-dazju u ħlasijiet oħra pagabbli skond il-proċeduri stabbiliti fil-punt 4.

2. Il-garanzija komprensiva għandha tkun stabbilita f'livell ugwali għall-ammont sħiħ tad-drittijiet u ħlasijiet oħra pagabbli, taħt id-dispożizzjonijiet tal-punt 4, meta tkun maħsuba li tkopri l-operazzjonijet ta' transitu tal-Komunità dwar merkanzija:

- li jkunu ġew suġġetti għall-informazzjoni speċifika mill-Kummissjoni dwar ħidmiet ta' transitu li jippreżentaw riskji ta' frodi miżjuda, b'mod partikolari bis-saħħa tad-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KEE) Nru 1468/81, u

- li jkunu ġew suġġetti għall-komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Istati Membri, wara eżami magħmul mill-Kumitat skond l-Artikolu 248 tal-Kodiċi.

Iżda, l-awtoritajiet doganali jistgħu jistabbilixxu l-ammont tal-garanzija għal 50 % tad-dazji u ħlasijiet oħra pagabbli għall-persuni:

- li jkunu stabbiliti fl-Istati Membri fejn tingħata l-garanzija,

- li huma utenti regolari tas-sistema ta' transitu tal-Komunità,

- li s-sitwazzjoni finanzjarja tagħhom tkun tali li jkunu jistgħu jilħqu l-impenji tagħhom, u

- li ma jkunux ikkommettew xi ksur serju tal-liġijiet tad-dwana jew taxxa.

Jekk jiġi applikat it-tieni sub-paragrafu, l-uffiċċju ta' garanzija għandu jniżżel fil-Kaxxa 7 taċ-ċertifikat ta' garanzija kif provdut fl-Artikolu 362(3) wieħed mill-indikazzjonijiet li ġejjin:

- ,

- ,

- ,

- εφαρμογή του άρθρου 361, σημείο 2, δεύτερο εδάφιο, του κανονισμού (ΕΟΚ) αριθ. 2454/93,

- ,

- ,

- ,

- ,

- .

3. Meta d-dikjarazzjoni ta' transitu tal-Komunità tinkludi merkanzija oħra minbarra dik koperta bil-punt 2, id-dispożizzjonijiet dwar l-ammont tal-garanzija komprensiva għandhom ikunu applikati bħallikieku ż-żewġ kategoriji tal-merkanzija kienu koperti b'dikjarazzjonijiet separati.

Iżda, m'għandhiex tiġi kkunsidrata l-preżenza tal-merkanzija ta' kull kategorija jekk il-kwantità jew valur tagħha tkun relattivament insinifikanti.

4. Sabiex jiġi applikat dan l-Artikolu l-uffiċċju tal-garanzija għandu jagħmel stima matul perjodu ta' ġimgħa dwar:

- kunsinni magħmula,

- id-dazji u ħlasijiet oħra pagabbli billi jiġi kkunsidrat l-ogħla livell ta' tassazzjoni applikabbli f'wieħed mill-pajjiżi inkwistjoni.

Din l-istima għandha ssir fuq il-bażi tad-dokumentazzjoni kummerċjali u ta' accounting tal-persuna interessata għar-rigward tal-merkanzija trasportata matul is-sena li għaddiet, l-ammont miksub imbagħad jiġi diviż bi 52.

Fil-każ ta' l-operaturi ġodda, l-uffiċċju ta' garanzija għandu, b'kollaborazzjoni mal-persuna interessata, jagħmel stima tal-kwantità, valur u taxxi applikabbli għall-merkanzija li tkun trasportata matul perjodu partikolari ibbażata fuq data diġà disponibbli. L-uffiċċju ta' garanzija għandu, permezz ta' estrapolazzjoni, jistabbilixxi l-valur li x'aktarx ikun japplika u taxxi fuq il-merkanzija li jkunu ser jiġu trasportati matul perjodu ta' ġimgħa.

L-uffiċċju ta' garanzija għandu jagħmel reviżjoni annwali ta' l-ammont tal-garanzija komprensiva, b'mod partikolari fuq il-bażi ta' l-informazzjoni mill-uffiċċji tat-tluq, u għandu jekk ikun xieraq jaġġusta l-ammont.

5. Il-Kummissjoni għandha tippubblika, meta jkun meħtieġ iżda għall-inqas darba fis-sena, il-lista tal-merkanzija li għaliha japplikaw id-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 2, fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej, serje C.

Perjodikament iżda għall-inqas darba fis-sena, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi, wara eżami mill-Kumitat, skond l-Artikolu 248 tal-Kodiċi, jekk il-miżuri meħuda taħt il-paragrafu 2 jeħtiġux jitkomplew jew le."

14. L-Artikolu 368 hu emendat kif ġej:

(a) Il-paragrafu 2 hu sostitwit b'dan li ġej:

"2. Meta, minħabba ċirkostanzi li jkunu partikolari għaliha, ħidma ta' trasport tinvolvi riskju miżjud u għal dik ir-raġuni l-garanzija ta' ECU 7000 tkun kjarament mhux biżżejjed, l-uffiċċju tat-tluq għandu jitlob garanzija ta' ammont akbar f'multipli ta' ECU 7000 sabiex jiggarantixxi d-dazji u ħlasijiet oħra dwar il-kwantità totali tal-merkanzija li tkun ser tintbagħat.

B'mod partikolari, ħidma ta' trasport għandha tkun ikkunsidrata li tinvolvi riskju miżjud meta din tirreferi għall-merkanzija li, għar-rigward ta' l-użu tal-garanzija komprensiva, ikunu applikabbli d-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 360 jew il-punt 2 ta' l-Artikolu 361."

(b) L-ewwel sub-paragrafu tal-paragrafu 3 hu sostitwit b'dan li ġej:

"B'żieda ma' dan, it-trasport tal-merkanzija elenkata fl-Anness 52 għandu jwassal għal żieda fl-ammont tal-garanzija flat-rate meta l-kwantità tal-merkanzija trasportata teċċedi l-kwantità li tikkorrispondi għall-ammont flat-rate ta' ECU 7000."

15. il-paragrafu 3 li ġej hu miżjud ma' l-Artikolu 510:

"3. Mingħajr preġudizzju għad-derogi li jinsabu fl-Anness 69a, bejgħ bl-imnut fil-fond, arja ta' ħażna jew xi lok definit ieħor ta' maħżen doganali mhux permess. Din il-projbizzjoni tapplika wkoll għall-merkanzija mpoġġija taħt il-proċedura ta' magażinaġġ doganali f'maħżen tat-tip E."

16. L-Artikolu 522 hu sostitwit b'dan li ġej:

"L-Artikolu 522

1. Il-formoli tas-soltu ta' maniġġament imsemmija fl-Artikolu 109(4) tal-Kodiċi għandhom ikunu dawk imfissra fl-Anness 69.

2. Fuq talba tad-dikjarant, fil-każijiet fejn japplika l-Artikolu 112(2) tal-Kodiċi, il-Folja ta' Informazzjoni INF 8 tista' tintuża meta merkanzija mpoġġija taħt il-proċedura ta' magażinaġġ doganali, li tkun ġiet suġġetta għall-formoli tas-soltu dwar maniġġament, tkun dikjarata għal trattament jew użu ieħor doganali approvat.

Il-Folja ta' Informazzjoni INF 8 għandha ssir fl-oriġinal u f'kopja fuq Formola li tkun konformi mal-mudell u d-dispożizzjonijiet stabbiliti fl-Anness 70.

Il-Folja ta' Informazzjoni INF 8 għandha sservi biex jiġu stabbiliti l-elementi ta' tassazzjoni li għandhom jiġu kkunsidrati.

Għal dak il-għan, l-uffiċċju ta' sorveljanza, għandu jipprovdi l-informazzjoni msemmija fil-Kaxxi 11, 12, u 13 jiffirma Kaxxa 15 u jirritorna l-oriġinal tal-Folja ta' Informazzjoni INF 8 lid-dikjarant."

