Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31992R3911

Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3911/92 tad- 9 ta' Diċembru 1992 dwar l-esportazzjoni ta' oġġetti kulturali

ĠU L 395, 31.12.1992, p. 1–5 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 02/03/2009; Imħassar b' 32009R0116

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1992/3911/oj

31992R3911



Official Journal L 395 , 31/12/1992 P. 0001 - 0005
Finnish special edition: Chapter 2 Volume 8 P. 0161
Swedish special edition: Chapter 2 Volume 8 P. 0161


Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3911/92

tad- 9 ta' Diċembru 1992

dwar l-esportazzjoni ta' oġġetti kulturali

IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 113 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mingħand il-Kummissjoni [1],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [2],

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali [3],

Billi, in vista tal-konklużjoni tas-suq intern, regoli dwar kummerċ ma' pajjiżi mhux membri huma meħtieġa għall-protezzjoni ta' oġġetti kulturali;

Billi, fid-dawl tal-konklużjonijiet tal-laqgħa tal-Kunsill tad-19 ta' Novembru 1990, jidher li hu meħtieġ li jittieħdu miżuri b'mod partikolari biex jiġi assigurat li esportazzjonijiet ta' oġġetti kulturali jkunu suġġetti għal kontrolli uniformi fil-fruntieri esterni tal-Komunità;

Billi dik is-sistema għandha teħtieġ il-preżentazzjoni ta' liċenzja mill-Istat Membru kompetenti qabel l-esportazzjoni ta' l-oġġetti kulturali koperti b'dan ir-Regolament; billi dan jeħtieġ tifsira ċara ta' l-għan ta' dawk il-miżuri u l-proċeduri għall-implimentazzjoni tagħhom; billi l-implimentazzjoni tas-sistema għandha tkun sempliċi u effiċjenti kemm jista' jkun possibbli; billi għandu jiġi mwaqqaf kumitat biex jassisti lill-Kummissjoni fit-twettiq tar-responsabbiltajiet tagħha mogħtija lilha b'dan ir-Regolament;

Billi, in vista ta' l-esperjenza kbira ta' l-awtoritajiet ta' l-Istati Membri fit-tħaddim tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1468/81 tad-19 ta' Mejju 1981 dwar assistenza mutwali bejn l-awtoritajiet amministrattivi ta' l-Istati Membri u koperazzjoni bejn dawn ta' l-aħħar u l-Kummissjoni biex jiġi assigurat it-tħaddim tajjeb tal-liġi dwar materji doganali jew agrarji [4], l-imsemmi Regolament għandu jiġi applikat għal din il-materja;

Billi l-Anness ta' dan ir-Regolament hu mmirat li jiċċara l-kategoriji ta' oġġetti kulturali li għandhom jingħataw protezzjoni partikolari f'kummerċ ma' pajjiżi mhux membri, iżda mhux intiż li jippreġudika t-tifsira, mill-Istati Membri, tat-teżori nazzjonali skond it-tifsira mogħtija bl-Artikolu 36 tat-Trattat,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Mingħajr preġudizzju għall-poteri ta' l-Istati Membri skond l-Artikolu 36 tat-Trattat, il-kliem "oġġetti kulturali" għandhom jirreferu, għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, l-affarijiet elenkati fl-Anness.

TITOLU 1

Liċenzja ta' esportazzjoni

Artikolu 2

1. L-esportazzjoni ta' oġġetti kulturali barra mit-territorju doganali tal-Komunità għandu jkun suġġett għat-turija ta' liċenzja ta' esportazzjoni.

2. Il-liċenzja ta' esportazzjoni għandha tinħareġ fuq talba tal-persuna interessata:

- minn awtorità kompetenti ta' l-Istat Membru li fit-territorju tiegħu l-oġġett kulturali in kwistjoni kien jinsab b'mod legali u b'mod definittiv fl-1 ta' Jannar 1993,

- jew, wara dan, minn awtorità kompetenti ta' l-Istat Membru li fit-territorju tiegħu jkun jinsab wara jew li jintbagħat b'mod legali jew b'mod definittiv minn Stat Membru ieħor, jew importazzjoni minn pajjiż mhux membru, jew ri-importazzjoni minn pajjiż mhux membru wara dispaċċ legali minn Stat Membru lil dak il-pajjiż.

