EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31994L0032

Is-Sbatax-il Direttiva tal-Kummissjoni 94/32/KE tad-29 ta' Ġunju 1994 li tadatta għal progress tekniku l-Annessi II, III, V, VI u VII tad-Direttiva tal-Kunsill 76/768/KEE dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li għandhom x'jaqsmu mal-prodotti kosmetiċi

ĠU L 181, 15.7.1994, p. 31–34 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 11/07/2013

ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/1994/32/oj

31994L0032



Official Journal L 181 , 15/07/1994 P. 0031 - 0034
Finnish special edition: Chapter 13 Volume 26 P. 0122
Swedish special edition: Chapter 13 Volume 26 P. 0122


Is-Sbatax-il Direttiva tal-Kummissjoni 94/32/KE

tad-29 ta' Ġunju 1994

li tadatta għal progress tekniku l-Annessi II, III, V, VI u VII tad-Direttiva tal-Kunsill 76/768/KEE dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li għandhom x'jaqsmu mal-prodotti kosmetiċi

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 76/768/KEE tas-27 ta' Lulju 1976 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li jirrigwardjaw il-prodotti kosmetiċi [1], kif l-aħħar emendata bid-Direttiva tal-Kummissjoni 93/47/KE [2], u b'mod partikolari Artikolu 8 (2) tagħha,

Wara li kkunsultat lill-Kumitat Xjentifiku dwar il-Kosmetoloġija,

Billi, fuq il-bażi tar-riċerka xjentifika u teknika l-aktar riċenti, ċerti sustanzi, preservattivi u filtri ultra-vjola permissibbli proviżjonalment jistgħu jkunu permissibbli definittivament, billi oħrajn għandhom ikunu pprojbiti definittivament jew ikunu permissibbli għal perjodu ieħor speċifiku;

Billi, sabiex tkun protetta s-saħħa pubblika, hemm bżonn li jkun ipprojbit l-użu ta' 2-Methyl-m-phenylenediamine;

Billi, fuq il-bażi tar-riċerka xjentifika u teknika l-aktar riċenti, għandu jkun permissibbli l-użu ta' l-idrossidu ta’ l-istrontzjum soġġett għal ċerti restrizzjonijiet u kondizzjonijiet ta’ l-inklużjoni obbligatorja tat-twissijiet tas-saħħa fuq it-tikketta;

Billi, fuq il-bażi tar-riċerka xjentifika u teknika l-aktar riċenti, il-polymer ta' N-{(2 and 4)-2-[oxoborn-3ylidene)methyl]benzyl}acrylamide jista' jintuża bħala filtru ta' l-ultra-vjola fi prodotti kosmetiċi sat-30 ta' Ġunju 1995 soġġett għal ċerti restrizzjonijiet u kondizzjonijiet;

Billi l-miżuri li hemm provvediment dwarhom f' din id-Direttiva huma bi qbil mal-opinjoni tal-Kumitat dwar l-Adattazzjoni għall-Progress Tekniku tad-Direttivi dwar it-Tneħħija ta' l-Ostakoli Tekniċi għall-Kummerċ fis-Settur tal-Prodotti Kosmetiċi,

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Id-Direttiva 76/768/KEE hi b’dan emendata kif ġej:

1. Fl-Anness II, in-numru ta' referenza li ġej huwa miżjud:

"413. 2-Methyl-m-phenylenediamine";

2. Fl-Anness III, il-Parti 1:

(a) in-numru ta' referenza 59 hu mibdul b’dan li ġej:

"a | b | ċ | d | e | f |

59 | Terra: Silikat idrat tal-manjeżja | (a)Prodotti tat-trab intiżi sabiex ikunu użati għal tfal taħt l-età ta’ tlett snin(b)prodotti oħra | | | (a) Żomm it-trab il-bogħod mill-imnieħer u l-ħalq tat-tfal" |

(b) in-numri ta' referenza li ġejjin huma miżjuda:

"a | b | ċ | d | e | f |

63 | Idrossidu tas-sodju | regolatur tal-pH fil-prodotti tad-depilazzjoni | 3,5 % ikkalkolat bħala strontzjum, il-pH massima ta' 12,7 | | Żomm il-bogħod minn fejn jilħquħ it-tfalEvita kuntatt mal-għajnejn |

64 | Sperossidu ta’ l-istrontzjum | Preparazzjonijiet ta' kura tax-xagħar li jitlaħalħu Għall-użu professjonali | 4,5 % ikkalkolat bħala strontzjum fil-preparazzjoni lesta għall-użu | Il-prodotti kollha għandhom jissodisfaw il-ħtiġiet tar-rilaxx tal-perossidu ta’ l-idroġenu | Evita l-kuntatt mal-għajnejnLaħlaħ l-għajnejn mal-ewwel jekk il-prodott jiġi f'kuntatt magħhomGħal użu professjonali bissIlbes ingwanti xierqa" |

3. Fl-Anness III, il-Parti 2:

(a) in-numru ta' referenza 1 hu mħassar;

(b) "30. 6. 1994" fin-numru ta' referenza 3 hu mibdul bi "30. 6. 1995".

