Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31989R2319

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2319/89 tat-28 ta’ Lulju 1989 fuq ir-rekwiżiti minimi ta’ kwalità għall-lanġas Williams u Rocha fil-ġulepp u s-sugu naturali tal-frott eliġibbli għall-iskema ta’ għajnuna għall-produzzjoni

    ĠU L 220, 29.7.1989, p. 51–53 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 07/11/2006; Imħassar b' 32006R1559

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1989/2319/oj

    31989R2319



    Official Journal L 220 , 29/07/1989 P. 0051 - 0053
    Finnish special edition: Chapter 3 Volume 30 P. 0030
    Swedish special edition: Chapter 3 Volume 30 P. 0030


    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2319/89

    tat-28 ta’ Lulju 1989

    fuq ir-rekwiżiti minimi ta’ kwalità għall-lanġas Williams u Rocha fil-ġulepp u s-sugu naturali tal-frott eliġibbli għall-iskema ta’ għajnuna għall-produzzjoni

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi il-Komunità Ekonomika Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 426/86 tal-24 ta’ Frar 1986 fuq l-organizzazzjoni komuni tas-suq fi prodotti pproċessati mill-ħaxix u l-frott [1], kif l-aħħar emendat mir-Regolament (KEE) Nru 1125/89 [2], u b’mod partikolari Artikolu 6(4) tiegħu,

    Billi Artikolu 2(1) tar-Regolament (KEE) Nru 426/86 jistabbilixxi skema ta’ għajnuna għall-produzzjoni għal xi prodotti elenkati f’Anness I, Parti A, ta’ hemm; billi Artikolu 6(1)(b) jispeċifika li dik l-għajnuna għandha tingħata biss għall-prodotti li jikkonformaw mal-ħtiġiet minimi ta’ kwalità li għandhom jiġu stipulati;

    Billi l-iskop ta’ ħtiġiet minimi ta’ kwalità bħal dawn hi li jevitaw il-produzzjoni ta’ prodotti li m’hemmx domanda għalihom jew prodotti li kienu joħolqu distorzjoni fis-suq; filwaqt li l-ħtiġiet għandhom jiġu bażati fuq proċeduri ta’ manifattura tradizzjonali u ġusti;

    Billi r-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1289/85 [3] jistipula l-livelli minimi ta’ kwalità għall-lanġas Williams fil-ġulepp; filwaqt li d-dispożizzjonijiet stipulati hemmhekk għandhom jiġu adattati sabiex jieħdu kont ta’ l-estensjoni ta’ l-iskema ta’ għajnuna għall-lanġas tal-varjetà Rocha u tal-lanġas Williams u Rocha priservat fis-sugu naturali tal-frott kif jipprovdi għalihom ir-Regolament tal-Kunsill hawn fuq imsemmi (KEE) Nru 1125/89; filwaqt li, għal skopijiet ta’ kjarezza, l-ħtiġiet minimi ta’ kwalità hekk adattati għandhom jiġu miktuba f’test ġdid;

    Filwaqt li l-ħtiġiet ta’ kwalità mqiegħda f’dan ir-Regolament iwaqqfu regolamenti oħra ta’ applikazzjoni minbarra d-dispożizzjonijiet tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1599/84 tal-5 ta’ Ġunju 1984 li jgħaddi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tas-sistema ta’ għajnuna għall-produzzjoni għal prodotti proċessati mill-ħaxix u l-frott [4], kif l-aħħar emendat mir-Regolament (KEE) Nru 2260/89 [5];

    Billi l-miżuri li jipprovdi għalihom dan ir-Regolament huma konformi ma’ l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għal Prodotti Proċessati mill-Ħaxix u l-Frott,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Dan ir-Regolament jistoipula l-ħtiġiet minimi ta’ kwalità li l-lanġas Williams u Rocha fil-ġulepp u l-lanġas tal-varjetà msemmija ppriservati fis-sugu naturali tal-frott, minn hawn l-hemm imsemmija bħala l-lanġas fil-ġulepp u jew is-sugu naturali tal-frott’, kif definit fl-Artikolu 1 tar-Regolament (KEE) Nru 1599/84, għandhom jikkonformaw magħhom sabiex jikkwalifikaw għall-għajnuna produttiva li jipprovdi għaliha Artikolu 2 tar-Regolament (KEE) Nru 426/86.

    Artikolu 2

    Għall-fabbrikazzjoni tal-lanġas fil-ġulepp u/jew fis-sugu tal-frott naturali biss dak il-lanġas ta’ l-ispeċi Pyrus comunis L., varjetà Williams u Rocha, għandu jintuża’. Il-prodott mhux proċessat għandu jkun frisk, sħiħ, nadif u tajjeb għall-ipproċessar.

