EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31978L0692

Id-Direttiva tal-Kunsill tal-25 ta' Lulju 1978 li temenda d-Direttivi 66/400/KEE, 66/401/KEE, 66/402/KEE, 66/403/KEE, 68/193/KEE, 69/208/KEE u 70/458/KEE fuq il-marketing taż-żerriegħa tax-xitla tal-pitravi, taż-żerriegħa tal-pjanti ta' l-għalf, taż-żerriegħa taċ-ċereali, tal-patata taż-żrigħ, tal-materjal għall-propagazzjoni veġetali tad-dielja, taż-żerriegħa taż-żejt, u tal-pjanti tal-fibra u taż-żerriegħa tal-ħxejjex

ĠU L 236, 26.8.1978, p. 13–18 (DA, DE, EN, FR, IT, NL)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (EL, ES, PT, FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/1978/692/oj

31978L0692



Official Journal L 236 , 26/08/1978 P. 0013 - 0018
Greek special edition: Chapter 03 Volume 22 P. 0166
Spanish special edition: Chapter 03 Volume 14 P. 0267
Portuguese special edition Chapter 03 Volume 14 P. 0267
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 10 P. 0105
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 10 P. 0105


Id-Direttiva tal-Kunsill

tal-25 ta' Lulju 1978

li temenda d-Direttivi 66/400/KEE, 66/401/KEE, 66/402/KEE, 66/403/KEE, 68/193/KEE, 69/208/KEE u 70/458/KEE fuq il-marketing taż-żerriegħa tax-xitla tal-pitravi, taż-żerriegħa tal-pjanti ta' l-għalf, taż-żerriegħa taċ-ċereali, tal-patata taż-żrigħ, tal-materjal għall-propagazzjoni veġetali tad-dielja, taż-żerriegħa taż-żejt, u tal-pjanti tal-fibra u taż-żerriegħa tal-ħxejjex

(78/692/KEE)

IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u partikolarment l-Artikoli 43 u 100 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [1];

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali [2],

Billi, għar-raġunijiet mogħtija hawn taħt, ċerti Direttivi dwar il-kummerċ taż-żerriegħa u l-materjali tal-propagazzjoni għandhom ikunu emendati;

Billi d-disposizzjonijiet preżenti tad-Direttivi rigward l-ippakkjar u l-marki taż-żerriegħa u l-materjali tal-propagazzjoni ma jikkunsidrawx il-progress tekniku fl-isfera tal-materjali ta' l-ippakkettjar, tas-sistemi tas-siġillar u l-metodi tat-tikkettjar; billi għandhom għalhekk ikunu aġġornati;

Billi, wkoll fil-każ tal-patata taż-żrigħ, kampjuni għall-eżami tat-tuberi għaċ-ċertifikazzjoni għandhom jittieħdu uffiċjalment bi qbil mal-metodi xierqa,

ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Id-Direttiva tal-Kunsill 66/400/KEE ta' l-14 ta' Ġunju 1966 dwar il-kummerċ taż-żerriegħa tax-xitla tal-pitravi [3], kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 78/55/KEE [4], għandha tkun emendata kif ġej:

1. L-Artikolu 10(1) għandu jkun mibdul b'dan li ġej:

"1. L-Istati Membri għandhom jeħtieġu li l-pakketti taż-żerriegħa bażika u taż-żerriegħa ċċertifikata, apparti minn meta l-kategorija ta' dik ta' l-aħħar tieħu l-forma ta' pakketti żgħar tal-KEE, ikunu ssiġillati uffiċjalment jew taħt is-superviżjoni uffiċjali b'tali mod li ma jistgħux jinfetħu mingħajr ma jinkiser is-siġill jew iħallu evidenza li kien imbabas, jew fuq it-tikketta uffiċjali li hemm provvediment dwarha fl-Artikolu 11(1), jew fuq il-pakkett.

