This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 02019R2024-20210501
Commission Regulation (EU) 2019/2024 of 1 October 2019 laying down ecodesign requirements for refrigerating appliances with a direct sales function pursuant to Directive 2009/125/EC of the European Parliament and of the Council (Text with EEA relevance)
Consolidated text: Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2019/2024 tal-1 ta’ Ottubru 2019 li jistabbilixxi rekwiżiti tal-ekodisinn għall-apparat refriġeranti b’funzjoni ta’ bejgħ dirett skont id-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2019/2024 tal-1 ta’ Ottubru 2019 li jistabbilixxi rekwiżiti tal-ekodisinn għall-apparat refriġeranti b’funzjoni ta’ bejgħ dirett skont id-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
02019R2024 — MT — 01.05.2021 — 001.001
Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument
|
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/2024 tal-1 ta’ Ottubru 2019 li jistabbilixxi rekwiżiti tal-ekodisinn għall-apparat refriġeranti b’funzjoni ta’ bejgħ dirett skont id-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 315 5.12.2019, p. 313) |
Emendat bi:
|
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
|
Nru |
Paġna |
Data |
||
|
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/341 tat-23 ta’ Frar 2021 |
L 68 |
108 |
26.2.2021 |
|
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/2024
tal-1 ta’ Ottubru 2019
li jistabbilixxi rekwiżiti tal-ekodisinn għall-apparat refriġeranti b’funzjoni ta’ bejgħ dirett skont id-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
Artikolu 1
Suġġett u kamp ta’ applikazzjoni
Dan ir-Regolament ma japplikax għal:
apparat refriġeranti b’funzjoni ta’ bejgħ dirett li jaħdem biss b’sorsi ta’ enerġija oħra għajr l-elettriku;
il-komponenti remoti, bħall-unità ta’ kondensazzjoni, il-kumpressuri jew l-unità ta’ kondensazzjoni tal-ilma, li biex jiffunzjonaw għandu jitqabbad magħhom kabinett remot;
apparat refriġeranti b’funzjoni ta’ bejgħ dirett li jwettaq l-ipproċessar ta’ ikel;
apparat refriġeranti b’funzjoni ta’ bejgħ dirett ittestjat u approvat b’mod speċifiku għall-ħżin ta’ mediċini jew ta’ kampjuni xjentifiċi;
apparat refriġeranti b’funzjoni ta’ bejgħ dirett mingħajr l-ebda sistema integrata għall-produzzjoni tat-tkessiħ, u li jaħdem billi jiċċirkola l-arja mkessħa prodotta minn unità esterna tat-tkessiħ tal-arja; dan ma jinkludix il-kabinetti remoti u lanqas ma jinkludi magni tal-bejgħ awtomatiċi refriġerati tal-kategorija 6, kif definit fit-Tabella 5 tal-Anness III;
kabinetti tal-ħżin refriġeranti professjonali, kabinetti ta’ refriġerazzjoni rapida, unitajiet ta’ kondensazzjoni u chillers tal-proċess kif definiti fir-Regolament (UE) 2015/1095;
apparat għall-ħżin tal-inbid u minibars.
Ir-rekwiżiti fil-punt 1 u fil-punt 3(k) tal-Anness II ma japplikawx għal:
apparat refriġeranti b’funzjoni ta’ bejgħ dirett li ma jużax ċiklu tar-refriġerazzjoni bil-kompressjoni tal-fwar;
apparat refriġeranti b’funzjoni ta’ bejgħ dirett għall-bejgħ u l-wiri ta’ oġġetti tal-ikel ħajjin, bħal pereżempju apparat refriġeranti għall-bejgħ u l-wiri ta’ ħut u frott tal-baħar ħaj, u akkwarji u tankijiet refriġerati;
friġġijiet għall-insalata (saladettes);
kabinetti orizzontali b’bank biex jisserva l-ikel (horizontal serve-over counters) bi ħżin integrat, iddisinjati biex jaħdmu f’temperaturi operattivi mkessħa;
kabinetti għar-rokna/ittundjati u karusell;
magni tal-bejgħ maħsuba biex jaħdmu f’temperaturi tal-friża operattivi;
kabinetti orizzontali b’bank biex jisserva l-ħut, bil-frak tas-silġ.
Artikolu 2
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
“apparat refriġeranti b’funzjoni ta’ bejgħ dirett” tfisser kabinett iżolat, b’kompartiment wieħed jew aktar li huma kkontrollati f’temperaturi speċifiċi, imkessaħ bil-konvezzjoni naturali jew sfurzata b’mezz wieħed jew aktar ta’ konsum tal-enerġija u li huwa maħsub għall-wiri u l-bejgħ lill-klijenti ta’ oġġetti tal-ikel u oġġetti oħra, bi jew mingħajr servizz assistit, b’temperaturi speċifiċi aktar baxxi mit-temperatura ambjentali, aċċessibbli direttament permezz ta’ ġnub miftuħa jew permezz ta’ bieba waħda jew aktar, jew it-tnejn, u/jew kxaxen, inkluż apparat refriġeranti b’funzjoni ta’ bejgħ dirett b’partijiet użati għall-ħżin ta’ oġġetti tal-ikel u oġġetti oħra mhux aċċessibbli mill-klijienti, bl-esklużjoni tal-minibars u tal-apparat għall-ħżin tal-inbid;
“oġġetti tal-ikel” tfisser ikel, ingredjenti, xorb inkluż inbid u oġġetti oħra użati primarjament għall-konsum li jirrikjedu refriġerazzjoni f’temperaturi speċifikati;
“unità ta’ kondensazzjoni” tfisser prodott li jinkludi tal-anqas kompressur wieħed li jaħdem bl-elettriku u kondensatur wieħed li kapaċi jkessaħ u b’mod kontinwu jżomm temperatura baxxa jew medja f’apparat jew sistema ta’ refriġerazzjoni, li juża ċiklu ta’ kompressjoni tal-fwar ladarba jkun imqabbad ma’ evaporatur u ma’ tagħmir ta’ espansjoni, kif definit fir-Regolament (UE) 2015/1095;
“kabinett remot” tfisser apparat refriġeranti b’funzjoni ta’ bejgħ dirett li jikkonsisti minn assemblaġġ ta’ komponenti tal-fabbrika li sabiex jiffunzjona bħala apparat refriġeranti b’funzjoni ta’ bejgħ dirett irid ikun imqabbad ukoll ma’ komponenti remoti (unità ta’ kondensazzjoni u/jew kumpressur u/jew unità ta’ kondensazzjoni tal-ilma) li mhumiex parti integrali mill-kabinett;
“apparat refriġeranti b’funzjoni ta’ bejgħ dirett li jwettaq l-ipproċessar ta’ ikel” tfisser apparat refriġeranti b’funzjoni ta’ bejgħ dirett li huwa ttestjat b’mod speċifiku u approvat għat-twettiq ta’ pproċessar tal-ikel, bħall-magni tal-ġelat, magni tal-bejgħ awtomatiċi refriġerati mgħammra b’microwave, jew magni li jipproduċu s-silġ; dan ma jinkludix apparat refriġeranti b’funzjoni ta’ bejgħ dirett mgħammar b’kompartiment wieħed iddisinjat b’mod speċifiku għat-twettiq ta’ pproċessar tal-ikel, li jkun ekwivalenti għal inqas minn 20 % tal-volum nett totali tal-apparat;
“volum nett” tfisser il-parti tal-volum gross ta’ kwalunkwe kompartiment li jkun baqa’ wara li jitnaqqas il-volum tal-komponenti u tal-ispazji li ma jistgħux jintużaw għall-ħżin jew il-wiri ta’ oġġetti tal-ikel u oġġetti oħra, f’deċimetri kubi (dm3) jew f’litri (L);
“volum gross” tfisser il-volum ġewwa l-kisjiet interni tal-kompartiment, mingħajr aċċessorji interni u bil-bibien jew l-għotjien magħluqa, f’deċimetri kubi (dm3) jew f’litri (L);
“ittestjat u approvat b’mod speċifiku” tfisser li l-prodott huwa konformi mar-rekwiżiti kollha li ġejjin:
ġie ddisinjat u ttestjat b’mod speċifiku għall-kundizzjoni jew l-applikazzjoni operattiva msemmija, skont il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni msemmija jew l-atti relatati, skont il-leġiżlazzjoni rilevanti tal-Istati Membri, u/jew skont l-istandards Ewropej jew internazzjonali rilevanti;
huwa akkumpanjat minn evidenza, li trid tiġi inkluża fid-dokumentazzjoni teknika, fil-forma ta’ ċertifikat, marka ta’ approvazzjoni tat-tip jew rapport tat-test, li turi li l-prodott ġie approvat b’mod speċifiku għall-kundizzjoni jew l-applikazzjoni operattiva msemmija;
