Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 02019R2024-20210501

    Consolidated text: Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2019/2024 tal-1 ta’ Ottubru 2019 li jistabbilixxi rekwiżiti tal-ekodisinn għall-apparat refriġeranti b’funzjoni ta’ bejgħ dirett skont id-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)Test b’relevanza għaż-ŻEE

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2019/2024/2021-05-01

    02019R2024 — MT — 01.05.2021 — 001.001


    Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument

    ►B

    REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/2024

    tal-1 ta’ Ottubru 2019

    li jistabbilixxi rekwiżiti tal-ekodisinn għall-apparat refriġeranti b’funzjoni ta’ bejgħ dirett skont id-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

    (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

    (ĠU L 315 5.12.2019, p. 313)

    Emendat bi:

     

     

    Il-Ġurnal Uffiċjali

      Nru

    Paġna

    Data

    ►M1

    REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/341 tat-23 ta’ Frar 2021

      L 68

    108

    26.2.2021




    ▼B

    REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/2024

    tal-1 ta’ Ottubru 2019

    li jistabbilixxi rekwiżiti tal-ekodisinn għall-apparat refriġeranti b’funzjoni ta’ bejgħ dirett skont id-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

    (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)



    Artikolu 1

    Suġġett u kamp ta’ applikazzjoni

    1.  
    Dan ir-Regolament jistabbilixxi r-rekwiżiti tal-ekodisinn għat-tqegħid fis-suq jew it-tqegħid fis-servizz ta’ apparat refriġeranti b’funzjoni ta’ bejgħ dirett li jaħdem bil-mejns tal-elettriku, inkluż ukoll apparat li jinbiegħ għar-refriġerazzjoni ta’ oġġetti oħra għajr l-ikel.
    2.  

    Dan ir-Regolament ma japplikax għal:

    (a) 

    apparat refriġeranti b’funzjoni ta’ bejgħ dirett li jaħdem biss b’sorsi ta’ enerġija oħra għajr l-elettriku;

    (b) 

    il-komponenti remoti, bħall-unità ta’ kondensazzjoni, il-kumpressuri jew l-unità ta’ kondensazzjoni tal-ilma, li biex jiffunzjonaw għandu jitqabbad magħhom kabinett remot;

    (c) 

    apparat refriġeranti b’funzjoni ta’ bejgħ dirett li jwettaq l-ipproċessar ta’ ikel;

    (d) 

    apparat refriġeranti b’funzjoni ta’ bejgħ dirett ittestjat u approvat b’mod speċifiku għall-ħżin ta’ mediċini jew ta’ kampjuni xjentifiċi;

    (e) 

    apparat refriġeranti b’funzjoni ta’ bejgħ dirett mingħajr l-ebda sistema integrata għall-produzzjoni tat-tkessiħ, u li jaħdem billi jiċċirkola l-arja mkessħa prodotta minn unità esterna tat-tkessiħ tal-arja; dan ma jinkludix il-kabinetti remoti u lanqas ma jinkludi magni tal-bejgħ awtomatiċi refriġerati tal-kategorija 6, kif definit fit-Tabella 5 tal-Anness III;

    (f) 

    kabinetti tal-ħżin refriġeranti professjonali, kabinetti ta’ refriġerazzjoni rapida, unitajiet ta’ kondensazzjoni u chillers tal-proċess kif definiti fir-Regolament (UE) 2015/1095;

    (g) 

    apparat għall-ħżin tal-inbid u minibars.

    3.  

    Ir-rekwiżiti fil-punt 1 u fil-punt 3(k) tal-Anness II ma japplikawx għal:

    (a) 

    apparat refriġeranti b’funzjoni ta’ bejgħ dirett li ma jużax ċiklu tar-refriġerazzjoni bil-kompressjoni tal-fwar;

    (b) 

    apparat refriġeranti b’funzjoni ta’ bejgħ dirett għall-bejgħ u l-wiri ta’ oġġetti tal-ikel ħajjin, bħal pereżempju apparat refriġeranti għall-bejgħ u l-wiri ta’ ħut u frott tal-baħar ħaj, u akkwarji u tankijiet refriġerati;

    (c) 

    friġġijiet għall-insalata (saladettes);

    (d) 

    kabinetti orizzontali b’bank biex jisserva l-ikel (horizontal serve-over counters) bi ħżin integrat, iddisinjati biex jaħdmu f’temperaturi operattivi mkessħa;

    ▼M1

    (e) 

    kabinetti għar-rokna/ittundjati u karusell;

    ▼B

    (f) 

    magni tal-bejgħ maħsuba biex jaħdmu f’temperaturi tal-friża operattivi;

    (g) 

    kabinetti orizzontali b’bank biex jisserva l-ħut, bil-frak tas-silġ.

    Artikolu 2

    Definizzjonijiet

    Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

    1. 

    “apparat refriġeranti b’funzjoni ta’ bejgħ dirett” tfisser kabinett iżolat, b’kompartiment wieħed jew aktar li huma kkontrollati f’temperaturi speċifiċi, imkessaħ bil-konvezzjoni naturali jew sfurzata b’mezz wieħed jew aktar ta’ konsum tal-enerġija u li huwa maħsub għall-wiri u l-bejgħ lill-klijenti ta’ oġġetti tal-ikel u oġġetti oħra, bi jew mingħajr servizz assistit, b’temperaturi speċifiċi aktar baxxi mit-temperatura ambjentali, aċċessibbli direttament permezz ta’ ġnub miftuħa jew permezz ta’ bieba waħda jew aktar, jew it-tnejn, u/jew kxaxen, inkluż apparat refriġeranti b’funzjoni ta’ bejgħ dirett b’partijiet użati għall-ħżin ta’ oġġetti tal-ikel u oġġetti oħra mhux aċċessibbli mill-klijienti, bl-esklużjoni tal-minibars u tal-apparat għall-ħżin tal-inbid;

    2. 

    “oġġetti tal-ikel” tfisser ikel, ingredjenti, xorb inkluż inbid u oġġetti oħra użati primarjament għall-konsum li jirrikjedu refriġerazzjoni f’temperaturi speċifikati;

    3. 

    “unità ta’ kondensazzjoni” tfisser prodott li jinkludi tal-anqas kompressur wieħed li jaħdem bl-elettriku u kondensatur wieħed li kapaċi jkessaħ u b’mod kontinwu jżomm temperatura baxxa jew medja f’apparat jew sistema ta’ refriġerazzjoni, li juża ċiklu ta’ kompressjoni tal-fwar ladarba jkun imqabbad ma’ evaporatur u ma’ tagħmir ta’ espansjoni, kif definit fir-Regolament (UE) 2015/1095;

    4. 

    “kabinett remot” tfisser apparat refriġeranti b’funzjoni ta’ bejgħ dirett li jikkonsisti minn assemblaġġ ta’ komponenti tal-fabbrika li sabiex jiffunzjona bħala apparat refriġeranti b’funzjoni ta’ bejgħ dirett irid ikun imqabbad ukoll ma’ komponenti remoti (unità ta’ kondensazzjoni u/jew kumpressur u/jew unità ta’ kondensazzjoni tal-ilma) li mhumiex parti integrali mill-kabinett;

    5. 

    “apparat refriġeranti b’funzjoni ta’ bejgħ dirett li jwettaq l-ipproċessar ta’ ikel” tfisser apparat refriġeranti b’funzjoni ta’ bejgħ dirett li huwa ttestjat b’mod speċifiku u approvat għat-twettiq ta’ pproċessar tal-ikel, bħall-magni tal-ġelat, magni tal-bejgħ awtomatiċi refriġerati mgħammra b’microwave, jew magni li jipproduċu s-silġ; dan ma jinkludix apparat refriġeranti b’funzjoni ta’ bejgħ dirett mgħammar b’kompartiment wieħed iddisinjat b’mod speċifiku għat-twettiq ta’ pproċessar tal-ikel, li jkun ekwivalenti għal inqas minn 20 % tal-volum nett totali tal-apparat;

    6. 

    “volum nett” tfisser il-parti tal-volum gross ta’ kwalunkwe kompartiment li jkun baqa’ wara li jitnaqqas il-volum tal-komponenti u tal-ispazji li ma jistgħux jintużaw għall-ħżin jew il-wiri ta’ oġġetti tal-ikel u oġġetti oħra, f’deċimetri kubi (dm3) jew f’litri (L);

    7. 

    “volum gross” tfisser il-volum ġewwa l-kisjiet interni tal-kompartiment, mingħajr aċċessorji interni u bil-bibien jew l-għotjien magħluqa, f’deċimetri kubi (dm3) jew f’litri (L);

    8. 