Sabiex jassiguraw is-siġillar, is-sistema tas-siġill għandha tinkludi mill-inqas, jew it-tikketta hawn fuq imsemmija, jew it-tqegħid ta' siġill uffiċjali.

Il-miżuri li hemm provvediment dwarhom fit-tieni subparagrafu ma jkunux meħtieġa meta s-sistema tas-siġill li ma tistax terġa' tintuża tkun użata.

Bi qbil mal-proċedura stabbilità fl-Artikolu 21, jista' jkun stabbilit jekk sistema partikolari ta' siġillar tkunx twettaq id-disposizzjonijiet ta' dan il-paragrafu."

2. Fl-ewwel sentenza ta' l-Artikolu 10(2), il-kliem "jew taħt is-superviżjoni uffiċjali" għandhom jiddaħħlu wara "uffiċjali".

3. L-Artikolu 10(3) għandu jkun mibdul b'dan li ġej:

"3. L-Istati Membri għandhom jeħtieġu li l-pakketti żgħar tal-KEE jkunu ssiġillati b'tali mod li ma jistgħux jinfetħu mingħajr ma tinkiser is-sistema tas-siġillar jew li jħallu evidenza li kien imbabas, fuq it-tikketta jew fuq il-pakkett. Bi qbil mal-proċedura elenkata fl-Artikolu 21, jista' jkun stabbilit jekk sistema partikulari ta' siġillar tkunx taderixxi mad-disposizzjonijiet ta' dan il-paragrafu. Il-pakketti ma jistgħux jerġgħu jkunu ssiġillati f'waħda jew f'aktar okkażjonijiet apparti milli taħt is-superviżjoni uffiċjali."

4. Fl-Artikolu 14(3)(c), il-partikolaritajiet li ġejjin għandhom jiżdiedu wara l-inċiż

"numru ta' riferenza tal-lott"

:

"— ix-xahar u s-sena tas-siġillar,

jew

— ix-xahar u s-sena ta' l-aħħar teħid uffiċjali tal-kampjuni għall-iskopijiet taċ-ċertifikazzjoni."

5. Fl-Anness III(A)(I), li ġej huwa miżjud:

"3. ix-xahar u s-sena tas-siġillar espressi hekk: "issiġillat …" (ix-xahar u s-sena),

jew

ix-xahar u s-sena ta' l-aħħar teħid uffiċjali tal-kampjuni għall-iskopijiet taċ-ċertifikazzjoni espressi hekk: "il-kampjun ittieħed …" (ix-xahar u s-sena)."

Artikolu 2

Id-Direttiva tal-Kunsill 66/401/KEE ta' l-14 ta' Ġunju 1966 dwar il-kummerċ taż-żerriegħa tax-xitla ta' l-għalf [5], kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 78/386/KEE [6], għandha tkun emendata kif ġej:

1. L-Artikolu 9(1) għandu jkun mibdul b'dan li ġej:

"1. L-Istati Membri għandhom jeħtieġu li l-pakketti taż-żerriegħa bażika, taż-żerriegħa ċċertifikata u taż-żerriegħa kummerċjali, apparti minn meta ż-żerriegħa ta' l-aħħar żewġ kategoriji jieħdu l-forma ta' pakketti żgħar B tal-KEE, ikunu ssiġillati uffiċjalment jew taħt is-superviżjoni uffiċjali b'tali mod li ma jistgħux jinfetħu mingħajr ma ssir ħsara lis-sistema tas-siġillar jew iħallu evidenza li sar tbabis jew fuq it-tikketta uffiċjali li hemm provvediment dwarha fl-Artikolu 10(1) jew fuq il-pakkett.

Sabiex jassiguraw is-siġillar, is-sistema tas-siġillar għandha tinkludi mill-anqas jew it-tikketta msemmija hawn fuq jew it-tqegħid ta' siġill uffiċjali.

Il-miżuri li hemm provvediment dwarhom fit-tieni subparagrafu ma jkunux meħtieġa meta s-sistema tas-siġillar li ma tistax terġa' tintuża, tkun użata.