jitqiegħed fis-suq b’mod speċifiku għall-kundizzjoni jew l-applikazzjoni operattiva msemmija, kif evidenzjat tal-anqas mid-dokumentazzjoni teknika, mill-informazzjoni pprovduta għall-prodott u minn kwalunkwe materjal ta’ reklamar, ta’ informazzjoni jew ta’ kummerċjalizzazzjoni;
“apparat għall-ħżin tal-inbid” tfisser apparat refriġeranti b’tip wieħed biss ta’ kompartiment għall-ħżin tal-inbid, b’kontroll preċiż tat-temperatura għall-kundizzjonijiet ta’ ħżin u tat-temperatura mira, u mgħammar b’mezzi kontra l-vibrazzjonijiet kif definit fir-Regolament (UE) 2019/2019;
“kompartiment” tfisser spazju magħluq f’apparat refriġeranti b’funzjoni ta’ bejgħ dirett, li jkun direttament aċċessibbli minn bieba esterna waħda jew aktar u li jkun diviż minn subkompartiment ieħor/subkompartimenti oħra permezz ta’ diviżjoni, kontenitur jew kostruzzjoni simili, u li hu stess jista’ jkun diviż f’subkompartimenti. Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, sakemm ma jiġix speċifikat mod ieħor, “kompartiment” tirreferi kemm għall-kompartimenti kif ukoll għas-subkompartimenti;
“bieba esterna” hija l-parti tal-apparat refriġeranti b’funzjoni ta’ bejgħ dirett li tista’ tiġi spostjata jew titneħħa biex tal-inqas tippermetti li t-tagħbija tiddaħħal minn barra għal ġewwa jew li t-tagħbija tinħareġ minn ġewwa għal barra tal-apparat refriġeranti b’funzjoni ta’ bejgħ dirett;
“subkompartiment” tfisser spazju magħluq f’kompartiment, li jkollu medda tat-temperatura operattiva differenti minn dik tal-kompartiment li jifforma parti minnu;
“minibar” tfisser apparat refriġeranti b’volum totali ta’ mhux aktar minn 60 litru, maħsub primarjament għall-ħżin u l-bejgħ ta’ oġġetti tal-ikel fi kmamar ta’ lukandi u ta’ stabbilimenti simili, kif definit fir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2019/2019;
“magna tal-bejgħ awtomatika b’unitajiet tal-wiri ċilindriċi refriġerati” tfisser magna tal-bejgħ awtomatika refriġerata b’ċilindri li jduru, kull wieħed minnhom maqsum f’diviżjonijiet, li fihom l-oġġetti tal-ikel u oġġetti oħra jitqiegħdu fuq superfiċje orizzontali, u li minnhom il-prodotti jittieħdu minn bibien individwali għall-konsenja;
“magna tal-bejgħ awtomatika refriġerata” tfisser apparat refriġeranti b’funzjoni ta’ bejgħ dirett iddisinjat biex jaċċetta ħlas jew tokens mill-konsumaturi u li jiddistribwixxi oġġetti tal-ikel jew oġġetti oħra mkessħin mingħajr intervent fuq il-post;
“saladette” tfisser apparat refriġeranti b’funzjoni ta’ bejgħ dirett b’bieba waħda jew aktar jew b’kexxun wieħed jew aktar vertikali b’fetħiet fil-wiċċ ta’ fuq li minnhom jistgħu jiddaħħlu temporanjament kontenituri għall-ħżin b’aċċess faċli ta’ oġġetti tal-ikel bħal ingredjenti għall-mili tal-pizez jew oġġetti tal-ikel għal mal-insalata;
“kabinett orizzontali b’bank għall-qadi bi ħżin integrat” (horizontal serve-over counter with integrated storage) tfisser kabinett orizzontali għal servizz b’assistenza, li jinkludi ħżin refriġerat ta’ mill-inqas 100 litru (L) għal kull metru (m) ta’ tul u li normalment jitqiegħed fil-bażi tal-bank għall-qadi;
“kabinett orizzontali” tfisser apparat refriġeranti b’funzjoni ta’ bejgħ dirett b’żona orizzontali għall-wiri, li jinfetaħ minn fuq u huwa aċċessibbli min-naħa ta’ fuq;
“temperatura operattiva mkessħa” tfisser temperatura bejn -3,5 gradi Celsius (°C) u 15-il grad Celsius (°C) għal apparat mgħammar b’sistemi ta’ ġestjoni tal-enerġija għall-iffrankar tal-enerġija u bejn -3,5 gradi Celsius (°C) u 10 gradi Celsius (°C) għal apparat mhux mgħammar b’sistemi ta’ ġestjoni tal-enerġija għall-iffrankar tal-enerġija;
“temperatura tat-tħaddim” tfisser it-temperatura ta’ referenza ġewwa l-kompartiment waqt l-ittestjar;
“kabinett għar-rokna/ittundjat” tfisser apparat refriġeranti b’funzjoni ta’ bejgħ dirett li jintuża sabiex tinkiseb kontinwità ġeometrika bejn żewġ kabinetti lineari li jinsabu f’angolu ma’ xulxin u/jew li jifformaw kurva. Kabinett għar-rokna/ittundjat ma għandux assi lonġitudinali jew tul rikonoxxibbli peress li jikkonsisti biss f’forma ta’ mili (feles jew simili) u mhuwiex iddisinjat biex jiffunzjona bħala unità refriġerata awtonoma. Iż-żewġt itruf tal-kabinett għar-rokna/ittundjat huma inklinati f’angolu ta’ bejn 30° u 90°;
“temperatura tal-friża operattiva” tfisser temperatura taħt -12-il grad Celsius (°C);
“kabinett orizzontali b’bank biex jisserva l-ħut, bil-frak tas-silġ” tfisser kabinett orizzontali għal servizz b’assistenza, iddisinjat u kkummerċjalizzat b’mod speċifiku għall-wiri ta’ ħut frisk. Huwa kkaratterizzat mill-preżenza, fuq il-wiċċ ta’ fuq tiegħu, ta’ saff frak tas-silġ li jintuża biex it-temperatura tal-ħut tinżamm kostanti, u mill-preżenza ta’ fetħa għall-iskular;
“mudell ekwivalenti” tfisser mudell bl-istess karatteristiċi tekniċi rilevanti għall-informazzjoni teknika li trid tingħata, iżda li jitqiegħed fis-suq jew jitqiegħed fis-servizz mill-istess manifattur, importatur jew rappreżentant awtorizzat bħal mudell ieħor b’identifikatur differenti tal-mudell;
“identifikatur tal-mudell” tfisser il-kodiċi, ġeneralment alfanumeriku, li jiddistingwi mudell speċifiku ta’ prodott minn mudelli oħrajn bl-istess trademark jew bl-istess isem tal-manifattur, tal-importatur jew tar-rappreżentant awtorizzat;
“bażi tad-data tal-prodotti” tfisser ġabra ta’ data li tikkonċerna l-prodotti, li tkun organizzata b’mod sistematiku u li tikkonsisti minn parti pubblika orjentata lejn il-konsumaturi, fejn l-informazzjoni li tikkonċerna l-parametri tal-prodotti individwali tkun aċċessibbli b’mezzi elettroniċi, portal online għall-aċċessibbiltà u parti dwar il-konformità, b’rekwiżiti ta’ aċċessibbiltà u ta’ sigurtà speċifikati b’mod ċar, kif imsemmi fir-Regolament (UE) 2017/1369 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 1 );
“cooler tax-xarbiet” tfisser apparat refriġeranti b’funzjoni ta’ bejgħ dirett iddisinjat biex ikessaħ, b’veloċità speċifika, xarbiet ippakkjati li ma jiskadux mgħobbija f’temperatura ambjentali, għall-bejgħ f’temperaturi speċifikati taħt it-temperatura ambjentali. Cooler tax-xarbiet jippermetti aċċess għax-xarbiet direttament permezz ta’ ġnub miftuħa jew permezz ta’ bieba, kexxun wieħed jew aktar jew it-tnejn. It-temperatura ġewwa l-cooler tista’ togħla matul perjodi ta’ nuqqas ta’ domanda, għall-fini ta’ ffrankar tal-enerġija, minħabba n-natura tax-xarbiet li ma jiskadux;
“indiċi tal-effiċjenza enerġetika” (EEI) tfisser numru tal-indiċi għall-effiċjenza enerġetika relattiva ta’ apparat refriġeranti b’funzjoni ta’ bejgħ dirett espress bħala perċentwali, ikkalkulat skont il-punt 2 tal-Anness III;
“kabinett karusell” tfisser kabinett tas-supermarket tond/ċirkolari, li jista’ jiġi installat bħala unità awtonoma jew bħala unità li tgħaqqad żewġ kabinetti lineari tas-supermarket. Il-kabinetti karusell jistgħu jkunu mgħammra wkoll b’sistema ta’ tidwir li tagħmel viżibbli l-vetrina tal-oġġetti tal-ikel fi 360°;
“kabinett tas-supermarket” tfisser apparat refriġeranti b’funzjoni ta’ bejgħ dirett maħsub għall-bejgħ u għall-wiri ta’ oġġetti tal-ikel u ta’ oġġetti oħra f’applikazzjonijiet ta’ bejgħ bl-imnut, bħal fis-supermarkets. oolers tax-xarbiet, magni tal-bejgħ awtomatiċi refriġerati, kabinetti għall-wiri u għall-bejgħ tal-ġelat u freezers tal-ġelat mhumiex meqjusa bħala kabinetti tas-supermarkets.