    “ittestjat u approvat b’mod speċifiku” tfisser li l-prodott huwa konformi mar-rekwiżiti kollha li ġejjin:

    (a) 

    ġie ddisinjat u ttestjat b’mod speċifiku għall-kundizzjoni jew l-applikazzjoni operattiva msemmija, skont il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni msemmija jew l-atti relatati, skont il-leġiżlazzjoni rilevanti tal-Istati Membri, u/jew skont l-istandards Ewropej jew internazzjonali rilevanti;

    (b) 

    huwa akkumpanjat minn evidenza, li trid tiġi inkluża fid-dokumentazzjoni teknika, fil-forma ta’ ċertifikat, marka ta’ approvazzjoni tat-tip jew rapport tat-test, li turi li l-prodott ġie approvat b’mod speċifiku għall-kundizzjoni jew l-applikazzjoni operattiva msemmija;

    (c) 

    jitqiegħed fis-suq b’mod speċifiku għall-kundizzjoni jew l-applikazzjoni operattiva msemmija, kif evidenzjat tal-anqas mid-dokumentazzjoni teknika, mill-informazzjoni pprovduta għall-prodott u minn kwalunkwe materjal ta’ reklamar, ta’ informazzjoni jew ta’ kummerċjalizzazzjoni;

    9. 

    “apparat għall-ħżin tal-inbid” tfisser apparat refriġeranti b’tip wieħed biss ta’ kompartiment għall-ħżin tal-inbid, b’kontroll preċiż tat-temperatura għall-kundizzjonijiet ta’ ħżin u tat-temperatura mira, u mgħammar b’mezzi kontra l-vibrazzjonijiet kif definit fir-Regolament (UE) 2019/2019;

    10. 

    “kompartiment” tfisser spazju magħluq f’apparat refriġeranti b’funzjoni ta’ bejgħ dirett, li jkun direttament aċċessibbli minn bieba esterna waħda jew aktar u li jkun diviż minn subkompartiment ieħor/subkompartimenti oħra permezz ta’ diviżjoni, kontenitur jew kostruzzjoni simili, u li hu stess jista’ jkun diviż f’subkompartimenti. Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, sakemm ma jiġix speċifikat mod ieħor, “kompartiment” tirreferi kemm għall-kompartimenti kif ukoll għas-subkompartimenti;

    11. 

    “bieba esterna” hija l-parti tal-apparat refriġeranti b’funzjoni ta’ bejgħ dirett li tista’ tiġi spostjata jew titneħħa biex tal-inqas tippermetti li t-tagħbija tiddaħħal minn barra għal ġewwa jew li t-tagħbija tinħareġ minn ġewwa għal barra tal-apparat refriġeranti b’funzjoni ta’ bejgħ dirett;

    12. 

    “subkompartiment” tfisser spazju magħluq f’kompartiment, li jkollu medda tat-temperatura operattiva differenti minn dik tal-kompartiment li jifforma parti minnu;

    13. 

    “minibar” tfisser apparat refriġeranti b’volum totali ta’ mhux aktar minn 60 litru, maħsub primarjament għall-ħżin u l-bejgħ ta’ oġġetti tal-ikel fi kmamar ta’ lukandi u ta’ stabbilimenti simili, kif definit fir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2019/2019;

    14. 

    “magna tal-bejgħ awtomatika b’unitajiet tal-wiri ċilindriċi refriġerati” tfisser magna tal-bejgħ awtomatika refriġerata b’ċilindri li jduru, kull wieħed minnhom maqsum f’diviżjonijiet, li fihom l-oġġetti tal-ikel u oġġetti oħra jitqiegħdu fuq superfiċje orizzontali, u li minnhom il-prodotti jittieħdu minn bibien individwali għall-konsenja;

    15. 

    “magna tal-bejgħ awtomatika refriġerata” tfisser apparat refriġeranti b’funzjoni ta’ bejgħ dirett iddisinjat biex jaċċetta ħlas jew tokens mill-konsumaturi u li jiddistribwixxi oġġetti tal-ikel jew oġġetti oħra mkessħin mingħajr intervent fuq il-post;

    16. 

    “saladette” tfisser apparat refriġeranti b’funzjoni ta’ bejgħ dirett b’bieba waħda jew aktar jew b’kexxun wieħed jew aktar vertikali b’fetħiet fil-wiċċ ta’ fuq li minnhom jistgħu jiddaħħlu temporanjament kontenituri għall-ħżin b’aċċess faċli ta’ oġġetti tal-ikel bħal ingredjenti għall-mili tal-pizez jew oġġetti tal-ikel għal mal-insalata;

    17. 

    “kabinett orizzontali b’bank għall-qadi bi ħżin integrat” (horizontal serve-over counter with integrated storage) tfisser kabinett orizzontali għal servizz b’assistenza, li jinkludi ħżin refriġerat ta’ mill-inqas 100 litru (L) għal kull metru (m) ta’ tul u li normalment jitqiegħed fil-bażi tal-bank għall-qadi;

    18. 

    “kabinett orizzontali” tfisser apparat refriġeranti b’funzjoni ta’ bejgħ dirett b’żona orizzontali għall-wiri, li jinfetaħ minn fuq u huwa aċċessibbli min-naħa ta’ fuq;

    19. 

    “temperatura operattiva mkessħa” tfisser temperatura bejn -3,5 gradi Celsius (°C) u 15-il grad Celsius (°C) għal apparat mgħammar b’sistemi ta’ ġestjoni tal-enerġija għall-iffrankar tal-enerġija u bejn -3,5 gradi Celsius (°C) u 10 gradi Celsius (°C) għal apparat mhux mgħammar b’sistemi ta’ ġestjoni tal-enerġija għall-iffrankar tal-enerġija;

    20. 

    “temperatura tat-tħaddim” tfisser it-temperatura ta’ referenza ġewwa l-kompartiment waqt l-ittestjar;

    ▼M1

    21. 

    “kabinett għar-rokna/ittundjat” tfisser apparat refriġeranti b’funzjoni ta’ bejgħ dirett li jintuża sabiex tinkiseb kontinwità ġeometrika bejn żewġ kabinetti lineari li jinsabu f’angolu ma’ xulxin u/jew li jifformaw kurva. Kabinett għar-rokna/ittundjat ma għandux assi lonġitudinali jew tul rikonoxxibbli peress li jikkonsisti biss f’forma ta’ mili (feles jew simili) u mhuwiex iddisinjat biex jiffunzjona bħala unità refriġerata awtonoma. Iż-żewġt itruf tal-kabinett għar-rokna/ittundjat huma inklinati f’angolu ta’ bejn 30° u 90°;

    ▼B

    22. 

    “temperatura tal-friża operattiva” tfisser temperatura taħt -12-il grad Celsius (°C);

    23. 

    “kabinett orizzontali b’bank biex jisserva l-ħut, bil-frak tas-silġ” tfisser kabinett orizzontali għal servizz b’assistenza, iddisinjat u kkummerċjalizzat b’mod speċifiku għall-wiri ta’ ħut frisk. Huwa kkaratterizzat mill-preżenza, fuq il-wiċċ ta’ fuq tiegħu, ta’ saff frak tas-silġ li jintuża biex it-temperatura tal-ħut tinżamm kostanti, u mill-preżenza ta’ fetħa għall-iskular;

    24. 

    “mudell ekwivalenti” tfisser mudell bl-istess karatteristiċi tekniċi rilevanti għall-informazzjoni teknika li trid tingħata, iżda li jitqiegħed fis-suq jew jitqiegħed fis-servizz mill-istess manifattur, importatur jew rappreżentant awtorizzat bħal mudell ieħor b’identifikatur differenti tal-mudell;

    25. 

    “identifikatur tal-mudell” tfisser il-kodiċi, ġeneralment alfanumeriku, li jiddistingwi mudell speċifiku ta’ prodott minn mudelli oħrajn bl-istess trademark jew bl-istess isem tal-manifattur, tal-importatur jew tar-rappreżentant awtorizzat;

    26. 

    “bażi tad-data tal-prodotti” tfisser ġabra ta’ data li tikkonċerna l-prodotti, li tkun organizzata b’mod sistematiku u li tikkonsisti minn parti pubblika orjentata lejn il-konsumaturi, fejn l-informazzjoni li tikkonċerna l-parametri tal-prodotti individwali tkun aċċessibbli b’mezzi elettroniċi, portal online għall-aċċessibbiltà u parti dwar il-konformità, b’rekwiżiti ta’ aċċessibbiltà u ta’ sigurtà speċifikati b’mod ċar, kif imsemmi fir-Regolament (UE) 2017/1369 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 1 );

    27. 

    “cooler tax-xarbiet” tfisser apparat refriġeranti b’funzjoni ta’ bejgħ dirett iddisinjat biex ikessaħ, b’veloċità speċifika, xarbiet ippakkjati li ma jiskadux mgħobbija f’temperatura ambjentali, għall-bejgħ f’temperaturi speċifikati taħt it-temperatura ambjentali. Cooler tax-xarbiet jippermetti aċċess għax-xarbiet direttament permezz ta’ ġnub miftuħa jew permezz ta’ bieba, kexxun wieħed jew aktar jew it-tnejn. It-temperatura ġewwa l-cooler tista’ togħla matul perjodi ta’ nuqqas ta’ domanda, għall-fini ta’ ffrankar tal-enerġija, minħabba n-natura tax-xarbiet li ma jiskadux;

    28. 