    Il-prodott mhux proċessat jista’ jkun ġie mkessaħ qabel ma jiġi użat għall-fabbrikazzjoni tal-lanġas fil-ġulepp u/jew fis-sugu naturali tal-frott.

    Artikolu 3

    1. Il-lanġas fil-ġulepp u/jew fis-sugu naturali tal-frott għandu jiġi fabbrikat f’wieħed mill-istili definiti fil-paragrafu 2.

    2. Għall-iskopijiet ta’ dan ir-Regolament l-istili huma definiti kif segwit:

    (a) "frotta sħiħa" tfisser il-frotta sħiħa, bil-qalba u biz-zokk jew mingħajru;

    (b) "nofsijiet" ifisser il-frotta mingħajr il-qalba maqtugħa f’żewġ partijiet bejn wieħed u ieħor indaqs;

    (ċ) "kwartijiet" ifisser il-frotta mingħajr il-qalba maqtugħa f’erba’ partijiet bejn wieħed u ieħor indaqs;

    (d) "flieli" jfisser il-frotta mingħajr il-qalba maqtugħa f’iktar minn erba’ partijiet forma ta’ felli;

    (e) "dadi" jfisser il-frotta mingħajr il-qalba maqtugħa f’partijiet forma ta’ kubi.

    3. Kull kontenitur bil-lanġas fil-ġulepp u/jew il-lanġas fis-sugu tal-frott naturali għandu jżomm fih biss stil wieħed u l-frott jew il-biċċiet hemmhekk għandhom ikunu prattikament ta’ qies uniformi. L-ebda tip ieħor ta’ frott ma jista’ jinstab fil-kontenitur.

    4. Il-kulur tal-lanġas fil-ġulepp għandu jkun karatteristiku għall-varjetà Williams u Rocha. Skulurazzjoni kemm kemm roża m’għandiex tiġi kkunsidrata bħala difett. Il-lanġas fil-ġulepp li jikkontjeni ingredjenti speċjali għandu jiġi kkunsidrat ta’ kulur karatteristiku jekk ma jkun hemm ebda skulurazzjonali mhux normali għall-ingredjenti użati.

    5. Il-lanġas fil-ġulepp u/jew fis-sugu tal-frott naturali għandu jkun ħieles minn materjal barranija ta’ oriġi mhux veġetali u minn togħmiet u r-rwejjaħ barranin.

    Il-frott għandu jkun imlaħħam u jista’ jvarja fit-torija imma la għandu jkun eċċessivament artab u l-anqas eċċessivament iebes.

    6. Il-lanġas fil-ġulepp għandu jkun prattikament ħieles minn:

    (a) materjal barrani ta’ oriġi veġetali;

    (b) qoxra;

    (ċ) entitajiet imtabba’.

    Frott sħiħ, nofsijiet u kwartijiet għandhom ukoll ikunu prattikament ħielsa minn entitajiet mekkanikament imħassra.

    Artikolu 4

    1. Il-frott, jew il-biċċiet tiegħu, għandhom jiġu kkunsidrati prattikament ta’ qies uniformi meta, ġol-kontenitur, il-piż ta’ l-akbar entità mhix aktar mill-piż daqs darbtejn ta’ l-iċken entità.

    Jekk hemm inqas minn 20 entità ġol-kontenitur, entità waħda tista’ tiġi injorata. Fl-istabbilizzazzjoni ta’ l-akbar u l-iċken entità, entitajiet imfarrka b’għandhomx jittieħdu f’kunsiderazzjoni.

    2. Il-lanġas fil-ġulepp u/jew il-lanġas fis-sugu tal-frott naturali għandu jkun kompatibbli ma’ Artikolu 3(6) meta t-tolleranzi li ġejjin mhumiex maqbuża:

    | Stil |

    Sħaħ, nofsijiet u kwartijiet | Oħrajn |

    Entitajiet imtabba' | 15 % bin-numru | 1,5 kilogrammi |

    Entitajiet mekkanikament imħassra | 10 % bin-numru | Mhux applikabbli |

    Qoxra | 100 cm2 spazju aggregat | 100 cm2 spazju aggregat |

    Materjal barrani ta' nisel veġetali: | | |

    -Materjal fil-qalba | 10 entitajiet | 10 entitajiet |

    -Żerriegħa tal-lanġas mitluqa | 80 biċċa | 80 biċċa |

    -Materjal ieħor, inkluż il-materjal tal-qalba mitluq | 60 biċċa | 60 biċċa |

    It-tolleranzi aċċettati, barra minn dawk iffissati permezz ta’ riferenza għall-perċentwali skond in-numru, huma għal kull 10 kilogramm piż nett imsaffi.

    Il-qlub m’għandhomx jiġu kkunsidrati bħala difett fi stili sħaħ bil-qalba.