Fl-Anness I qed jingħataw iktar definizzjonijiet għall-finijiet tal-Annessi.
Artikolu 3
Rekwiżiti tal-ekodisinn
Ir-rekwiżiti tal-ekodisinn stabbiliti fl-Anness II għandhom japplikaw mid-dati indikati fih.
Artikolu 4
Valutazzjoni tal-konformità
Meta l-informazzjoni inkluża fid-dokumentazzjoni teknika għal mudell partikolari tkun inkisbet:
minn mudell li jkollu l-istess karatteristiċi tekniċi rilevanti għall-informazzjoni teknika li għandha tiġi pprovduta iżda huwa mudell prodott minn manifattur differenti; jew
permezz ta’ kalkolu abbażi ta’ disinn jew estrapolazzjoni minn mudell ieħor tal-istess manifattur jew ta’ manifattur differenti; jew it-tnejn li huma,
id-dokumentazzjoni teknika għandha tinkludi d-dettalji ta’ tali kalkolu, il-valutazzjoni mwettqa mill-manifattur biex tiġi vverifikata l-preċiżjoni tal-kalkolu u, fejn xieraq, id-dikjarazzjoni ta’ identità bejn il-mudelli ta’ manifatturi differenti.
Id-dokumentazzjoni teknika għandha tinkludi lista tal-mudelli ekwivalenti kollha, inkluż l-identifikaturi tal-mudell.
Artikolu 5
Proċedura ta’ verifika għall-finijiet tas-sorveljanza tas-suq
L-Istati Membri għandhom japplikaw il-proċedura ta’ verifika stabbilita fl-Anness IV meta jwettqu l-kontrolli tas-sorveljanza tas-suq imsemmija fil-punt 2 tal-Artikolu 3 tad-Direttiva 2009/125/KE.
Artikolu 6
Ċirkomvenzjoni u aġġornamenti tas-software
Il-manifattur, l-importatur jew ir-rappreżentant awtorizzat ma għandhomx iqiegħdu prodotti fis-suq li huma ddisinjati biex ikunu kapaċi jindunaw li qed jiġu ttestjati (eż. billi jagħrfu l-kundizzjonijiet tat-test jew taċ-ċiklu tat-test), u biex jirreaġixxu b’mod speċifiku billi jbiddlu awtomatikament il-prestazzjoni tagħhom matul it-test ħalli jintlaħaq livell aktar favorevoli għal kull wieħed mill-parametri ddikjarat mill-manifattur jew mill-importatur jew mir-rappreżentant awtorizzat fid-dokumentazzjoni teknika jew inkluż fi xi dokumentazzjoni pprovduta.
Il-konsum tal-enerġija tal-prodott u l-parametri ddikjarati l-oħra kollha ma għandhomx jiddeterjoraw wara aġġornament tas-software jew tal-firmware meta dan jitkejjel bl-istess standard tat-test użat oriġinarjament għad-dikjarazzjoni tal-konformità, ħlief bil-kunsens espliċitu tal-utent aħħari qabel l-aġġornament. Ma għandha sseħħ l-ebda bidla fil-prestazzjoni bħala riżultat ta’ rifjut ta’ aġġornament.
Aġġornament ta’ software qatt ma għandu jħalli l-effett li jbiddel il-prestazzjoni tal-prodott b’mod li ma jkunx konformi mar-rekwiżiti tal-ekodisinn applikabbli għad-dikjarazzjoni tal-konformità.
Artikolu 7
Parametri referenzjarji
Il-parametri referenzjarji għall-prodotti u teknoloġiji bl-aqwa prestazzjoni li jkunu disponibbli fis-suq fiż-żmien tal-adozzjoni ta’ dan ir-Regolament huma stipulati fl-Anness V.
Artikolu 8
Rieżami
Il-Kummissjoni għandha twettaq rieżami ta’ dan ir-Regolament fid-dawl tal-progress teknoloġiku u tippreżenta r-riżultati ta’ din il-valutazzjoni, inkluż, jekk ikun xieraq, abbozz ta’ proposta għal reviżjoni lill-Forum Konsultattiv mhux aktar tard mill-25 ta' Diċembru 2023.
Dan ir-rieżami għandu, fost affarijiet oħra, jivvaluta:
il-livell tar-rekwiżiti tal-indiċi tal-effiċjenza enerġetika;
kemm hu adegwat li ssir modifika tal-formula tal-EEI, inklużi l-parametri ta’ mmudellar u l-fatturi ta’ korrezzjoni;
kemm hu adegwat li ssir segmentazzjoni ulterjuri tal-kategoriji tal-prodotti;
kemm hu adegwat li jiġu stabbiliti rekwiżiti addizzjonali dwar l-effiċjenza fir-riżorsi skont il-prinċipji tal-ekonomija ċirkolari, inkluż jekk għandhomx jiġu inklużi aktar spare parts;
kemm hu adegwat li jiġu stabbiliti rekwiżiti tal-effiċjenza enerġetika u rekwiżiti ta’ informazzjoni addizzjonali għal saladettes, kabinetti orizzontali b’bank biex jisserva l-ikel bi ħżin integrat li jaħdmu f’temperaturi operattivi mkessħa, kabinetti tal-kantuniera, magni tal-bejgħ awtomatiċi iddisinjati biex jaħdmu f’temperatura tal-friża operattiva u kabinetti orizzontali b’bank biex jisserva l-ħut bil-frak tas-silġ;
kemm hu adegwat li wieħed jibbaża [l-volum ekwivalenti] ta’ cooler tax-xarbiet fuq il-volum nett, minflok fuq il-volum gross;
kemm hu adegwat li tiġi introdotta formula tal-EEI għall-kabinetti tas-supermarkets abbażi tal-volum nett, minflok fuq l-erja totali tal-wiri;
il-livell tat-tolleranzi.