    “indiċi tal-effiċjenza enerġetika” (EEI) tfisser numru tal-indiċi għall-effiċjenza enerġetika relattiva ta’ apparat refriġeranti b’funzjoni ta’ bejgħ dirett espress bħala perċentwali, ikkalkulat skont il-punt 2 tal-Anness III;

    ▼M1

    29. 

    “kabinett karusell” tfisser kabinett tas-supermarket tond/ċirkolari, li jista’ jiġi installat bħala unità awtonoma jew bħala unità li tgħaqqad żewġ kabinetti lineari tas-supermarket. Il-kabinetti karusell jistgħu jkunu mgħammra wkoll b’sistema ta’ tidwir li tagħmel viżibbli l-vetrina tal-oġġetti tal-ikel fi 360°;

    30. 

    “kabinett tas-supermarket” tfisser apparat refriġeranti b’funzjoni ta’ bejgħ dirett maħsub għall-bejgħ u għall-wiri ta’ oġġetti tal-ikel u ta’ oġġetti oħra f’applikazzjonijiet ta’ bejgħ bl-imnut, bħal fis-supermarkets. oolers tax-xarbiet, magni tal-bejgħ awtomatiċi refriġerati, kabinetti għall-wiri u għall-bejgħ tal-ġelat u freezers tal-ġelat mhumiex meqjusa bħala kabinetti tas-supermarkets.

    ▼B

    Fl-Anness I qed jingħataw iktar definizzjonijiet għall-finijiet tal-Annessi.

    Artikolu 3

    Rekwiżiti tal-ekodisinn

    Ir-rekwiżiti tal-ekodisinn stabbiliti fl-Anness II għandhom japplikaw mid-dati indikati fih.

    Artikolu 4

    Valutazzjoni tal-konformità

    1.  
    Il-proċedura tal-valutazzjoni tal-konformità msemmija fl-Artikolu 8 tad-Direttiva 2009/125/KE għandha tkun is-sistema tal-kontroll intern tad-disinn stabbilita fl-Anness IV ta’ dik id-Direttiva jew is-sistema tal-ġestjoni stabbilita fl-Anness V ta’ dik id-Direttiva.
    2.  
    Għall-finijiet tal-valutazzjoni tal-konformità skont l-Artikolu 8 tad-Direttiva 2009/125/KE, id-dokumentazzjoni teknika għandha tinkludi kopja tal-informazzjoni dwar il-prodott ipprovduta skont il-punt 3 tal-Anness II, u d-dettalji u r-riżultati tal-kalkoli stipulati fl-Anness III ta’ dan ir-Regolament.
    3.  

    Meta l-informazzjoni inkluża fid-dokumentazzjoni teknika għal mudell partikolari tkun inkisbet:

    (a) 

    minn mudell li jkollu l-istess karatteristiċi tekniċi rilevanti għall-informazzjoni teknika li għandha tiġi pprovduta iżda huwa mudell prodott minn manifattur differenti; jew

    (b) 

    permezz ta’ kalkolu abbażi ta’ disinn jew estrapolazzjoni minn mudell ieħor tal-istess manifattur jew ta’ manifattur differenti; jew it-tnejn li huma,

    id-dokumentazzjoni teknika għandha tinkludi d-dettalji ta’ tali kalkolu, il-valutazzjoni mwettqa mill-manifattur biex tiġi vverifikata l-preċiżjoni tal-kalkolu u, fejn xieraq, id-dikjarazzjoni ta’ identità bejn il-mudelli ta’ manifatturi differenti.

    Id-dokumentazzjoni teknika għandha tinkludi lista tal-mudelli ekwivalenti kollha, inkluż l-identifikaturi tal-mudell.

    4.  
    Id-dokumentazzjoni teknika għandha tinkludi l-informazzjoni fl-ordni u kif stabbilit fl-Anness VI tar-Regolament (UE) 2019/2018. Bl-eċċezzjoni tal-prodotti msemmija fil-punt 3 tal-Artikolu 1, għall-finijiet tas-sorveljanza tas-suq, il-manifatturi, l-importaturi jew ir-rappreżentanti awtorizzati jistgħu, mingħajr preġudizzju għall-punt 2(g) tal-Anness IV tad-Direttiva 2009/125/KE, jirreferu għad-dokumentazzjoni teknika mtella’ fil-bażi tad-data tal-prodotti li fiha l-istess tagħrif stipulat fir-Regolament (UE) 2019/2018.

    Artikolu 5

    Proċedura ta’ verifika għall-finijiet tas-sorveljanza tas-suq

    L-Istati Membri għandhom japplikaw il-proċedura ta’ verifika stabbilita fl-Anness IV meta jwettqu l-kontrolli tas-sorveljanza tas-suq imsemmija fil-punt 2 tal-Artikolu 3 tad-Direttiva 2009/125/KE.

    Artikolu 6

    Ċirkomvenzjoni u aġġornamenti tas-software

    Il-manifattur, l-importatur jew ir-rappreżentant awtorizzat ma għandhomx iqiegħdu prodotti fis-suq li huma ddisinjati biex ikunu kapaċi jindunaw li qed jiġu ttestjati (eż. billi jagħrfu l-kundizzjonijiet tat-test jew taċ-ċiklu tat-test), u biex jirreaġixxu b’mod speċifiku billi jbiddlu awtomatikament il-prestazzjoni tagħhom matul it-test ħalli jintlaħaq livell aktar favorevoli għal kull wieħed mill-parametri ddikjarat mill-manifattur jew mill-importatur jew mir-rappreżentant awtorizzat fid-dokumentazzjoni teknika jew inkluż fi xi dokumentazzjoni pprovduta.

    Il-konsum tal-enerġija tal-prodott u l-parametri ddikjarati l-oħra kollha ma għandhomx jiddeterjoraw wara aġġornament tas-software jew tal-firmware meta dan jitkejjel bl-istess standard tat-test użat oriġinarjament għad-dikjarazzjoni tal-konformità, ħlief bil-kunsens espliċitu tal-utent aħħari qabel l-aġġornament. Ma għandha sseħħ l-ebda bidla fil-prestazzjoni bħala riżultat ta’ rifjut ta’ aġġornament.

    Aġġornament ta’ software qatt ma għandu jħalli l-effett li jbiddel il-prestazzjoni tal-prodott b’mod li ma jkunx konformi mar-rekwiżiti tal-ekodisinn applikabbli għad-dikjarazzjoni tal-konformità.

    Artikolu 7

    Parametri referenzjarji

    Il-parametri referenzjarji għall-prodotti u teknoloġiji bl-aqwa prestazzjoni li jkunu disponibbli fis-suq fiż-żmien tal-adozzjoni ta’ dan ir-Regolament huma stipulati fl-Anness V.

    Artikolu 8

    Rieżami

    Il-Kummissjoni għandha twettaq rieżami ta’ dan ir-Regolament fid-dawl tal-progress teknoloġiku u tippreżenta r-riżultati ta’ din il-valutazzjoni, inkluż, jekk ikun xieraq, abbozz ta’ proposta għal reviżjoni lill-Forum Konsultattiv mhux aktar tard mill-25 ta' Diċembru 2023.

    Dan ir-rieżami għandu, fost affarijiet oħra, jivvaluta:

    (a) 

    il-livell tar-rekwiżiti tal-indiċi tal-effiċjenza enerġetika;

    (b) 

    kemm hu adegwat li ssir modifika tal-formula tal-EEI, inklużi l-parametri ta’ mmudellar u l-fatturi ta’ korrezzjoni;

    (c) 

    kemm hu adegwat li ssir segmentazzjoni ulterjuri tal-kategoriji tal-prodotti;

    (d) 

    kemm hu adegwat li jiġu stabbiliti rekwiżiti addizzjonali dwar l-effiċjenza fir-riżorsi skont il-prinċipji tal-ekonomija ċirkolari, inkluż jekk għandhomx jiġu inklużi aktar spare parts;

    (e) 

    kemm hu adegwat li jiġu stabbiliti rekwiżiti tal-effiċjenza enerġetika u rekwiżiti ta’ informazzjoni addizzjonali għal saladettes, kabinetti orizzontali b’bank biex jisserva l-ikel bi ħżin integrat li jaħdmu f’temperaturi operattivi mkessħa, kabinetti tal-kantuniera, magni tal-bejgħ awtomatiċi iddisinjati biex jaħdmu f’temperatura tal-friża operattiva u kabinetti orizzontali b’bank biex jisserva l-ħut bil-frak tas-silġ;

    (f) 

    kemm hu adegwat li wieħed jibbaża [l-volum ekwivalenti] ta’ cooler tax-xarbiet fuq il-volum nett, minflok fuq il-volum gross;

    (g) 

    kemm hu adegwat li tiġi introdotta formula tal-EEI għall-kabinetti tas-supermarkets abbażi tal-volum nett, minflok fuq l-erja totali tal-wiri;

    (h) 

    il-livell tat-tolleranzi.

    Artikolu 9

    Dħul fis-seħħ u applikazzjoni

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Għandu japplika mill-1 ta’ Marzu 2021.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.




