Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22010A1029(01)

    Ftehim ta’ Kooperazzjoni dwar in-Navigazzjoni bis-Satellita bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha u r-Renju tan-Norveġja

    ĠU L 283, 29.10.2010, p. 12–20 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/agree_internation/2010/652/oj

    Related Council decision
    Related Council decision

    22010A1029(01)

    Ftehim ta’ Kooperazzjoni dwar in-Navigazzjoni bis-Satellita bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha u r-Renju tan-Norveġja

    Official Journal L 283 , 29/10/2010 P. 12 - 20


    Ftehim ta’ Kooperazzjoni

    dwar in-Navigazzjoni bis-Satellita bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha u r-Renju tan-Norveġja

    L-UNJONI EWROPEA, minn hawn ’il quddiem imsejħa wkoll l-"Unjoni",

    u

    IR-RENJU TAL-BELĠJU,

    IR-REPUBBLIKA TAL-BULGARIJA,

    IR-REPUBBLIKA ĊEKA,

    IR-RENJU TAD-DANIMARKA,

    IR-REPUBBLIKA FEDERALI TAL-ĠERMANJA,

    IR-REPUBBLIKA FEDERALI TAL-ESTONJA,

    L-IRLANDA,

    IR-REPUBBLIKA ELLENIKA,

    IR-RENJU TA’ SPANJA,

    IR-REPUBBLIKA FRANĊIŻA,

    IR-REPUBBLIKA TALJANA,

    IR-REPUBBLIKA TA’ ĊIPRU,

    IR-REPUBBLIKA TAL-LATVJA,

    IR-REPUBBLIKA TAL-LITWANJA,

    IL-GRAN DUKAT TAL-LUSSEMBURGU,

    IR-REPUBBLIKA TAL-UNGERIJA,

    MALTA,

    IR-RENJU TAL-PAJJIŻI L-BAXXI,

    IR-REPUBBLIKA TAL-AWSTRIJA,

    IR-REPUBBLIKA TAL-POLONJA,

    IR-REPUBBLIKA PORTUGIŻA,

    IR-RUMANIJA,

    IR-REPUBBLIKA TAS-SLOVENJA,

    IR-REPUBBLIKA SLOVAKKA,

    IR-REPUBBLIKA TAL-FINLANDJA,

    IR-RENJU TAL-ISVEZJA,

    IR-RENJU UNIT TAL-GRAN BRITTANJA U L-IRLANDA TA’ FUQ,

    Il-Partijiet kontraenti għat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, minn hawn ’il quddiem imsejħa "Stati Membri",

    minn naħa waħda, u

    IR-RENJU TAN-NORVEĠJA, minn hawn ’il quddiem imsejjaħ "in-Norveġja",

    min-naħa l-oħra,

    l-Unjoni Ewropea, l-Istati Membri u n-Norveġja minn hawn ’il quddiem imsejjħa konġuntement "il-Partijiet",

    FILWAQT LI JIRRIKONOXXU l-parteċipazzjoni mill-qrib tan-Norveġja fil-programmi Galileo u EGNOS sa mill-fażijiet tad-definizzjoni ta’ dawk il-programmi,

    KONXJI tal-evoluzzjoni fit-tmexxija, is-sjieda u l-finanzjament tal-programmi Ewropej tal-GNSS bis-saħħa tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1321/2004 tat- 12 ta’ Lulju 2004 dwar l-istabbiliment ta’ strutturi għat-tmexxija tal-programmi Ewropej ta’ radjunavigazzjoni bis-satellita [1], l-emendi tiegħu u r-Regolament (KE) Nru 683/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad- 9 ta’ Lulju 2008 dwar implimentazzjoni ulterjuri tal-programmi Ewropej ta’ navigazzjoni bis-satellita (EGNOS u Galileo) [2],

    FILWAQT LI JIKKUNSIDRAW il-benfiċċji ta’ livell ekwivalenti ta’ protezzjoni tal-GNSS Ewropej u s-servizzi tagħhom fit-territorji tal-Partijiet,