Artikolu 9
Dħul fis-seħħ u applikazzjoni
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mill-1 ta’ Marzu 2021.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
ANNESS I
Definizzjonijiet applikabbli għall-Annessi
Għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
“spare part” tfisser parti separata li tista’ tissostitwixxi parti bl-istess funzjoni jew funzjoni simili fi prodott;
“sewwej professjonali” tfisser operatur jew impriża li tipprovdi servizzi professjonali ta’ tiswija u manutenzjoni ta’ apparat refriġeranti b’funzjoni ta’ bejgħ dirett;
“gasket ta’ bieba” tfisser siġill mekkaniku li jimla l-ispazju bejn il-bieba u l-kabinett tal-apparat refriġeranti b’funzjoni ta’ bejgħ dirett biex tiġi evitata tnixxija mill-kabinett lejn l-arja esterna;
“pannell iżolanti bil-vakwu” (VIP) tfisser pannell iżolanti li jikkonsisti minn materjal sod u poruż ħafna miksi b’envelop irqiq estern li ma jippermettix li jidħlu gassijiet, li minnu jinġibdu ’l barra l-gassijiet u li jkun issiġillat biex il-gassijiet esterni ma jidħlux fil-pannell;
“freezer tal-ġelat” tfisser kabinett orizzontali maħsub għall-ħżin u/jew il-wiri u għall-bejgħ ta’ ġelat ippakkjat minn qabel, fejn l-aċċess mill-konsumatur għall-ġelat ippakkjat minn qabel jinkiseb billi jinfetaħ għatu mhux trasparenti jew trasparenti minn fuq, b’volum nett ta’ ≤ 600 litru (L) u, fil-każ biss ta’ freezers tal-ġelat b’għatu trasparenti, b’volum nett diviż bl-erja totali tal-wiri ≥ 0,35 metru (m);
“għatu trasparenti” tfisser bieba magħmula minn materjal trasparenti li jkopri mill-inqas 75 % tas-superfiċje tal-bieba, u li jippermetti lill-utent aħħari jara l-oġġetti minnu;
“erja totali tal-wiri (TDA)” tfisser l-erja viżibbli totali tal-oġġetti tal-ikel u ta’ oġġetti oħra, inkluża ż-żona viżibbli minn ġol-ħġieġ, definita mill-ammont totali tal-erji tas-superfiċje projettati tal-volum nett, espressa f’metri kwadri (m2);
“garanzija” tfisser kwalunkwe impenn li jagħmel il-bejjiegħ bl-imnut jew il-manifattur, l-importatur jew ir-rappreżentant awtorizzat lill-konsumatur biex:
jiġi rimborżat il-prezz imħallas; jew
jissostitwixxi, isewwi jew jimmaniġġja apparat refriġeranti b’funzjoni ta’ bejgħ dirett fi kwalunkwe mod jekk dan ma jissodisfax l-ispeċifikazzjonijiet stipulati fid-dikjarazzjoni tal-garanzija jew fir-reklamar rilevanti;
“kabinett għall-wiri u l-bejgħ tal-ġelat” tfisser apparat refriġeranti b’funzjoni ta’ bejgħ dirett li fih il-ġelat jista’ jinħażen, jintwera u jiġi servut f’porzjonijiet, fi ħdan limiti tat-temperatura preskritti, kif stabbilit fit-Tabella 5 tal-Anness III;
“konsum tal-enerġija annwali” (AE) tfisser il-konsum tal-enerġija kuljum medju mmultiplikat bi 365 (jiem fis-sena), espress bħala kilowatt-siegħa fis-sena (kWh/a), ikkalkulat skont il-punt 2(b) tal-Anness III;
“konsum tal-enerġija kuljum” (Edaily ) tfisser l-elettriku li jintuża minn apparat refriġeranti b’funzjoni ta’ bejgħ dirett f’24 siegħa fil-kundizzjonijiet ta’ referenza, espress f’kilowatt-siegħa kull jum (kWh/24h);
“konsum tal-enerġija annwali standard” (SAE) tfisser il-konsum tal-enerġija annwali ta’ referenza ta’ apparat refriġeranti b’funzjoni ta’ bejgħ dirett espress bħala kilowatt-siegħa fis-sena (kWh/a), ikkalkulat skont il-punt 2(c) tal-Anness III;
“M” u “N” ifissru parametri ta’ mmudellar li jqisu l-erja totali tal-wiri jew id-dipendenza tal-konsum tal-enerġija fuq il-volum, bil-valuri kif stabbilit fit-Tabella 4 tal-Anness III;
“koeffiċjent tat-temperatura” (C) tfisser fattur ta’ korrezzjoni li jirrappreżenta d-differenza fit-temperatura operattiva;
“fattur tal-klassi klimatika” (CC) tfisser fattur ta’ korrezzjoni li jirrappreżenta d-differenza fil-kundizzjonijiet ambjentali li għalihom huwa ddisinjat l-apparat refriġeranti;
“P” tfisser fattur ta’ korrezzjoni li jirrappreżenta d-differenzi bejn kabinetti integrali u remoti;
“kabinett integrali” tfisser apparat refriġeranti b’funzjoni ta’ bejgħ dirett li għandu sistema ta’ refriġerazzjoni integrata li tinkorpora kumpressur u unità ta’ kondensazzjoni;
“friġġ” tfisser apparat refriġeranti b’funzjoni ta’ bejgħ dirett li jżomm it-temperatura tal-prodotti maħżuna fil-kabinett f’temperatura operattiva mkessħa fuq bażi kontinwa;
“freezer” tfisser apparat refriġeranti b’funzjoni ta’ bejgħ dirett li jżomm it-temperatura tal-prodotti maħżuna fil-kabinett f’temperatura tal-friża operattiva fuq bażi kontinwa;
“kabinett vertikali” tfisser apparat refriġeranti b’funzjoni ta’ bejgħ dirett b’żona ta’ wiri vertikali jew inklinata li tinfetaħ minn quddiem;
“kabinett ikkombinat” tfisser apparat refriġeranti b’funzjoni ta’ bejgħ dirett li jgħaqqad flimkien id-direzzjonijiet tal-wiri u tal-ftuħ minn kabinett vertikali u kabinett orizzontali;
“valuri ddikjarati” tfisser il-valuri pprovduti mill-manifattur, mill-importatur jew mir-rappreżentant awtorizzat għall-parametri tekniċi ddikjarati, ikkalkolati jew imkejla f’konformità mal-Artikolu 4, għall-verifika tal-konformità mill-awtoritajiet tal-Istati Membri;
“kabinett roll-in” tfisser kabinett tas-supermarket li jippermetti li l-oġġetti fih jintwerew direttament fuq il-palits jew ir-rombli tagħhom stess, fejn dawn jistgħu jiddaħħlu ġewwa billi wieħed jgħolli, imexxi jew ineħħi l-parti ta’ quddiem tan-naħa t’isfel, fejn din tkun installata;
“pakkett-M” tfisser pakkett ta’ ttestjar mgħammar b’apparat għall-kejl tat-temperatura;
“magna tal-bejgħ awtomatika b’diversi temperaturi” tfisser magna tal-bejgħ awtomatika refriġerata li tkun tinkludi mill-inqas żewġ kompartimenti b’temperaturi operattivi differenti.
ANNESS II
Rekwiżiti tal-ekodisinn
1. Rekwiżiti tal-effiċjenza enerġetika:
Mill-1 ta’ Marzu 2021, l-EEI tal-apparat refriġeranti b’funzjoni ta’ bejgħ dirett ma għandux ikun ogħla mill-valuri stabbiliti fit-Tabella 1.
Tabella 1
EEI massimu għall-apparat refriġeranti b’funzjoni ta’ bejgħ dirett, espress f’%
|
|
EEI |
|
Freezers tal-ġelat |
80 |
|
L-apparat refriġeranti kollu l-ieħor b’funzjoni ta’ bejgħ dirett |
100 |
Mill-1 ta’ Settembru 2023, l-EEI tal-apparat refriġeranti b’funzjoni ta’ bejgħ dirett ma għandux ikun ogħla mill-valuri stabbiliti fit-Tabella 2, ħlief għall-magni tal-bejgħ awtomatiċi b’unitajiet tal-wiri ċilindriċi refriġerati.
