Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31992D0369

    Deċiżjoni Tal-Kummissjoni fl-24 ta’ Ġunju 1992 li temenda l-Anness III tad-Direttiva tal-Kunsill 90/539/KEE dwar il-kondizzjonijiet tas-saħħa ta’ l-annimali li jirregolaw il-kummerċ intra-Komunitarju fi, u l-importazzjoni minn pajjiżi terzi ta’, tjur u bajd għat-tfaqqis f’dak li jirrigwardja l-kondizzjonijiet tal-vaċċinazzjoni

    ĠU L 195, 14.7.1992, p. 25–26 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2009

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/1992/369/oj

    31992D0369



    Official Journal L 195 , 14/07/1992 P. 0025 - 0026
    Finnish special edition: Chapter 3 Volume 43 P. 0088
    Swedish special edition: Chapter 3 Volume 43 P. 0088


    Id-Deċiżjoni Tal-Kummissjoni

    fl-24 ta’ Ġunju 1992

    li temenda l-Anness III tad-Direttiva tal-Kunsill 90/539/KEE dwar il-kondizzjonijiet tas-saħħa ta’ l-annimali li jirregolaw il-kummerċ intra-Komunitarju fi, u l-importazzjoni minn pajjiżi terzi ta’, tjur u bajd għat-tfaqqis f’dak li jirrigwardja l-kondizzjonijiet tal-vaċċinazzjoni

    (92/369/KEE)

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea,

    Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 90/539/KEE tal-15 ta’ Ottubru 1990 dwar il-kondizzjonijiet tas-saħħa ta’ l-Annimali li jirregolaw il-kummerċ intra-Komunitarju fi, u l-importazzjoni minn pajjiżi terzi ta’, tjur u bajd għat-tfaqqis [1], kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 91/496/KEE [2], u partikolarment l-Artikolu 34 tagħha,

    Billi l-Anness III tad-Directive 90/539/KEE preżentament jenħtieġ, partikolarment, li t-tjur għall-kummerċ intra-Komunitarju jkunu vvaċċinati b’vaċċini li huma konformi mal-ħtiġiet tal-Farmakopoeia Ewropea;

    Billi l-monografi tal-Farmakopoeia Ewropea ma humiex disponibbli għall-ħafna mill-vaċċini tat-tjur preżentament użati fl-Istati Membri;

    Billi huwa mixtieq li jkun emendat l-imsemmi l-Anness biex jippermetti l-użu ta’ vaċċini li mhumiex neċessarjament soġġetti għall-monografi tal-Farmakopoeia Ewropea;

    Billi l-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma bi qbil ma’ l-opinjoni tal-Kumitat Veterenarju Permanenti,

    ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    L-Anness III għad-Direettiva 90/539/KEE huwa mibdul bl-Anness għal din id-Deċiżjoni.

    Artikolu 2

    Dan id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

    Magħmula fi Brussel, fl-24 ta’ Ġunju 1992.

    Għall-Kummissjoni

    Ray Mac Sharry

    Membru tal-Kummissjoni

    [1] ĠU L 303, tal-31.10.1990, p. 6.

    [2] ĠU L 268, ta’ l-24.9.1991, p. 56.

    --------------------------------------------------

    ANNESS

    "

    ANNESS III

    KONDIZZJONIJIET TAL-VAĊĊINAZZJONI TAT-TJUR

    1. Il-vaċċini użati għall-vaċċinazzjoni tat-tjur jew qatgħat li jipproduċu l-bajd għat-tfaqqis iridu jkollhom awtorizzazzjoni għall-kummerċ maħruġha mill-awtorita kompetenti ta’ l-Istat Membru li fih il-vaċċina tkun użata.

    2. Il-kriterja għall-użu tal-vaċċini kontra l-marda Newcastle fil-kuntest tal-programmi ta’ vaċċinazzjoni bħala rutina tista tkun iddeterminata mill-Kummissjoni.

    "

    --------------------------------------------------

    Top