Bi qbil mal-proċedura elenkata fl-Artikolu 21, jista' jkun stabbilit jekk sistema partikulari ta' siġillar tkunx taderixxi mad-disposizzjonijiet ta' dan il-paragrafu."

2. Fl-ewwel sentenza ta' l-Artikolu 9(2), il-kliem "jew taħt is-superviżjoni uffiċjali" għandhom jiddaħħlu wara "uffiċjali".

3. L-Artikolu 9(3) għandu jkun mibdul b'dan li ġej:

"3. L-Istati Membri għandhom jeħtieġu li l-pakketti żgħar B tal-KEE jkunu ssiġillati b'tali mod li ma jistgħux jinfetħu mingħajr ma tinkiser is-sistema tas-siġillar jew iħallu evidenza li kien imbabas fuq it-tikketta jew fuq il-pakkett. Bi qbil mal-proċedura elenkata fl-Artikolu 21, jista' jkun stabbilit jekk sistema partikulari ta' siġillar tkunx taderixxi mad-disposizzjonijiet ta' dan il-paragrafu. Il-pakketti ma jistgħux jerġgħu jkunu ssiġillati f'waħda jew aktar okkażjonijiet apparti milli taħt superviżjoni uffiċjali."

4. Fl-Artikolu 14(3)(c), il-partikolaritajiet li ġejjin għandhom jiżdiedu wara l-inċiż

"numru ta' riferenza tal-lott"

:

"— ix-xahar u s-sena tas-siġillar,

jew

— ix-xahar u s-sena ta' l-aħħar teħid uffiċjali tal-kampjuni għall-iskopijiet taċ-ċertifikazzjoni."

5. Fl-Anness IV(A)(I), li ġej huwa miżjud taħt (a):

"3.a ix-xahar u s-sena tas-siġillar espressi hekk: "issiġillat …" (ix-xahar u s-sena),

jew

ix-xahar u s-sena ta' l-aħħar teħid uffiċjali tal-kampjuni għall-iskopijiet taċ-ċertifikazzjoni espressi hekk: "il-kampjun ittieħed …" (ix-xahar u s-sena)."

6. Fl-Anness IV(A)(I), li ġej għandu jkun miżjud taħt (b):

"4a. ix-xahar u s-sena tas-siġillar espressi hekk: "issiġillat …" (ix-xahar u s-sena),

jew

ix-xahar u s-sena ta' l-aħħar teħid uffiċjali tal-kampjuni għall-iskopijiet taċ-ċertifikazzjoni espressi hekk: "il-kampjun ittieħed …" (ix-xahar u s-sena)."

7. Fl-Anness IV(A)(I), li ġej għandu jkun miżjud taħt (ċ):

"3.a ix-xahar u s-sena tas-siġillar espressi hekk: "issiġillat …" (ix-xahar u s-sena),"

Artikolu 3

Id-Direttiva tal-Kunsill 66/402/KEE ta' l-14 ta' Ġunju 1966 dwar il-kummerċ taż-żerriegħa taċ-ċereali [7], kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 78/387/KEE [8], għandha tkun emendata kif ġej:

1. L-Artikolu 9(1) għandu jkun mibdul b'dan li ġej:

"1. L-Istati Membri għandhom jeħtieġu li l-pakketti taż-żerriegħa bażika u ż-żerriegħa ċċertifikata tal-kategoriji kollha jkunu ssiġillati uffiċjalment jew taħt is-superviżjoni uffiċjali b'tali mod li ma jistgħux jinfetħu mingħajr ma ssir ħsara lis-sistema tas-siġillar jew iħallu evidenza li jkun sar tbabis jew fuq it-tikketta uffiċjali li hemm provvediment dwarha fl-Artikolu 10(1) jew fuq il-pakkett.

Sabiex jassiguraw is-siġillar, is-sistema tas-siġillar għandha tinkludi mill-anqas jew it-tikketta msemmija hawn fuq jew it-tqegħid ta' siġill uffiċjali.