    ANNESS I

    Definizzjonijiet applikabbli għall-Annessi

    Għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

    (1) 

    “spare part” tfisser parti separata li tista’ tissostitwixxi parti bl-istess funzjoni jew funzjoni simili fi prodott;

    (2) 

    “sewwej professjonali” tfisser operatur jew impriża li tipprovdi servizzi professjonali ta’ tiswija u manutenzjoni ta’ apparat refriġeranti b’funzjoni ta’ bejgħ dirett;

    (3) 

    “gasket ta’ bieba” tfisser siġill mekkaniku li jimla l-ispazju bejn il-bieba u l-kabinett tal-apparat refriġeranti b’funzjoni ta’ bejgħ dirett biex tiġi evitata tnixxija mill-kabinett lejn l-arja esterna;

    (4) 

    “pannell iżolanti bil-vakwu” (VIP) tfisser pannell iżolanti li jikkonsisti minn materjal sod u poruż ħafna miksi b’envelop irqiq estern li ma jippermettix li jidħlu gassijiet, li minnu jinġibdu ’l barra l-gassijiet u li jkun issiġillat biex il-gassijiet esterni ma jidħlux fil-pannell;

    (5) 

    “freezer tal-ġelat” tfisser kabinett orizzontali maħsub għall-ħżin u/jew il-wiri u għall-bejgħ ta’ ġelat ippakkjat minn qabel, fejn l-aċċess mill-konsumatur għall-ġelat ippakkjat minn qabel jinkiseb billi jinfetaħ għatu mhux trasparenti jew trasparenti minn fuq, b’volum nett ta’ ≤ 600 litru (L) u, fil-każ biss ta’ freezers tal-ġelat b’għatu trasparenti, b’volum nett diviż bl-erja totali tal-wiri ≥ 0,35 metru (m);

    (6) 

    “għatu trasparenti” tfisser bieba magħmula minn materjal trasparenti li jkopri mill-inqas 75 % tas-superfiċje tal-bieba, u li jippermetti lill-utent aħħari jara l-oġġetti minnu;

    (7) 

    “erja totali tal-wiri (TDA)” tfisser l-erja viżibbli totali tal-oġġetti tal-ikel u ta’ oġġetti oħra, inkluża ż-żona viżibbli minn ġol-ħġieġ, definita mill-ammont totali tal-erji tas-superfiċje projettati tal-volum nett, espressa f’metri kwadri (m2);

    (8) 

    “garanzija” tfisser kwalunkwe impenn li jagħmel il-bejjiegħ bl-imnut jew il-manifattur, l-importatur jew ir-rappreżentant awtorizzat lill-konsumatur biex:

    (a) 

    jiġi rimborżat il-prezz imħallas; jew

    (b) 

    jissostitwixxi, isewwi jew jimmaniġġja apparat refriġeranti b’funzjoni ta’ bejgħ dirett fi kwalunkwe mod jekk dan ma jissodisfax l-ispeċifikazzjonijiet stipulati fid-dikjarazzjoni tal-garanzija jew fir-reklamar rilevanti;

    (9) 

    “kabinett għall-wiri u l-bejgħ tal-ġelat” tfisser apparat refriġeranti b’funzjoni ta’ bejgħ dirett li fih il-ġelat jista’ jinħażen, jintwera u jiġi servut f’porzjonijiet, fi ħdan limiti tat-temperatura preskritti, kif stabbilit fit-Tabella 5 tal-Anness III;

    (10) 

    “konsum tal-enerġija annwali” (AE) tfisser il-konsum tal-enerġija kuljum medju mmultiplikat bi 365 (jiem fis-sena), espress bħala kilowatt-siegħa fis-sena (kWh/a), ikkalkulat skont il-punt 2(b) tal-Anness III;

    (11) 

    “konsum tal-enerġija kuljum” (Edaily ) tfisser l-elettriku li jintuża minn apparat refriġeranti b’funzjoni ta’ bejgħ dirett f’24 siegħa fil-kundizzjonijiet ta’ referenza, espress f’kilowatt-siegħa kull jum (kWh/24h);

    (12) 

    “konsum tal-enerġija annwali standard” (SAE) tfisser il-konsum tal-enerġija annwali ta’ referenza ta’ apparat refriġeranti b’funzjoni ta’ bejgħ dirett espress bħala kilowatt-siegħa fis-sena (kWh/a), ikkalkulat skont il-punt 2(c) tal-Anness III;

    (13) 

    “M” u “N” ifissru parametri ta’ mmudellar li jqisu l-erja totali tal-wiri jew id-dipendenza tal-konsum tal-enerġija fuq il-volum, bil-valuri kif stabbilit fit-Tabella 4 tal-Anness III;

    (14) 

    “koeffiċjent tat-temperatura” (C) tfisser fattur ta’ korrezzjoni li jirrappreżenta d-differenza fit-temperatura operattiva;

    (15) 

    “fattur tal-klassi klimatika” (CC) tfisser fattur ta’ korrezzjoni li jirrappreżenta d-differenza fil-kundizzjonijiet ambjentali li għalihom huwa ddisinjat l-apparat refriġeranti;

    (16) 

    “P” tfisser fattur ta’ korrezzjoni li jirrappreżenta d-differenzi bejn kabinetti integrali u remoti;

    (17) 

    “kabinett integrali” tfisser apparat refriġeranti b’funzjoni ta’ bejgħ dirett li għandu sistema ta’ refriġerazzjoni integrata li tinkorpora kumpressur u unità ta’ kondensazzjoni;

    (18) 

    “friġġ” tfisser apparat refriġeranti b’funzjoni ta’ bejgħ dirett li jżomm it-temperatura tal-prodotti maħżuna fil-kabinett f’temperatura operattiva mkessħa fuq bażi kontinwa;

    (19) 

    “freezer” tfisser apparat refriġeranti b’funzjoni ta’ bejgħ dirett li jżomm it-temperatura tal-prodotti maħżuna fil-kabinett f’temperatura tal-friża operattiva fuq bażi kontinwa;

    (20) 

    “kabinett vertikali” tfisser apparat refriġeranti b’funzjoni ta’ bejgħ dirett b’żona ta’ wiri vertikali jew inklinata li tinfetaħ minn quddiem;

    (21) 

    “kabinett ikkombinat” tfisser apparat refriġeranti b’funzjoni ta’ bejgħ dirett li jgħaqqad flimkien id-direzzjonijiet tal-wiri u tal-ftuħ minn kabinett vertikali u kabinett orizzontali;

    ▼M1

    (22) 

    “valuri ddikjarati” tfisser il-valuri pprovduti mill-manifattur, mill-importatur jew mir-rappreżentant awtorizzat għall-parametri tekniċi ddikjarati, ikkalkolati jew imkejla f’konformità mal-Artikolu 4, għall-verifika tal-konformità mill-awtoritajiet tal-Istati Membri;

    ▼B

    (23) 

    “kabinett roll-in” tfisser kabinett tas-supermarket li jippermetti li l-oġġetti fih jintwerew direttament fuq il-palits jew ir-rombli tagħhom stess, fejn dawn jistgħu jiddaħħlu ġewwa billi wieħed jgħolli, imexxi jew ineħħi l-parti ta’ quddiem tan-naħa t’isfel, fejn din tkun installata;

    (24) 

    “pakkett-M” tfisser pakkett ta’ ttestjar mgħammar b’apparat għall-kejl tat-temperatura;

    (25) 

    “magna tal-bejgħ awtomatika b’diversi temperaturi” tfisser magna tal-bejgħ awtomatika refriġerata li tkun tinkludi mill-inqas żewġ kompartimenti b’temperaturi operattivi differenti.




    ANNESS II

    Rekwiżiti tal-ekodisinn

    1.   Rekwiżiti tal-effiċjenza enerġetika:

    (a) 

    Mill-1 ta’ Marzu 2021, l-EEI tal-apparat refriġeranti b’funzjoni ta’ bejgħ dirett ma għandux ikun ogħla mill-valuri stabbiliti fit-Tabella 1.



    Tabella 1

    EEI massimu għall-apparat refriġeranti b’funzjoni ta’ bejgħ dirett, espress f’%

     

    EEI

    Freezers tal-ġelat

    80

    L-apparat refriġeranti kollu l-ieħor b’funzjoni ta’ bejgħ dirett

    100

    (b) 

    Mill-1 ta’ Settembru 2023, l-EEI tal-apparat refriġeranti b’funzjoni ta’ bejgħ dirett ma għandux ikun ogħla mill-valuri stabbiliti fit-Tabella 2, ħlief għall-magni tal-bejgħ awtomatiċi b’unitajiet tal-wiri ċilindriċi refriġerati.