    FILWAQT LI JIRRIKONOXXU l-intenzjoni tan-Norveġja li tadotta u tinforza f’waqtha fi ħdan il-ġuriżdizzjoni tagħha miżuri li jipprovdu grad ta’ sigurtà u sikurezza ekwivalenti għal dak applikabbli fl-Unjoni Ewropea,

    FILWAQT LI JIRRIKONOXXU l-obbligi tal-Partijiet taħt il-liġi internazzjonali,

    FILWAQT LI JIRRIKONOXXU l-interess tan-Norveġja fis-servizzi kollha ta’ Galileo, inkluż is-Servizz pubbliku regolat (PRS),

    FILWAQT LI JIRRIKONOXXU l-Ftehim bejn in-Norveġja u l-Unjoni Ewropea dwar il-proċeduri ta’ sigurtà għall-iskambju ta’ informazzjoni klassifikata,

    FILWAQT LI JIXTIEQU jistabbilixxu formalment kollaborazzjoni mill-qrib fl-aspetti kollha tal-Programmi Ewropej tal-GNSS,

    FILWAQT LI JIKKUNSIDRAW il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (minn hawn ’il quddiem imsejjaħ "il-Ftehim taż-ŻEE") bħala bażi legali u istituzzjonali xierqa sabiex jiżviluppaw kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u n-Norveġja fin-navigazzjoni bis-satellita,

    FILWAQT LI JIXTIEQU jikkomplementaw id-dispożizzjonijiet tal-Ftehim taż-ŻEE permezz ta’ ftehim bilaterali dwar in-navigazzjoni bis-satellita fi kwistjonijiet b’rilevanza speċifika għan-Norveġja, l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha,

    FTIEHMU KIF ĠEJ:

    Artikolu 1

    Għan tal-Ftehim

    L-għan ewlieni ta’ dan il-Ftehim hu li jsaħħaħ aktar il-kooperazzjoni bejn il-Partijiet billi jikkomplementa d-dispożizzjonijiet tal-Ftehim taż-ŻEE applikabbli għan-navigazzjoni bis-satellita.

    Artikolu 2

    Definizzjonijiet

    Għall-finijiet ta’ dan il-Ftehim:

    (a) Is-"Sistemi Globali ta’ Navigazzjoni bis-Satellita (GNSS) Ewropej" jinkludu s-sistema Galileo u s-Sistema Ewropea ta’ Navigazzjoni b’Kopertura Ġeostazzjonarja (EGNOS);

    (b) "Awment" tfisser mekkaniżmi reġjonali bħall-EGNOS. Dawk il-mekkaniżmi jippermettu lill-utenti tal-GNSS biex jiksbu prestazzjoni aħjar, bħal iżjed preċiżjoni, disponibbiltà, integrità u affidabbiltà;

    (c) "Galileo" tfisser sistema globali awtonoma Ewropea tan-navigazzjoni u taż-żamma tal-ħin, taħt kontroll ċivili, għall-provvista tas-servizzi tal-GNSS iddisinjati u żviluppati mill-Unjoni u l-Istati Membri tagħha. L-operat ta’ Galileo jista’ jiġi ttrasferit lil parti privata.

    Galileo jipprevedi servizzi miftuħa, kummerċjali, ta’ sikurezza tal-ħajja u ta’ tiftix u salvataġġ kif ukoll PRS li jkun sikur b’aċċess ristrett biex jintlaħqu l-ħtiġijiet tal-utenti awtorizzati tas-settur pubbliku;

    (d) "Miżura regolatorja" tfisser kwalunkwe liġi, regolament, politika, regola, proċedura, deċiżjoni jew azzjoni amministrattiva simili minn xi Parti;

    (e) "Informazzjoni kklassifikata" tfisser informazzjoni, fi kwalunkwe forma, li teħtieġ protezzjoni kontra l-iżvelar mhux awtorizzat, li tista’ tkun dannuża f’diversi gradi għall-interessi essenzjali, inkluża s-sigurtà nazzjonali, tal-Partijiet jew ta’ Stati Membri individwali. Il-klassifikazzjoni tagħha hija indikata b’marka ta’ klassifikazzjoni. Informazzjoni bħal din hija kklassifikata mill-Partijiet skont il-liġijiet u r-regolamenti applikabbli u għandha tiġi protetta minn kwalunkwe nuqqas ta’ kunfidenzjalità, integrità u disponibbiltà.