Il-miżuri li hemm provvediment dwarhom fit-tieni subparagrafu ta' hawn fuq ma jkunux meħtieġa meta s-sistema tas-siġillar li ma tistax terġa' tintuża, tkun użata.

Bi qbil mal-proċedura elenkata fl-Artikolu 21, jista' jkun stabbilit jekk sistema partikulari ta' siġillar tkunx taderixxi mad-disposizzjonijiet ta' dan il-paragrafu."

2. Fl-ewwel sentenza ta' l-Artikolu 9(2), il-kliem "jew taħt superviżjoni uffiċjali" għandhom jiddaħħlu wara "uffiċjali".

3. Fl-Artikolu 14(3)(c), li ġejjin għandhom jiżdiedu wara l-inċiż

"numru ta' riferenza tal-lott"

:

"— ix-xahar u s-sena tas-siġillar,

jew

— ix-xahar u s-sena ta' l-aħħar teħid uffiċjali tal-kampjuni għall-iskopijiet taċ-ċertifikazzjoni."

4. Fl-Anness IV(A), li ġej huwa miżjud taħt (a):

"3a. ix-xahar u s-sena tas-siġill espressi hekk: "issiġillat …" (ix-xahar u s-sena),

jew

ix-xahar u s-sena ta' l-aħħar teħid uffiċjali tal-kampjuni għall-iskopijiet taċ-ċertifikazzjoni espressi hekk: "il-kampjun ittieħed …" (ix-xahar u s-sena)."

5. Fl-Anness IV(A), li ġej huwa miżjud taħt (b):

"3a. ix-xahar u s-sena tas-siġillar espressi hekk: "issiġillat …" (is-sena u x-xahar)."

Artikolu 4

Id-Direttiva tal-Kunsill 66/403/KEE ta' l-14 ta' Ġunju 1966 dwar il-kummerċ tal-patata taż-żrigħ [9], kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 77/648/KEE [10], għandha tkun emendata kif ġej:

1. L-Artikolu li ġej għandu jkun miżjud:

"Artikolu 5

L-Istati Membri għandhom jeħtieġu li, għall-eżaminazzjoni taż-żerriegħa tat-tuberi tal-patata għaċ-ċertifikazzjoni, kampjuni jkunu meħuda uffiċjalment bi qbil mal-metodi xierqa."

2. L-Artikolu 9(1) għandu jkun mibdul b'dan li ġej:

"1. L-Istati Membri għandhom jeħtieġu li l-pakketti tal-patata bażika taż-żrigħ u l-patata ċċertifikata jkunu ssiġillati uffiċjalment jew taħt is-superviżjoni uffiċjali b'tali mod li ma jistgħux jinfetħu mingħajr ma ssir ħsara lis-sistema ta' għeluq jew iħallu evidenza li jkun sar tbabis jew fuq it-tikketta uffiċjali li hemm provvediment dwarha fl-Artikolu 10(1) jew fuq il-pakkett.

Sabiex jassiguraw l-għeluq, is-sistema tas-siġillar għandha tinkludi mill-anqas jew it-tikketta imsemmija hawn fuq jew it-tqegħid ta' siġill uffiċjali.

Il-miżuri li hemm provvediment dwarhom fit-tieni subparagrafu ta' hawn fuq ma jkunux meħtieġa meta s-sistema tas-siġillar li ma tistax terġa' tintuża, tkun użata.

Bi qbil mal-proċedura elenkata fl-Artikolu 19 jista' jkun stabbilit jekk sistema partikulari ta' siġillar tkunx taderixxi mad-disposizzjonijiet ta' dan il-paragrafu."

3. Fl-ewwel sentenza ta' l-Artikolu 9(2), il-kliem "jew taħt is-superviżjoni uffiċjali" għandhom jiddaħħlu wara "uffiċjali".