Tabella 2
EEI massimu għall-apparat refriġeranti b’funzjoni ta’ bejgħ dirett, espress f’%
|
|
EEI |
|
Freezers tal-ġelat |
50 |
|
L-apparat refriġeranti b’funzjoni ta’ bejgħ dirett l-ieħor kollu, ħlief magni tal-bejgħ awtomatiċi b’unitajiet tal-wiri ċilindriċi refriġerati |
80 |
2. Rekwiżiti tal-effiċjenza fir-riżorsi:
Mill-1 ta’ Marzu 2021, l-apparat refriġeranti b’funzjoni ta’ bejgħ dirett għandu jissodisfa r-rekwiżiti li ġejjin:
Id-disponibbiltà tal-ispare parts
Il-manifatturi, l-importaturi jew ir-rappreżentanti awtorizzati ta’ apparat refriġeranti b’funzjoni ta’ bejgħ dirett għandhom jagħmlu disponibbli mill-inqas dawn l-ispare parts għas-sewwejja professjonali:
għal perjodu minimu ta’ tmien snin wara t-tqegħid fis-suq tal-aħħar unità tal-mudell.
Il-manifatturi, l-importaturi jew ir-rappreżentanti awtorizzati ta’ apparat refriġeranti b’funzjoni ta’ bejgħ dirett għandhom jagħmlu disponibbli mill-inqas dawn l-ispare parts għas-sewwejja professjonali u għall-utenti finali:
għal perjodu minimu ta’ tmien snin wara t-tqegħid fis-suq tal-aħħar unità tal-mudell.
Il-manifatturi, l-importaturi jew ir-rappreżentanti awtorizzati ta’ apparat refriġeranti b’funzjoni ta’ bejgħ dirett għandhom jiżguraw li l-ispare parts imsemmija fil-punti (1) u (2) ikunu jistgħu jinbidlu bl-użu ta’ għodod faċilment disponibbli, u mingħajr ma ssir ħsara permanenti lill-apparat.
Il-lista tal-ispare parts ikkonċernati mill-punt (1) u l-proċedura biex dawn jiġu ordnati għandhom ikunu disponibbli għall-pubbliku fuq is-sit web tal-aċċess liberu tal-manifattur, tal-importatur jew tar-rappreżentant awtorizzat, minn tal-anqas sentejn wara t-tqegħid fis-suq tal-ewwel unità ta’ mudell u sa tmiem il-perjodu ta’ disponibbiltà ta’ dawn l-ispare parts.
Il-lista tal-ispare parts ikkonċernati mill-punt (2), u l-proċedura għall-ordni tagħhom u l-istruzzjonijiet għat-tiswija għandhom ikunu disponibbli għall-pubbliku fuq is-sit web b’aċċess bla ħlas tal-manifattur, l-importatur jew ir-rappreżentant awtorizzat, fil-ħin tat-tqegħid fis-suq tal-ewwel unità ta’ mudell u sat-tmiem tal-perjodu ta’ disponibbiltà ta’ dawn l-ispare parts.
Żmien massimu għall-konsenja tal-ispare parts
Matul il-perjodu msemmi fil-punt (a), il-manifattur, l-importatur jew ir-rappreżentant awtorizzat għandu jiżgura l-konsenja tal-ispare parts għall-apparat refriġeranti b’funzjoni ta’ bejgħ dirett fi żmien 15-il jum tax-xogħol wara l-wasla tal-ordni.
Fil-każ tal-ispare parts disponibbli ikkonċernati mill-punt a(1), id-disponibbiltà tal-ispare parts tista’ tkun limitata għal sewwejja professjonali reġistrati skont il-punt c(1) u (2).
L-aċċess għall-informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni
Wara perjodu ta’ sentejn wara t-tqegħid fis-suq tal-ewwel unità ta’ mudell jew ta’ mudell ekwivalenti, u sa tmiem il-perjodu msemmi f’(a), il-manifattur, l-importatur jew ir-rappreżentant awtorizzat għandu jipprovdi aċċess għall-informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-apparat lis-sewwejja professjonali fil-kundizzjonijiet li ġejjin:
is-sit web tal-manifattur, l-importatur jew ir-rappreżentant awtorizzat għandu jindika l-proċess li jridu segwu s-sewwejja professjonali biex jirreġistraw għall-aċċess għall-informazzjoni; biex jaċċettaw tali talba, il-manifatturi, l-importaturi jew ir-rappreżentanti awtorizzati jistgħu jitolbu lis-sewwej professjonali juri li:
is-sewwej professjonali għandu l-kompetenza teknika biex isewwi l-apparat refriġeranti b’funzjoni ta’ bejgħ dirett u li dan huwa konformi mar-regolamenti applikabbli għas-sewwejja tat-tagħmir elettriku fl-Istati Membri fejn jopera. Referenza għal sistema ta’ reġistrazzjoni uffiċjali bħala sewwej professjonali, fejn sistema bħal din tkun teżisti fl-Istati Membri kkonċernati, għandha tiġi aċċettata bħala prova ta’ konformità ma’ dan il-punt;
is-sewwej professjonali huwa kopert minn assigurazzjoni li tkopri r-responsabbiltajiet li jirriżultaw mill-attività tiegħu, irrispettivament minn jekk dan huwiex meħtieġ jew le mill-Istat Membru.
il-manifatturi, l-importaturi jew ir-rappreżentanti awtorizzati għandhom jaċċettaw jew jirrifjutaw ir-reġistrazzjoni fi żmien 5 ijiem tax-xogħol mid-data tat-talba;
il-manifatturi, l-importaturi jew ir-rappreżentanti awtorizzati jistgħu jitolbu ħlas raġonevoli u proporzjonat għall-aċċess għall-informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni jew biex jibgħatu aġġornamenti regolari. Ħlas jitqies raġonevoli jekk ma jiskoraġġixxix l-aċċess billi jonqos milli jqis il-punt safejn is-sewwej professjonali jagħmel użu mill-informazzjoni.
Ladarba jiġi rreġistrat, sewwej professjonali għandu jkollu aċċess, fi żmien jum wieħed tax-xogħol wara li jkun talabha, għall-informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni. L-informazzjoni tista’ tiġi pprovduta għal mudell ekwivalenti jew għal mudell tal-istess familja, jekk rilevanti.
L-informazzjoni disponibbli dwar it-tiswija u l-manutenzjoni għandha tinkludi:
Rekwiżiti għaż-żarmar għall-irkupru u r-riċiklaġġ tal-materjali filwaqt li jiġi evitat it-tniġġis
Il-manifatturi, l-importaturi jew ir-rappreżentanti awtorizzati għandhom jiżguraw li l-apparat refriġeranti b’funzjoni ta’ bejgħ dirett ikun iddisinjat b’tali mod li l-materjali u l-komponenti msemmija fl-Anness VII tad-Direttiva 2012/19/UE jkunu jistgħu jiġu żarmati bl-użu ta’ għodod faċilment disponibbli.
Il-manifatturi, l-importaturi jew ir-rappreżentanti awtorizzati għandhom jissodisfaw l-obbligi stabbiliti fil-punt 1 tal-Artikolu 15 tad-Direttiva 2012/19/UE.
Jekk l-apparat refriġeranti b’funzjoni ta’ bejgħ dirett ikun fih pannelli iżolanti bil-vakwu, l-apparat refriġeranti b’funzjoni ta’ bejgħ dirett għandu jkun immarkat bl-ittri “VIP”.