    Artikolu 3

    Prinċipji tal-kooperazzjoni

    1. Il-Partijiet jaqblu li japplikaw il-prinċipji li ġejjin għall-attivitajiet ta’ kooperazzjoni koperti minn dan il-Ftehim:

    (a) il-Ftehim taż-ŻEE għandu jkun il-bażi għal kooperazzjoni fin-navigazzjoni bis-satellita bejn il-Partijiet;

    (b) il-libertà li jiġu fornuti servizzi ta’ navigazzjoni bis-satellita fit-territorji tal-Partijiet;

    (c) il-libertà li jsir użu mis-servizzi kollha ta’ Galileo u EGNOS, fosthom il-PRS, bil-kondizzjoni li jiġu sodisfatti l-kondizzjonijiet li jirregolaw l-użu tagħhom;

    (d) kooperazzjoni mill-qrib fi kwistjonijiet ta’ sigurtà tal-GNSS permezz tal-adozzjoni u l-infurzar ta’ miżuri ekwivalenti ta’ sigurtà tal-GNSS kemm fl-Unjoni kif ukoll fin-Norveġja;

    (e) rispett xieraq tal-obbligi internazzjonali tal-Partijiet fir-rigward tal-faċilitajiet ta’ fuq l-art tal-GNSS Ewropej.

    2. Dan il-Ftehim m’għandux jaffettwa l-istruttura istituzzjonali stabbilita mil-leġislazzjoni tal-Unjoni Ewropea għall-fini tal-operazzjonijiet tal-programm Galileo. Dan il-Ftehim lanqas ma jaffettwa l-miżuri regolatorji applikabbli li jimplimentaw impenji ta’ non-proliferazzjoni u kontroll tal-esportazzjonijiet, kontrolli ta’ trasferimenti intanġibbli ta’ teknoloġija, jew miżuri nazzjonali ta’ sigurtà.

    Artikolu 4

    Spettru tar-radju

    1. Il-Partijiet jaqblu li jikkooperaw dwar kwistjonijiet rigward l-ispettru tar-radju li jikkonċernaw is-sistemi Ewropej ta’ navigazzjoni bis-satellita fl-Unjoni Internazzjonali tat-Telekomunikazzjoni (UIT), b’kont meħud tal-Memorandum ta’ Qbil dwar il-Ġestjoni tal-każijiet irreġistrati tal-ITU tas-sistema ta’ servizzi ta’ radju-navigazzjoni bis-satellita Galileo iffirmat fil- 5 ta’ Novembru 2004.

    2. F’dan il-kuntest il-Partijiet għandhom jipproteġu l-allokazzjonijiet adegwati ta’ frekwenzi għas-sistemi Ewropej ta’ navigazzjoni bis-satellita sabiex jiżguraw id-disponibbiltà tas-servizz ta’ dawn is-sistemi għall-benefiċċju tal-utenti.

    3. Barra minn hekk, il-Partijiet jagħrfu l-importanza tal-protezzjoni tal-ispettru tar-radju-navigazzjoni minn xkiel u interferenza. Għal dan il-għan, huma għandhom jidentifikaw is-sorsi ta’ interferenza u jfittxu soluzzjonijiet reċiprokament aċċettabbli sabiex jilqgħu kontra interferenzi bħal dawn.

