EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31980R0565

Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 565/80 ta’ l-4 ta’ Marzu 1980 fuq il-ħlas bil-quddiem ta’ rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni rigward prodotti agrikoli

ĠU L 62, 7.3.1980, p. 5–7 (DA, DE, EN, FR, IT, NL)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (EL, ES, PT, FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2006; Imħassar b' 32006R1713

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1980/565/oj

31980R0565



Official Journal L 062 , 07/03/1980 P. 0005 - 0007
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 12 P. 0003
Greek special edition: Chapter 03 Volume 28 P. 0050
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 12 P. 0003
Spanish special edition: Chapter 03 Volume 17 P. 0182
Portuguese special edition Chapter 03 Volume 17 P. 0182


Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 565/80

ta’ l-4 ta’ Marzu 1980

fuq il-ħlas bil-quddiem ta’ rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni rigward prodotti agrikoli

IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilxxi il-Komunità Ekonomika Ewropea,

Wara li kkunsidra ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2727/75 tad-29 ta’ Ottubru 1972 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fiċ-ċereali [1], kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KEE) Nru 1547/79 [2], u partikolarment l-Artikolu 16(5) tiegħu, u d-dispożizzjonijiet korrispondenti tar-Regolamenti l-oħra fuq l-organizazzjoni komuni tas-suq rigward prodotti agrikoli,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Billi r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 441/69 ta’ l-4 ta’ Marzu 1969 jistabbilixxi regoli ġenerali addizzjonali għall-għotja ta’ rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni ta’ prodotti li huma suġġetti għal sistema ta’ prezzijiet waħdanija, esportati mhux ipproċċessati jew fil-forma ta’ ċerti oġġetti mhux koperti mill-Anness II tat-Trattat [3], kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KEE) Nru 269/78 [4], ġie emendat diversi drabi; billi l-esperjenza wriet li huwa mixtieq li jkun hemm iżjed emendi; billi, fl-interessi taċ-ċarezza, huwa mixtieq li r-regoli konċernati jiġu kkonsolidati;

Billi r-Regolamenti li jistabbilixxu r-regoli ġenerali għall-għotja ta’ rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni fuq ċerti prodotti agrikoli u l-kriterji biex jiġi ffissat l-ammont ta’ tali rifużjonijiet jipprovdu li, sabiex tkun imħallsa r-rifużjoni fuq l-esportazzjoni, għandha tkun fornita prova li tali prodotti ġew esportati mill-Komunità;

Billi, meta ħssegwi l-prinċipju fejn ikun assigurat bilanċ bejn l-użu ta’ prodotti basiċi tal-Komunità bil-għan li jiġu esportati prodotti pproċessati jew oġġetti mniżżlin fl-Annessi B u Ċ tar-Regolament (KEE) Nru 2682/72 [5], kif emendati l-aħħar mir-Regolament (KEE) Nru 707/78 [6], lil pajjiżi terzi u l-użu ta’ prodotti basiċi minn tali pajjiżi li huma ammessi taħt arranġamenti ta’ ipproċessar ġewwieni skond id-Direttiva tal-Kunsill 69/73/KEE ta’ l-4 ta’ Marzu 1969 fuq l-armonizzazzjoni tad-dispożizzjonijiet stabbiliti fil-liġi, fir-regolament jew azzjoni amministrattiva fir-rigward ta’ pproċessar ġewwieni [7], kif emendati l-aħħar mid-Direttiva 76/119/KEE [8], ammont ugwali għar-rifużjoni fuq l-esportazzjoni għandu jkun imħallas malli l-prodotti bażiċi tal-Komunità, li minnhom prodotti pproċessati jew oġġetti maħsuba għall-esportazzjoni jiġu akkwistati, jiġu impoġġija taħt kontroll tad-dwana;

Billi prodotti li huma koperti minn organizazzjoni komuni tas-suq u importati minn pajjiżi terzi jistgħu, taħt ċerti kondizzjonijiet, jinġiebu taħt maħżen tad-dwana jew proċedura ta’ żona libera, l-ġbir tad-dazji fuq l-importazzjoni jkun sospis; billi għandu jkun hemm dispożizzjoni għall-ħlas ta’ ammont ugwali għar-rifużjoni fuq l-esportazzjoni malli prodotti tal-Komunità jew oġġetti maħsubin għall-esportazzjoni jiddaħħlu taħt tali proċedura;

Billi l-ħlas ta’ ammont ugwali għar-rifużjoni fuq l-esportazzjoni ma jaffettwa bl-ebda mod il-kondizzjonijiet li taħthom jkun stabbilit dritt għal rifużjoni fuq l-esportazzjoni; billi għandha tiddaħħal sigurtà sabiex tiggarantixxi l-ħlas lura ta’ somma ta’ mhux inqas mill-ammont imħallas fejn huwa sussegwentement stabbilit illi ma kienx hemm dritt għar-rifużjoni fuq l-esportazzjoni jew li l-prodotti jew l-oġġetti li fuqhom dawn il-miżuri ġew applikati ma ġewx esportati attwalment mill-Komunità fil-limiti taż-żmien stabbiliti,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

