This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 31984L0372
Commission Directive 84/372/EEC of 3 July 1984 adapting to technical progress Council Directive 70/157/EEC on the approximation of the laws of the Member States relating to the permissible sound level and the exhaust system of motor vehicles
Id-Direttiva tal-Kummissjoni tat-3 ta’ Lulju 1984 li tadatta għall-progress tekiniku d-Direttiva tal-Kunsill 70/157/KEE dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li jirigwardjaw il-livell permissibbli tal-ħoss u tas-sistema ta’ l-exhausttal-vetturi bil-mutur.
Id-Direttiva tal-Kummissjoni tat-3 ta’ Lulju 1984 li tadatta għall-progress tekiniku d-Direttiva tal-Kunsill 70/157/KEE dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li jirigwardjaw il-livell permissibbli tal-ħoss u tas-sistema ta’ l-exhausttal-vetturi bil-mutur.
ĠU L 196, 26.7.1984, pp. 47–49
(DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(ES, PT, FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL)
In force
Official Journal L 196 , 26/07/1984 P. 0047 - 0049
Finnish special edition: Chapter 15 Volume 4 P. 0205
Spanish special edition: Chapter 13 Volume 16 P. 0032
Swedish special edition: Chapter 15 Volume 4 P. 0205
Portuguese special edition Chapter 13 Volume 16 P. 0032
Id-Direttiva tal-Kummissjoni tat-3 ta’ Lulju 1984 li tadatta għall-progress tekiniku d-Direttiva tal-Kunsill 70/157/KEE dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li jirigwardjaw il-livell permissibbli tal-ħoss u tas-sistema ta’ l-exhausttal-vetturi bil-mutur. (84/372/KEE) IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 70/156/KEE tas-6 ta’ Frar 1970 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma’ l-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom [1], kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 80/1267/KEE [2] u partikolarment l-Artikolu 11 tagħha, Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 70/157/KEE tas-6 ta’ Frar 1970 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li jirigwardjaw il-livell permissibbli tal-ħoss u tas-sistema ta’ l-exhaust tal-vetturi bil-mutur [3], kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 81/334/KEE [4] u partikolarment l-Artikolu 3 tagħha, Billi, bħala riżultat ta’ l-esperjenza akwistata f’dan il-qasam u in vista ta’ l-istat preżenti ta’ l-għola livel ta’ konoxxenza, issa huwa possibbli li jkunu mmodifikati ċerti ħtiġiet li jirrigwardjaw il-metodi tal-kejl tal-ħoss emess minn ċerti tipi ta’ vettura sabiex dawn jinġiebu aktar konformi mal-kondizzjonijiet attwali ta’ l-operat; billi l-vetturi kkonċernati huma vetturi ta’ prestazzjoni għolja u vetturi b’tgħamir ta’ trassmissjoni awtomatika bi b’override manwali; Billi, partikolarment, dan it-tip ta’ vettura bi prestazzjoni għolja għandha l-karatteristika importanti li hija mibnija b’teknika mill-aktar avvanzata, li normalment tippreċedi l-metodi sussegwentament użati fil-produzzjoni tas-serje, u bl-ottimizzazzjoni tal-partijiet u l-karatteristiċi f’dak li jirrigwardja s-sigurtà attiva u passiva, it-tniġġis ta’ l-arja, l-emissjonijiet tal-ħoss u l-konsum tal-karburanti; billi, safejn