3. Rekwiżiti ta’ informazzjoni:
Mill-1 ta’ Marzu 2021, il-manwali tal-istruzzjonijiet għall-installaturi u għall-utenti aħħarin, u s-siti web bla ħlas tal-manifatturi, tal-importaturi u tar-rappreżentanti awtorizzati għandhom jinkludu t-tagħrif li ġej:
l-issettjar tat-temperaturi rrakkomandat f’kull kompartiment għall-preservazzjoni ottimali tal-ikel;
stima tal-impatt tal-issettjar tat-temperatura fuq il-ħela tal-ikel;
għal coolers tax-xarbiet: “Dan l-apparat huwa maħsub biex jopera f’ambjenti klimatiċi fejn it-temperatura massima u l-umdità huma [indika l-iktar temperatura sħuna applikabbli tal-cooler tax-xarbiet u l-umdità relattiva applikabbli tal-cooler tax-xarbiet tat-Tabella 7] rispettivament.”;
għal freezers tal-ġelat: “Dan l-apparat huwa maħsub biex jopera f’ambjenti klimatiċi fejn it-temperatura u l-umdità jvarjaw minn [indika t-temperatura minima applikabbli tat-Tabella 9] sa [indika t-temperatura massima applikabbli tat-Tabella 9] u minn [indika l-umdità minima u relattiva applikabbli tat-Tabella 9] sa [indika l-umdità massima u relattiva applikabbli tat-Tabella 9] rispettivament.”;
l-istruzzjonijiet għall-installazzjoni u l-manutenzjoni korretti, inkluż it-tindif, tal-apparat refriġeranti b’funzjoni ta’ bejgħ dirett mill-utent aħħari;
għal kabinetti integrali: “Jekk il-kojl tal-kondensatur ma jiġix imnaddaf [il-frekwenza rakkomandata għat-tindif tal-kojl tal-kondensatur, espressa fi drabi kull sena], l-effiċjenza tal-apparat tonqos b’mod sinifikanti.”;
aċċess għat-tiswija professjonali bħal siti web, indirizzi, dettalji ta’ kuntatt;
tagħrif rilevanti għall-ordni ta’ spare parts, direttament jew permezz ta’ kanali oħra pprovduti mill-manifattur, l-importatur jew ir-rappreżentant awtorizzat bħal siti web, indirizzi, dettalji ta’ kuntatt;
il-perjodu minimu li matulu l-ispare parts, neċessarji għat-tiswija tal-apparat refriġeranti b’funzjoni ta’ bejgħ dirett, ikunu disponibbli;
id-durata minima tal-garanzija tal-apparat refriġeranti b’funzjoni ta’ bejgħ dirett offruta mill-manifattur, l-importatur jew ir-rappreżentant awtorizzat;
struzzjonijiet dwar kif tinstab l-informazzjoni dwar il-mudell fil-bażi tad-data tal-prodotti, kif stabbilit fir-Regolament (UE) 2019/2018 permezz ta’ link elettronika li tirreferi għat-tagħrif dwar il-mudell kif irreġistrat fil-bażi tad-data tal-prodotti jew link elettronika li twassal għall-bażi tad-data tal-prodotti u għal informazzjoni dwar kif wieħed isib l-identifikatur tal-mudell fuq il-prodott.
ANNESS III
Metodi tal-kejl u kalkoli
Għall-għanijiet tal-konformità u tal-verifika tal-konformità mar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament, il-kejl u l-kalkoli għandhom isiru billi jintużaw standards armonizzati, jew billi jintużaw metodi oħrajn li jkunu affidabbli, akkurati u riproduċibbli, li jqisu l-metodi l-aktar avvanzati ġeneralment rikonoxxuti u jkunu konformi mad-dispożizzjonijiet li ġejjin stabbiliti hawn taħt. In-numri ta’ referenza ta’ dawn l-istandards armonizzati ġew ippubblikati għal dan il-għan f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Meta parametru jiġi ddikjarat skont l-Artikolu 4, il-valur iddikjarat tiegħu għandu jintuża mill-manifattur, mill-importatur jew mir-rappreżentant awtorizzat għall-kalkoli f’dan l-Anness.
1. Kundizzjonijiet ġenerali għall-ittestjar:
il-kundizzjonijiet ambjentali għandhom jikkorrispondu għas-Sett 1, ħlief għall-freezers tal-ġelat u għall-kabinetti għall-wiri u l-bejgħ tal-ġelat, li għandhom jiġu ttestjati f’kundizzjonijiet ambjentali li jikkorrispondu għas-Sett 2, kif stabbilit fit-Tabella 3;
meta kompartiment jista’ jiġi ssettjat għal temperaturi differenti, għandu jiġi ttestjat fl-aktar temperatura operattiva baxxa;
magni tal-bejgħ awtomatiċi refriġerati b’kompartimenti b’volumi varjabbli għandhom jiġu ttestjati bil-volum nett tal-kompartiment bl-ogħla temperatura operattiva aġġustata għall-volum nett minimu tiegħu;
għal coolers tax-xarbiet, il-veloċità speċifika tat-tkessiħ għandha tkun skont nofs il-ħin ta’ rkupru wara tagħbija mill-ġdid.
Tabella 3
Kundizzjonijiet ambjentali
|
|
Temperatura b’termometru niexef, °C |
Umdità relattiva, % |
Punt tan-nida, °C |
Massa tal-fwar fl-arja niexfa, g/kg |
|
Sett 1 |
25 |
60 |
16,7 |
12,0 |
|
Sett 2 |
30 |
55 |
20,0 |
14,8 |
2. Determinazzjoni tal-EEI:
Għall-apparat refriġeranti b’funzjoni ta’ bejgħ dirett, l-EEI, espress f’% u mqarreb sal-ewwel pożizzjoni deċimali, huwa l-proporzjon tal-AE (f’kWh/a) u l-SAE ta’ referenza (f’kWh/a) u huwa kkalkulat kif ġej:
EEI = AE/SAE.
L-AE, espress f’kWh/a, u mqarreb sa żewġ pożizzjonijiet deċimali, jiġi kkalkulat kif ġej:
AE = 365 × Edaily ;
fejn:
L-SAE huwa espress f’kWh/a u mqarreb sa żewġ pożizzjonijiet deċimali. Għall-apparat refriġeranti b’funzjoni ta’ bejgħ dirett bil-kompartimenti kollha tiegħu bl-istess klassi ta’ temperatura, u għall-magni tal-bejgħ awtomatiċi refriġerati, l-SAE jiġi kkalkulat kif ġej:
SAE = 365 × P × (M + N × Y) × C.
Għall-apparat refriġeranti b’funzjoni ta’ bejgħ dirett b’aktar minn kompartiment wieħed bi klassijiet ta’ temperatura differenti, bl-eċċezzjoni ta’ magni tal-bejgħ awtomatiċi refriġerati, l-SAE jiġi kkalkulat kif ġej:
fejn:
“c” huwa n-numru tal-indiċi għal tip ta’ kompartiment u li jvarja minn 1 sa “n”, fejn “n” huwa n-numru totali ta’ tipi ta’ kompartimenti.
Il-valuri ta’ M u N huma mogħtija fit-Tabella 4.
Tabella 4
Valuri M u N
|
Kategorija |
Valur għal M |
Valur għal N |
|
Coolers tax-xarbiet |
2,1 |
0,006 |
|
Freezers tal-ġelat |
2,0 |
0,009 |
|
Magni tal-bejgħ awtomatiċi refriġerati |
4,1 |
0,004 |
|
Kabinetti għall-wiri u l-bejgħ tal-ġelat |
25,0 |
30,400 |
|
Kabinetti refriġeranti vertikali u kkombinati tas-supermarkets |
9,1 |
9,100 |
|
Kabinetti refriġeranti orizzontali tas-supermarkets |
3,7 |
3,500 |
|
Kabinetti freezers vertikali u kkombinati tas-supermarkets |
7,5 |
19,300 |
|
Kabinetti freezers orizzontali tas-supermarkets |
4,0 |
10,300 |
|
Kabinetti roll-in (mill-1 ta’ Marzu 2021) |
9,2 |
11,600 |
|
Kabinetti roll-in (mill-1 ta’ Settembru 2023) |
9,1 |
9,100 |
Il-valuri ta’ C, il-koeffiċjent tat-temperatura, jingħataw fit-Tabella 5.