    Tabella 2

    EEI massimu għall-apparat refriġeranti b’funzjoni ta’ bejgħ dirett, espress f’%

     

    EEI

    Freezers tal-ġelat

    50

    L-apparat refriġeranti b’funzjoni ta’ bejgħ dirett l-ieħor kollu, ħlief magni tal-bejgħ awtomatiċi b’unitajiet tal-wiri ċilindriċi refriġerati

    80

    2.   Rekwiżiti tal-effiċjenza fir-riżorsi:

    Mill-1 ta’ Marzu 2021, l-apparat refriġeranti b’funzjoni ta’ bejgħ dirett għandu jissodisfa r-rekwiżiti li ġejjin:

    (a) 

    Id-disponibbiltà tal-ispare parts

    (1) 

    Il-manifatturi, l-importaturi jew ir-rappreżentanti awtorizzati ta’ apparat refriġeranti b’funzjoni ta’ bejgħ dirett għandhom jagħmlu disponibbli mill-inqas dawn l-ispare parts għas-sewwejja professjonali:

    — 
    termostati;
    — 
    relays tal-istartjar;
    — 
    reżisters għat-tisħin għall-prevenzjoni tal-ġlata;
    — 
    sensuri tat-temperatura;
    — 
    software u firmware, inkluż software għar-risettjar;
    — 
    ċirkwiti stampati; u
    — 
    sorsi tad-dawl;

    għal perjodu minimu ta’ tmien snin wara t-tqegħid fis-suq tal-aħħar unità tal-mudell.

    (2) 

    Il-manifatturi, l-importaturi jew ir-rappreżentanti awtorizzati ta’ apparat refriġeranti b’funzjoni ta’ bejgħ dirett għandhom jagħmlu disponibbli mill-inqas dawn l-ispare parts għas-sewwejja professjonali u għall-utenti finali:

    — 
    manki tal-bibien u ċpiepet tal-bibien;
    — 
    knobs, dials u buttuni;
    — 
    gaskits tal-bibien; u
    — 
    trejs, qfief u xkafef periferali għall-ħżin;

    għal perjodu minimu ta’ tmien snin wara t-tqegħid fis-suq tal-aħħar unità tal-mudell.

    (3) 

    Il-manifatturi, l-importaturi jew ir-rappreżentanti awtorizzati ta’ apparat refriġeranti b’funzjoni ta’ bejgħ dirett għandhom jiżguraw li l-ispare parts imsemmija fil-punti (1) u (2) ikunu jistgħu jinbidlu bl-użu ta’ għodod faċilment disponibbli, u mingħajr ma ssir ħsara permanenti lill-apparat.

    (4) 

    Il-lista tal-ispare parts ikkonċernati mill-punt (1) u l-proċedura biex dawn jiġu ordnati għandhom ikunu disponibbli għall-pubbliku fuq is-sit web tal-aċċess liberu tal-manifattur, tal-importatur jew tar-rappreżentant awtorizzat, minn tal-anqas sentejn wara t-tqegħid fis-suq tal-ewwel unità ta’ mudell u sa tmiem il-perjodu ta’ disponibbiltà ta’ dawn l-ispare parts.

    (5) 

    Il-lista tal-ispare parts ikkonċernati mill-punt (2), u l-proċedura għall-ordni tagħhom u l-istruzzjonijiet għat-tiswija għandhom ikunu disponibbli għall-pubbliku fuq is-sit web b’aċċess bla ħlas tal-manifattur, l-importatur jew ir-rappreżentant awtorizzat, fil-ħin tat-tqegħid fis-suq tal-ewwel unità ta’ mudell u sat-tmiem tal-perjodu ta’ disponibbiltà ta’ dawn l-ispare parts.

    (b) 

    Żmien massimu għall-konsenja tal-ispare parts

    Matul il-perjodu msemmi fil-punt (a), il-manifattur, l-importatur jew ir-rappreżentant awtorizzat għandu jiżgura l-konsenja tal-ispare parts għall-apparat refriġeranti b’funzjoni ta’ bejgħ dirett fi żmien 15-il jum tax-xogħol wara l-wasla tal-ordni.

    Fil-każ tal-ispare parts disponibbli ikkonċernati mill-punt a(1), id-disponibbiltà tal-ispare parts tista’ tkun limitata għal sewwejja professjonali reġistrati skont il-punt c(1) u (2).

    (c) 

    L-aċċess għall-informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni

    Wara perjodu ta’ sentejn wara t-tqegħid fis-suq tal-ewwel unità ta’ mudell jew ta’ mudell ekwivalenti, u sa tmiem il-perjodu msemmi f’(a), il-manifattur, l-importatur jew ir-rappreżentant awtorizzat għandu jipprovdi aċċess għall-informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-apparat lis-sewwejja professjonali fil-kundizzjonijiet li ġejjin:

    (1) 

    is-sit web tal-manifattur, l-importatur jew ir-rappreżentant awtorizzat għandu jindika l-proċess li jridu segwu s-sewwejja professjonali biex jirreġistraw għall-aċċess għall-informazzjoni; biex jaċċettaw tali talba, il-manifatturi, l-importaturi jew ir-rappreżentanti awtorizzati jistgħu jitolbu lis-sewwej professjonali juri li:

    (i) 

    is-sewwej professjonali għandu l-kompetenza teknika biex isewwi l-apparat refriġeranti b’funzjoni ta’ bejgħ dirett u li dan huwa konformi mar-regolamenti applikabbli għas-sewwejja tat-tagħmir elettriku fl-Istati Membri fejn jopera. Referenza għal sistema ta’ reġistrazzjoni uffiċjali bħala sewwej professjonali, fejn sistema bħal din tkun teżisti fl-Istati Membri kkonċernati, għandha tiġi aċċettata bħala prova ta’ konformità ma’ dan il-punt;

    (ii) 

    is-sewwej professjonali huwa kopert minn assigurazzjoni li tkopri r-responsabbiltajiet li jirriżultaw mill-attività tiegħu, irrispettivament minn jekk dan huwiex meħtieġ jew le mill-Istat Membru.

    (2) 

    il-manifatturi, l-importaturi jew ir-rappreżentanti awtorizzati għandhom jaċċettaw jew jirrifjutaw ir-reġistrazzjoni fi żmien 5 ijiem tax-xogħol mid-data tat-talba;

    (3) 

    il-manifatturi, l-importaturi jew ir-rappreżentanti awtorizzati jistgħu jitolbu ħlas raġonevoli u proporzjonat għall-aċċess għall-informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni jew biex jibgħatu aġġornamenti regolari. Ħlas jitqies raġonevoli jekk ma jiskoraġġixxix l-aċċess billi jonqos milli jqis il-punt safejn is-sewwej professjonali jagħmel użu mill-informazzjoni.

    Ladarba jiġi rreġistrat, sewwej professjonali għandu jkollu aċċess, fi żmien jum wieħed tax-xogħol wara li jkun talabha, għall-informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni. L-informazzjoni tista’ tiġi pprovduta għal mudell ekwivalenti jew għal mudell tal-istess familja, jekk rilevanti.

    L-informazzjoni disponibbli dwar it-tiswija u l-manutenzjoni għandha tinkludi:

    — 
    l-identifikazzjoni mhux ekwivoka tal-apparat;
    — 
    mappa taż-żarmar jew dijagramma kompożittiva;
    — 
    il-manwal tekniku tal-istruzzjonijiet għat-tiswija;
    — 
    lista tat-tagħmir meħtieġ għat-tiswija u l-ittestjar;
    — 
    l-informazzjoni dwar il-komponenti u informazzjoni dijanjostika (bħal valuri teoretiċi minimi u massimi tal-kejl);
    — 
    dijagrammi deskrittivi tas-sistema tal-wajers u tas-sistema ta’ konnessjoni;
    — 
    kodiċijiet dijanjostiċi tal-ħsara u tal-errur (inklużi kodiċijiet speċifiċi tal-manifattur, fejn applikabbli);
    — 
    struzzjonijiet għall-installazzjoni tas-software u tal-firmware rilevanti, inkluż is-software għar-risettjar; u
    — 
    informazzjoni dwar kif wieħed jaċċessa r-rekords tad-data ta’ inċidenti rrappurtati ta’ ħsara maħżuna fl-apparat refriġeranti b’funzjoni ta’ bejgħ dirett (fejn applikabbli).
    (d) 

    Rekwiżiti għaż-żarmar għall-irkupru u r-riċiklaġġ tal-materjali filwaqt li jiġi evitat it-tniġġis

    (1) 

    Il-manifatturi, l-importaturi jew ir-rappreżentanti awtorizzati għandhom jiżguraw li l-apparat refriġeranti b’funzjoni ta’ bejgħ dirett ikun iddisinjat b’tali mod li l-materjali u l-komponenti msemmija fl-Anness VII tad-Direttiva 2012/19/UE jkunu jistgħu jiġu żarmati bl-użu ta’ għodod faċilment disponibbli.

    (2) 

    Il-manifatturi, l-importaturi jew ir-rappreżentanti awtorizzati għandhom jissodisfaw l-obbligi stabbiliti fil-punt 1 tal-Artikolu 15 tad-Direttiva 2012/19/UE.

    (3) 

    Jekk l-apparat refriġeranti b’funzjoni ta’ bejgħ dirett ikun fih pannelli iżolanti bil-vakwu, l-apparat refriġeranti b’funzjoni ta’ bejgħ dirett għandu jkun immarkat bl-ittri “VIP”.