17. L-Artikolu 523(2) hu sostitwit b'dan li ġej:

"2. Applikazzjonijiet għall-awtorizzazzjoni biex isiru l-forom tas-soltu ta' maniġġament għandhom jipprovdu d-dettalji kollha meħtieġa għat-tħaddim tad-dispożizzjonijiet li jirregolaw il-proċedura dwar il-magażinaġġ doganali.

Jekk l-applikazzjoni tkun approvata, l-uffiċċju ta' sorveljanza għandu jagħti l-awtorizzazzjoni billi jimmarka l-applikazzjoni f'dan is-sens u jittimbraha. F'dak il-każ l-Artikolu 502 japplika mutatis mutandis".

18. L-Artikolu 526(4) hu sostitwit b'dan li ġej:

"4. Meta l-merkanzija li tkun ser tiġi trasferita tkun ġiet suġġetta għall-forom tas-soltu ta' maniġġament u l-Artikolu 112(2) tal-Kodiċi japplika, id-dokument imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jinkludi n-natura, il-valur tad-dazju u l-kwantità tal-merkanzija trasferita, li tista' tiġi kkunsidrata fl-eventwalità li jinħoloq debitu lid-dwana jekk il-merkanzija inkwistjoni ma kinetx ġiet suġġetta għall-imsemmi maniġġament".

19. L-Artikolu 676 hu sostitwit b'dan li ġej:

"L-Artikolu 676

1. Għall-finijiiet tal-punt (a) ta' l-Artikolu 674(4), "stabbilimenti approvati' tfisser, fil-każ ta' materjal pedagoġiku, stabbilimenti għal tagħlim pubbliku jew privat jew għal taħriġ vokazzjonali li essenzjalment ikunu mħaddma mhux għal profitt u jkunu ġew approvati mill-awtoritajiet nominati mill-Istat Membru li jkun ħareġ l-awtorizzazzjoni bħala reċipjenti ta' materjal pedagoġiku taħt il-proċedura ta' l-importazzjoni temporanja."

2. Għall-finijiet tal-punt (a) ta' l-Artikolu 674(4) "stabbilimenti approvati" tfisser, fil-każ ta' l-apparat xjentifiku, stabbilimenti pubbliċi jew privati xjentifiċi jew għat-tagħlim li essenzjalment ikunu mħaddma mhux għal profitt u jkunu ġew approvati mill-awtoritajiet nominati mill-Istat Membru li ħareġ l-awtorizzazzjoni bħala reċipjenti ta' apparat xjentifiku taħt il-proċedura ta' l-importazzjoni temporanja."

20. L-Artikolu 683 hu sostitwit b'dan li ġej:

"L-Artikolu 683

Il-proċedura ta' l-importazzjoni temporanja b'eżenzjoni totali mid-drittijiet ta' l-importazzjoni għandha tingħata għal:

(a) films ċinematografiċi posittivi, stampati u żviluppati u media li jkollha reġistrat xbihat oħra maħsuba li tintwera qabel użu kummerċjali;

(b) films,magnetic tapes u wires u media li jkollha reġistrat xbihat jew ħsus oħra li jkunu maħsuba li jkunu pprovduti b' sound track, iddabbjati jew ikkoppjati;

(ċ) films li juru n-natura jew l-operazzjoni ta' prodotti jew apparat barrani, sakemm dawn ma jkunux maħsuba għall-wiri lill-pubbliku bi ħlas;

(d) media li jkollha d- data, mibgħuta mingħajr ħlas għall-użu fi proċessar awtomatiku tad- data;

(e) oġġetti (inklużi vetturi) li, min-natura tagħhom, mhumiex xierqa għal xi għan minbarra dak ta' riklamar ta' oġġetti partikolari jew pubbliċità għal għan speċifiku."

21. L-Artikolu 694(1) hu sostitwit b'dan li ġej:

"1. Meta joħorġu l-awtorizzazzjoni l-awtoritajiet doganali nominati għandhom jispeċifikaw il-perjodu li matulu l-merkanzija importata għandha tkun assenjata trattament jew użu li jkun approvat mid-dwana, fejn jiġu kkunsidrati l-perjodi mogħtija fl-Artikolu 140(2) tal-Kodiċi u l-Artikolu 674, 679, 681, 682 u 684 u l-ħin meħtieġ biex jintlaħaq l-għan ta' l-importazzjoni temporanja."

22. L-Artikolu 698(2) hu sostitwit b'dan li ġej:

"2. Meta ammont għoli ta' drittijiet ta' l-importazzjoni u ħlasijiet oħra jkunu involuti, il-paragrafu 1 m'għandux japplika għar-rigward ta' l-effetti personali u għall-merkanzija importata għall-finijiet ta' sport."

23. L-Artikolu 709(2) hu sostitwit b'dan li ġej:

"2. Il-paragrafu 1 ma japplikax għar-rilaxx għal ċirkolazzjoni ħielsa ta' merkanzija li tkun iddaħħlet għall-proċedura ta' l-importazzjoni temporanja taħt l-Artikolu 673, l-Artikolu 678, l-Artikolu 682 jew l-Artikolu 684a, jew fejn imgħax ta' kumpens, kalkulat skond il-paragrafu 3, jammonta għal ECU 20 jew anqas għal kull dikjarazzjoni għal ċirkolazzjoni ħielsa."

24. L-Artikolu 710a hu sostitwit b'dan li ġej:

"L-Artikolu 710a

Fil-każ tar-rilaxx għal ċirkolazzjoni ħielsa tal-merkanzija fi Stat Membru li ma jkunx dak li fih ikunu ddaħħlu għall-proċedura, l-Istat Membru tar-rilaxx għal ċirkolazzjoni ħielsa għandu jiġbor id-drittijiet ta' l-importazzjoni, billi jikkunsidra d-drittijiet li huma msemmija fil-Folja ta' Informazzjoni INF 6, kif provdut fl-Artikolu 715(3), skond l-indikazzjonijiet korrispondenti."

25. Għandu jidħol l-Artikolu 711a li ġej:

"L-Artikolu 711a

Meta l-Artikolu 90 tal-Kodiċi jkun applikat l-awtoritajiet kompetenti li jkunu qed japprovaw dak it-trasferiment għandhom b'hekk jagħmlu nota fuq l-awtorizzazzjoni.

Dak it-trasferiment itemm il-proċedura għar-rigward tad-detentur preċedenti."

26. L-Artikolu 793 hu emendat kif ġej:

(a) l-ewwel sub-paragrafu tal-paragrafu 3 hu sostitwit b'dan li ġej:

"L-uffiċċju tad-dwana tal-ħruġ għandu jkun sodisfatt li l-merkanzija preżentata tikkorrispondi ma' dik dikjarata u għandu jissorvelja t-tluq fiżiku tagħhom. Meta d-dikjarant iniżżel "RET-EXP"; fil-Kaxxa 44 jew jindika mod ieħor ix-xewqa tiegħu li jkollu Kopja Nru 3 ritornata lilu, l-imsemmi uffiċċju għandu jawtentika t-tluq fiżiku tal-merkanzija permezz ta' l- endorsement fuq in-naħa ta' wara ta' Kopja Nru 3 u għandu jagħti dik il-kopja lill-persuna li tkun preżentatha jew, fejn dan ma jkunx possibbli, lil xi intermedjarju msemmi fil-Kaxxa 50 u stabbilit fid-distrett ta' l-uffiċċju tal-ħruġ, għal ritorn lid-dikjarant. L- endorsement għandha tieħu l-forma ta' timbru li juri l-isem ta' l-uffiċċju u d-data.";

(b) għandu jidħol il-paragrafu 6a li ġej:

"6a. Meta merkanzija taħt arranġamenti ta' sospensjoni ta' dazju tkun mibgħuta lil pajjiż mhux membru flimkien ma' dokument ta' l-akkumpanjament kif hemm provdut fir-Regolament (KEE) Nru 2719/92, l-uffiċċju tad-dwana ta' l-esportazzjoni għandu jimmarka il-Kopja Nru 3 tad-Dokument Amministrattiv Singlu b'mod konformi mal-paragrafu 3 u jirritornaha lid-dikjarant wara li jniżżel il-kelma "Esportazzjoni" bl-aħmar u jwaħħal il-bolla msemmija fil-paragrafu 3 fuq il-kopji kollha tad-dokument ta' l-akkumpanjament.