l-operazzjoni tal-vetturi tkun ikkonċernata, il-metodu preżenti biex ikun iddetterminat il-livell permissibli tal-ħoss, iddisinjat biex jiżvela l-ammont ta’ ħoss emess mill-vetturi meta jkunu operati f’kundizzjonijiet ta’ traffiku urban, mhux, skond l-esperimenti l-aktar reċenti, rapreżentattiv ta’ l-użu attwali ta’ vetturi bi prestazzjoni għolja f’kondizzjonijiet tat-traffiku urban; billi l-modifiki meħtieġa sabiex jitwarrab dan l-iżvantaġġ u biex ikun hemm stima aktar eżatta tal-ħoss emess minn din it-tip ta’ vettura kienu diġà ġew adottati mill-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti fir-Regolament tagħha Nru 51, kif reċentament emendat; Billi d-disposizzjonijiet ta’ din id-Direttiva huma skond l-opinjoni tal-Kumitat għall-Adattament mal-Progress Tekniku tad-Direttivi dwar it-Tneħħija ta’ Ostakoli Tekniċi għall-Kummerċ fis-Settur tal-Vetturi bil-Mutur, ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA: Artikolu 1 L-Anness I tad-Direttiva 70/157/KEE, kif l-aħħar emendat bid-Direttiva 81/334/KEE, huwa hawnhekk emendat bi qbil ma’ l-Anness ta’ din id-Direttiva. Artikolu 2 1. B’effett mill-1 ta’ Ottubru 1984, l-Istati Membri m’għandhomx, għal raġunijiet li jirrigwardjaw il-livell permissibbli tal-ħoss u tas-sistema ta’ l-exhaust: - jiċħdu, fir-rigward ta’ tip ta’ vettura bil-mutur, li jgħatu l-approvazzjoni tat-tip tal-KEE, li joħroġu d-dokument imsemmi fl-aħħar inċiż ta’ l-Artikolu 10 (1) tad-Direttiva 70/156/KEE, jew li jagħtu l-approvazzjoni nazzjonali tat-tip, jew - jipprojbixxu d-dħul fis-servizz ta’ vetturi bħal dawn, jekk il-livell tal-ħoss u tas-sistema ta’ l-exhaust ta’ din it-tip ta’ vettura jew tal-vetturi kkonċernati, jkunu konformi mad-disposizzjonijiet tad-Direttiva 70/157/KEE, kif emendata b’din id-Direttiva. 2. B’effett mill-1 ta’ Ottubru 1985, l-Istati Membri: - ma jistgħux aktar joħorġu d-dokument imsemmi fit-tielet inċiż ta’ l-Artikolu 10 (1) tad-Direttiva 70/156/KEE fir-rigward ta’ tip ta’ vettura bil-mutur li l-livell tal-ħoss jew is-sistema ta’ l-exhaust tagħha ma jkunux konformi mad-disposizzjonijiet tad-Direttiva 70/157/KEE, kif emendata b’din id- Direttiva, - jistgħu jiċħdu li joħorġu approvazzjoni nazzjonali tat-tip fir-rigward ta’ tip ta’ vettura bil-mutur li l-livell tal-ħoss u s-sistema ta’ l-exhaust tagħha ma jkunux konformi mad-disposizzjonijiet tad-Direttiva 70/157/KEE, kif emendata b’din id-Direttiva. 3. B’effett mill-1 ta’ Ottubru 1986, l-Istati Membri jistgħu jipprojbixxu d-dħul fis-servizz ta’ vetturi bil-mutur li l-livell tal-ħoss u s-sistema ta’ l-exhaust tagħhom ma jkunux konformi mad-disposizzjonijiet tad-Direttiva 70/157/KEE, kif emendata b’din id- Direttiva. Artikolu 3 L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ id-disposizzjonijiet meħtieġa biex ikunu konfomi ma’ din id-Direttiva qabel l-1 ta’ Ottubru 1984. Għandhom minnufih jinformaw lill-Kummissjoni b’dan. Artikolu 4 Din id-Direttiva hija ndirizzata lill-Istati Membri. Magħmula fi Brussel, fit-3 ta’ Lulju 1984. Għall-Kummissjoni Karl-Heinz Narjes Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 42, tat-23.2.1970, p. 1. [2] ĠU L 375, tal-31.12.1980, p. 