This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 31992D0260
92/260/EEC: Commission Decision of 10 April 1992 on animal health conditions and veterinary certification for temporary admission of registered horses
Deċiżjoni tal-Kummissjoni ta’ l-10 ta’ April 1992 dwar kondizzjonijiet tas-saħħa ta’ annimali u ċertifikazzjoni veterinarja għal dħul temporanju ta’ żwiemel irreġistrati
Deċiżjoni tal-Kummissjoni ta’ l-10 ta’ April 1992 dwar kondizzjonijiet tas-saħħa ta’ annimali u ċertifikazzjoni veterinarja għal dħul temporanju ta’ żwiemel irreġistrati
ĠU L 130, 15.5.1992, pp. 67–83
(ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)
No longer in force, Date of end of validity: 30/09/2018; Imħassar b' 32018R0659
Official Journal L 130 , 15/05/1992 P. 0067 - 0083
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 42 P. 0061
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 42 P. 0061
Id-Deċiżjoni Tal-Kummissjoni ta’ l-10 ta’ April 1992 dwar kondizzjonijiet tas-saħħa ta’ annimali u ċertifikazzjoni veterinarja għal dħul temporanju ta’ żwiemel irreġistrati (92/260/KEE) IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 90/426/KEE tas-26 ta’ Ġunju 1990 dwar il-kondizzjonijiet tas-saħħa ta’ annimali li jirregolaw il-moviment u l-importazjoni minn pajjiżi terzi ta’ equidae [1], kif l-aħħar emendata bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 92/130/KEE [2], u partikolarment l-Artikoli 15(a) u 16 tagħha, Billi bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 79/542/KEE [3] kif l-aħħar emendata bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 92/162/KEE [4], il-lista ta’ pajjiżi terzi li minnhom l-Stati Membri huma awtorizzati li jimportaw l-equidae kienet partikolarment ġiet stabbilita; Billi huwa wkoll meħtieġ li jittieħed akkont tar-reġjonalizzazzjoni minn ċerti pajjiżi terzi, li huma soġġetti għad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 92/160/KEE [5], kif emendata bid-Deċiżjoni 92/161/KEE [6]; Billi l-eżistenza tas-sitwazzjoni ekwivalenti tas-saħħa bejn uħud mill-pajjiżi terzi tiġġustifika l-istabbiliment ta’ diversi żoni tas-saħħa għall-importazjoni ta’ equidae; Billi l-kategoriji differenti ta’ żwiemel għandhom il-fatturi tagħhom u l-importazzjoni tagħhom hija awtorizzata għal skopijiet differenti; billi, b’konsegwenza, ħtiġijiet speċifiċi tas-saħħa għandhom ikunu stabbiliti għal dħul temporanju ta’ żwiemel irreġistrati; Billi, meqjusa d-differenza bejn is-sitwazzjonijiet tas-saħħa, huwa meħtieġ li jkunu stabbiliti diversi ċertifikati tas-saħħa għal dħul temporanju ta’ żwiemel irreġistrati; Billi din id-Deċiżjoni għandha tkun eżaminata mill-ġdid qabel il-31 ta’ Diċembru 1992; Billi iżda l-miżuri kif ipprovduti f’din id-Deċiżjoni huma bi qbil ma’ l-opinjoni tal-Kumitat Veterinarju Permanenti, ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI: Artikolu 1 Mingħajr preġudizzju għad-Deċiżjoni 92/160/KEE, Stati Membri għandhom jawtorizzaw id-dħul temporanju ta’ żwiemel irreġistrati: - li jkunu