Għandha ssir referenza għad-dokument ta' l-akkumpanjament fuq Kopja Nru 3 tad-Dokument Amministrattiv Singlu u viċe versa.

L-uffiċċju tad-dwana tal-ħruġ għandu jissorvelja l-ħruġ fiżiku tal-merkanzija u jibgħat lura l-kopja tad-dokument ta' l-akkumpanjament skond l-Artikolu 19(4) tad-Direttiva tal-Kunsill 92/12/KEE [9].

Fejn japplika il-paragrafu 4, in-notament għandu jitniżżel fuq id-dokument tad-dazju ta' l-akkumpanjament."

27. L-Artikolu 817 hu emendat kif ġej:

(a) fil-paragrafu 3 punt (f) hu sostitwit b'dan li ġej:

"(f) meta d-dħul tal-merkanzija f'żona ħielsa jew maħżen bla ħlas iwassal għall-proċedura ta' proċessar 'l ġewwa, proċedura ta' l-importazzjoni temporanja, jew proċedura ta' transitu esterna tal-Komunità li hi stess twassal għal waħda minn dawn il-proċeduri, l-indikazzjoni msemmija fi:

- l-Artikolu 610(1) u l-Artikolu 644(1),

- l-Artikolu 711;"

(b) fil-paragrafu 3 il-punt (g) hu mħassar.

28. l-Artikolu 818 hu sostitwit b'dan li ġej:

"L-Artikolu 818

1. Il-forom tas-soltu dwar maniġġament imsemmija fil-punt (b) ta' l-ewwel paragrafu ta' l-Artikolu 173 tal-Kodiċi huma mfissra fl-Anness 69.

2. Fuq talba tad-dikjarant, fil-każijiet fejn l-Artikolu 178(2) tal-Kodiċi japplika, il-Folja ta' Informazzjoni INF 8 tista' tinħareġ meta merkanzija mpoġġija f'żona ħielsa jew maħżen bla ħlas, li jkunu ġew suġġetti għall-forom tas-soltu dwar maniġġament, ikunu dikjarati għal trattament jew użu approvat mid-dwana.

Il-Folja ta' Informazzjoni INF 8 għandha ssir fl-oriġinal u kopja fuq Formola li tkun konformi mal-mudell u d-dispożizzjonijiet stabbiliti fl-Anness 70.

Il-Folja ta' Informazzjoni INF 8 tista' sservi biex jiġu stabbiliti l-elementi ta' tassazzjoni li għandhom jiġu kkunsidrati.

Għal dak il-għan, l-uffiċċju ta' sorveljanza għandu jipprovdi l-informazzjoni msemmija fil-Kaxxi 11, 12, u 13 jimla Kaxxa 15 u jirritorna l-oriġinal tal-Folja ta' Informazzjoni INF 8 lid-dikjarant."

29. Fl-Artikolu 900(1) hu miżjud il-punt (o) li ġej:

"(o) id-debitu doganali jkun sar mod ieħor milli taħt l-Artikolu 201 tal-Kodiċi u l-persuna konċernata tkun kapaċi tipproduċi ċertifikat ta' l-oriġini, ċertifikat ta' moviment, dokument dwar transitu intern tal-Komunità jew dokument ieħor xieraq li juri li jekk il-merkanzija importata kellha tiddaħħal għal ċirkolazzjoni ħielsa dawn kienu jkunu eliġibbli għal trattament tal-Komunità jew trattament ta' tariffi preferenzjali, sakemm il-kondizzjonijiet l-oħra msemmija fl-Artikolu 890 kienu ssodisfati."

30. It-tielet paragrafu ta' l-Artikolu 915 hu sostitwit b'dan li ġej:

"L-Artikolu 791(2) ma jibqax japplika mill-1 ta' Jannar 1996."

31. L-Anness 14 hu sostitwit bl-Anness 1 ta' dan ir-Regolament.

32. L-Anness 15 hu emendat kif ġej:

(a) in-nota fil-qiegħ (1) fuq paġni 273 u 274 hi sostitwita b'dan li ġej:

"(1) Ara nota ta' l-introduzzjoni 7 fl-Anness 14.";

(b) nota fil-qiegħ (3) fuq paġna 276 hi sostitwita b'dan li ġej:

"(3) Ara nota introduttorja 7 fl-Anness 14.";

(ċ) "fuq paġna 286, id-dispożizzjoni li ġejja, dwar prodotti li jinsabu fil-kodiċi Nru 6217, hi mdaħħla:

(1) | (2) | (3) |

ex 6217 | Fursetti tan-nofs għal kullari u pulzieri, maqtugħa | Manifattura li fiha: il-materjali kollha użati huma klassifikati f'xi intestatura minbarra dik tal-prodott,uil-valur tal-materjali kollha użati ma jeċċedix l-40 % tal-prezz ex works tal-prodott" |

33. L-Anness 19 hu emendat kif ġej:

(a) in-nota fil-qiegħ (1) fuq paġni 331 sa 337 hi sostitwita b'dan li ġej:

"(1) Għall-kondizzjonijiet speċjali li jirreferu għall-prodotti magħmula minn taħlita ta' materjali tat-tessut, ara nota introduttorja 5 fl-Anness 14.";

(b) in-nota fil-qiegħ (2) fuq paġna 336 hi sostitwita b'dan li ġej:

"(2) Ara nota introduttorja 6 fl-Anness 14.";

(ċ) in-nota fil-qiegħ (3) fuq paġna 337 hi sostitwita b'dan li ġej:

"(3) nota introduttorja 6 fl-Anness 14.";

34. L-Anness 20 hu emendat kif ġej:

(a) in-nota fil-qiegħ (1) fuq paġna 363, 364 u 367 hi sostitwita b'dan li ġej:

"(1) Ara nota introduttorja 7 fl-Anness 14.";

(b) in-nota fil-qiegħ (1) fuq paġni 372 sa 376 u fuq paġna 378, u n-nota fil-qiegħ (2) fuq paġna 377 huma sostitwiti b'dawn li ġejjin:

"Għall-kondizzjonijiet speċjali li jirreferu għall-prodotti magħmula minn taħlita ta' materjali tat-tessut, ara nota introduttorja 5 fl-Anness 14.";

(ċ) in-nota fil-qiegħ (1) fuq paġni 377 u 379 hi sostitwita b'dan li ġej:

"(1) Ara nota introduttorja 6 fl-Anness 14.";

(d) l-aħħar parti tan-nota fil-qiegħ (2) fuq paġna 378 hi sostitwita b'dan li ġej:

"Ara nota introduttorja 6 fl-Anness 14.";

(e) in-nota fil-qiegħ (3) fuq paġna 378 hi sostitwita b'dan li ġej:

"(3) Ara nota introduttorja 6 fl-Anness 14.";

35. L-Annessi 31, 32, 33, 34 u 38 huma b'dan emendati skond l-Anness 2 ta' dan ir-Regolament.

36. L-Anness 37 hu emendat kif ġej:

(a) iċ-ċifra "50" hi mdaħħla fl-ewwel paragrafu tal-punt 1 tat-Titolu I tat-Taqsima B.

(b) il-paragrafu li ġej hu miżjud mal-punt 50 tat-Titolu II tat-Taqsima A:

"Għall-operazzjonijiet ta' l-esportazzjoni, id-dikjarant jew ir-rappreżentant tiegħu jista' jniżżel l-isem u l-indirizz ta' persuna stabbilita fid-distrett ta' l-uffiċċju tal-ħruġ li lilu Kopja Nru 3 tad-dikjarazzjoni li tkun ffirmata mill-imsemmi uffiċċju tista' tingħata."

