This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 31994D0453
94/453/EC: Commission Decision of 29 June 1994 amending or repealing some detailed rules concerning the animal health and public health conditions required for imports of certain live animals and animal products from Austria, Finland, Norway and Sweden in application of the European Economic Area Agreement (Text with EEA relevance)
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tad-29 ta' Ġunju 1994 li temenda jew tħassar uħud mir-regoli ddettaljati dwar il-kondizzjonijiet tas-saħħa ta' l-annimali u tas-saħħa pubblika meħtieġa għall-importazzjonijiet ta' ċerti bhejjem ħajjin u prodotti mill-bhejjem mill-Awstrija, il-Finlandja, in-Norveġja u l-Isvezja fl-applikazzjoni tal-Ftehim dwar Iż-Żona Ekonomika Ewropea(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tad-29 ta' Ġunju 1994 li temenda jew tħassar uħud mir-regoli ddettaljati dwar il-kondizzjonijiet tas-saħħa ta' l-annimali u tas-saħħa pubblika meħtieġa għall-importazzjonijiet ta' ċerti bhejjem ħajjin u prodotti mill-bhejjem mill-Awstrija, il-Finlandja, in-Norveġja u l-Isvezja fl-applikazzjoni tal-Ftehim dwar Iż-Żona Ekonomika Ewropea(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
ĠU L 187, 22.7.1994, p. 11–13
(ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)
No longer in force, Date of end of validity: 30/09/2018; Impliċitament imħassar minn 32018R0659
Official Journal L 187 , 22/07/1994 P. 0011 - 0013
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tad-29 ta' Ġunju 1994 li temenda jew tħassar uħud mir-regoli dettaljati dwar il-kondizzjonijiet tas-saħħa ta' l-annimali u tas-saħħa pubblika meħtieġa għall-importazzjonijiet ta' ċerti bhejjem ħajjin u prodotti mill-bhejjem mill-Awstrija, il-Finlandja, in-Norveġja u l-Isvezja fl-applikazzjoni tal-Ftehim dwar Iż-Żona Ekonomika Ewropea (Test b'relevanza għaż-ŻEE) (94/453/KE) IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 72/462/KEE tat-12 ta' Diċembru 1972 dwar il-problemi tas-saħħa u ta' l-ispezzjoni veterinarja wara l-importazzjoni tal-bhejjem ta' l-ifrat, in-nagħaġ u l-mogħoż u l-ħnieżer, il-laħam frisk jew il-prodotti mil-laħam minn pajjiżi terzi [1], kif l-aħħar emendata bir-Regolament (KEE) Nru 1601/92 [2], u b'mod partikolari l-Artikoli 3, 4, 8, 11, 14 u 16 tagħha, Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 88/407/KEE ta' l-14 ta' Ġunju 1988 li tistabbilixxi l-ħtiġiet dwar is-saħħa tal-bhejjem li japplikaw għall-kummerċ intra-Komunitarju fis-semen iffriżat tal-bhejjem domestiċi ta' l-ispeċje ta' l-ifrat u l-importazzjoni tiegħu [3], kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 93/60/KEE [4], u b'mod partikolari l-Artikoli 8 u 9 tagħha, Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 89/556/KEE tal-25 ta' Settembru 1989 dwar kondizzjonijiet tas-saħħa tal-bhejjem li jirregolaw il-kummerċ intra-Komunitarju minn pajjiżi terzi ta' l-embrjoni tal-bhejjem domestiċi ta' l-ispeċje ta' l-ifrat u l-importazzjoni tagħhom [5], kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 93/52/KEE [6], u b'mod partikolari l-Artikoli 8, 9 u 10 tagħha, Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 90/426/KEE tas-26 ta' Ġunju 1990 dwar il-kondizzjonijiet tas-saħħa tal-bhejjem li jirregolaw il-moviment u l-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi ta' l-ekwidi [7], kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 92/36/KEE [8], u b'mod partikolari l-Artikoli 15a, 16, 18 u 19 (ii) tagħha, Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 90/675/KEE tal-10 ta' Diċembru 1990 li tistabbilixxi l-prinċipji li jirregolaw l-organizzazzjoni tal-kontrolli veterinarji fuq il-prodotti li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi [9], kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 92/118/KEE [10], u b'mod partikolari l-Artikolu 19 tagħha, Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 90/429/KEE tas-26 ta' Ġunju 1990 li tistabbilixxi l-ħtiġiet għas-saħħa tal-bhejjem li japplikaw għall-kummerċ intra-Komunitarju fis-semen tal-bhejjem domestiċi ta' l-ispeċi tal-majjali u l-importazzjoni tiegħu [11], u b'mod partikolari l-Artikoli 7, 9(2) u 10(2) tagħha, Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/496/KEE tal-15 ta' Lulju 1991 li tistabbilixxi l-prinċipji li jirregolaw l-organizzazzjoni tal-kontrolli veterinarji fuq il-bhejjem li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi u li temenda d-Direttivi 89/662/KEE, 90/425/KEE u 90/675/KEE [12], kif l-aħħar emendata bid-Deċiżjoni 92/438/KEE [13], u b'mod partikolari l-Artikolu 18 tagħha, Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 92/118/KEE tas-17 ta' Diċembru 1992 li tistabbilixxi l-ħtiġiet għas-saħħa tal-bhejjem u għas-saħħa pubblika li jirregolaw il-kummerċ fil-Komunità u l-importazzjonijiet lejha tal-prodotti mhux bla ħsara għall-ħtiġiet imsemmija stabbiliti fir-regoli speċifiċi Komunitarji riferiti fl-Anness A(I) mad-Deċiżjoni 89/662/KEE u rigward il-patoġeni, mad-Deċiżjoni 90/425/KEE [14], u b'mod partikolari l-Artikolu 10(2) tagħha, Billi ġie konkluż ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea fit-13 ta' Diċembru 1993 bejn il-Komunitajiet Ewropej, l-Istati Membri tagħhom u r-Repubblika ta' l-Awstrija, ir-Repubblika tal-Finlandja, ir-Repubblika ta' l-Islanda, il-Prinċipat tal-Liechtenstein, ir-Renju tan-Norveġja u r-Renju ta' l-Isvezja [15]; Billi fil-qasam veterinarju u sabiex jgħinu lill-Awtorità tas-Sorveljanza ta' l-EFTA tieħu l-miżuri meħtieġa, id-dispożizzjonijiet ta' dan il-Ftehim japplikaw biss mill-1 ta' Lulju 1994; Billi fil-kwadru ta' dan il-Ftehim, l-Awstrija, il-Finlandja, in-Norveġja u l-Isvezja japplikaw uħud mid-dispożizzjonijiet veterinarji Komunitarji li jistabbilixxu l-kondizzjonijiet tas-saħħa tal-bhejjem u tas-saħħa pubblika li jirregolaw il-kummerċ f'ċerti bhejjem ħajjin u prodotti mill-bhejjem; billi, għalhekk, uħud mid-dispożizzjonijiet Komunitarji li jistabbilixxu l-ħtiġiet tas-saħħa tal-bhejjem u tas-saħħa pubblika għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi ma għandhomx japplikaw iktar għal dawn il-pajjiżi; Billi jrid jingħata kont sabiex jibqa' japplika r-reġim Komunitarju tal-pajjiżi terzi dwar in-nagħaġ u l-mogħoż għall-importazzjonijiet mill-Awstrija, mil-Finlandja u min-Norveġja; Billi, f' dan il-kuntest, huwa meħtieġ illi jiġu mħassra r-regoli speċifiċi li japplikaw għall-Awstrija, il-Finlandja, in-Norveġja u l-Isvezja u li jiġu emendati r-regoli dettaljati l-oħra li japplikaw għall-pajjiżi terzi inklużi dawn l-erba pajjiżi; Billi l-miżuri pprovvduti f'din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Veterinarju Permanenti, ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI: L-Artikolu 1 Fil-Parti 1 ta' l-Anness mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 79/542/KEE [16], titħassar l-informazzjoni li għandha x'taqsmu ma' l-Awstrija, il-Finlandja u n-Norveġja minbarra dik li tirrigwarda n-nagħaġ u l-mogħoż ħajjin u l-fdalijiet minnhom, u