    3.   Rekwiżiti ta’ informazzjoni:

    Mill-1 ta’ Marzu 2021, il-manwali tal-istruzzjonijiet għall-installaturi u għall-utenti aħħarin, u s-siti web bla ħlas tal-manifatturi, tal-importaturi u tar-rappreżentanti awtorizzati għandhom jinkludu t-tagħrif li ġej:

    (a) 

    l-issettjar tat-temperaturi rrakkomandat f’kull kompartiment għall-preservazzjoni ottimali tal-ikel;

    (b) 

    stima tal-impatt tal-issettjar tat-temperatura fuq il-ħela tal-ikel;

    (c) 

    għal coolers tax-xarbiet: “Dan l-apparat huwa maħsub biex jopera f’ambjenti klimatiċi fejn it-temperatura massima u l-umdità huma [indika l-iktar temperatura sħuna applikabbli tal-cooler tax-xarbiet u l-umdità relattiva applikabbli tal-cooler tax-xarbiet tat-Tabella 7] rispettivament.”;

    (d) 

    għal freezers tal-ġelat: “Dan l-apparat huwa maħsub biex jopera f’ambjenti klimatiċi fejn it-temperatura u l-umdità jvarjaw minn [indika t-temperatura minima applikabbli tat-Tabella 9] sa [indika t-temperatura massima applikabbli tat-Tabella 9] u minn [indika l-umdità minima u relattiva applikabbli tat-Tabella 9] sa [indika l-umdità massima u relattiva applikabbli tat-Tabella 9] rispettivament.”;

    (e) 

    l-istruzzjonijiet għall-installazzjoni u l-manutenzjoni korretti, inkluż it-tindif, tal-apparat refriġeranti b’funzjoni ta’ bejgħ dirett mill-utent aħħari;

    (f) 

    għal kabinetti integrali: “Jekk il-kojl tal-kondensatur ma jiġix imnaddaf [il-frekwenza rakkomandata għat-tindif tal-kojl tal-kondensatur, espressa fi drabi kull sena], l-effiċjenza tal-apparat tonqos b’mod sinifikanti.”;

    (g) 

    aċċess għat-tiswija professjonali bħal siti web, indirizzi, dettalji ta’ kuntatt;

    (h) 

    tagħrif rilevanti għall-ordni ta’ spare parts, direttament jew permezz ta’ kanali oħra pprovduti mill-manifattur, l-importatur jew ir-rappreżentant awtorizzat bħal siti web, indirizzi, dettalji ta’ kuntatt;

    (i) 

    il-perjodu minimu li matulu l-ispare parts, neċessarji għat-tiswija tal-apparat refriġeranti b’funzjoni ta’ bejgħ dirett, ikunu disponibbli;

    (j) 

    id-durata minima tal-garanzija tal-apparat refriġeranti b’funzjoni ta’ bejgħ dirett offruta mill-manifattur, l-importatur jew ir-rappreżentant awtorizzat;

    (k) 

    struzzjonijiet dwar kif tinstab l-informazzjoni dwar il-mudell fil-bażi tad-data tal-prodotti, kif stabbilit fir-Regolament (UE) 2019/2018 permezz ta’ link elettronika li tirreferi għat-tagħrif dwar il-mudell kif irreġistrat fil-bażi tad-data tal-prodotti jew link elettronika li twassal għall-bażi tad-data tal-prodotti u għal informazzjoni dwar kif wieħed isib l-identifikatur tal-mudell fuq il-prodott.




    ANNESS III

    Metodi tal-kejl u kalkoli

    Għall-għanijiet tal-konformità u tal-verifika tal-konformità mar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament, il-kejl u l-kalkoli għandhom isiru billi jintużaw standards armonizzati, jew billi jintużaw metodi oħrajn li jkunu affidabbli, akkurati u riproduċibbli, li jqisu l-metodi l-aktar avvanzati ġeneralment rikonoxxuti u jkunu konformi mad-dispożizzjonijiet li ġejjin stabbiliti hawn taħt. In-numri ta’ referenza ta’ dawn l-istandards armonizzati ġew ippubblikati għal dan il-għan f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    ▼M1

    Meta parametru jiġi ddikjarat skont l-Artikolu 4, il-valur iddikjarat tiegħu għandu jintuża mill-manifattur, mill-importatur jew mir-rappreżentant awtorizzat għall-kalkoli f’dan l-Anness.

    ▼B

    1.   Kundizzjonijiet ġenerali għall-ittestjar:

    (a) 

    il-kundizzjonijiet ambjentali għandhom jikkorrispondu għas-Sett 1, ħlief għall-freezers tal-ġelat u għall-kabinetti għall-wiri u l-bejgħ tal-ġelat, li għandhom jiġu ttestjati f’kundizzjonijiet ambjentali li jikkorrispondu għas-Sett 2, kif stabbilit fit-Tabella 3;

    (b) 

    meta kompartiment jista’ jiġi ssettjat għal temperaturi differenti, għandu jiġi ttestjat fl-aktar temperatura operattiva baxxa;

    (c) 

    magni tal-bejgħ awtomatiċi refriġerati b’kompartimenti b’volumi varjabbli għandhom jiġu ttestjati bil-volum nett tal-kompartiment bl-ogħla temperatura operattiva aġġustata għall-volum nett minimu tiegħu;

    (d) 

    għal coolers tax-xarbiet, il-veloċità speċifika tat-tkessiħ għandha tkun skont nofs il-ħin ta’ rkupru wara tagħbija mill-ġdid.



    Tabella 3

    Kundizzjonijiet ambjentali

     

    Temperatura b’termometru niexef, °C

    Umdità relattiva, %

    Punt tan-nida, °C

    Massa tal-fwar fl-arja niexfa, g/kg

    Sett 1

    25

    60

    16,7

    12,0

    Sett 2

    30

    55

    20,0

    14,8

    2.   Determinazzjoni tal-EEI:

    (a) 

    Għall-apparat refriġeranti b’funzjoni ta’ bejgħ dirett, l-EEI, espress f’% u mqarreb sal-ewwel pożizzjoni deċimali, huwa l-proporzjon tal-AE (f’kWh/a) u l-SAE ta’ referenza (f’kWh/a) u huwa kkalkulat kif ġej:

    EEI = AE/SAE.

    (b) 

    L-AE, espress f’kWh/a, u mqarreb sa żewġ pożizzjonijiet deċimali, jiġi kkalkulat kif ġej:

    AE = 365 × Edaily ;

    fejn:

    — 
    Edaily huwa l-konsum tal-enerġija tal-apparat refriġeranti b’funzjoni ta’ bejgħ dirett fuq perjodu ta’ 24 siegħa, espress f’kWh/24h u mqarreb sat-tielet pożizzjoni deċimali.
    (c) 

    L-SAE huwa espress f’kWh/a u mqarreb sa żewġ pożizzjonijiet deċimali. Għall-apparat refriġeranti b’funzjoni ta’ bejgħ dirett bil-kompartimenti kollha tiegħu bl-istess klassi ta’ temperatura, u għall-magni tal-bejgħ awtomatiċi refriġerati, l-SAE jiġi kkalkulat kif ġej:

    SAE = 365 × P × (M + N × Y) × C.

    Għall-apparat refriġeranti b’funzjoni ta’ bejgħ dirett b’aktar minn kompartiment wieħed bi klassijiet ta’ temperatura differenti, bl-eċċezzjoni ta’ magni tal-bejgħ awtomatiċi refriġerati, l-SAE jiġi kkalkulat kif ġej:

    image

    ;

    fejn:

    (1) 

    “c” huwa n-numru tal-indiċi għal tip ta’ kompartiment u li jvarja minn 1 sa “n”, fejn “n” huwa n-numru totali ta’ tipi ta’ kompartimenti.

    (2) 

    Il-valuri ta’ M u N huma mogħtija fit-Tabella 4.



    Tabella 4

    Valuri M u N

    Kategorija

    Valur għal M

    Valur għal N

    Coolers tax-xarbiet

    2,1

    0,006

    Freezers tal-ġelat

    2,0

    0,009

    Magni tal-bejgħ awtomatiċi refriġerati

    4,1

    0,004

    Kabinetti għall-wiri u l-bejgħ tal-ġelat

    25,0

    30,400

    Kabinetti refriġeranti vertikali u kkombinati tas-supermarkets

    9,1

    9,100

    Kabinetti refriġeranti orizzontali tas-supermarkets

    3,7

    3,500

    Kabinetti freezers vertikali u kkombinati tas-supermarkets

    7,5

    19,300

    Kabinetti freezers orizzontali tas-supermarkets

    4,0

    10,300

    Kabinetti roll-in (mill-1 ta’ Marzu 2021)

    9,2

    11,600

    Kabinetti roll-in (mill-1 ta’ Settembru 2023)

    9,1

    9,100

    (3) 

    Il-valuri ta’ C, il-koeffiċjent tat-temperatura, jingħataw fit-Tabella 5.

    Tabella 5

    Il-kundizzjonijiet tat-temperatura u l-valuri tal-koeffiċjent tat-temperatura korrispondenti, C



    (a)  Kabinetti tas-supermarkets

    Kategorija

    Klassi tat-temperatura

    L-ogħla temperatura tal-aktar pakkett-M sħun (°C)

    L-aktar temperatura baxxa tal-aktar pakkett-M kiesaħ (°C)

    L-ogħla temperatura minima tal-pakketti-M kollha (°C)

    Valur għal C

    Kabinetti refriġeranti vertikali u kkombinati tas-supermarkets

    M2

    ≤ +7

    ≥ –1

    m.a.