Tabella 5
Il-kundizzjonijiet tat-temperatura u l-valuri tal-koeffiċjent tat-temperatura korrispondenti, C
|
(a) Kabinetti tas-supermarkets |
|||||
|
Kategorija |
Klassi tat-temperatura |
L-ogħla temperatura tal-aktar pakkett-M sħun (°C) |
L-aktar temperatura baxxa tal-aktar pakkett-M kiesaħ (°C) |
L-ogħla temperatura minima tal-pakketti-M kollha (°C) |
Valur għal C |
|
Kabinetti refriġeranti vertikali u kkombinati tas-supermarkets |
M2 |
≤ +7 |
≥ –1 |
m.a. |
1,00 |
|
H1 u H2 |
≤ +10 |
≥ –1 |
m.a. |
0,82 |
|
|
M1 |
≤ +5 |
≥ –1 |
m.a. |
1,15 |
|
|
Kabinetti refriġeranti orizzontali tas-supermarkets |
M2 |
≤ +7 |
≥ –1 |
m.a. |
1,00 |
|
H1 u H2 |
≤ +10 |
≥ –1 |
m.a. |
0,92 |
|
|
M1 |
≤ +5 |
≥ –1 |
m.a. |
1,08 |
|
|
Kabinetti freezers vertikali u kkombinati tas-supermarkets |
L1 |
≤ –15 |
m.a. |
≤ –18 |
1,00 |
|
L2 |
≤ –12 |
m.a. |
≤ –18 |
0,90 |
|
|
L3 |
≤ –12 |
m.a. |
≤ –15 |
0,90 |
|
|
Kabinetti freezers orizzontali tas-supermarkets |
L1 |
≤ –15 |
m.a. |
≤ –18 |
1,00 |
|
L2 |
≤ –12 |
m.a. |
≤ –18 |
0,92 |
|
|
L3 |
≤ –12 |
m.a. |
≤ –15 |
0,92 |
|
|
Kabinetti refriġeranti vertikali u kkombinati tas-supermarkets |
M0 |
≤ + 4 |
≥ - 1 |
m.a. |
1.30 |
|
Kabinetti refriġeranti orizzontali tas-supermarkets |
M0 |
≤ + 4 |
≥ - 1 |
m.a. |
1,13 |
|
(b) Kabinetti għall-wiri u l-bejgħ tal-ġelat |
||||
|
Klassi tat-temperatura |
L-ogħla temperatura tal-aktar pakkett-M sħun (°C) |
L-aktar temperatura baxxa tal-aktar pakkett-M kiesaħ (°C) |
L-ogħla temperatura minima tal-pakketti-M kollha (°C) |
Valur għal C |
|
G1 |
-10 |
-14 |
m.a. |
1,00 |
|
G2 |
-10 |
-16 |
m.a. |
1,00 |
|
G3 |
-10 |
-18 |
m.a. |
1,00 |
|
L1 |
-15 |
m.a. |
-18 |
1,00 |
|
L2 |
-12 |
m.a. |
-18 |
1,00 |
|
L3 |
-12 |
m.a. |
-15 |
1,00 |
|
S |
Klassifikazzjoni speċjali |
1,00 |
||
|
(c) Magni tal-bejgħ awtomatiċi refriġerati |
||
|
Klassi tat-temperatura (*2) |
Temperatura massima mkejla tal-prodott (TV ) (°C) |
Valur għal C |
|
Kategorija 1 |
7 |
1+(12-TV)/25 |
|
Kategorija 2 |
12 |
|
|
Kategorija 3 |
3 |
|
|
Kategorija 4 |
(TV1+TV2)/2 (*1) |
|
|
Kategorija 6 |
(TV1+TV2)/2 (*1) |
|
|
(d) l-apparat refriġeranti kollu l-ieħor b’funzjoni ta’ bejgħ dirett |
|
|
Kategorija |
Valur għal C |
|
Apparat ieħor |
1,00 |
Il-koeffiċjent Y jiġi kkalkulat kif ġej:
għal coolers tax-xarbiet:
Yc huwa l-volum ekwivalenti tal-kompartimenti tal-cooler tax-xarbiet b’temperatura mira, Tc, (Veqc ), ikkalkulat kif ġej:
Yc = Veq c = GrossVolumec × ((25 – Tc)/20) × CC;
fejn Tc hija t-temperatura medja tal-kompartiment u CC huwa l-fattur tal-klassi klimatika. Il-valuri għal Tc huma stabbiliti fit-Tabella 6. Il-valuri għal CC huma stabbiliti fit-Tabella 7.
Tabella 6
Klassijiet tat-temperatura u temperaturi medji tal-kompartimenti korrispondenti (Tc) għall-coolers tax-xarbiet
|
Klassi tat-temperatura (*) |
Tc (°C) |
|
K1 |
+ 3,5 |
|
K2 |
+ 2,5 |
|
K3 |
– 1,0 |
|
K4 |
+ 5,0 |
Tabella 7
Kundizzjonijiet operattivi u valuri CC korrispondenti għal coolers tax-xarbiet
|
L-ogħla temperatura ambjentali (°C) |
Umdità ambjentali relattiva (%) |
CC |
|
+25 |
60 |
1,00 |
|
+32 |
65 |
1,05 |
|
+ 40 |
75 |
1,10 |
għal freezers tal-ġelat:
Yc huwa l-volum ekwivalenti tal-kompartimenti tal-freezer tal-ġelat b’temperatura mira Tc, (Veqc ), ikkalkulat kif ġej:
Yc = Veq c = NetVolumec × ((12 – Tc)/30) × CC;
fejn Tc hija t-temperatura medja tal-kompartiment u CC huwa l-fattur tal-klassi klimatika. Il-valuri għal Tc huma stabbiliti fit-Tabella 8. Il-valuri għal CC huma stabbiliti fit-Tabella 9.
Tabella 8
Klassijiet tat-temperatura u temperaturi medji tal-kompartimenti korrispondenti (Tc) għall-freezers tal-ġelat
|
Klassi tat-temperatura |
Tc (°C) |
|
|
L-aktar temperatura sħuna tal-pakkett-M hija aktar kiesħa jew ugwali fit-testijiet kollha (ħlief fit-test tal-ftuħ tal-għatu) (°C) |
Iż-żieda massima permessa fit-temperatura tal-pakkett-M l-aktar sħun waqt it-test tal-ftuħ tal-għatu (°C) |
|
|
-18 |
2 |
-18,0 |
|
-7 |
2 |
-7,0 |
Tabella 9
Kundizzjonijiet operattivi u valuri CC korrispondenti għal freezers tal-ġelat
|
|
Minimu |
Massimu |
CC |
||
|
Temperatura ambjentali (°C) |
Umdità ambjentali relattiva (%) |
Temperatura ambjentali (°C) |
Umdità ambjentali relattiva (%) |
||
|
Freezer tal-ġelat b’għatu trasparenti |
16 |
80 |
30 |
55 |
1,00 |
|
35 |
75 |
1,10 |
|||
|
40 |
40 |
1,20 |
|||
|
Freezer tal-ġelat b’għatu mhux trasparenti |
16 |
80 |
30 |
55 |
1,00 |
|
35 |
75 |
1,04 |
|||
|
40 |
40 |
1,10 |
|||
għal magni tal-bejgħ awtomatiċi refriġerati:
Y huwa l-volum nett tal-magna tal-bejgħ awtomatika refriġerata, li huwa l-ammont totali tal-volumi tal-kompartimenti kollha li fihom jinsabu l-prodotti disponibbli direttament għall-bejgħ u l-volum li minnu jgħaddu l-prodotti matul il-proċess tad-distribuzzjoni, espress f’litri (L) u mqarreb għall-eqreb numru sħiħ.
għall-apparat refriġeranti kollu l-ieħor b’funzjoni ta’ bejgħ dirett:
Yc huwa l-ammont totali tat-TDA tal-kompartimenti kollha tal-istess klassi tat-temperatura tal-apparat refriġeranti b’funzjoni ta’ bejgħ dirett, espress f’metri kwadri (m2), u mqarreb sa żewġ pożizzjonijiet deċimali.
Il-valuri għal P huma stabbiliti fit-Tabella 10.
Tabella 10
Valuri P
|
Tip ta’ kabinett |
P |
|
Kabinetti integrali tas-supermarkets |
1,10 |
|
Apparat refriġeranti ieħor b’funzjoni ta’ bejgħ dirett |
1,00 |
ANNESS IV
Proċedura ta’ verifika għall-finijiet tas-sorveljanza tas-suq
It-tolleranzi tal-verifika ddefiniti f’dan l-Anness għandhom x’jaqsmu biss mal-verifika mill-awtoritajiet tal-Istati Membri tal-valuri ddikjarati u ma għandhomx jintużaw mill-manifattur, mill-importatur jew mir-rappreżentant awtorizzat bħala tolleranza permessa biex jiġu stabbiliti l-valuri fid-dokumentazzjoni teknika jew biex jiġu interpretati dawn il-valuri ħalli tinkiseb il-konformità jew biex tiġi kkomunikata prestazzjoni aħjar b’xi mod.