4. L-Artikolu 10 għandu jkun mibdul b'dan li ġej:

"Artikolu 10

1. L-Istati Membri għandhom jeħtieġu li l-pakketti u l-kontenituri tal-patata bażika taż-żrigħ u tal-patata ċertifikata taż-żrigħ:

(a) jkunu ttikkettjati minn naħa ta' barra b'tikketta uffiċjali li ma tkunx intużat qabel, li taderixxi mal-kondizzjonijiet elenkati fl-Anness III u li l-partikularitajiet tagħhom ikunu pprovduti f'waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Komunità. Il-kulur tat-tikketta għandu jkun abjad għall-patata bażika taż-żrigħ u ikħal għall-patata taż-żrigħ iċċertifikata. Meta tikketta b'toqba għal qafla hija użata, it-twaħħil tagħha għandu jkun assigurat fil-każi kollha b'siġill uffiċjali. L-użu ta' tikketti uffiċjali li jeħlu għandu jkun awtorizzat. Bi qbil mal-proċedura elenkata fl-Artikolu 19, l-istampar li ma jitħassarx tal-partikularitajiet preskritti fuq il-pakkett bi qbil mal-mudell tat-tikketta jista' jkun awtorizzat taħt is-superviżjoni uffiċjali;

(b) ikun fihom dokument uffiċjali, bl-istess kulur tat-tikketta, li jipprovdi mill-inqas il-partikularitajiet meħtieġa tat-tikketta meħtieġa permezz ta' l-Anness III(A)(3), (4) u (6). Dan id-dokument għandu jkun mħejji b'tali mod li ma jkunx imfixkel mat-tikketta uffiċjali li hemm referenza dwarha taħt (a).

Dan id-dokument ma jkunx meħtieġ jekk il-partikularitajiet ikunu stampati b'mod li ma jitħassrux fuq il-, pakkett jew jekk, bi qbil mad-disposizzjonijiet taħt (a), tat-tikketta li teħel, jew tat-tikketta magħmula minn materjal li ma jitqattax meta jkun użat.

2. L-Istati Membri jistgħu jipprovdu għal derogi mill-paragrafu 1 fil-każ ta' pakketti żgħar meta jkunu mmarkati: "Għadda għall-kummerċ fi …" (l-Istat Membru kkonċernat) biss."

5. Fl-Artikolu 13(1), il-kliem "immarkat u ssiġillat uffiċjalment jew taħt is-superviżjoni uffiċjali" għandhom jibdlu "uffiċjalment immarkat u ssiġillat".

6. Fl-Artikolu 13(4)(ċ), li ġejjin għandhom jiżdiedu wara l-inċiż

"numru ta' riferenza tal-lott"

:

"— ix-xahar u s-sena tas-siġill."

7. Fl-Anness III(A), li ġej huwa miżjud:

"3a. ix-xahar u s-sena tas-siġill."

8. Fl-Anness III(A), il-punt 9 għandu jkun imħassar.

Artikolu 5

L-Artikolu 9 tad-Direttiva tal-Kunsill 68/193/KEE tad-9 ta'April 1968 dwar il-kummerċ tal-materjal għall-propagazzjoni veġetali tad-dielja [11], kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 78/55/KEE għandu jkun mibdul b'dan li ġej:

"Artikolu 9

L-Istati Membri għandhom jeħtieġu li l-pakketti u l-mazz tal-materjal tal-propagazzjoni jkunu ssiġillati b'tali mod li ma jistgħux jinfetħu mingħajr ma ssir ħsara lis-sistema tas-siġillar jew iħallu evidenza li jkun sar tbabis jew fuq it-tikketta uffiċjali li hemm provvediment dwarha fl-Artikolu 10(1) jew - fil-każ tal-pakketti - fuq il-pakkett. Għandhom ikollhom ukoll ċomba jew mezz ekwivalenti ta' siġill imwaħħal mill-persuna responsabbli li twaħħal it-tikketti. Bi qbil mal-proċedura elenkata fl-Artikolu 17 jista' jkun stabbilit jekk sistema partikulari ta' siġillar tkunx taderixxi mad-disposizzjonijiet ta' dan l-Artikolu. Il-pakketti ma jistgħux jerġgħu jkunu ssiġillati f'waħda jew aktar okkażjonijiet ħlief taħt is-superviżjoni uffiċjali."