37. L-Anness 53 hu mħassar.

38. L-Anness 69 hu sostitwit bl-Anness 3 ta' dan ir-Regolament.

39. L-Anness 69a, li hu stabbilit fl-Anness 4 ta' hawnhekk, hu mdaħħal.

40. L-Anness 96 hu sostitwit bl-Anness 5 ta' hawnhekk.

41. Fl-Anness 108 it-test wara

"IR-RENJU UNIT"

hu sostitwit b'dan li ġej:

"Birmingham Airport Free Zone

Humberside Free Zone (Hull)

Liverpool Free Zone

Prestwick Airport Free Zone (Scotland)

Ronaldsway Airport Free Zone (Isle of Man)

Southampton Free Zone

Port of Tilbury Free Zone".

L-Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba' jum wara dak tal-pubblikazzjoni fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Il-Punt 9 ta' l-Artikolu 1 japplika mill-1 ta' Jannar 1995.

Awtorizzazzjonijiet eżistenti maħruġa b'pattijiet inkompatibbli mal-punt 15 ta' l-Artikolu 1 jistgħu jibqgħu fis-seħħ għall-perjodu li ma jeċċedix sentejn wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.

Il-Punt 29 ta' l-Artikolu 1 japplika mill-1 ta' Jannar 1994.

Il-Punt 35 ta' l-Artikolu 1 japplika mill-1 ta' Jannar 1996. Il-Formola mudell ġdida tista' tintuża malli dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ. Formuli użati qabel dik id-data jistgħu jintużaw sakemm l-istokk tagħhom jiġi eżawrit iżda mhux wara l-31 ta' Diċembru 1996.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fid- 19 ta' Diċembru 1994.

Għall-Kummissjoni

Christiane Scrivener

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 302, tad-19.10.1992, p. 1.

[2] ĠU L 253, tal-11.10.1993, p. 1.

[3] ĠU L 235, tad-9.9.1994, p. 6.

[4] ĠU L 276, tad-19.9.1992, p. 1.

[5] ĠU L 198, tas-7.8.1993, p. 5.

[6] ĠU L 180, tat-23.7.1993, p. 9.

[7] ĠU L 370, tal-31.12.1990, p. 86.

[8] ĠU L 144, tat-2.6.1981, p. 1.

[9] ĠU Nru L 76, tas-26.3.1992, p. 1.

--------------------------------------------------

L-ANNESS 1

"

L-ANNESS 14

NOTI INTRODUTTORJI LI JAPPLIKAW GĦAT-TLIET REĠIMI PREFERENZJALI

DAĦLA

Minbarra fejn speċifikat mod ieħor, dawn in-Noti japplikaw għat-tliet reġimi preferenzjali.

Dawn in-noti japplikaw, fejn ikun xieraq, għall-prodotti kollha fabbrikati bl-użu ta' materjali li ma joriġinawx, anke jekk dawn ma jkunux suġġetti għall-kondizzjonijiet speċifiċi li jinsabu fl-Annessi 15, 19 u 20 u huma biss suġġetti għall-bidla fir-regola ta' l-intestatura stabbilita fl-Artikolu 69(1), 100 (1) u122 (1).

Nota 1

1.1. Il-listi fl-Annessi 15, 19 u 20 fihom xi prodotti li ma jibbenefikawx minn tariffi prefernzjali iżda li jistgħu jintużaw fil-fabbrikazzjoni ta' prodotti li jibbenefikaw.

1.2. L-ewwel żewġ kolonni fil-lista jiddeskrivu l-prodott miksub. L-ewwel kolonna tagħti n-numru ta' l-intestatura jew in-numru tal-kapitolu użat fis-Sistema Armonizzata u t-tieni kolonna tagħti d-deskrizzjoni tal-merkanzija użata f'dik is-sistema għal dik l-intestatura jew kapitolu. Għal kull daħla fl-ewwel żewġ kolonni hemm speċifikata regola fil-kolonna 3. Meta, f'ċerti każijiet, id-daħla fl-ewwel kolonna hi preċeduta b'"ex", dan ifisser li r-regola fil-kolonna 3 tapplika biss għal dik il-parti ta' dik l-intestatura jew kapitolu kif deskritt fil-kolonna 2.

1.3. Meta diversi numri ta' l-intestaturi jkunu miġbura flimkien fil-kolonna 1 jew numru ta' kapitolu jingħataw u d-deskrizzjoni ta' prodotti fil-kolonna 2 tkun għalhekk mogħtija f'termini ġenerali, ir-regola li tinsab fil-kolonna 3 tapplika għall-prodotti kollha li, taħt is-Sistema Armonizzata, jkunu klassifikati fl-intestaturi tal-kapitolu jew f'xi waħda mill-intestaturi gruppati flimkien fil-kolonna 1.

1.4. Meta jkun hemm regoli differenti fil-lista li japplikaw għal prodotti differenti f'xi intestatura, kull paragrafu jkollu d-deskrizzjoni ta' dik il-parti ta' l-intestatura koperta bir-regola li tinsab fil-kolonna 3.

Nota 2

2.1. Fil-każ ta' xi intestatura li ma tkunx fil-lista jew xi parti ta' l-intestatura li ma tkunx fil-lista, tapplika r-regola tal-"bidla fl-intestatura" stabbilita fl-Artikoli 69(1) 100(1) u 122(1). Jekk kondizzjoni ta' "bidla fl-intestatura" tapplika għal xi daħla fil-lista, għalhekk tkun imdaħħla fir-regola fil-kolonna 3.

2.2. Ix-xogħol jew proċessar meħtieġ minn regola fil-kolonna 3 għandu jsir biss għar-rigward tal-materjali użati mhux ta' l-oriġini. Ir-restrizzjonijiet li jinsabu f'regola fil-kolonna 3 bl-istess mod japplikaw biss għall-materjali użati mhux ta' oriġini.

2.3. Meta regola titlob li "materjali ta' xi intestatura" jistgħu jintużaw, materjali ta' l-istess intestatura bħall-prodott jistgħu jintużaw ukoll, suġġetti, iżda, għal xi limitazzjonijiet speċifiċi li jistgħu ikunu jinstabu fir-regola. Iżda, l-espressjoni "manifattura minn materjali ta' xi intestatura, inklużi materjali ta' l-Intestatura Nru…" tfisser li jistgħu jintużaw biss materjali klassifikati fl-istess intestatura bħall-prodott ta' deskrizzjoni differenti minn dik tal-prodott kif mogħti fil-kolonna 2 tal-lista.

2.4. Jekk prodott, magħmul minn materjal mhux ta' l-oriġini li jkun akkwista status ta' l-oriġini matul il-fabbrikazzjoni bis-saħħa tal-bidla fir-regola ta' l-intestatura jew bir-regola tiegħu tal-lista, jkun użat bħala materjal fil-proċess ta' fabbrikazzjoni ta' prodott ieħor, allura r-regola applikabbli għal dak il-prodott li fih tkun tinsab ma tapplikax għalih.

Per eżempju:

Magna ta' l-intestatura Nru 8407, li għaliha r-regola tgħid li l-valur tal-materjali mhux ta' l-oriġini li jista' jkun inkorporat m'għandux jeċċedi 40 % tal-prezz ex works, tkun magħmula minn "lega oħra ta' l-azzar ifformata b'mod rozz bil-forġatura"' ta' l-intestatura Nru 7224.

Jekk din il-forġatura tkun saret fil-pajjjiż inkwistjoni minn ingotta mhux ta' l-oriġini il-forġatura għalhekk tkun diġà kisbet oriġini bis-saħħa tar-regola għall-intestatura Nru ex 7224 fil-lista. Din għalhekk tkun tgħodd bħala li toriġina fil-kalkolu tal-valur għall-magna mingħajr ma jittieħed kont jekk din ġietx fabbrikata fl-istess fabbrika jew f'oħra. Il-valur ta' l-ingotta mhux ta' oriġini għalhekk ma tkunx ikkunsidrata meta jiġi magħdud il-valur tal-materjal mhux ta' l-oriġini użat.