Iżda, mingħajr preġudizzju għal paragrafu 4, l-Istat Membru li jkun kompetenti skond iż-żewġ inċiżi fl-ewwel sub-paragrafu huma awtorizzati li ma jeħtiġux liċenzji ta' esportazzjoni għall-oġġetti kulturali speċifikati fl-ewwel u t-tieni inċiż ta' kategorija A1 ta' l-Anness meta dawn ikunu ta' interess arkeoloġiku jew xjentifiku limitat, u sakemm ma jkunux il-prodott dirett ta' skavi, finds u siti arkeoloġiċi ġewwa Stat Membru, u li l-preżenza tagħhom fis-suq tkun legali.

Il-liċenzja ta' esportazzjoni tista' tiġi rifjutata, għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, meta l-oġġetti kulturali in kwistjoni jkunu koperti b'leġislazzjoni li tipproteġi teżori nazzjonali ta' valur artistiku, storiku jew arkeoloġiku fl-Istat Membru in kwistjoni.

Meta jkun meħtieġ, l-awtorità msemmija fit-tieni indent ta' l-ewwel sub-paragrafu għandu jagħmel kuntatt ma' l-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istat Membru li minnu l-oġġett kulturali in kwistjoni jkun ġie, u b'mod partikolari l-awtoritajiet kompetenti skond it-tifsira tad-Direttiva tal-Kunsill 93/…/KEE ta' dwar ir-ritorn ta' oġġetti kulturali li jkunu tneħħew illegalment mit-territorju ta' Stat Membru [5].

3. Il-liċenzja ta' esportazzjoni tkun valida ġewwa l-Komunità.

4. Mingħajr preġudizzju għad-disposizzjonijiet ta' dan l-Artikolu, esportazzjoni diretta mit-territorju doganali tal-Komunita ta' teżori nazzjonali li jkollhom valur artistiku, storiku jew arkeoloġiku li ma jkunux oġġetti kulturali skond it-tifisra ta' dan ir-Regolament tkun suġġetta għal-liġi nazzjonali ta' l-Istat Membru ta' esportazzjoni.

Artikolu 3

1. Stati Membri għandhom jagħtu lill-Kummissjoni lista ta' l-awtoritajiet li jkollhom poter li joħorġu liċenzji ta' esportazzjoni għal oġġetti kulturali.

2. Il-Kummissjoni għandha tippubblika lista ta' dawn l-awtoritajiet u kull emenda lil dik il-lista fis-serje "C"' tal-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Artikolu 4

Il-liċenzja ta' esportazzjoni għandha tiġi murija, b'appoġġ għad-dikjarazzjoni ta' esportazzjoni, meta jsiru l-formalitajiet doganali ta' esportazzjoni, fl-uffiċċju tad-dawna li jkun kompetenti li jaċċetta dik id-dikjarazzjoni.

Artikolu 5

1. Stati Membri jistgħu jirrestrinġu n-numru ta' uffiċċji ta' dwana li jkollhom poter li jagħmlu l-formalitajiet għall-esportazzjoni ta' oġġetti kulturali.

2. Stati Membri li jieħdu l-għażla mogħtija fil-paragrafu 1 għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni bl-uffiċċji tad-dwana li jkunu mogħtija l-poter li jagħmlu dan.

Il-Kummissjoni għandha tippubblika din l-informazzjoni fis-serje "C" tal-Ġurnal Ufficjali tal-Komunitajiet Ewropej.

TITOLU 2

Koperazzjoni amministrattiva

Artikolu 6

Għall-finijiet li jiġi implimentat dan ir-Regolament, id-disposizzjonijiet ta' Regolament (KEE) Nru 1468/81, u b'mod partikolari d-disposizzjonijiet dwar il-kunfidenzjalità ta' informazzjoni, għandhom japplikaw mutatis mutandis.

B'żieda mal-koperazzjoni mogħtija skond l-ewwel sub-paragrafu, Stati Membri għandhom jieħdu l-passi kollha meħtieġa sabiex jistabbilixxu, fil-kuntest tar-relazzjonijiet mutwali tagħhom, koperazzjoni bejn l-awtoritajiet tad-dwana u l-awtoritajiet kompetenti msemmija fl-Artikolu 4 ta' Direttiva 93/../KEE./KEE [6].

TITOLU 3

Disposizzjonijiet ġenerali u finali

Artikolu 7

Id-disposizzjonijiet meħtieġa għall-implimentazzjoji ta' dan ir-Regolament, b'mod partikolari dawk li jirreferu għall-forma li għandha tinuża (per eżempju, il-mudell u proprjetajiet tekniċi) għandhom ikunu adottati skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 8(2).