L- Artikolu 1

Dan ir-Regolament jistabbilixxi regoli ġenerali għall-ħlas minn qabel l-esportazzjoni ta’ ammont ugwali għar-rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni fuq il-prodotti koperti mir-Regolamenti li ġejjin:

- Regolament Nru 136/66/KEE (żjut u xaħmijiet),

- Regolament (KEE) Nru 804/68 (ħalib u prodotti tal-ħalib),

- Regolament (KEE) Nru 805/68 (ċanga u vitella),

- Regolament (KEE) Nru 727/70 (tabakk nej),

- Regolament (KEE) Nru 1035/72 (frott u ħxejjex),

- Regolament (KEE) Nru 3330/74 (zokkor),

- Regolament (KEE) Nru 2727/75 (ċereali),

- Regolament (KEE) Nru 2759/75 (laħam tal-majjal),

- Regolament (KEE) Nru 2771/75 (bajd),

- Regolament (KEE) Nru 2777/75 (laħam tat-tjur),

- Regolament (KEE) Nru 100/76 (prodotti tas-sajd),

- Regolament (KEE) Nru 1418/76 (ross),

- Regolament (KEE) Nru 516/77 (prodotti pproċċessati mill-frott u l-ħxejjex),

- Regolament (KEE) Nru 337/79 (inbid).

L- Artikolu 2

Għall-għanijiet ta’ dan ir-Regolament:

(a) "prodotti" tfisser il-prodotti msemmija fl-Artikolu 1; "prodotti basiċi" tfisser il-prodotti maħsuba li jkunu esportati wara l-ipproċessar fi prodotti pproċessati jew f’oġġetti;

(b) "prodotti pproċessati" tfisser prodotti:

- miksuba mill-ipproċessar ta’ prodotti basiċi,u

- li fuqhom tapplika r-rifużjoni fuq l-esportazzjoni;

(ċ) "oġġetti" tfisser l-oġġetti mniżżla fl-Annessi B u Ċ tar-Regolament (KEE) Nru 2682/72.

L- Artikolu 3

Il-prodotti li għalihom ħrifużjoni ugwali ta’ jew ikbar minn 0 ġiet iffissata jkunu eliġibbli biex jibbenefikaw minn dan ir-Regolament.

L- Artikolu 4

1. Ammont ugwali għar-rifużjoni fuq l-esportazzjoni għandu, fuq talba tal-parti konċernata, jitħallas malli l-prodotti basiċi jitqiegħdu taħt il-kontroll tad-dwana fejn jassiguraw illi l-prodotti pproċessati jew l-oġġetti jkunu esportati fil-limitu taż-żmien mogħti.

2. L-arranġament ipprovdut f’dan l-Artikolu għandu japplika għall-prodotti pproċessati u l-oġġetti miksuba mill-prodotti basiċi basta li l-arranġamenti ta’ l-ipproċessar ġewwieni ma humiex projbiti għall-prodotti li huma paragunabbli.

Madankollu, l-arranġament ma għandux japplika f’każijiet eċċezzjonali fejn il-prodotti pproċessati jew l-oġġetti huma miksuba mill-prodotti basiċi li jistgħu jkunu ddisponuti mingħajr diffikulta.

3. Inkwantu għall-proċeduri ta’ kontroll u r-rata tal-ġabra, l-prodotti basiċi għandhom ikunu suġġetti għall-istess regoli kif japplika fir-rigward ta’ pproċessar ġewwieni ta’ prodotti ta’ l-istess natura.

4. Ir-rifużjoni fuq l-esportazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tkun:

(a) fil-każ ta’ prodotti pproċessati, r-rifużjoni applikabbli għall-prodott ipproċessat;

(b) fil-każ ta’ oġġetti, r-rifużjoni ffissata speċifikament għal prodotti basiċi meta:

- użati, jew

- ikkunsidrati, taħt id-dispożizzjonijiet tal-Komunità, li huma wżati

għall-manifattura ta’ tali oġġetti.

5. Ir-rata tar-rifużjoni fuq l-esportazzjoni għandha, sakemm ma tkunx iffissata bil quddiem, tkun dik fis-seħħ fil-ġurnata li fiha l-prodotti bażiċi jinġiebu taħt il-kontroll tad-dwana.

6. Fejn ir-rifużjoni fuq l-esportazzjoni tkun iffissata bil quddiem, il-ġurnata li fiha l-prodotti basiċi jinġiebu taħt il-kontroll tad-dwana għandha tkun id-data operattiva biex ikun stabilit xi aġġustament li għandu jsir lir-rata ta’ rifużjoni applikabbli.