2.5. Anke jekk il-bidla fir-regola ta' l-intestatura jew ir-regoli l-oħra li jinsabu fil-lista ikunu ssodisfati, prodott ma jiksibx status li joriġina jekk l-ipproċessar magħmul meħud kollu kemm hu, ma jkunx biżżejjed skond it-tifsira fl-Artikoli 70, 100 (3) u 122 (3).

2.6. L-unità ta' kwalifikazzjoni għall-applikazzjoni tar-regoli ta' l-oriġini għandu jkun il-prodott partikolari li hu kkunsidrat bħala l-unità bażika meta tiġi stabbilita l-klassifikazzjoni bl-użu tan-nomenklatura tas-Sistema Armonizzata. Fil-każ ta' settijiet ta' prodotti li huma klassifikati bis-saħħa tar-Regola Ġenerali 3 għall-interpretazzjoni tas-Sistema Armonizzata, l-unità ta' kwalifikazzjoni għandha tkun stabbilita għar-rigward ta' kull wieħed mill-oġġetti fis-sett: din id-dispożizzjoni tapplika b'mod ugwali għas-settijiet fl-intestaturi Nri 6308, 8206 u 9605.

Għaldaqstant, għandu jkun li:

- meta prodott magħmul minn grupp jew ġemgħa ta' merkanzija jkun klassifikat taħt il-pattijiet tas-Sistema Armonizzata fl-intestatura waħda, il-grupp kollu jikkostitwixxi l-unità ta' kwalifikazzjoni,

- meta kunsinna tikkonsisti f'numru ta' prodotti identiċi klassifikati taħt l-istess intestatura tas-Sistema Armonizzata, kull prodott għandu jittieħed individwalment meta jiġu applikati r-regoli ta' l-oriġini,

- meta, taħt ir-Regola Ġenerali 5 tas-Sistema Armonizzata, l-imballaġġ hu inkluż mal-prodott għall-finijiet ta' klassifikazzjoni, dan għandu jkun inkluż għall-finijiet li tiġi stabbilita l-oriġini.

Nota 3

3.1. Ir-regola fil-lista tirrappreżenta l-inqas ammont ta' xogħol jew proċessar meħtieġ u t-twettiq ta' aktar xogħol jew proċessar ukoll jagħti l-istess status ta' l-oriġini; għall-kuntrarju, it-twettiq ta' anqas xogħol jew proċessar ma jistax jagħti oriġini. Għalhekk jekk regola tgħid li materjal mhux ta' l-oriġini f'ċertu livell ta' fabbrikazzjoni jista' jintuża, l-użu ta' dak il-materjal fi stadju aktar kmieni tal-fabbrikazzjoni ikun permess u l-użu ta' dak il-materjal fi stadju aktar tard ma jkunx.

3.2. Meta regola fil-lista tispeċifika li prodott jista' jkun fabbrikat minn aktar minn materjal wieħed, dan ifisser li jista' jintuża xi materjal wieħed jew aktar. Ma jkunx meħtieġ li jintużaw kollha.

Per eżempju:

Ir-regola għal drappijiet tgħid li fibri naturali jistgħu jintużaw u li materjali kimiċi, fost materjali oħra, jistgħu ukoll jintużaw. Dan ma jfissirx li għandhom jintużaw it-tnejn; wieħed jista' juża wieħed jew l-ieħor jew it-tnejn li huma.

Jekk, iżda, restrizzjoni tapplika għall-materjal wieħed u restrizzjonijiet oħra japplikaw għall-materjali oħra fl-istess regola, ir-restrizzjonijiet imbagħad japplikaw biss għall-materjali attwalment użati.

Per eżempju:

Ir-regola għal magni tal-ħjata tispeċifika li kemm it-mekkaniżmu tat-tensjoni tal-ħajta użat u l-mekkaniżmu ta' żigżag użat għandhom ikunu ta' l-oriġini; dawn iż-żewġ restrizzjonijiet japplikaw biss jekk il-mekkaniżmi inkwistjoni huma attwalment inkorporati fil-magna tal-ħjata.

3.3. Meta regola fil-lista tispeċifika li prodott għandu jkun fabbrikat minn materjal partikolari, il-kondizzjoni ovvjament ma tipprevenix l-użu ta' materjali oħra li, minħabba n-natura inerenti tagħhom, ma jistgħux jissodisfaw din ir-regola.

Per eżempju:

Jekk ir-regola b'mod speċifiku teskludi l-użu ta' ċereali jew id-derivattivi tagħhom din ma tipprevenix l-użu ta' melħ minerali, kimiċi u addittivi oħra li mhumiex magħmula minn ċereali.

Per eżempju:

Fil-każ ta' l-oġġett magħmul minn materjali mhux minsuġ, jekk l-użu ta' ħajt li ma joriġinax biss hu permess għal din il-klassi ta l-merkanzija, mhux possibbli li tibda minn drapp mhux minsuġ- anke jekk drapp mhux minsuġ normalment ma jistax isir minn ħajt. F'dawk il-każijiet, il-materjal tal-bidu normalment ikun fl-istadju qabel il-ħajt- jiġifieri fl-istadju tal-fibra.

Ara wkoll Nota 6.2. dwar tessuti.

3.4. Jekk f'regola fiż-żewġ listi żewġ perċentwali jew aktar jingħataw għall-valur massimu ta' materjali li ma joriġinawx li jistgħu jintużaw, allura dawn il-perċentwali jistgħu jingħaddu flimkien. Il-valur massimu tal-materjali li ma joriġinawx kollha użati jistgħu ma jeċċedu qatt l-ogħla perċentwali mogħtija. Aktar minn hekk, il-perċentwali individwali m'għandhomx ikunu maqbuża għall-materjali partikolari li għalihom japplikaw.

Nota 4

4.1. It-terminu "fibri naturali" hu użat fil-lista biex jirreferi għal fibri li ma jkunux dawk artifiċjali jew fibri sintetiċi u hu ristrett għall-istadji qabel ma jsir it-tagħżil, inkluż skart u sakemm mhux speċifikat mod ieħor, it-terminu "fibri naturali" jinkludi fibri li jkunu ġew imqardxa, minxuta jew proċessati mod ieħor iżda mhux magħżula.

4.2. It-terminu "fibri naturali" jinkludi xagħar iż-żiemel ta' l-intestatura Nru 0503, ħarir ta' intestaturi Nri 5002 u 5003 kif ukoll il-fibri ta' l-injam, xagħar ta' l-annimali fin jew aħrax ta' l-intestaturi Nri 5101 sa 5105, il-fibri tal-qoton ta' l-intestatura Nri 5201 sa 5203 u l-fibri veġetali oħra ta' l-intestaturi Nri 5301 sa 5305.

4.3. It-termini "polpa tat-tessut", "materjali kimiċi" u "materjali li bihom issir il-karta" huma użati fil-lista biex jiddeskrivu l-materjali mhux klassifikati fil-kapitoli 50 sa 63, li jistgħu jintużaw biex jiffabbrikaw fibri jew ħjut artifiċjali, sintetiċi jew tal-karta.

4.4. It-terminu

"fibri

staple

magħmula mill-bnieden"

huwa użat fil-lista biex jirreferi għal filament tow sintetiku jew artifiċjali, fibri staple jew skart, ta' l-intestatura Nri 5501 sa 5507.

Nota 5 (Territorji Okkupati u Repubbliki benefiċjarji)

5.1. Fil-każ tal-prodotti klassifikati f'dawk l-intestaturi fil-lista li għaliha ssir riferenza f'din in-Nota, il-kondizzjonijiet stabbiliti fil-kolonna 3 tal-lista ma japplikawx għal xi materjali ta' tessut bażiku użati fil-fabbrikazzjoni li, magħduda flimkien, jirrappreżentaw 10 % jew anqas tal-piż totali tal-materjal ta' tessut bażiku użat (iżda ara wkoll Noti 5.3 u 5.4 hawn taħt).