34. [3] ĠU L 42, tat-23.2.1970, p. 16. [4] ĠU L 131, tat-18.5.1981, p.6. -------------------------------------------------- ANNESS Emendi għall-Anness I tad-Direttiva 70/157/KEE Il-punt 5.2.2.4.3.2 huwa sostitwit b’dan li ġej: "5.2.2.4.3.2. Veloċità ta’ l-avviċinament Il-vettura għandha tavviċina lejn il-linja AA’ b’veloċità kostanti li tikkorespondi ma l-anqas miż-żewġ veloċitajiet segwenti: - il-veloċità korrespondenti għal veloċità tal-magna ugwali għal tlett kwarti tal-veloċità, S, li fiha l-magna tiżviluppa il-qawwa massima kkalkolata tagħha. - 50 km/h. B’dana kollu, jekk fil-każ ta’ vetturi mgħammra bi trasmissjoni awtomatika li jkollha aktar minn żewġ relattivi diskreti jkun hemm bidla ‘l isfel għall-ewwel gear matul it-test, il-manifattur jistgħa jgħażel waħda min dawn il-proċeduri tat-testijiet li ġejjin: - il-veloċità, V, tal-vettura għandha tkun miżjuda sa masimu ta’ 60 km/h sabiex tevita din il-bidla ‘l isfel, jew - il-veloċità, V, għandha tibqa’ fi 50 km/h u l-forniment tal-karburanti lejn il-magna għandu jkun illimitat għall-95 % tal-forniment meħieġ għal tgħabija sħiħa. Din il-kondizzjoni hija meqjusa bħala sodisfatta: - fil-każ ta’ magna bi spark-ignition, meta l-angolu tat-throttle jkun miftuħ għal 90 %, u - fil-każ ta’ magna bi compression-ignition, meta l-moviment tax-xtelliera ċentrali u l-pompa ta’ l-injezzjoni jkun illimitat għal 90 % tal-moviment tagħha. Jekk il-vettura hija mgħammra bi trasmissjoni awtomatika li ma jkollhiex override manwali, din għandha tkun ittestjata f’veloċitajiet ta’ avviċinament differenti, jiġifieri 30, 40 u 50 km/h, jew fi tlett kwarti tal-veloċità massima tat-triq jekk dan il-valur ikun aktar baxx. Ir-riżultat tat-test għandu jkun dak miksub fil-veloċità li tipproduċi l-livell massimu tal-ħoss." Il-punt 5.2.2.4.3.3.1.1 huwa sostitwit b’dan li ġej: "5.2.2.4.3.3.1.1. Il-vetturi fil-kategoriji M1 u N1 mgħammra b’gearboxes operati manwalment li jkollhom mhux aktar minn erba’ gears relattivi lejn ‘ilquddiem għandhom ikunu ttestjati fi-tieni gear. Il-vetturi f’dawn il-kategoriji mgħammra b’gearboxes operati manwalment li jkollhom aktar minn erba’ gears relattivi lejn il-quddiem għandhom ikunu ttestjati fit-tieni u fit-tielet gears suċċessivament. Biss ir-relattività ġenerali tal-gears intiża għall-użu normali fit-triq għandha tkun meqjusa. Il-medja aritmetika tal-livelli tal-ħoss kif irreġistrata għal kull waħda minn dawn il-kondizzjonijiet għandha tkun ikkalkolata. B’dana kollu, il-vetturi fil-kategorija M1 li jkollhom aktar minn erba gears il-quddiem u mgħammra b’magna li tiżviluppa qawwa massima akbar minn 140 kW, u li r-relattività tal-qawwa massima/l-massa-massima permissibbli teċċedi 75 kW/t, jistgħu jkunu ttestjati fit-tielet gear biss, basta li l-veloċità li fiha il-warrani tal-vettura jgħaddi mill-linja BB’ fit-tielet gear tkun akbar minn 61 km/h" Il-punt 5.2.2.4.3.3.2 huwa sostitwit b’dan li ġej: "5.2.2.4.3.3.2. Trasmissjoni awtomatika mgħammra b’ override manwali. It-test għandu jkun imwettaq bis-selettur fil-pożizzjoni rrakkomandata mill-manifattur għal sewqan "normali"." --------------------------------------------------