jitħassar il-vers li għandu x'jaqsam ma' l-Isvezja. L-Artikolu 2 Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 80/790/KEE [17] hija mħassra. L-Artikolu 3 Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 80/799/KEE [18] hija mħassra. L-Artikolu 4 Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 80/800/KEE [19] hija mħassra. L-Artikolu 5 Id-Deċiżjoni tal-Kunsill Nru 82/730/KEE [20] hija mħassra. L-Artikolu 6 Id-Deċiżjoni tal-Kunsill Nru 82/731/KEE [21] hija mħassra. L-Artikolu 7 Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 82/736/KEE [22] hija mħassra. L-Artikolu 8 Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 83/421/KEE [23] hija mħassra. L-Artikolu 9 Fl-Anness mad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 90/14/KEE [24], jitħassru "l-Awstrija", "il-Finlandja", "in-Norveġja" u "l-Isvezja". L-Artikolu 10 Fl-Anness mad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 91/270/KEE [25], jitħassru "l-Awstrija", "il-Finlandja", "in-Norveġja" u "l-Isvezja". L-Artikolu 11 Fit-tieni parti ta' l-Anness A u l-Anness B mad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 91/449/KEE [26], jitħassru "l-Awstrija", "il-Finlandja", "in-Norveġja" u "l-Isvezja". L-Artikolu 12 Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 92/260/KEE [27] hija emendata kif ġej: 1. fl-Anness I, il-grupp A jiġi mibdul bi: "Grupp A Il-Greenland, l-Islanda u l-Isvizzera;" 2. fl-Anness II(A) it-titolu taċ-ċertifikat tas-saħħa jiġi mibdul bi: "Iċ- ċertifikat tas-saħħa għad-dħul temporanju taż-żwiemel irreġistrati fit-territorju Komunitarju minn-Greenland, l-Islanda jew l-Isvizzera għal perijodu taż-żmien ta' inqas mid-90 jum li ġejjin". L-Artikolu 13 Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 92/401/KEE [28] hija mħassra. L-Artikolu 14 Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 92/461/KEE [29] hija mħassra. L-Artikolu 15 Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 92/462/KEE [30] hija mħassra. L-Artikolu 16 Fil-parti II ta' l-Anness A mad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 92/471/KEE [31], jitħassru "l-Awstrija", "il-Finlandja", "in-Norveġja" u "l-Isvezja". L-Artikolu 17 Fl-Anness mad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 93/160/KEE [32], jitħassru "l-Awstrija", "il-Finlandja", "in-Norveġja" u "l-Isvezja". L-Artikolu 18 Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 93/195/KEE [33] hija emendata kif ġej: 1. Fl-Anness I, il-grupp A jiġi mibdul bi: "Grupp A il-Greenland, l-Islanda u l-Isvizzera;" 2. fl-Anness II, il-grupp A jiġi mibdul bi: "Grupp A il-Greenland, l-Islanda u l-Isvizzera." L-Artikolu 19 Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 93/196/KEE [34] hija emendata kif ġej: 1. fl-Anness I, "l-Awstrija, il-Finlandja" u "in-Norveġja, l-Isvezja" jitħassru min-nota fil-qiegħ tal-paġna 5; 2. fl-Anness II, in-nota 3 fil-qiegħ tal-paġna, il-grupp A jiġi mibdul bi: "Grupp A il-Greenland, l-Islanda u l-Isvizzera." L-Artikolu 20 Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 93/197/KEE [35] hija emendata kif ġej: 1. fl-Anness I, il-grupp A jiġi mibdul bi: "Grupp A il-Greenland, l-Islanda u l-Isvizzera;" 2. fl-Anness II(A) it-titolu taċ-ċertifikat tas-saħħa jiġi mibdul bi: "Iċ- ċertifikat tas-saħħa għall-importazzjonijiet fit-territorju tal-Komunità ta' l-ekwidir reġistrati u l-ekwidi għar-razza u għall-produzzjoni minn-Greenland, l-Islanda u l-Isvizzera". L-Artikolu 21 Fil-Parti 2A ta' l-Anness mad-Deċiżjoni 93/198/KEE [36], titħassar "l-Isvezja". L-Artikolu 22 Fil-Parti 2 ta' l-Anness mad-Deċiżjoni 93/199/KEE [37], "l-Awstrija: jitħassru l-Vorarlberg, it-Tyrol, l-Awstrija ta' Fuq, il-Burgenland, il-Karintja, l-Istirja u Vjenna", "il-Finlandja", "in-Norveġja" u "l-Isvezja". L-Artikolu 23 Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 93/321/KEE [38] hija emendata kif ġej: 1. fit-titolu, jitħassru 2l-"Isvezja, in-Norveġja, il-Finlandja u"; 2. fl-Artikolu 1(1) jitħassru "l-Isvezja, in-Norveġja, il-Finlandja u". L-Artikolu 24 Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 93/432/KEE [39] hija mħassra. L-Artikolu 25 Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 93/451/KEE [40] hija mħassra. L-Artikolu 26 Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 93/688/KE [41] hija mħassra. L-Artikolu 27 Fl-Anness mad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 93/693/KE [42], jitħassru l-Partijiet 4, 8 u 9. L-Artikolu 28 Fl-Anness mad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 94/70/KE [43] jitħassru l-vrus li għandhom x jaqsmu ma l-Awstrija, il-Finlandja, in-Norveġja u l-Isvezja. L-Artikolu 29 Fl-Anness mad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 94/85/KE [44], jitħassru l-vrus li għandhom x jaqsmu ma l-Awstrija, il-Finlandja, in-Norveġja u l-Isvezja. L-Artikolu 30 Fil-Parti II(B) ta' l-Anness mad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 94/278/KE [45], jitħassru "il-Finlandja", "in-Norveġja" u "l-Isvezja". L-Artikolu 31 Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 94/316/KE [46] tiġi mħassra. L-Artikolu 32 Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri. Magħmula fi Brussel, fid-29 Ġunju 1994. Għall-Kummissjoni René Steichen Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 302, tal-31.12.1972, p. 28. [2] ĠU L 173, tas-27.6.1992, p. 13. [3] ĠU L 194, tat-22.7.1988, p. 10. [4] ĠU L 186, tat-28.7.1993, p. 28. [5] ĠU L 302, tad-19.10.1989, p. 1. [6] ĠU L 175, tad-19.7.1993, p. 21. [7] ĠU L 224, tat-18.8.1990, p. 42. [8] ĠU L 157, tal-10.6.1992, p. 28. [9] ĠU L 373, tal-31.12.1990, p. 1. [10] ĠU L 62, tal-15.3.1993, p. 49. [11] ĠU L 224, tat-18.8.1990, p. 62. [12] ĠU L 268, ta' l-24.9.1991, p. 56. [13] ĠU L 243, tal-25.8.1992, p. 27. [14] ĠU L 62, tal-15.3.1993, p. 49. [15] ĠU L 62, tal-15.3.1993, p. 49. [16] ĠU L 146, ta' l-14.6.1979, p. 15. [17] ĠU L 233, ta' l-4.9.1980, p. 47. [18] ĠU L 234, tal-5.9.1980, p. 35. [19] ĠU L 234, tal-5.9.1980, p. 38. [20] ĠU L 311, tat-8.11.1982, p. 1. [21] ĠU L 311, tat-8.11.1982, p. 4. [22] ĠU L 311, tat-8.11.1982, p. 18. [23] ĠU L 238, tas-27.8.1983, p. 35. [24] ĠU L 8, tal-11.1.1990, p. 71. [25] ĠU L 134, tad-29.5.1991, p. 56. [26] ĠU L 240, tad-29.8.1991, p. 28. [27] ĠU L 130, tal-15.5.1992, p. 67. [28] ĠU L 224, tat-8.8.1992, p. 1. [29] ĠU L 261, tas-7.9.1992, p. 18. [30] ĠU L 261, tas-7.9.1992, p. 34. [31] ĠU L 270, tal-15.9.1992, p. 27. [32] ĠU L 67, tad-19.3.1993, p. 27. [33] ĠU L 86, tas-6.4.1993, p. 1. [34] ĠU L 86, tas-6.4.1993, p. 7. [35] ĠU L 86, tas-6.4.1993, p. 16. [36] ĠU L 86, tas-6.4.1993, p. 34. [37] ĠU L 86, tas-6.4.1993, p. 43. [38] ĠU L 123, tad-19.5.1993, p. 36. [39] ĠU L 200, tal-10.8.1993, p. 39. [40] ĠU L 210, tal-21.8.1993, p. 21. [41] ĠU L 319, tal-21.12.1993, p. 51. [42] ĠU L 320, tat-22.12.1993, p. 35. [43] ĠU L 36, tat-8.2.1994, p. 5. [44] ĠU L 44, tas-17.2.1994, p. 33. [45] ĠU L 120, tal-11.5.1994, p. 44. [46] ĠU L 140, tat-3.6.1994, p. 30. --------------------------------------------------