Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31985R2046

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2046/85 tal-24 ta' Lulju 1985 li jemenda Regolament (KEE) Nru 1985/74 li jipprovdi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-iffissar tal-prezzijiet ta' referenza u prezzijiet free to frontier għall-karpjun

    ĠU L 193, 25.7.1985, p. 15–15 (DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (ES, PT, FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1985/2046/oj

    31985R2046



    Official Journal L 193 , 25/07/1985 P. 0015 - 0015
    Finnish special edition: Chapter 4 Volume 2 P. 0033
    Spanish special edition: Chapter 04 Volume 4 P. 0005
    Swedish special edition: Chapter 4 Volume 2 P. 0033
    Portuguese special edition Chapter 04 Volume 4 P. 0005


    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2046/85

    tal-24 ta' Lulju 1985

    li jemenda Regolament (KEE) Nru 1985/74 li jipprovdi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-iffissar tal-prezzijiet ta' referenza u prezzijiet free to frontier għall-karpjun

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea,

    Wara li kkunsidraw ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3796/81 tad-29 ta' Diċembru 1981 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fil-prodotti tas-sajd [1], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 3655/84 [2], u b'mod partikolari l-Artikolu 22(5) tiegħu,

    Billi l-Artikolu 22(1) tar-Regolament (KEE) Nru 3796/81 jipprovdi li l-prezzjijiet ta' referenza għall-karpjun jistgħu jiġu ffissati qabel il-bidu ta' kull sena tas-suq; billi dawn il-prezzijiet jistgħu jiġu ffissati f'livelli differenti għall-perjodi li għandhom jiġu speċifikati f'kull sena tas-suq skond it-tibdil staġjonali tal-prezzijiet;

    Billi l-Artikolu 3 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1985/74 [3], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 1701/78 [4], jipprovdi li wieħed mill-perjodi għal liema għandu jiġi ffissat prezz ta' referenza għandu jkun mill-1 ta' Diċembru sal-31 ta' Lulju tas-sena ta' wara;

    Billi l-esperjenza wriet il-ħtieġa li dan il-perjodu jinqasam f'żewġ partijiet; billi r-Regolament (KEE) Nru 1985/74 għandu għalhekk jiġi emendat;

    Billi l-Kumitat li jimmaniġġja l-Prodotti tas-Sajd ma tax opinjoni fil-limitu ta' żmien iffissat mill-president tiegħu,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT

    Artikolu 1

    L-Artikolu 3 tar-Regolament (KEE) Nru 1985/74 qiegħed jiġi mibdul b'dan li ġej:

    "Prezz ta' referenza għandu jiġi ffissat għall-karpjun għall-perjodi:

    - mill-1 ta' Awissu sat-30 ta' Novembru,

    - mill-1 ta' Diċembru sal-31 ta' Diċembru,

    - mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Lulju."

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussel, fl-24 ta' Lulju 1985.

    Għall-Kummissjoni

    Frans Andriessen

    Viċi-President

    [1] ĠU L 379, tal-31.12.1981, p. 1.

    [2] ĠU L 340, tat-28.12.1984, p. 1.

    [3] ĠU L 207, tad-29.7.1974, p. 30.

    [4] ĠU L 195, ta' l-20.7.1978, p. 14.

    --------------------------------------------------

    Top