5.2. Iżda, din it-tolleranza tista' tapplika biss għall-prodotti mħallta li jkunu ġew magħmula minn żewġ materjali ta' tessut bażiku jew aktar.

Dawn li ġejjin huma l-materjali ta' tessut bażiku:

- ħarir,

- suf,

- xagħar ta' l-annimali aħrax,

- xagħar ta' l-annimali fin,

- xagħar iż-żiemel,

- qoton,

- materjali li jagħmlu l-karta u karta,

- kittien,

- qanneb veru,

- fibri tal-jute u fibri tat-tessut bast,

- sisal u fibra tat-tessut oħrajn tal-genus Agave,

- ġewż ta' l-indi, abaca, ramie u fibri tat-tessut veġetali,

- filamenti sintetiċi magħmula mill-bniedem,

- filamenti artifiċjali magħmula mill-bniedem,

- fibri staple sintetiċi magħmula mill-bniedem,

- fibri staple artifiċjali magħmula mill-bniedem.

Per eżempju:

Ħajt ta' l-intestatura Nru 5205 magħmul minn fibri tal-qoton ta' l-intestatura Nru 5203 u fibri staple sintetiċi ta' l-intestatura Nru 5506 li jkun ħajt imħallat. Għalhekk, fibri staple sintetiċi li ma joriġinawx li ma jissodisfawx ir-regoli ta' l-oriġini (li jeħtieġu fabbrikazzjoni minn materjali kimiċi jew polpa tat-tessut) jistgħu jintużaw sa 10 % tal-piż tal-ħajt.

Per eżempju:

Drapp tas-suf ta' l-intestatura Nru 5112 maħmul minn ħajt tas-suf ta' l-intestatura Nru 5107 u ħajt sintetiku ta' fibri staple ta' l-intestatura Nru 5509 hu drapp imħallat. Għalhekk ħajt sintetiku li ma jissodisfax ir-regoli ta' l-oriġini (li jeħtieġ fabbrikazzjoni minn materjali kimiċi jew polpa tat-tessut) jew ħajt tas-suf li ma jissodisfax ir-regoli ta' l-oriġini (li jeħtieġ fabbrikazzjoni minn fibri naturali, mhux imqardax jew mimxut jew preparat mod ieħor għat tagħżil) jew taħlita tat-tnejn jistgħu jintużaw sa 10 % tal-piż tad-drapp.

Per eżempju:

Drapp tat-tessut tufted ta' l-intestatura Nru 5802 magħmul minn ħajt tal-qoton ta' l-intestatura Nru 5205 u drapp tal-qoton ta' l-intestatura Nru 5210 hu biss prodott imħallat jekk id-drapp tal-qoton ikun hu stess drapp imħallat li jkun magħmul minn ħajt klassifikat f'żewġ intestaturi separati jew jekk il-ħajt tal-qoton użat ikun huwa stess taħlitiet.

Per eżempju:

Jekk id-drapp tat-tessut tufted inkwistjoni kien magħmul minn ħajt tal-qoton ta' l-intestatura Nru 5205 u fibra sintetika ta' l-intestatura Nru 5407, allura, ovvjament, il-ħajt użat hu żewġ materjali ta' tessut bażiku u drapp tat-tessut tufted ikun għaldaqstant prodott imħallat.

Per eżempju:

Tapit li jkollu tufts magħmulin kemm minn ħajt artifiċjali u ħajt tal-qoton u bi jute backing ikun prodott imħallat minħabba li jkunu użati tliet materjali ta' tessut bażiku. Għalhekk, kwalunkwe materjal li ma joriġinax li jkun wuat fi stadju aktar tard tal-fabbrikazzjoni milli tippermetti r-regola, jista' jintuża, sakemm il-piż totali tiegħu magħdud flimkien ma jeċċedix l-10 % tal-piż tal-materjal ta' tessut fit-tapit. Għalhekk, kemm il- jute backing u/jew il-ħajt artifiċjali jistgħu jiġu importati f'dak l-istadju tal-fabbrikazzjoni, sakemm il-kondizzjonijiet tal-piż ikunu osservati.

5.3. Fil-każ ta' drapp li jkollu

"ħajt magħmul minn

polyurethane

segmentat b'segmenti flessibbli ta'

polyether

kemm jekk jew mhux

gimped"

din it-tolleranza hi 20 % għar-rigward ta' dan il-ħajt.

5.4. Fil-każ ta' drappijiet li jkollhom strixxa li jkollha qalba ta' folja ta' l-aluminju jew qalba ta' film tal-plastik kemm jekk miksi jew mhux bi trab ta' l-aluminju, ta' wisa' li ma jeċċedix il-5 mm, magħfusa fin-nofs permezz ta' adesiv bejn iż-żewġ films ta' plastic film, din it-tolleranza hi ta' 30 % għar-rigward ta' din l-istrixxa.

Nota 6

Territorji Okkupati u Repubbliki benefiċjarji

6.1. Fil-każ ta' dawk il-prodotti tat-tessut li jkunu mmarkati fil-lista permezz ta' nota fil-qiegħ li tirreferi għal din in-nota, materjali tat-tessut bl-eċċezzjoni ta' fursetti u fursetti tan-nofs li ma jissodisfawx ir-regola stabbilta fil-kolonna 3 għal prodotti inkwistjoni magħmula jistgħu jintużaw sakemm dawn ikunu klassifikati f'xi intestatura li ma tkunx dik tal-prodott u li l-valur ma jeċċedix it-8 % tal-prezz ex works.

GSP, Territorji Okkupati u Repubbliki benefiċjarji

6.2. Materjali li mhumiex klassifikati ġewwa Kapitoli 50 sa 63 jistgħu jintużaw liberament, kemm jekk ikollhom tessuti jew le.

Eżempju:

Jekk regola fil-lista tipprovdi li għal oġġett partikolari tat-tessut, bħalma huma qliezet, għandu jintuża ħajt, dan ma jipprevinix l-użu ta' oġġetti tal-metall, bħall-buttuni, minħabba li buttuni mhumiex klassifikati ġewwa l-Kapitoli 50 sa 63. Għall-istess raġuni, dan ma jipprevinix l-użu ta' qafliet li jiżżerżqu anke jekk qafliet li jiżżerżqu normalment ikollhom tessut.

6.3. Meta tapplika regola ta' perċentwali, il-valur tal-materjali li mhumiex klassifikati fil-Kapitoli 50 sa 63 għandu jkun ikkunsidrat meta jiġi kalkulat il-valur tal-materjali li ma joriġinawx inkorporati.

6.4. Tikketti, badges u logos magħmula minn drappijiet tat-tessut m'għandhomx għalfejn jissodisfaw il-kondizzjonijiet stabbiliti fil-kolonna 3 meta dawn ikunu inkorporati fi prodott li jinsab fit-taqsima XI tas-Sistema Armonizzata.

Nota 7

7.1. Għall-finijiet ta' l-intestaturi Nri 2707, 2713 sa 2715, ex 2901, ex 2902 u ex 3403, il-"proċessi speċifiċi" huma dawn li ġejjin:

(a) distillazzjoni bil-vakum;

(b) distillazzjoni mill-ġdid permezz ta' proċess ta' frazzjonament riġidu ħafna [1];

(ċ) krakkjar;

(d) riformar;

(e) estrazzjoni permezz ta' solventi selettivi;

(f) il-proċess li jinkludi l-operazzjonijiet kollha li ġejjin: proċessar b'aċidu solfuriku konċentrat, oleum jew sulphuric anhydride; newtralizzazzjoni permezz ta' aġenti alkalini; dekulurant u soffija b'ħamrija attiva naturali, ħamrija attivata, charcoal attivat jew bauxite;

(g) polimerazzjoni;

(h) alkilazzjoni

(i) isomerazzjoni.