Artikolu 6

Id-Direttiva tal-Kunsill 69/208/KEE tat-30 ta' Ġunju 1969 dwar il-kummerċ taż-żerriegħa taż-żejt u l-pjanti tal-fibra [12], kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 78/388/KEE [13], għandha tkun emendata kif ġej:

1. L-Artikolu 9(1) għandu jkun mibdul bi:

"1. L-Istati Membri għandhom jeħtieġu li l-pakketti taż-żerriegħa bażika, taż-żerriegħa ċċertifikata tal-kategoriji kollha u taż-żerriegħa kummerċjali, ikunu ssiġillati uffiċjalment jew taħt is-superviżjoni uffiċjali b'tali mod li ma jistgħux jinfetħu mingħajr ma ssir ħsara lis-sistema tas-siġillar jew mingħajr ma jħallu evidenza li jkun sar tbabis jew fuq it-tikketta uffiċjali li hemm provvediment dwarha fl-Artikolu 10(1) jew fuq il-pakkett.

Sabiex jassiguraw is-siġillar, is-sistema tas-siġillar għandha tinkludi mill-anqas jew it-tikketta msemmija hawn fuq jew it-tqegħid ta' siġill uffiċjali.

Il-miżuri li hemm provvediment dwarhom fit-tieni subparagrafu ta' hawn fuq ma jkunux meħtieġa meta s-sistema tas-siġillar li ma tistax terġa' tintuża, tkun użata.

Bi qbil mal-proċedura elenkata fl-Artikolu 20, jista' jkun stabbilit jekk sistema partikulari tas-siġillar tkunx taderixxi mad-disposizzjonijiet ta' dan il-paragrafu."

2. Fl-ewwel sentenza ta' l-Artikolu 9(2), il-kliem "jew taħt is-superviżjoni uffiċjali" għandhom jiddaħħlu wara "uffiċjali".

3. Fl-Artikolu 13(3)(c), li ġejjin għandhom jiżdiedu wara l-inċiż

"numru ta' referenza tal-lott"

:

"— ix-xahar u s-sena tat-teħid tal-kampjuni,

jew

— ix-xahar u s-sena ta' l-aħħar teħid uffiċjali tal-kampjuni għall-iskopijiet taċ-ċertifikazzjoni."

4. Fl-Anness IV(A) taħt (a), it-test tad-dettal 3 huwa mibdul b'dan li ġej:

"— ix-xahar u s-sena tas-siġillar espressi hekk: "issiġillat …" (ix-xahar u s-sena),

jew

— ix-xahar u s-sena ta' l-aħħar teħid uffiċjali tal-kampjuni għall-iskopijiet taċ-ċertifikazzjoni espressi hekk: "il-kampjun ittieħed …" (ix-xahar u s-sena)."

5. Fl-Anness IV(A) taħt (b), it-test tad-dettal 4 huwa mibdul b'dan li ġej:

"— ix-xahar u s-sena tas-siġillar espressi hekk: "issiġillat …" (ix-xahar u s-sena)."

Artikolu 7

Id-Direttiva tal-Kunsill 70/458/KEE tad-29 ta' Settembru 1970 dwar il-kummerċ taż-żerriegħa tal-ħxejjex [14], kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 78/55/KEE, għandha tkun emendata kif ġej:

1. Li ġej għandu jkun mibdul għall-Artikolu 25(1):

"1. L-Istati Membri għandhom jeħtieġu li l-pakketti taż-żerriegħa bażika u ċċertifikata, li mhumiex magħmula f'forma tal-pakketti żgħar tal-KEE, ikunu ssiġillati uffiċjalment jew taħt is-superviżjoni uffiċjali b'tali mod li ma jkunux jistgħu jinfetħu mingħajr ma ssir ħsara lis-sistema tas-siġillar jew iħallu evidenza li jkun sar tbabis jew fuq it-tikketta uffiċjali li hemm provvediment dwarha fl-Artikolu 26(1) jew fuq il-pakkett.