    1,00

    H1 u H2

    ≤ +10

    ≥ –1

    m.a.

    0,82

    M1

    ≤ +5

    ≥ –1

    m.a.

    1,15

    Kabinetti refriġeranti orizzontali tas-supermarkets

    M2

    ≤ +7

    ≥ –1

    m.a.

    1,00

    H1 u H2

    ≤ +10

    ≥ –1

    m.a.

    0,92

    M1

    ≤ +5

    ≥ –1

    m.a.

    1,08

    Kabinetti freezers vertikali u kkombinati tas-supermarkets

    L1

    ≤ –15

    m.a.

    ≤ –18

    1,00

    L2

    ≤ –12

    m.a.

    ≤ –18

    0,90

    L3

    ≤ –12

    m.a.

    ≤ –15

    0,90

    Kabinetti freezers orizzontali tas-supermarkets

    L1

    ≤ –15

    m.a.

    ≤ –18

    1,00

    L2

    ≤ –12

    m.a.

    ≤ –18

    0,92

    L3

    ≤ –12

    m.a.

    ≤ –15

    0,92

    ▼M1

    Kabinetti refriġeranti vertikali u kkombinati tas-supermarkets

    M0

    ≤ + 4

    ≥ - 1

    m.a.

    1.30

    Kabinetti refriġeranti orizzontali tas-supermarkets

    M0

    ≤ + 4

    ≥ - 1

    m.a.

    1,13

    ▼B



    (b)  Kabinetti għall-wiri u l-bejgħ tal-ġelat

    Klassi tat-temperatura

    L-ogħla temperatura tal-aktar pakkett-M sħun (°C)

    L-aktar temperatura baxxa tal-aktar pakkett-M kiesaħ (°C)

    L-ogħla temperatura minima tal-pakketti-M kollha (°C)

    Valur għal C

    G1

    -10

    -14

    m.a.

    1,00

    G2

    -10

    -16

    m.a.

    1,00

    G3

    -10

    -18

    m.a.

    1,00

    L1

    -15

    m.a.

    -18

    1,00

    L2

    -12

    m.a.

    -18

    1,00

    L3

    -12

    m.a.

    -15

    1,00

    S

    Klassifikazzjoni speċjali

    1,00



    (c)  Magni tal-bejgħ awtomatiċi refriġerati

    Klassi tat-temperatura (*2)

    Temperatura massima mkejla tal-prodott (TV ) (°C)

    Valur għal C

    Kategorija 1

    7

    1+(12-TV)/25

    Kategorija 2

    12

    Kategorija 3

    3

    Kategorija 4

    (TV1+TV2)/2 (*1)

    Kategorija 6

    (TV1+TV2)/2 (*1)



    (d)  l-apparat refriġeranti kollu l-ieħor b’funzjoni ta’ bejgħ dirett

    Kategorija

    Valur għal C

    Apparat ieħor

    1,00

    (4) 

    Il-koeffiċjent Y jiġi kkalkulat kif ġej:

    (a) 

    għal coolers tax-xarbiet:

    Yc huwa l-volum ekwivalenti tal-kompartimenti tal-cooler tax-xarbiet b’temperatura mira, Tc, (Veqc ), ikkalkulat kif ġej:

    Yc = Veq c = GrossVolumec × ((25 – Tc)/20) × CC;

    fejn Tc hija t-temperatura medja tal-kompartiment u CC huwa l-fattur tal-klassi klimatika. Il-valuri għal Tc huma stabbiliti fit-Tabella 6. Il-valuri għal CC huma stabbiliti fit-Tabella 7.



    Tabella 6

    Klassijiet tat-temperatura u temperaturi medji tal-kompartimenti korrispondenti (Tc) għall-coolers tax-xarbiet

    Klassi tat-temperatura (*)

    Tc (°C)

    K1

    + 3,5

    K2

    + 2,5

    K3

    – 1,0

    K4

    + 5,0



    Tabella 7

    Kundizzjonijiet operattivi u valuri CC korrispondenti għal coolers tax-xarbiet

    L-ogħla temperatura ambjentali (°C)

    Umdità ambjentali relattiva (%)

    CC

    +25

    60

    1,00

    +32

    65

    1,05

    + 40

    75

    1,10

    (b) 

    għal freezers tal-ġelat:

    Yc huwa l-volum ekwivalenti tal-kompartimenti tal-freezer tal-ġelat b’temperatura mira Tc, (Veqc ), ikkalkulat kif ġej:

    Yc = Veq c = NetVolumec × ((12 – Tc)/30) × CC;

    fejn Tc hija t-temperatura medja tal-kompartiment u CC huwa l-fattur tal-klassi klimatika. Il-valuri għal Tc huma stabbiliti fit-Tabella 8. Il-valuri għal CC huma stabbiliti fit-Tabella 9.



    Tabella 8

    Klassijiet tat-temperatura u temperaturi medji tal-kompartimenti korrispondenti (Tc) għall-freezers tal-ġelat

    Klassi tat-temperatura

    Tc (°C)

    L-aktar temperatura sħuna tal-pakkett-M hija aktar kiesħa jew ugwali fit-testijiet kollha (ħlief fit-test tal-ftuħ tal-għatu) (°C)

    Iż-żieda massima permessa fit-temperatura tal-pakkett-M l-aktar sħun waqt it-test tal-ftuħ tal-għatu (°C)

    -18

    2

    -18,0

    -7

    2

    -7,0



    Tabella 9

    Kundizzjonijiet operattivi u valuri CC korrispondenti għal freezers tal-ġelat

     

    Minimu

    Massimu

    CC

    Temperatura ambjentali (°C)

    Umdità ambjentali relattiva (%)

    Temperatura ambjentali (°C)

    Umdità ambjentali relattiva (%)

    Freezer tal-ġelat b’għatu trasparenti

    16

    80

    30

    55

    1,00

    35

    75

    1,10

    40

    40

    1,20

    Freezer tal-ġelat b’għatu mhux trasparenti

    16

    80

    30

    55

    1,00

    35

    75

    1,04

    40

    40

    1,10

    (c) 

    għal magni tal-bejgħ awtomatiċi refriġerati:

    Y huwa l-volum nett tal-magna tal-bejgħ awtomatika refriġerata, li huwa l-ammont totali tal-volumi tal-kompartimenti kollha li fihom jinsabu l-prodotti disponibbli direttament għall-bejgħ u l-volum li minnu jgħaddu l-prodotti matul il-proċess tad-distribuzzjoni, espress f’litri (L) u mqarreb għall-eqreb numru sħiħ.

    (d) 

    għall-apparat refriġeranti kollu l-ieħor b’funzjoni ta’ bejgħ dirett:

    Yc huwa l-ammont totali tat-TDA tal-kompartimenti kollha tal-istess klassi tat-temperatura tal-apparat refriġeranti b’funzjoni ta’ bejgħ dirett, espress f’metri kwadri (m2), u mqarreb sa żewġ pożizzjonijiet deċimali.

    (5) 

    Il-valuri għal P huma stabbiliti fit-Tabella 10.



    Tabella 10

    Valuri P

    Tip ta’ kabinett

    P

    Kabinetti integrali tas-supermarkets

    1,10

    Apparat refriġeranti ieħor b’funzjoni ta’ bejgħ dirett

    1,00




    ANNESS IV

    Proċedura ta’ verifika għall-finijiet tas-sorveljanza tas-suq

    ▼M1

    It-tolleranzi tal-verifika ddefiniti f’dan l-Anness għandhom x’jaqsmu biss mal-verifika mill-awtoritajiet tal-Istati Membri tal-valuri ddikjarati u ma għandhomx jintużaw mill-manifattur, mill-importatur jew mir-rappreżentant awtorizzat bħala tolleranza permessa biex jiġu stabbiliti l-valuri fid-dokumentazzjoni teknika jew biex jiġu interpretati dawn il-valuri ħalli tinkiseb il-konformità jew biex tiġi kkomunikata prestazzjoni aħjar b’xi mod.

    ▼B

    Meta mudell ikun ġie ddisinjat biex ikun kapaċi jinduna li qed jiġi ttestjat (eż. billi jirrikonoxxi l-kundizzjonijiet tat-test jew iċ-ċiklu tat-test), u biex jirreaġixxi b’mod speċifiku billi jbiddel awtomatikament il-prestazzjoni tiegħu matul it-test bl-objettiv li jintlaħaq livell aktar favorevoli għal kull wieħed mill-parametri speċifikati f’dan ir-Regolament jew inklużi fid-dokumentazzjoni teknika jew f’xi dokumentazzjoni pprovduta, il-mudell u l-mudelli ekwivalenti kollha għandhom jitqiesu li mhumiex konformi.