Artikolu 8

1. Il-Kummissjoni għandha tkun assistita minn kumitat magħmul minn rappreżentanti ta' l-Istati Membri u presedut mir-rappreżentant tal-Kummissjoni.

Il-kumitat għandu jeżamina kull każ dwar l-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament mqajjem mill-president tiegħu jew fuq inizzjattiva personali jew fuq talba ta' rappreżentant ta' Stat Membru.

2. Ir-rappreżentant tal-Kummissjoni għandu jissottometti lill-kumitat abbozz tal-miżuri li għandhom jittieħdu. Il-kumitat għandu jagħti l-opinjoni tiegħu fuq l-abbozz f'perjodu ta' żmien li l-pesident jista' jistabbilixxi skond l-urġenza tal-każ, jekk ikun hemm il-ħtieġa billi jittieħed vot.

L-opinjoni għandha tiġi reġistrata fil-minuti; aktar minn hekk, kull Stat Membru jkollu l-jedd li jitlob li l-posizzjoni tiegħu tkun reġistrata fil-minuti.

Il-Kummissjoni għandha tieħu konsiderazzjoni xierqa ta' l-opinjoni mogħtija mill-kumitat. Din għandha tinforma lill-kumitat bil-manjiera li biha l-opinjoni tagħha tkun ittieħdet in konsiderazzjoni.

Artikolu 9

Kull Stat Membru għandu jistabbilixxi l-penali li għandhom ikunu applikati għal ksur tad- disposizzjonijiet ta' dan ir-Regolament. Il-penali għandhom ikunu biżżejjed biex jippromwovu konformita ma' dawk id-disposizzjonijiet.

Artikolu 10

Kull Stat Membru għandu jinforma lill-Kummissjoni bil-miżuri li jkunu ttieħdu bis-saħħa ta' dan ir-Regolament.

Il-Kummissjoni għandha tikkomunika din l-informazzjoni lill-Istati Membri l-oħra.

Kull tliet snin il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew, il-Kunsill, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali dwar l-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament.

Il-Kunsill għandu jirrevedi l-effettività tar-Regolament wara perjodu ta' applikazzjoni ta' tliet snin u, wara li jaġixxi fuq proposta mill-Kummissjoni, jagħmel dawk l-aġġustamenti meħtieġa.

F'kull każ, il-Kunsill, li jaġixxi fuq proposta mill-Kummissjoni, għandu jeżamina kull tliet snin u, meta xieraq, jaġġorna l-ammonti indikati fl-Anness, abbażi ta' l-indikaturi ekonomiċi u monetarji fil-Komunita.

Artikolu 11

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni fl-Ġurnal Ufficjali tal-Komunitajiet Ewropej tad-Direttiva 93/…/KEE [7].

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fid-9 ta' Diċembru 1992.

Għall-Kunsill

Il-President

W. Waldegrave

[1] ĠU C 53, tat-28.2.1992, pġ. 8.

[2] ĠU C 176, tat-13.7.1992, pġ. 31.

[3] ĠU C 223, tal-31.8.1992, pġ. 10.

[4] ĠU L 144, tat-2.6.1981, pġ. 1. Regolament kif emendat bir-Regolament (KEE) Nru 945/87 (ĠU L 90, tat-2.4.1987, pġ. 3.)

[5] Għada mhix adottata fil-ħin ta' din il-pubblikazzjoni; kif meħtieġ fl-Artikolu 11 iktar 'l isfel, ir-Regolament preżenti se jidħol fis-seħħ fit-tielet ġurnata ta' wara l-pubblikazzjoni tad-Direttiva fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

[6] ara n-nota tal-qiegħ għall-Artikolu 2(2).

[7] Għada mhix adottata fil-ħin ta' din il-pubblikazzjoni; kif meħtieġ fl-Artikolu 11 iktar 'l isfel, ir-Regolament preżenti se jidħol fis-seħħ fit-tielet ġurnata ta' wara l-pubblikazzjoni tad-Direttiva fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

--------------------------------------------------

ANNESS

KATEGORIJI TA' OĠĠETTI KULTURALI KOPERTI B'L-ARTIKOLU 1

1. Oġġetti arkeoloġiċi li għandhom aktar minn 100 sena li hum prodotti ta': | |

— skavi u sejbiet fuq l-art u taħt l-ilma | 97050000 |

— siti arkeoloġiċi | 97060000 |

— kollezzjonijiet arkeoloġiċi |

2.Elementi li jiffurmaw parti integrali minn monumenti artistiċi, storiċi jew reliġjużi li jkunu ġew imkissra, ta' età li ma teċċedix 100 sena | 97050000 |