ġejjin minn pajjiżi terzi li jidhru fl-Anness I, - li jkunu konformi mal-ħtiġijiet eżiġiti f’wieħed mill-mudelli ta’ ċertifikati tas-saħħa ta’ l-annimali fl-Anness II. Artikolu 2 Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri. Magħmula fi Brussel, fl-10 ta’ April 1992. Għall-Kummissjoni Ray Mac Sharry Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 224, tat-18.8.1990, p. 42. [2] ĠU L 47, tat-22.2.1992, p. 26. [3] ĠU L 146, ta’ l-14.6.1979, p. 15. [4] ĠU L 71, tat-18.3.1992, p. 30. [5] ĠU L 71, tat-18.3.1992, p. 27. [6] ĠU L 71, tat-18.3.1992, p. 29. -------------------------------------------------- L-ANNESS I Grupp A L-Awstrija, il-Finlandja, Greenland, l-Iżlanda, in-Norveġja, l-Iżvezja, l-Isvizzera Grupp B L-Awstralja, il-Belarussja, il-Bulgarija, il-Kroazja, iċ-Ċekoslovakkja, Ċipru, l-Estonja, l-Ungerija, il-Latvja, il-Litwanja, in-New Zealand, il-Polonja, ir-Rumanija, ir-Russja [1], is-Slovenja, l-Ukrajna, il-Jugoslavja Grupp Ċ Il-Kanada, Hong Kong, il-Ġappun, l-Stati Uniti ta’ l-Amerika Grupp D L-Arġentina, il-Barbados, Bermuda, il-Bolivja, il-Brażil [2], iċ-Ċili, il-Kolombja [3], l-Costa Rica [4], Kuba, l-Ekwador [5], il-Ġamajka, il-Messiku, il-Paragwaj, il-Peru [6], l-Urugwaj, il-Venezwela [7] Grupp E L-Alġerija, il-Baħrejn, l-Eġittu [8], l-Iżrael, il-Ġordan, il-Kuwajt, il-Libja, Malta, il-Mawritjus, l-Oman, it-Tuniżija, it-Turkija [9], l-Emirati Għarab Magħquda [1] Reġjonalizzazzjoni tal-pajjiż kif eżiġita fid-Deċiżjoni 92/160/KEE. [2] Reġjonalizzazzjoni tal-pajjiż kif eżiġita fid-Deċiżjoni 92/160/KEE. [3] Reġjonalizzazzjoni tal-pajjiż kif eżiġita fid-Deċiżjoni 92/160/KEE. [4] Reġjonalizzazzjoni tal-pajjiż kif eżiġita fid-Deċiżjoni 92/160/KEE. [5] Reġjonalizzazzjoni tal-pajjiż kif eżiġita fid-Deċiżjoni 92/160/KEE. [6] Reġjonalizzazzjoni tal-pajjiż kif eżiġita fid-Deċiżjoni 92/160/KEE. [7] Reġjonalizzazzjoni tal-pajjiż kif eżiġita fid-Deċiżjoni 92/160/KEE. [8] Reġjonalizzazzjoni tal-pajjiż kif eżiġita fid-Deċiżjoni 92/160/KEE. [9] Reġjonalizzazzjoni tal-pajjiż kif eżiġita fid-Deċiżjoni 92/160/KEE. -------------------------------------------------- ANNESS II A. Ċertifikat tas-saħħa għal dħul temporanju ta’ żwiemel irreġistrati minn pajjiżi terzi assenjati għal grupp A. B. Ċertifikat tas-saħħa għal dħul temporanju ta’ żwiemel irreġistrati minn pajjiżi terzi assenjati għal grupp B. Ċ. Ċertifikat tas-saħħa għal dħul temporanju ta’ żwiemel irreġistrati minn pajjiżi terzi assenjati għal grupp Ċ. D. Ċertifikat tas-saħħa għal dħul temporanju ta’ żwiemel irreġistrati minn pajjiżi terzi assenjati għal grupp D. E. Ċertifikat tas-saħħa għal dħul temporanju ta’ żwiemel irreġistrati minn pajjiżi terzi assenjati għal grupp E. A +++++ TIFF +++++ +++++ TIFF +++++ +++++ TIFF +++++ B +++++ TIFF +++++ +++++ TIFF +++++ +++++ TIFF +++++ Ċ +++++ TIFF +++++ +++++ TIFF +++++ +++++ TIFF +++++ D +++++ TIFF +++++ +++++ TIFF +++++ +++++ TIFF +++++ E +++++ TIFF +++++ +++++ TIFF +++++ +++++ TIFF +++++ --------------------------------------------------