    4. Xejn f’dan il-Ftehim m’għandu jinftiehem bħala deroga mid-dispożizzjonijiet applikabbli tal-UIT, inklużi r-Regolamenti tar-Radjukomunikazzjoni tal-UIT.

    Artikolu 5

    Faċilitajiet ta’ fuq l-art tal-GNSS Ewropej

    1. In-Norveġja għandha tieħu l-miżuri kollha prattikabbli biex tiffaċilità l-mobilitazzjoni, il-manutenzjoni u s-sostituzzjoni tal-faċilitajiet ta’ fuq l-art tal-GNSS Ewropej ("faċilitajiet ta’ fuq l-art") fit-territorji li jaqgħu taħt il-ġuriżdizzjoni tagħha.

    2. In-Norveġja għandha tieħu l-miżuri kollha prattikabbli sabiex tiżgura l-protezzjoni u l-operat kontinwu u mingħajr xkiel tal-faċilitajiet ta’ fuq l-art fit-territorji tagħha, inkluż, fejn xieraq, billi timmobilizza l-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi tagħha. In-Norveġja għandha tuża l-mezzi kollha prattikabbli biex iżżomm il-faċilitajiet ħielsa minn attentati ta’ interferenza, dħul mhux awtorizzat u smigħ sigriet bir-radju lokali.

    3. Ir-relazzjonijiet kuntrattwali li għandhom x’jaqsmu mal-faċilitajiet ta’ fuq l-art ser jiġu miftiehma bejn il-Kummissjoni Ewropea u d-detentur tad-drittijiet tal-proprjetàL-awtoritajiet Norveġiżi ser jirrispettaw b’mod sħiħ l-istatus speċjali tal-faċilitajiet ta’ fuq l-art u jfittxu l-qbil minn qabel mal-Kummissjoni Ewropea, fejn possibbli, qabel ma tittieħed kwalunkwe azzjoni li għandha x’taqsam mal-faċilitajiet ta’ fuq l-art.

    4. In-Norveġja għandha tippermetti l-aċċess kontinwu u mingħajr tfixkil għall-faċilitajiet ta’ fuq l-art lill-persuni kollha nnominati jew awtorizzati b’mod ieħor mill-Unjoni Ewropea. Għal dan il-għan, in-Norveġja għandha tistabbilixxi punt ta’ kuntatt li għandu jirċievi informazzjoni dwar il-persuni li qed jivjaġġaw lejn il-faċilitajiet ta’ fuq l-art u jiffaċilita fil-prattika l-movimenti u l-operat ta’ persuni bħal dawn.

    5. L-arkivji u t-tagħmir tal-faċilitajiet ta’ fuq l-art u d-dokumenti fi tranżitu, ikunu f’liema forma jkunu, taħt siġill jew marka uffiċjali m’għandhomx jiġu soġġetti għal spezzjonijiet mid-dwana jew mill-pulizija.

    6. F’każ ta’ theddida jew attentat kontra s-sigurtà tal-faċilitajiet ta’ fuq l-art jew l-operat tagħhom, in-Norveġja u l-Kummissjoni Ewropea għandhom jinformaw lil xulxin, mill-aktar fis, bil-każ u bil-passi biex jinstab rimedju għal din is-sitwazzjoni. Il-Kummissjoni Ewropea tista’ tinnomina entità affidabbli oħra biex taġixxi bħala l-punt ta’ kuntatt man-Norveġja għal informazzjoni bħal din.

    7. Il-Partijiet ser jistabbilixxu proċeduri aktar iddettaljati li għandhom x’jaqsmu mal-kwistjonijiet fil-paragrafi 1 sa 6 fi ftehim separat. Proċeduri bħal dawn għandhom ikopru, inter alia, kjarifiki rigward spezzjonijiet, dmirijiet tal-punti ta’ kuntatt, rekwiżiti għall-kurrieri u dwar il-miżuri kontra l-interferenzi tal-frekwenza tar-radju lokali u attentati ostili.