97060000 |

3.Stampi u pitturi li saru kollha kemm huma bl-idejn, fuq kull medium u b'kull materjal | 9701 |

4.Mosaics minbarra dawk f'kategoriji 1 u 2 u tpinġijiet li saru kollha kemm huma bl-idejn, fuq kull medium u b'kull materjal | 6914 |

9701 |

5.Engravings oriġinali, prints, serigraphs u lithographs bil-plates u posters rispettivi oriġinali tagħhom | Il-Kapitolu 49 |

97020000 |

84425099 |

6.Skulturi oriġinali u statwi u kopji prodotti permezz ta' l-istess proċess bħall-oriġinal, minbarra dawk f'kategorija 1 | 97030000 |

7. Ritratti, films u negattivi tagħhom | 3704 |

3705 |

3706 |

49119180 |

8.Incunabula u manuskritti, inklużi mapep u spartiti mużikali, kemm weħidhom kif ukoll f'kollezzjonijiet | 97020000 |

97060000 |

49011000 |

49019900 |

49040000 |

49059100 |

49059900 |

49060000 |

9. Kotba ta' aktar minn100 sena, weħidhom jew f'kollezzjonijiet | 97050000 |

97060000 |

10. Mapep stampati ta' aktar minn 200 sena | 97060000 |

11.Arkivji, li elementi minnhom, ta' kull xejħta jew ta' kull medium għandhom aktar minn 50 sena | 3704 |

3705 |

3706 |

4901 |

4906 |

97050000 |

97060000 |

12. (a)Kollezzjonijiet u kampjuni minn kollezzjonijiet żoloġiċi, botaniċi, mieraloġiċi jew anatomiċi; | 97050000 |

(b)Kollezzjonijiet ta' interess storiku, palaentoloġiku, etnografiku jew numismatiku | 97050000 |

13. Mezzi ta' trasport li għandhom aktar minn 75 sena | 97050000 |

Kapitoli 86-89 |

14. Kull oġġetti antiki oħra mhux inklużi f'kategoriji A.1 sa A.13 | |

(a) li għandhom bejn 50 u 100 sena: | |

— ġugarelli, logħob | Kapitolu 95 |

— glassware | 7013 |

— oġġetti ta' affarijiet li jintużaw minn goldsmiths jew arġentiera | 7114 |

— għamara | Kapitolu 94 |

— apparat ottiku, fotografiku jew ċinematografiku | Kapitolu 90 |

— strumenti mużikali | Kapitolu 92 |

— arloġġi u arloġġi ta' l-idejn u partijiet minnhom | Kapitolu 91 |

— oġġetti ta' l-injam | Kapitolu 44 |

— fuħħar | Kapitolu 69 |

— tapizzeriji | 58050000 |

— twapet | Kapitolu 57 |

— wallpaper | 4814 |

— armamenti | Kapitolu 93 |

(b) li jkollhom aktar minn 100 sena | 97060000 |

A. L-oġġetti kulturali f'kategoriji A.1 sa A.14 huma koperti b'dan ir-Regolament biss jekk il-valur tagħhom jikkorrispondi għal, jew jeċċedi, t-thresholds finanzjarji taħt B.

B. Thresholds finanzjarji applikabbli għal ċerti kategoriji taħt A (f'ecu)

Valur: 0 (Żero)

- 1 (Oġġetti arkeoloġiċi)

- 2 (Monumenti żarmati)

- 8 (Incunabula u manuskritti)

- 11 (Arkivji)

15000

- 4 (Mosaics u tpinġijiet)

- 5 (Engravings)

- 7 (Ritratti)

- 10 (Mapep stampati)

50000

- 6 (Statwi)

- 9 (Kotba)

- 12 (Kollezzjonijiet)

- 13 (Mezzi ta' trasport)

- 14 (Kull oġġett ieħor)

150000

- 3 (Pitturi)

L-istima ta' jekk jew le l-kondizzjonijiet li jirreferu għall-valur finanzjarju jkunux osservati għandha ssir meta ssir applikazzjoni għal liċenzja ta' esportazzjoni. Il-valur finanzjarju hu dak ta' l-oġġetti kulturali fl-Istat Membru msemmi fl-Artikolu 2(2) tar-Regolament.

Id-data tal-konverżjoni ta' valuri espressi f'ecu fl-Anness f'muniti nazzjonali għandu jkun l-1 ta' Jannar 1993.

--------------------------------------------------

Top