7.2. Għall-finijiet ta' l-intestaturi Nri 2710, 2711 u 2712, il-"proċessi speċifiċi" huma dawn li ġejjin:

(a) distillazzjoni bil-vakum;

(b) distillazzjoni mill-ġdid permezz ta' proċess riġidu ta' frazzjonament;

(ċ) krakkjar;

(d) riformar;

(e) estrazzjoni permezz ta' solventi selettivi;

(f) il-proċess li jinkludi l-operazzjonijiet kollha li ġejjin: proċessar b'aċidu solfuriku konċentrat, oleum jew sulphuric anhydride; newtralizzazzjoni permezz ta' aġenti alkalini; dekulurant u soffija b'ħamrija attiva naturali, ħamrija attivata, charcoal attivat jew bauxite;

(g) polimerazzjoni;

(h) alkilazzjoni;

(i) isomerazzjoni;

(k) (għar-rigward ta' zjut tqal li jinsabu fl-intestatura Nru ex 2710 biss) desulferizzazzjoni bl-idroġenu li jirriżulta fi tnaqqis ta' mill-inqas 85 % tal-kontenut tal-kubrit tal-prodotti proċessati (metodu ASTM D 1266-59 T);

(l) (għar-rigward ta' prodotti li jinsabu fl-intestatura Nru 2710 biss) tneħħija tal-pitrolju permezz ta' proċess minbarra dak tal-filtrazzjoni;

(m) (għar-rigward ta' żjut tqal li jinsabu fl-intestatura Nru ex 2710 biss) trattament b'idroġenu fi pressjoni ta' aktar minn 20 bar u temperatura ta' aktar minn 250 °C bl-użu ta' katalizzatur, li ma jkunx dak biex issir desulferizzazzjoni, meta l-idroġenu jikkostitwixxi element attiv f'reazzjoni kimika. It-trattament ulterjuri bl-idroġenu ta' żjut lubrikanti ta' l-intestatura Nru ex 2710 (eż. hydrofinishing jew dekulurizzazzjoni) sabiex, b'mod aktar speċifiku, jitjieb il-kulur jew l-istabbilità, m'għandux iżda jitqies li jkun proċess speċifiku;

(n) (għar-rigward ta' żjut għall- fuel li jinsabu fl-intestatura Nru 2710 biss) distillazzjoni atmosferika, bil-kondizzjoni li anqas minn 30 % ta' dawn il-prodotti jiddistillaw, fil-volum, inklużi telf, fi 300 °C permezz tal-metodu ASTM D 86;

(o) (għar-rigward ta' żjut tqal li ma jkunux żjut tal-gassijiet u żjut tal- fuel li jinsabu fl-intestatura Nru ex 2710 biss) trattament permezz ta' brush-discharge elettrika ta' frekwenza għolja.

7.3. Għall-fini ta' l-intestaturi Nri ex 2707, 2713 sa 2715, ex 2901, ex 2902 u ex 3403, ħidmiet sempliċi bħal tindif, tferrigħ, tneħħija ta' l-imluħa, separazzjoni ta' l-ilma, filtering, l-għoti ta' kulur, marketing li jikseb kontenut ta' kubrit bħala riżultat ta' taħlit ta' prodotti b'kontenuti differenti ta' kubrit, kull taħlita ta' dawn l-operazzjonijiet ma tagħtix oriġini.

"

[1] Ara nota ta' spjegazzjoni addizzjonali 4(b) għall-Kapitolu 27 tan-nomenklatura magħquda.

--------------------------------------------------

L-ANNESS 2

L-Annessi 31, 32, 33 u 34 tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93 għandhom ikunu emendati kif ġej:

- Is-separazzjoni bejn it-tieni u t-tielet suddiviżjonijiet ta' kaxxa 33 tad-dokument amministrattiv singlu għandu jiġi mċaqlaq għal wieħed minn għaxra ta' pulzier (2,54 mm) lejn ix-xellug.

- L-Anness 38 tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93 għandu jkun emendat kif ġej:

It-test li jirreferi għal kaxxa 33 hu b'dan sostitwit b'dan li ġej:

"L-ewwel suddiviżjonijiet (tmien ċifri)

Li għandu jkun kompletat b'mod konformi man-nomenklatura magħquda.

It-tieni suddiviżjoni (żewġ karattri)

Li għandha tkun kompletata b'mod konformi mal-kodiċi Taric (żewġ karattri għall-applikazzjoni ta' miżuri speċifiċi tal-Komunità għar-rigward tal-formalitajiet li għandhom jiġu mitmuma fid-destinazzjoni).

It-tielet suddiviżjoni (erba' karattri)

Li għandha tiġi kompluta b'mod konformi mal-kodiċi Taric (l-ewwel kodiċi addizzjonali).

Ir-raba' suddiviżjoni (erba' karattri)

Li għandha tiġi kompluta b'mod konformi mal-kodiċi Taric (it-tieni kodiċi addizzjonali).

Il-ħames suddiviżjoni (erba' karattri)

Kodiċi li għandu jkun adottat mill-Istati Membri interessati)."

--------------------------------------------------

L-ANNESS 3

"

L-ANNESS 69

LISTA TA' FOROM TAS-SOLTU DWAR MANIĠĠAMENT IMSEMMIJA FL-ARTIKOLU 522 U L-ARTIKOLU 818

Kemm-il darba mhux indikat mod ieħor, l-ebda wieħed mill-maniġġamenti li ġejjin ma jista' jwassal għall-kodiċi NM bi tmien ċifri.

I. Operazzjonijiet sempliċi biex jassiguraw il-preservazzjoni tal-merkanzija ta' l-importazzjoni f'kondizzjoni tajba matul il-ħażna:

1. Ventilazzjoni, tifrix, tnixxif, tneħħija ta' trab, operazzjonijiet sempliċi ta' tindif, tiswija ta' l-imballaġġ, tiswijiet elementari ta' dannu li jkun sar matul trasport jew ħażna sakemm dawn ikunu operazzjonijiet sempliċi, applikazzjoni u tneħħija ta' kisi protettiv għat-trasport.

2. Stocktaking, kampjunar u piżar tal-merkanzija.

3. Tneħħija ta' komponenti mħassra jew kontaminati.

4. Konservazzjoni permezz ta' irradjazzjoni jew biż-żieda ta' preservativi.

5. Trattament kontra parassiti.

6. Kull trattament permezz ta' tnaqqis fit-temperatura, anke jekk dan jirriżulta f'kodiċi NM differenti bi tmien ċifri.

II. L-operazzjonijiet li ġejjin li jtejbu l-preżentazzjoni jew marketability tal-merkanzija ta' l-importazzjoni:

1. Tneħħija taz-zokk u/jew tneħħija ta' l-għadma tal-frott.

2. Assemblaġġ u muntaġġ tal-merkanzija, biss jekk dan jirreferi għal muntaġġ fuq prodott komplut ta' aċċessorji li m'għandhomx parti essenzjali fil-fabbrikazzjoni tal-prodott, anke jekk dan jirriżulta f'kodiċi NM differenti bi tmien ċifri għall-merkanzija jew aċċessorji mmuntati [1].

3. Desalinizzazzjoni, tindif u butting ta' ġlud.

4. Żieda mal-merkanzija, ta' tip differenti wieħed jew aktar tal-merkanzija, sakemm din iż-żieda tkun relattivament żgħira u ma tbiddilx in-natura tal-merkanzija oriġinali [2], anke jekk dan jirriżulta f'kodiċi NM differenti bi tmien ċifri għall-merkanzija miżjuda; il-merkanzija miżjuda tista' wkoll tkun prodotti li kienu mpoġġija taħt reġim ta' magażinaġġ, jew li kienu mpoġġija fiż-żona ħielsa jew maħżen bla ħlas.