    Artikolu 6

    Sigurtà

    1. Il-Partijiet huma konvinti mill-ħtieġa tal-protezzjoni tas-Sistemi Globali ta’ Navigazzjoni bis-Satellita kontra theddidiet bħal użu ħażin, interferenza, xkiel u atti ostili. Konsegwentement, il-Partijiet għandhom jieħdu l-passi kollha prattikabbli inklużi, fejn xieraq, ftehimiet separati, biex jiżguraw il-kontinwità, is-sikurezza u s-sigurtà tas-servizzi ta’ navigazzjoni bis-satellita u tal-assi infrastrutturali u kruċjali relatati fit-territorji tagħhom.

    Il-Kummissjoni Ewropea għandha l-intenzjoni li tiżviluppa miżuri biex tipproteġi, tikkontrolla u tamministra assi, informazzjoni u teknoloġiji sensittivi tal-Programmi Ewropej tal-GNSS kontra theddidiet u proliferazzjoni mhux mixtieqa bħal dawn.

    2. F’dan il-kuntest in-Norveġja tikkonferma l-intenzjoni tagħha li tadotta u tinforza f’waqtha, fi ħdan il-ġuriżdizzjoni tagħha, miżuri li jipprovdu grad ta’ sigurtà u sikurezza ekwivalenti għal dak applikabbli fl-Unjoni Ewropea.

    B’rikonoxximent ta’ dan, il-Partijiet ser jindirizzaw il-kwistjonijiet ta’ sigurtà tal-GNSS inkluża l-akkreditazzjoni fil-kumitati rilevanti tal-istruttura ta’ governanza tal-GNSS Ewropej. L-arranġamenti u l-proċeduri prattiċi għandhom jiġu definiti fir-regoli ta’ proċedura tal-kumitati rilevanti filwaqt li jitqies ukoll il-qafas tal-Ftehim taż-ŻEE.

    3. F’każ fejn ma jkunx jista’ jinkiseb grad ekwivalenti ta’ sigurtà u sikurezza, il-Partijiet għandhom jagħmlu konsultazzjonijiet bl-iskop li jinstab rimedju għal din is-sitwazzjoni. Fejn xieraq, l-ambitu tal-kooperazzjoni f’dan is-settur jista’ jiġi aġġustat kif meħtieġ.

    Artikolu 7

    Skambji ta’ informazzjoni kklassifikata

    1. L-iskambju u l-protezzjoni tal-informazzjoni kklassifikata tal-Unjoni għandhom isiru f’konformità mal-‘Ftehim bejn ir-Renju tan-Norveġja u l-Unjoni Ewropea dwar il-proċeduri ta’ sigurtà għall-iskambju ta’ informazzjoni kklassifikata’ [3] ffirmat fit- 22 ta’ Novembru 2004, kif ukoll l-Arranġamenti implimentattivi ta’ dak il-Ftehim.

    2. In-Norveġja tista’ twettaq skambju ta’ informazzjoni kklassifikata b’marka ta’ klassifikazzjoni nazzjonali dwar Galileo ma’ dawk l-Istati Membri li magħhom ikkonkludiet ftehimiet bilaterali għal dak l-effett.

    3. Il-Partijiet għandhom ifittxu li jistabbilixxu qafas legali komprensiv u koerenti li jippermetti skambji bejniethom ta’ informazzjoni kklassifikata rigward il-programm Galileo.

    Artikolu 8

    Kontroll fuq l-esportazzjoni

    1. Sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni ta’ politika uniformi ta’ kontrolli fuq l-esportazzjonijiet u n-non-proliferazzjoni li għandhom x’jaqsmu ma’ Galileo bejn il-Partijiet, in-Norveġja tikkonferma l-intenzjoni tagħha li tadotta u tinforza f’waqtha, fi ħdan il-ġuriżdizzjoni tagħha, miżuri li jipprovdu grad ekwivalenti ta’ kontroll fuq l-esportazzjoni u n-non-proliferazzjoni ta’ teknoloġiji, data u oġġetti ta’ Galileo bħal dawk applikabbli fl-Unjoni u l-Istati Membri tagħha.