7. Fejn ir-rifużjoni fuq l-esportazzjoni tvarja skond l-użu jew id-destinazzjoni, r-rata li għandha tkun applikata għandha tkun l-inqas rata. Madankollu, jekk l-użu jew id-destinazzjoni tkun dikjarata, r-rata li għandha tiġi applikata għandha tkun dik iffissata għall-użu jew destinazzjoni li għaliha l-prodotti pproċessati jew l-oġġetti huma maħsuba.

L- Artikolu 5

1. Ammont ugwali għar-rifużjoni fuq l-esportazzjoni għandu, fuq talba tal-parti konċernata, jitħallas malli l-prodotti jew l-oġġetti jkunu jinġiebu taħt il-maħżen tad-dwana jew il-proċedura ta’ żona libera bl-għan li jiġu esportati fil-limitu taż-żmien mogħti.

2. L-arranġament ipprovdut f’dan l-Artikolu għandu japplika għall-prodotti u oġġetti maħsuba għall-esportazzjoni mingħajr ma jkunu pproċessati iżjed meta l-prodotti jew l-oġġetti huma ta’ tip li jistgħu jiġu maħżuna.

Madankollu, l-arranġament m’għandux japplika f’każijiet eċċezzjonali fejn il-prodotti jew l-oġġetti konċernati jistgħu jkunu ddisponuti mingħajr diffikulta.

3. Fejn ir-rifużjoni fuq l-esportazzjoni tvarja skond l-użu jew id-destinazzjoni, r-rata li għandha tiġi applikata għandha tkun l-inqas rata. Madankollu, jekk l-użu jew id-destinazzjoni tkun dikjarata, r-rata li għandha tiġi tapplikata għandha tkun dik iffissata għall-użu jew destinazzjoni li għaliha l-prodotti jew oġġetti huma maħsuba.

L- Artikolu 6

Il-benefiċċju ta’ l-arranġamenti pprovduti f’dan ir-Regolament għandhom ikunu suġġetti għad-depositu ta’ sigurtà li tiggarantixxi ħlas lura ta’ ammont ugwali għall-ammont imħallas, flimkien ma’ ammont addizzjonali.

Mingħajr preġudizzju għal każijiet force majeure, din is-sigurtà għandha tintilef fl-intier jew f’parti minnha:

- fejn il-ħlas lura jkun għadu ma sarx meta l-esportazzjoni ma tkunx saret fi żmien il-perjodu msemmi fl-Artikoli 4(1) u 5 (1), jew

- jekk ikun pruvat li m’hemmx dritt għar-rifużjoni fuq l-esportazzjoni, jew jekk kien hemm dritt għal rifużjoni iżgħar.

L- Artikolu 7

L-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri jistgħu jirrifjutaw li jagħtu l-benefiċċju ta’ l-arranġament ipprovdut f’dan ir-Regolament jekk il-karattru ta’ l-applikant mhuwiex tali li jiggarantixxi li t-transazzjoni kollha tkun effettwata skond id-dispożizzjonijiet fis-seħħ.

F’kull Stat Membru, dan il-poter għandu jkun eżerċitat skond il-prinċipji applikabbli bħalissa f’dak l-Istat li jirregolaw l-anti diskriminazzjoni bejn l-applikanti u l-libertà ta’ negozju u l-industrija.

L- Artikolu 8

Jekk meħtieġ, il-prodotti basiċi, il-prodotti u l-oġġetti li ma jibbenefikawx mill-arranġamenti pprovduti f’dan ir-Regolament għandhom ikunu mniżżla f’lista li tkun stabbilita.

L- Artikolu 9

Regolament (KEE) Nru 441/69 huwa hawnhekk imħassar b’effett mill-1 ta’ April 1980. Għandu, madankollu, jkompli japplika għall-transazzjonijiet li daħlu taħt dak ir-Regolament.

L- Artikolu 10

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet ġurnata wara l-publikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Għandu japplika mill-1 ta’ April 1980 għall-prodotti bażiċi, prodotti u oġġetti li jkunu daħlu taħt kontroll minn dik id-data.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fl-4 ta’ Marzu 1980.

Għall-Kunsill

Il-President

G. Marcora

[1] ĠU L 281, ta’ l-1.11.1975, p. 1.

[2] ĠU L 188, tas-26.7.1979, p. 1.

[3] ĠU L 59, ta’ l-10.3.1969, p. 1.

[4] ĠU L 40, ta’ l-10.2.1978, p. 7.

[5] ĠU L 289, tas-27.12.1972, p. 13.

[6] ĠU L 94, tat-8.4.1978, p. 7.

[7] ĠU L 58, tat-8.3.1969, p. 1.

[8] ĠU L 24, tat-30.1.1976, p. 58.

--------------------------------------------------

Top