    ►M1  Bħala parti mill-verifika tal-konformità ◄ ta’ mudell tal-prodott mar-rekwiżiti stabbiliti f’dan ir-Regolament skont il-punt 2 tal-Artikolu 3 tad-Direttiva 2009/125/KE, għar-rekwiżiti msemmija f’dan l-Anness, l-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom japplikaw din il-proċedura li ġejja:

    1. 

    L-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom jivverifikaw unità waħda tal-mudell.

    2. 

    Il-mudell għandu jitqies bħala konformi mar-rekwiżiti applikabbli, jekk:

    (a) 

    il-valuri mogħtija fid-dokumentazzjoni teknika skont il-punt 2 tal-Anness IV tad-Direttiva 2009/125/KE (il-valuri dikjarati) u, meta applikabbli, il-valuri użati għall-kalkolu ta’ dawn il-valuri, ma jkunux aktar favorevoli għall-manifattur, l-importatur jew ir-rappreżentant awtorizzat milli jkunu r-riżultati tal-kejl korrispondenti mwettaq skont il-paragrafu (g) tiegħu; u

    (b) 

    il-valuri dikjarati jkunu jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti f’dan ir-Regolament, u kull informazzjoni meħtieġa dwar il-prodott li jippubblikaw il-manifattur, l-importatur jew ir-rappreżentant awtorizzat ma jkunx fiha valuri aktar favorevoli għall-manifattur, l-importatur jew ir-rappreżentant awtorizzat mill-valuri dikjarati; u

    (c) 

    meta l-awtoritajiet tal-Istati Membri jiċċekkjaw l-unità tal-mudell, huma jsibu li l-manifattur, l-importatur jew ir-rappreżentant awtorizzat ikun implimenta sistema li tikkonforma mar-rekwiżiti tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 6; u

    ▼M1

    (d) 

    meta l-awtoritajiet tal-Istati Membri jiċċekkjaw l-unità tal-mudell, din tikkonforma mar-rekwiżiti fit-tielet paragrafu tal-Artikolu 6, mal-effiċjenza fir-riżorsi fil-punt 2 tal-Anness II u mar-rekwiżiti ta’ informazzjoni fil-punt 3 tal-Anness II; kif ukoll

    ▼B

    (e) 

    meta l-awtoritajiet tal-Istati Membri jittestjaw l-unità tal-mudell, il-valuri ddeterminati (il-valuri tal-parametri rilevanti kif imkejla waqt it-testijiet u l-valuri kkalkolati minn dan il-kejl) ikunu konformi mat-tolleranzi tal-verifika rispettivi mogħtija fit-Tabella 11.

    3. 

    Jekk ma jinkisbux ir-riżultati msemmija fil-punti (2)(a), (b), (c) jew (d), il-mudell u l-mudelli ekwivalenti kollha għandhom jitqiesu li mhumiex konformi ma’ dan ir-Regolament.

    4. 

    Jekk ma jinkisibx ir-riżultat imsemmi fil-punt 2(e), l-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom jagħżlu tliet unitajiet oħra tal-istess mudell biex jiġu ttestjati. B’mod alternattiv, it-tliet unitajiet l-oħra magħżula jistgħu jkunu ta’ mudell(i) ekwivalenti.

    5. 

    Il-mudell għandu jitqies konformi mar-rekwiżiti applikabbli jekk, għal dawn it-tliet unitajiet, il-medja aritmetika tal-valuri ddeterminati tkun fi ħdan it-tolleranzi tal-verifika rispettivi mogħtija fit-Tabella 11.

    6. 

    Jekk ma jinkisibx ir-riżultat imsemmi fil-punt 5, il-mudell u l-mudelli ekwivalenti kollha għandhom jitqiesu li mhumiex konformi ma’ dan ir-Regolament.

    ▼M1

    7. 

    L-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom jipprovdu l-informazzjoni rilevanti kollha lill-awtoritajiet tal-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni mingħajr dewmien wara li tittieħed deċiżjoni dwar in-nuqqas ta’ konformità tal-mudell skont il-punti 3, 6 jew it-tieni paragrafu ta’ dan l-Anness.

    ▼B

    L-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom jużaw il-metodi tal-kejl u tal-kalkolu mogħtija fl-Anness III.

    L-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom japplikaw biss it-tolleranzi tal-verifika stabbiliti fit-Tabella 11 u għandhom jużaw biss il-proċedura deskritta fil-punti 1 sa 7 għar-rekwiżiti msemmija f’dan l-Anness. Għall-parametri tat-Tabella 11, ma għandha tiġi applikata l-ebda tolleranza oħra, bħalma huma dawk stabbiliti fi standards armonizzati jew fi kwalunkwe metodu ieħor ta’ kejl.



    Tabella 11

    Tolleranzi tal-verifika

    Parametri

    Tolleranzi tal-verifika

    Il-volum nett, u l-volum nett tal-kompartiment fejn applikabbli

    Il-valur iddeterminat () m’għandux ikun baxx aktar minn 3 % jew minn litru wieħed [1] – jintuża l-ogħla valur – mill-valur iddikjarat.

    Il-volum gross, u l-volum gross tal-kompartiment fejn applikabbli

    Il-valur iddeterminat () m’għandux ikun baxx aktar minn 3 % jew minn litru wieħed [1] – jintuża l-ogħla valur – mill-valur iddikjarat

    It-TDA, u t-TDA tal-kompartiment fejn applikabbli

    Il-valur iddeterminat () m’għandux ikun ogħla mill-valur iddikjarat b’iktar minn 3 %.

    Edaily

    Il-valur iddeterminat () m’għandux ikun ogħla mill-valur iddikjarat b’iktar minn 10 %

    AE

    Il-valur iddeterminat () m’għandux ikun ogħla mill-valur iddikjarat b’iktar minn 10 %.

    (1)   

    fil-każ ta’ tliet unitajiet addizzjonali ttestjati kif preskritt fil-punt 4, il-valur iddeterminat ifisser il-medja aritmetika tal-valuri ddikjarati għal dawn it-tliet unitajiet addizzjonali.




    ANNESS V

    Parametri referenzjarji

    Fiż-żmien id-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, l-aħjar teknoloġija disponibbli fis-suq għall-apparat refriġeranti b’funzjoni ta’ bejgħ dirett f’termini tal-EEI tagħhom ġiet identifikata kif deskritt hawn taħt.



     

    TDA (m2), volum nett (L) jew volum gross (L) kif applikabbli

    T1 jew TV

    AE (kWh/a)

    Kabinetti tas-supermarkets

    (Friġġ vertikali tas-supermarkets)

    3,3

     

    4526

    (= 12,4 kWh/24 h)

    Kabinetti tas-supermarkets

    (Friġġ orizzontali tas-supermarkets)

    2,2

     

    2044

    (= 5,6 kWh/24 h)

    Kabinetti tas-supermarkets

    (Freezer vertikali tas-supermarkets)

    3

     

    9709

    (= 26,6 kWh/24 h)

    Kabinetti tas-supermarkets

    (Freezer orizzontali tas-supermarkets)

    1,4

     

    1621

    (= 4,4 kWh/24 h)

    2,76

     

    6424

    (= 17,6 kWh/24 h)

    Magni tal-bejgħ awtomatiċi refriġerati għal-laned u għall-fliexken

    548

    7 °C

    1547

    (= 4,24 kWh/24 h)

    Magna tal-bejgħ awtomatika refriġerata spirali

    472

    3 °C

    2070

    (= 5,67 kWh/24 h)

    Cooler tax-xarbiet

    506

     

    475

    (= 1,3 kWh/24 h)

    Freezer tal-ġelat

    302

     

    329

    (= 0,9 kWh/24 h)

    Kabinett għall-wiri u l-bejgħ tal-ġelat

    1,43

     

    10862

    (= 29,76 kWh/24 h)



    ( 1 ) Ir-Regolament (UE) 2017/1369 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Lulju 2017 li jistabbilixxi qafas għat-tikkettar tal-enerġija u li jħassar id-Direttiva 2010/30/UE (ĠU L 198, 28.7.2017, p. 1).

    ►M1  ( *1 ) Għall-magni tal-bejgħ awtomatiċi b’aktar minn temperatura waħda, TV għandha tkun il-medja ta’ TV1 (it-temperatura massima mkejla tal-prodott fl-aktar kompartiment sħun) u ta’ TV2 (it-temperatura massima mkejla tal-prodott fl-aktar kompartiment kiesaħ), imqarrba sal-ewwel pożizzjoni deċimali. ◄

    ( *2 ) kategorija 1 = magni refriġerati b’quddiem magħluq, għal-laned u għall-fliexken, li fihom il-prodotti jinżammu maħżuna fuq xulxin, kategorija 2 = magni refriġerati b’quddiem tal-ħġieġ, għal-laned u għall-fliexken, ħelu u snacks, kategorija 3 = magni refriġerati b’quddiem tal-ħġieġ li jintużaw biss għal oġġetti tal-ikel li jitħassru, kategorija 4 = magni refriġerati b’quddiem tal-ħġieġ b’diversi temperaturi, kategorija 6 = magni kkombinati li jikkonsistu minn kategoriji differenti ta’ magni fl-istess struttura, li jaħdmu b’unità tat-tkessiħ waħda.

    Top