    2. F’każ fejn ma jkunx jista’ jinkiseb grad ekwivalenti ta’ kontroll fuq l-esportazzjonijiet u n-non-proliferazzjoni, il-Partijiet għandhom iwettqu konsultazzjonijiet bil-ħsieb li jinstab rimedju għal din is-sitwazzjoni. Fejn xieraq, l-ambitu tal-kooperazzjoni f’dan is-settur jista’ jiġi aġġustat kif meħtieġ.

    Artikolu 9

    Servizz pubbliku regolat

    In-Norveġja wriet l-interess tagħha fil-PRS ta’ Galileo u tikkonsidrah bħala element importanti tal-parteċipazzjoni tagħha fil-Programmi Ewropej tal-GNSS. Il-Partijiet jaqblu li jindirizzaw din il-kwistjoni ladarba l-linji ta’ politika u l-arranġamenti operattivi li jirregolaw l-aċċess għall-PRS jkunu ġew identifikati.

    Artikolu 10

    Kooperazzjoni Internazzjonali

    1. Il-Partijiet jagħrfu l-valur li jikkoordinaw l-approċċi fl-istandardizzazzjoni internazzjonali u f’fora ta’ ċertifikazzjoni rigward servizzi ta’ navigazzjoni globali bis-satellita. B’mod partikolari, il-Partijiet ser jappoġġaw konġuntement l-iżvilupp tal-istandards Galileo u jippromwovu l-applikazzjoni tagħhom mad-dinja kollha, filwaqt li jisħqu fuq l-interoperabbiltà ma’ GNSS oħra.

    2. Konsegwentemet, sabiex jiġu promossi u implimentati l-għanijiet ta’ dan il-Ftehim, il-Partijiet għandhom, kif opportun, jikkooperaw dwar il-kwistjonijiet kollha tal-GNSS li jinqalgħu, speċjalment fl-Organizzazzjoni tal-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali, fl-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali u fl-UIT.

    Artikolu 11

    Konsultazzjoni u riżoluzzjoni ta’ tilwim

    Il-Partijiet għandhom jikkonsultaw fil-pront, fuq talba ta’ waħda minnhom, dwar kull kwistjoni li tirriżulta mill-interpretazzjoni jew l-applikazzjoni ta’ dan il-Ftehim. Kwalunkwe tilwim relatat mal-interpretazzjoni jew l-applikazzjoni ta’ dan il-Ftehim għandu jiġi riżolt permezz ta’ konsultazzjoni bejn il-Partijiet.

    Artikolu 12

    Dħul fis-seħħ u terminazzjoni

    1. Dan il-Ftehim għandu jidħol fis-seħħ fl-ewwel jum tax-xahar wara dak li fih il-Partijiet ikunu nnotifikaw lil xulxin li l-proċeduri meħtieġa għal dan l-iskop ikunu tlestew.

    In-notifiki għandhom jintbagħtu lis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill li għandu jkun id-depożitarju ta’ dan il-Ftehim.

    2. L-iskadenza jew it-terminazzjoni ta’ dan il-Ftehim m’għandux jaffettwa l-validità jew id-durata ta’ kwalunkwe arranġament li sar skont dan jew ta’ kwalunkwe dritt u obbligu speċifiku li jkun dovut fil-qasam tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali.

    3. Dan il-Ftehim jista’ jiġi emendat bi ftehim reċiproku bil-miktub bejn il-Partijiet. Kull emenda għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-wasla tal-aħħar nota diplomatika li tinforma lill-Parti l-oħra li jkunu tlestew il-proċeduri interni rispettivi tagħhom meħtieġa għad-dħul fis-seħħ tagħha.