Sabiex jassiguraw is-siġillar, is-sistema tas-siġillar għandha tinkludi mill-anqas jew it-tikketta msemmija hawn fuq jew it-tqegħid ta' siġill uffiċjali.

Il-miżuri li hemm provvediment dwarhom fit-tieni subparagrafu ma jkunux meħtieġa meta s-sistema tas-siġillar li ma tistax terġa' tintuża, tkun użata.

Bi qbil mal-proċedura elenkata fl-Artikolu 40 jista' jkun stabbilit jekk is-sistema partikulari tas-siġillar tkunx taderixxi mad-disposizzjonijiet ta' dan il-paragrafu."

2. Fl-ewwel sentenza ta' l-Artikolu 25(2), il-kliem "jew taħt is-superviżjoni uffiċjali" għandhom jiddaħħlu wara "uffiċjali".

3. L-Artikolu 25(3) għandu jkun mibdul b'dan li ġej:

"3. L-Istati Membri għandhom jeħtieġu li l-pakketti taż-żerriegħa komuni u l-pakketti żgħar tal-kategorija taż-żerriegħa ċċertifikata jkunu magħluqa b'tali mod li ma jistgħux jinfetħu mingħajr ma ssir ħsara lis-sistema ta' l-għeluq jew mingħajr ma jħallu evidenza li jkun sar tbabis jew fuq it-tikketta kif hemm provvediment dwarha fl-Artikolu 26(3) jew fuq il-pakkett. Ħlief fil-każ ta' pakketti żgħar, għandhom ikollhom ukoll ċomba jew mezz ekwivalenti ta' siġill imwaħħal mill-persuna responsabbli li twaħħal it-tikketti. Bi qbil mal-proċedura elenkata fl-Artikolu 40 jista' jkun stabbilit jekk sistema partikulari ta' l-għeluq tkunx taderixxi mad-disposizzjonijiet ta' dan il-paragrafu. Fil-każ ta' pakketti żgħar tal-kategorija taż-żerriegħa ċċertifikata, il-pakketti ma jkunux issiġillati f'waħda jew aktar okkażjonijiet għajr taħt is-superviżjoni uffiċjali."

4. Il-paragrafu li ġej għandu jkun miżjud ma' l-Artikolu 25:

"4. L-Istati Membri jistgħu jipprovdu għal derogi mill-paragrafi 1 u 2 fil-każ ta' pakketti żgħar taż-żerriegħa bażika."

5. Fl-Artikolu 30(3)(c), il-partikolaritajiet li ġejjin għandhom jiżdiedu wara l-inċiż

"numru ta' referenza tal-lott"

:

"— ix-xahar u s-sena tas-siġillar,

jew

— ix-xahar u s-sena ta' l-aħħar teħid uffiċjali tal-kampjuni għall-iskopijiet taċ-ċertifikazzjoni."

6. L-Anness IV(A)(a) għandu jkun mibdul b'dan li ġej:

"1. Ir-regoli u n-normi tal-KEE.

2. L-awtorità taċ-ċertifikazzjoni u l-Istat Membru jew l-inizjali tagħhom.

3. Ix-xahar u s-sena tas-siġillar espressi hekk: "issiġillat …" (ix-xahar u s-sena),

jew

ix-xahar u s-sena ta' l-aħħar teħid uffiċjali tal-kampjuni għall-iskopijiet taċ-ċertifikazzjoni espressi hekk: "il-kampjun ittieħed …" (ix-xahar u s-sena).