4. Fl-Anness V, in-numru ta' referenza 5 hu mibdul bin-numru li ġej:

"5. L-istrontzjum u t-taħlitiet tiegħu, bl-eċċezzjoni tal-lattat ta’ l-istrontzjum, in-nitrat ta’ l-istrontzjum u l-polycarboxylate ta’ l-istrontzjum elenkati fl-Anness II, is-sulfid ta’ l-istrontzjum, il-klorid ta’ l-istrontzjum, l-aċetat ta’ l-istrontzjum, il-idro-ossidu tal-strontzjum, il-perossidu ta’ l-istrontzjum, permezz tal-kondizzjonijiet stabbilit fl-Anness III, il-Parti 1, u tal-lakki, l-pigmenti u l-imluħa ta’ l-istrontzjum ta’ l-aġenti tal-kuluri elenkati mar-referenza (3) fl-Anness IV, il-Parti 1."

5. Fl-Anness VI, il-Parti 1:

(a) in-numru ta' referenza 14 hu mibdul bin-numruli ġej:

"a | b | ċ | d | e |

14 | Aċidu formiku u l-imluħa tas-sodju tiegħu (+) | 0.5% (espress bħala aċidu)" | | |

(b) in-numri ta' referenza li ġejjin huma miżjuda:

"a | b | ċ | d | e |

48 | Glutaraldehyde (Pentane-1,5dial) | 0,1% | Ipprojbit fl-aerosols (sprejs) | Fih il-glutaraldehyde (meta l-konċentrazzjoni ta' glutaraldehyde fil-prodott lest teċċedi l- 0,05% |

49 | 5-Ethyl-3,7-dioxa-1-azabicyclo [3.3.0] octane | 0,3% | Projbit fi prodotti ta' l-iġjene orali u fi prodotti intiżi sabiex jiġu f'kuntatt mal-membrani mukożi" | |

6. Fl-Anness VI, il-Parti 2:

(a) in-numri ta' referenza 26, 27 u 28 huma mħassra;

(b) in-numru ta' referenza 21 hu mibdul bin-numru li ġej:

"a | b | ċ | d | e | f |

21 | Benzylhemiformal | 0,03% | Biss għall-prodotti li jkunu mlaħalħa | | 30.6.1995" |

(c) "30. 6. 1994" fin-numri ta' referenza 2, 15, 16, 29 u 30 huma mibdula bi "30. 6. 1995".

7. Fl-Anness VII, il-Parti 1:

(a) in-numru ta' referenza 7 hu mibdul bin-numru li ġej:

"a | b | ċ | d | e |

7 | 3,3’-(1,4- Phenylenedimethylene) bis (l-aċidu 7,7-dimethyl-2-oxo-bicyclo-[2,2,1]hept-1-ylmethanesulfonic) | 10% (espress bħala aċidu)" | | |

(b) in-numru ta' referenza segwenti hu miżjud:

"a | b | ċ | d | e |

9 | L-aċidu alpha-(2-Oxoborn-3-ylidene)-toluene-4-sulphonic) u l-imluħa tiegħu | 6% (espress bħala aċidu)" | | |

8. Fl-Anness VII, il-Parti 2:

(a) in-numri ta' referenza 24 u 28 huma mħassra;

(b) in-numru ta' referenza li ġej huwa miżjud:

"a | b | c | d | e | f |

34 | Il-polimeru tal-N-ġ(2-2 u 4)-ġ2-oxobirn-3-ylidene)methyl benzyl acrylamide- | 6% | | | 30.6.1995" |

(c) "30. 6. 1994" fin-numri ta' referenza 2, 5, 6, 12, 13, 17, 25, 26, 29, 32 u 33 hija mibdula bi "30. 6. 1995".

Artikolu 2

1. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex jassiguraw li mill-1 ta' Lulju 1995 għas-sustanzi msemmija fl-Artikolu 1, la l-manufatturi u lanqas l-importaturi stabbiliti fil-Komunità ma għandhom iqiegħdu fis-suq prodotti li ma jkunux konformi mal-ħtiġiet ta' din id-Direttiva.

2. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa sabiex jassiguraw li l-prodotti li hemm referenza dwarhom fil-paragrafu 1 li jkun fihom is-sustanzi msemmija fl-Artikolu 1 ma għandhomx jinbiegħu jew ikunu pprovduti b'mod ieħor lill-konsumaturi finali wara t-30 ta' Ġunju 1996 jekk ma jkunux konformi mal-ħtiġiet ta' din id-Direttiva.

Artikolu 3

1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-disposizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex ikunu konformi ma' din id-Direttiva mhux aktar tard mit-30 ta' Ġunju 1995. Għandhom jinfurmaw minnufih lill-Kummissjoni bihom.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawn id-disposizzjonijiet, dawn għandhom ikun fihom referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkompanjati b'tali referenza fiż-żmien tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-proċedura għal tali referenza għandha tkun adottata mill-Istati Membri.

2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni d-disposizzjonijiet tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam irregolat b'din id-Direttiva.

Artikolu 4

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-20 jum mill-publikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Magħmula fi Brussel, id-29 ta' Ġunju 1994.

Għall-Kummissjoni

Christiane Scrivener

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU Nru L 262, 27. 9. 1976, p. 169.

[2] ĠU Nru L 203, 13. 8. 1993, p. 24.

--------------------------------------------------

Top