    4. Minkejja l-paragrafu 1, in-Norveġja u l-Unjoni Ewropea jaqblu, fir-rigward tal-elementi li jaqgħu taħt il-kompetenza tagħhom, li japplikaw dan il-Ftehim proviżorjament mill-ewwel jum tax-xahar wara d-data li fiha jkunu nnotifikaw lil xulxin li tlestew il-proċeduri meħtieġa għal dan il-għan.

    5. Kwalunkwe Parti tista’ ttemm dan il-Ftehim billi tagħti avviż ta’ sitt xhur bil-miktub lill-Parti l-oħra.

    Dan il-Ftehim huwa mfassal f’żewġ kopji fil-lingwa Bulgara, Ċeka, Daniża, Estonjana, Finlandiża, Franċiża, Ġermaniża, Griega, Ingliża, Latvjana, Litwana, Maltija, Olandiża, Pollakka, Portugiża, Rumena, Slovakka, Slovena, Spanjola, Svediża, Taljana, Ungeriża, u Norveġiża, b’kull wieħed minn dawn it-testi jkun ugwalment awtentiku.

    Voor het Koninkrijk België

    Pour le Royaume de Belgique

    Für das Königreich Belgien

    +++++ TIFF +++++

    За Република България

    +++++ TIFF +++++

    Za Českou republiku

    +++++ TIFF +++++

    På Kongeriget Danmarks vegne

    +++++ TIFF +++++

    Für die Bundesrepublik Deutschland

    +++++ TIFF +++++

    Eesti Vabariigi nimel

    +++++ TIFF +++++

    Thar cheann Na hÉireann

    For Ireland

    +++++ TIFF +++++

    Για την Ελληνική Δημοκρατία

    +++++ TIFF +++++

    Por el Reino de España

    +++++ TIFF +++++

    Pour la République française

    +++++ TIFF +++++

    Per la Repubblica italiana

    +++++ TIFF +++++

    Για την Κυπριακή Δημοκρατία

    +++++ TIFF +++++

    Latvijas Republikas vārdā

    +++++ TIFF +++++

    Lietuvos Respublikos vardu

    +++++ TIFF +++++

    Pour le Grande-Duché de Luxembourg

    +++++ TIFF +++++

    A Magyar Köztársaság részéről

    +++++ TIFF +++++

    Għal Malta

    +++++ TIFF +++++

    Voor het Koninkrijk der Nederlanden

    +++++ TIFF +++++

    Für die Republik Österreich

    +++++ TIFF +++++

    W imieniu Rzeczypospolitej Polskiej

    +++++ TIFF +++++

    Pela República Portuguesa

    +++++ TIFF +++++

    Pentru România

    +++++ TIFF +++++

    Za Republiko Slovenijo

    +++++ TIFF +++++

    Za Slovenskú republiku

    +++++ TIFF +++++

    Suomen tasavallan puolesta

    För Republiken Finland

    +++++ TIFF +++++

    För Konungariket Sverige

    +++++ TIFF +++++

    For the United Kingdom of Great Britain and Northern Ireland

    +++++ TIFF +++++

    За Европейския съюз

    Por la Unión Europea

    Za Evropskou unii

    For Den Europæiske Union

    Für die Europäische Union

    Euroopa Liidu nimel

    Για την Ευρωπαϊκή Ένωση

    For the European Union

    Pour l'Union européenne

    Per l'Unione europea

    Eiropas Savienības vārdā

    Europos Sąjunga vardu

    Az Európai Unió részéről

    Għall-Unjoni Ewropea

    Voor de Europese Unie

    W imieniu Unii Europejskiej

    Pela União Europeia

    Pentru Uniunea Europeană

    Za Európsku úniu

    Za Evropsko unijo

    Euroopan unionin puolesta

    För Europeiska unionen

    +++++ TIFF +++++

    For Kongeriket Norge

    +++++ TIFF +++++

    [1] ĠU L 246, 20.7.2004, p. 1.

    [2] ĠU L 196, 24.7.2008, p. 1.

    [3] ĠU L 362, 9.12.2004, p. 29.

    --------------------------------------------------

    Top