4. In-numru tar-referenza tal-lott.

5. L-ispeċi.

6. Il-varjetà.

7. Il-kategorija.

8. Il-pajjiż tal-produzzjoni.

9. Il-piż nett jew gross iddikjarat jew in-numru ddikjarat taż-żerriegħa.

10. Meta l-piż huwa indikat u l-pestiċidi f'boċċi, sostanzi f'għamla granulata jew adittivi solidi oħra huma użati, in-natura ta' l-adittiv u wkoll ir-relattività approssimattiva bejn il-piż tal-ġemgħat jew taż-żerriegħa pura u l-piż totali.

11. Meta mill-inqas ġelbin ikun reġa' kien ittestjat, il-kliem "ittestjat mill-ġdid …" (ix-xahar u s-sena) jistgħu jkunu indikati."

7. L-Anness IV(B) (a) għandu jkun mibdul b'dan li ġej:

"1. Ir-regoli u n-normi tal-KEE.

2. L-isem u l-indirizz tal-persuna responsabbli li twaħħal it-tikketti jew il-marka ta' l-identifikazzjoni tagħha.

3. Is-sena tal-kummerċ tas-siġillar u ta' l-aħħar eżaminazzjoni tal-ġelbin. It-tmiem tas-sena tal-kummerċ tista' tkun indikata.

4. L-ispeċi.

5. Il-varjetà.

6. Il-kategorija: fil-każ tal-pakketti żgħar, iż-żerriegħa ċċertifikata tista' tkun immarkata bl-ittra "C" jew "Z" u ż-żerriegħa komuni bl-ittri "ST".

7. In-numru tar-referenza mogħti mill-persuna responsabbli li twaħħal it-tikketti — fil-każ taż-żerriegħa komuni.

8. In-numru tar-referenza li jippermetti l-lott iċċertifikat li jkun identifikat — fil-każ taż-żerriegħa ċċertifikata.

9. Il-piż nett jew gross iddikjarat jew in-numru ddikjarat taż-żerriegħa, ħlief għall-pakketti żgħar sa 500 gramma.

10. Meta l-piż huwa indikat u l-pestiċidi f'boċċi, sostanzi f'għamla granulata jew adittivi solidi oħra huma użati, in-natura ta' l-adittiv u wkoll ir-relattività approssimattiva bejn il-piż tal-ġemgħat jew taż-żerriegħa pura u l-piż totali."

Artikolu 8

L-Istati Membri għandhom iġibu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-disposizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex ikunu konformi ma':

- l-Artikoli 1 sa 4, 6 u 7 fil-jew qabel l-1 ta' Lulju 1977,

u

- d-disposizzjonijiet l-oħra kollha ta' din id-Direttiva fil-jew qabel l-1 ta' Lulju 1979.

Artikolu 9

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, 25 ta' Lulju 1978.

Għall-Kunsill

Il-President

H.J. Rohr

[1] ĠU C 183, ta’ l-1.8.1977, pġ. 64.

[2] ĠU C 180, tat-28.7.1977, pġ. 29.

[3] ĠU 125, tal- 11.7.1966, pġ. 2290/66.

[4] ĠU L 16, ta’ l-20.1.1978, pġ. 23.

[5] ĠU 125, tal- 11.7.1966, pġ. 2298/66.

[6] ĠU L 113, tal-25.5.1978, pġ. 1.

[7] ĠU 125, tal- 11.7.1966, pġ. 2309/66.

[8] ĠU L 113, tal-25.4.1978, pġ. 13.

[9] ĠU 125, tal- 11.7.1966, pġ. 2320/66.

[10] ĠU L 261, ta’ l-14.10.1977, pġ. 21.

[11] ĠU L 93, tas-17.4.1968, pġ. 15.

[12] ĠU L 169, ta’ l-10.7.1969, pġ. 3.

[13] ĠU L 113, tal-25.4.1978, pġ. 20.

[14] ĠU L 225, tat-12.10.1970, pġ. 7.

--------------------------------------------------

Top