5. Id-dilwizzjoni ta' fluwidi, anke jekk dan jirriżulta f'kodiċi NM bi tmien ċifri differenti.

6. It-taħlit bejniethom ta' l-istess xorta ta' merkanzija, bi kwalità differenti, sabiex tinkiseb kwalità kostanti jew kwalità li tkun mitluba mill-klijent, mingħajr ma tinbidel in-natura tal-merkanzija.

7. Tqassim tal-merkanzija jekk ħidmiet sempliċi biss huma involuti.

III. L-operazzjonijiet li ġejjin li jippreparaw il-merkanzija ta' l-importazzjoni għal distribuzzjoni jew bejgħ mill-ġdid:

1. Sortjar, filtrazzjoni mekkanika, klassifikazzjoni u xiftjar.

2. Aġġustament u regolamentazzjoni.

3. Imballaġġ, tneħħija mill-imballaġġ, bdil ta' imballaġġ, tferrigħ u trasferiment sempliċi f'kontenituri, anke jekk dan jirriżulta f'kodiċi NM bi tmien ċifri differenti.

4. It-twaħħil u bdil ta' marki, siġilli, tikketti, tikketti tal-prezz jew sinjali distintivi oħra simili; dan ma jistax iwassal biex tinkiseb oriġini apparenti differenti minn dik reali.

5. Testjar, aġġustament u treġija ta' mgkni jaħdmu, apparat u vetturi, biss jekk ħidmiet sempliċi jkunu involuti.

6. Testjar sabiex tiġi kontrollata l-konformità ma' l-istandards tekniċi Ewropej.

7. Il-qtugħ u sminuzzament ta' frott jew ħxejjex imnixxfa.

8. Trattament kontra s-sadid.

9. Rikostruzzjoni tal-merkanzija wara trasport.

10. Iż-żieda fit-temperatura sabiex il-merkanzija tkun tista' tiġi trasportata.

11. Mogħdija ta' tessuti.

12. Trattament elettrostatiku ta' tessuti.

"

[1] Per eżempju: muntaġġ ta' radju jew windscreen wipers fuq karrozza.

[2] Per eżempju:iż-żieda ta' addittivi, butane jew ċomb mal-petrol, żieda ta' polpa tal-larinġ, żjut tal-larinġ jew togħmiet tal-larinġ ma' meraq tal-larinġ, eċċ.

--------------------------------------------------

L-ANNESS 4

"

L-ANNESS 69a

LISTA TA' DEROGI MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 510(3).

Bejgħ bl-imnut f'maħżen tad-dwana tat-tip E taħt il-proċedura tad-dwana dwar magażinaġġ għandu jkun permess fil-każijiet li ġejjin:

1. Bejgħ b'għajnuna għal drittijiet ta' l-importazzjoni lil vjaġġaturi fi traffiku internazzjonali.

2. Birrer tqal b'għajnuna minn dazji ta' l-importazzjoni taħt arranġamenti diplomatiċi jew arranġamenti konsulari.

3. Bejgħ b'għajnuna minn dazji ta' l-importazzjoni lil membri ta' l-organizzazzjonijiet internazzjonali.

4. Bejgħ b'għajnuna għal dazji ta' l-importazzjoni lil forzi tan-NATO.

"

--------------------------------------------------

L-ANNESS 5

"

L-ANNESS 96

LISTA TA' L-OĠĠETTI MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 697(2) LI DWARHOM TISTA' SSIR IMPORTAZZJONI TEMPORANJA MAL-PREŻENTAZZJONI TAL-KTEJJEB ATA

1. Apparat professjonali.

(L-Artikolu 671)

2. Merkanzija għall-wiri jew użu f'esibizzjoni, fiera, laqgħa jew okkażjoni simili.

(L-Artikolu 673)

3. Materjal pedagoġiku u apparat xjentifiku, spare parts u aċċessorji, għodda disinjata b'mod speċjali għall-manutenzjoni, verifika, kalibrar jew tiswija ta' dak il-materjal jew apparat.

(L-Artikolu 674)

4. Apparat mediku, kirurġiku u tal-laboratorji.

(L-Artikolu 677)

5. Materjal għall-għajnuna minn diżastri.

(L-Artikolu 678)

6. Imballaġġi li dwarhom tista' tkun meħtieġa dikjarazzjoni bil-miktub.

(L-Artikolu 679)

7. Merkanzija ta' kull xorta li tkun ser tiġi suġġetta għal testijiet, sperimenti jew dimostrazzjonijiet, inklużi t-testijiet u esperimenti meħtieġa għal type-approval procedures, iżda esklużi kull testijiet, esperimenti jew dimostrazzjonijiet li jikkostitwixxu attività bi qligħ.

(L-Artikolu 680(1)(d))

8. Merkanzija ta' kull xorta li tkun ser tiġi użata biex isiru testijiet, esperimenti jew dimostrazzjonijiet, iżda esklużi kull testijiet, esperimenti jew dimostrazzjonijiet li jikkostitwixxu attività bi qligħ.

(L-Artikolu 680(1)(e))

9. Kampjuni, i. e. merkanzija li tkunu rappreżentattiva ta' katergorija partikolari tal-merkanzija diġà fabbrikata jew li jkunu eżempju tal-merkanzija li l-fabbrikazzjoni tagħha tkun kontemplata, iżda ma tinkludix merkanzija mdaħħla mill-istess individwu, jew mibgħuta lil kunsinnatarju wieħed, f'dik il-kwantità li, magħduda globalment, ma jikkostitwixxux aktar kampjuni għall-użu kummerċjali ordinarju.

(L-Artikolu 680 paragrafu 1 (f))

10. Mezzi ta' sostituzzjoni ta' produzzjoni magħmula disponibbli mingħajr ħlas temporanjament lill-importatur minn jew fuq l-inizjattiva tal-fornitur jew mezzi simili ta' produzzjoni biex sussegwentement ikunu importati għal rilaxx għal ċirkolazzjoni ħielsa jew ta' mezzi ta' produzzjoni ri-installati wara t-tiswija.

(L-Artikolu 681)

11. Xogħol ta' l-arti importat għall-finijiet ta' l-esibizzjoni, bil-għan li jista' jkun hemm bejgħ.

(L-Artikolu 682(1)(ċ))

12. Films ċinematografiċi posittivi, stampati u żviluppati, maħsuba għal wiri qabel użu kummerċjali.

(L-Artikolu 683(a))

13. Films, magnetic tapes u magnetized films li huma maħsub li jkunu provduti b' soundtrack, iddabbjati jew ikkopjati.

(L-Artikolu 683(b))

14. Films li juru n-natura jew l-operazzjoni ta' prodotti jew apparat barranin, sakemm dawn ma jkunux maħsuba għal wiri tal-pubbliku bi ħlas.

(L-Artikolu 683(ċ))

15. Media li ġġorr id-data, mibgħuta mingħajr ħlas għall-użu fl-iproċessar awtomatiku tad-data.

(L-Artikolu 683(d))

16. Oġġetti (inklużi vetturi) li, min-natura tagħhom, mhumiex xierqa għal xi għan minbarra l-pubbliċità ta' l-oġġetti speċifiċi jew pubbliċità għal għan speċifiku.

(L-Artikolu 683(e))

17. Annimali ħajjin ta' kull speċi importati għall-finijiet ta' dressage, taħriġ jew trobbija jew sabiex jingħataw trattament veterinarju.

(L-Artikolu 685 paragrafu 2 (a))

18. Materjal pubbliċitarju turistiku.

(L-Artikolu 684(a))

19. Materjal tal- welfare għal dawk li jbaħħru.

(L-Artikolu 686)

20. Apparat divers użat, taħt is-sorveljanza u r-responsabbiltà ta' l-awtorità pubblika, għall-bini, tiswija jew manutenzjoni ta' l-infrastruttura ta' importanza ġenerali f'żoni tal-fruntiera.

(L-Artikolu 687)

"

--------------------------------------------------

Top