    3. Għall-iskopijiet tal-paragrafu 2:

    (a) "entitajiet imtabba" ifisser frott bi skulurazzjoni fil-wiċċ jew tikek li jikkuntrastaw definittivament mall-kulur ġenerali u li jistgħu jippenetraw il-laħam, b’mod partikolari tbenġil, ġdim u skulurazzjoni skura;

    (b) "entitajiet mekkanikament imħassra" ifisser entitajiet li ġew maqsuma f’partijiet definittivi, u dawn l-istess biċċiet kollha kemm huma ekwivalenti għall-entità waħda sħiħa huma kkunsidrati bħala entità waħda jew entitajiet fejn il-qtugħ kien żejjed u jinkludi tħaffir serju fil-wiċċ ta’ l-entitajiet li jnaqqas sostanzjalment mid-dehra;

    (ċ) "qoxra" tfisser kemm qoxra mwaħla mal-laħam tal-lanġas kemm qoxra misjuba mitluqa fil-kontenitur;

    (d) "materjal barrani ta’ oriġini veġetali" jfisser materjali veġetali li huma rrilevanti għall-frotta nfisha jew li kienu mwarrba waqt l-ipproċessar, b’mod partikulari, l-materjal tal-qalba, ż-żerriegħa tal-lanġas, zkuk u weraq u bċejjeċ bħal dawn. Il-qoxra għandha, madanakollu, tiġi eżkluża;

    (e) "il-materjal tal-qalba" jfisser iċ-ċellola taż-żerriegħa jew partijiet hemmhekk imwaħħla mal-frotta, biż-żerriegħa jew mingħajrha. Il-biċċiet tal-qalba huma kkunsidrati ekwivalenti għall-entità waħda meta, wara li ġew aggregati, il-biċċiet jittotalizzaw bejn wieħed u ieħor nofs qalba;

    (f) "żerriegħa tal-lanġas mitluqa" ifisser żerriegħa mhux inkluża fil-materjal tal-qalba imma li hi mitluqa fil-kontenitur.

    Artikolu 5

    1. Il-lanġas u l-ġulepp u/jew is-sugu tal-frott naturali għandu jokkupa mill-inqas 90 % tal-kapaċità ta’ l-ilma tal-kontenitur.

    2. Il-piż nett imsaffi tal-frott għandu f’medja jkun għall-inqas ekwivalenti għall-perċentwali segwenti tal-kapaċità ta’ l-ilma, espressa fi grammi, tal-kontenitur:

    Stil | Kontenitur b'kapaċità nominali ta' l-ilma ta' |

    425 ml jew aktar | inqas minn 425 ml |

    Sħaħ | 50 | 46 |

    Nofsijiet | 54 | 46 |

    Kwartijiet | 56 | 46 |

    Flieli | 56 | 46 |

    Dadi | 56 | 50 |

    3. Fejn il-lanġas fil-ġulepp u/jew il-lanġas fis-sugu tal-frott naturali huwa ppakkjat f’kontenituri tal-ħġieġ, il-kapaċità ta’ l-ilma għandha tiġi mnaqqsa b’20 ml qabel il-perċentwali msemmija fil-paragrafi 1 u 2 huma kkalkulati.

    4. Kull kontenitur għandu jiġi mmarkat b’riferenza li tidentifika d-data u s-sena ta’ produzzjoni u l-proċessur. L-immarkar, li jista’ jkun taħt forma ta’ kodiċi, għandu jiġi approvat mill-awtoritajiet kompetenti fl-Istat Membru fejn isseħħ il-produzzjoni u dawn l-awtoritajiet jistgħu jadottaw provvedimenti oħra fejn jidħol l-immarkar innifsu.

    Artikolu 6

    Il-proċessur għandu kuljum f’intervalli regolari matul il-perjodu ta’ l-ipproċessar jivverifika li l-lanġas fil-ġulepp u/jew il-lanġas fis-sugu naturali tal-frott jaqbel mal-ħtiġiet biex jikkwalifika għall-għajnuna. Ir-riżultat tal-verifika għandu jinżamm.

    Artikolu 7

    Ir-Regolament (KEE) Nru 1289/85 huwa hawnhekk imħassar.

    Artikolu 8

    Dan ir-Regolament għandu jiġi nfurzat fil-ġurnata tal-pubblikażżjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

    Għandu japplika b’mod effettiv mill-1 ta’ Lulju 1989.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussel, fit-28 ta’ Lulju 1989.

    Għall-Kummissjoni

    Ray Mac Sharry

    Membru tal-Kummissjoni

    [1] ĠU L 49, tas-27.2.1986, p. 1.

    [2] ĠU L 118, tad-29.4.1989, p. 29.

    [3] ĠU L 133, tat-22.5.1985, p. 5.

    [4] ĠU L 152, tat-8.6.1984, p. 16.

    [5] ĠU L 216, tas-27.7.1989, p. 46.

    --------------------------------------------------

    Top