Meta mudell ikun ġie ddisinjat biex ikun kapaċi jinduna li qed jiġi ttestjat (eż. billi jirrikonoxxi l-kundizzjonijiet tat-test jew iċ-ċiklu tat-test), u biex jirreaġixxi b’mod speċifiku billi jbiddel awtomatikament il-prestazzjoni tiegħu matul it-test bl-objettiv li jintlaħaq livell aktar favorevoli għal kull wieħed mill-parametri speċifikati f’dan ir-Regolament jew inklużi fid-dokumentazzjoni teknika jew f’xi dokumentazzjoni pprovduta, il-mudell u l-mudelli ekwivalenti kollha għandhom jitqiesu li mhumiex konformi.
►M1 Bħala parti mill-verifika tal-konformità ◄ ta’ mudell tal-prodott mar-rekwiżiti stabbiliti f’dan ir-Regolament skont il-punt 2 tal-Artikolu 3 tad-Direttiva 2009/125/KE, għar-rekwiżiti msemmija f’dan l-Anness, l-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom japplikaw din il-proċedura li ġejja:
L-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom jivverifikaw unità waħda tal-mudell.
Il-mudell għandu jitqies bħala konformi mar-rekwiżiti applikabbli, jekk:
il-valuri mogħtija fid-dokumentazzjoni teknika skont il-punt 2 tal-Anness IV tad-Direttiva 2009/125/KE (il-valuri dikjarati) u, meta applikabbli, il-valuri użati għall-kalkolu ta’ dawn il-valuri, ma jkunux aktar favorevoli għall-manifattur, l-importatur jew ir-rappreżentant awtorizzat milli jkunu r-riżultati tal-kejl korrispondenti mwettaq skont il-paragrafu (g) tiegħu; u
il-valuri dikjarati jkunu jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti f’dan ir-Regolament, u kull informazzjoni meħtieġa dwar il-prodott li jippubblikaw il-manifattur, l-importatur jew ir-rappreżentant awtorizzat ma jkunx fiha valuri aktar favorevoli għall-manifattur, l-importatur jew ir-rappreżentant awtorizzat mill-valuri dikjarati; u
meta l-awtoritajiet tal-Istati Membri jiċċekkjaw l-unità tal-mudell, huma jsibu li l-manifattur, l-importatur jew ir-rappreżentant awtorizzat ikun implimenta sistema li tikkonforma mar-rekwiżiti tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 6; u
meta l-awtoritajiet tal-Istati Membri jiċċekkjaw l-unità tal-mudell, din tikkonforma mar-rekwiżiti fit-tielet paragrafu tal-Artikolu 6, mal-effiċjenza fir-riżorsi fil-punt 2 tal-Anness II u mar-rekwiżiti ta’ informazzjoni fil-punt 3 tal-Anness II; kif ukoll
meta l-awtoritajiet tal-Istati Membri jittestjaw l-unità tal-mudell, il-valuri ddeterminati (il-valuri tal-parametri rilevanti kif imkejla waqt it-testijiet u l-valuri kkalkolati minn dan il-kejl) ikunu konformi mat-tolleranzi tal-verifika rispettivi mogħtija fit-Tabella 11.
Jekk ma jinkisbux ir-riżultati msemmija fil-punti (2)(a), (b), (c) jew (d), il-mudell u l-mudelli ekwivalenti kollha għandhom jitqiesu li mhumiex konformi ma’ dan ir-Regolament.
Jekk ma jinkisibx ir-riżultat imsemmi fil-punt 2(e), l-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom jagħżlu tliet unitajiet oħra tal-istess mudell biex jiġu ttestjati. B’mod alternattiv, it-tliet unitajiet l-oħra magħżula jistgħu jkunu ta’ mudell(i) ekwivalenti.
Il-mudell għandu jitqies konformi mar-rekwiżiti applikabbli jekk, għal dawn it-tliet unitajiet, il-medja aritmetika tal-valuri ddeterminati tkun fi ħdan it-tolleranzi tal-verifika rispettivi mogħtija fit-Tabella 11.
Jekk ma jinkisibx ir-riżultat imsemmi fil-punt 5, il-mudell u l-mudelli ekwivalenti kollha għandhom jitqiesu li mhumiex konformi ma’ dan ir-Regolament.
L-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom jipprovdu l-informazzjoni rilevanti kollha lill-awtoritajiet tal-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni mingħajr dewmien wara li tittieħed deċiżjoni dwar in-nuqqas ta’ konformità tal-mudell skont il-punti 3, 6 jew it-tieni paragrafu ta’ dan l-Anness.
L-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom jużaw il-metodi tal-kejl u tal-kalkolu mogħtija fl-Anness III.
L-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom japplikaw biss it-tolleranzi tal-verifika stabbiliti fit-Tabella 11 u għandhom jużaw biss il-proċedura deskritta fil-punti 1 sa 7 għar-rekwiżiti msemmija f’dan l-Anness. Għall-parametri tat-Tabella 11, ma għandha tiġi applikata l-ebda tolleranza oħra, bħalma huma dawk stabbiliti fi standards armonizzati jew fi kwalunkwe metodu ieħor ta’ kejl.
Tabella 11
Tolleranzi tal-verifika
|
Parametri |
Tolleranzi tal-verifika |
|
Il-volum nett, u l-volum nett tal-kompartiment fejn applikabbli |
Il-valur iddeterminat () m’għandux ikun baxx aktar minn 3 % jew minn litru wieħed [1] – jintuża l-ogħla valur – mill-valur iddikjarat. |
|
Il-volum gross, u l-volum gross tal-kompartiment fejn applikabbli |
Il-valur iddeterminat () m’għandux ikun baxx aktar minn 3 % jew minn litru wieħed [1] – jintuża l-ogħla valur – mill-valur iddikjarat |
|
It-TDA, u t-TDA tal-kompartiment fejn applikabbli |
Il-valur iddeterminat () m’għandux ikun ogħla mill-valur iddikjarat b’iktar minn 3 %. |
|
Edaily |
Il-valur iddeterminat () m’għandux ikun ogħla mill-valur iddikjarat b’iktar minn 10 % |
|
AE |
Il-valur iddeterminat () m’għandux ikun ogħla mill-valur iddikjarat b’iktar minn 10 %. |
|
(1)
fil-każ ta’ tliet unitajiet addizzjonali ttestjati kif preskritt fil-punt 4, il-valur iddeterminat ifisser il-medja aritmetika tal-valuri ddikjarati għal dawn it-tliet unitajiet addizzjonali. |
|
ANNESS V
Parametri referenzjarji
Fiż-żmien id-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, l-aħjar teknoloġija disponibbli fis-suq għall-apparat refriġeranti b’funzjoni ta’ bejgħ dirett f’termini tal-EEI tagħhom ġiet identifikata kif deskritt hawn taħt.
|
|
TDA (m2), volum nett (L) jew volum gross (L) kif applikabbli |
T1 jew TV |
AE (kWh/a) |
|
Kabinetti tas-supermarkets (Friġġ vertikali tas-supermarkets) |
3,3 |
|
4526 (= 12,4 kWh/24 h) |
|
Kabinetti tas-supermarkets (Friġġ orizzontali tas-supermarkets) |
2,2 |
|
2044 (= 5,6 kWh/24 h) |
|
Kabinetti tas-supermarkets (Freezer vertikali tas-supermarkets) |
3 |
|
9709 (= 26,6 kWh/24 h) |
|
Kabinetti tas-supermarkets (Freezer orizzontali tas-supermarkets) |
1,4 |
|
1621 (= 4,4 kWh/24 h) |
|
2,76 |
|
6424 (= 17,6 kWh/24 h) |
|
|
Magni tal-bejgħ awtomatiċi refriġerati għal-laned u għall-fliexken |
548 |
7 °C |
1547 (= 4,24 kWh/24 h) |
|
Magna tal-bejgħ awtomatika refriġerata spirali |
472 |
3 °C |
2070 (= 5,67 kWh/24 h) |
|
Cooler tax-xarbiet |
506 |
|
475 (= 1,3 kWh/24 h) |
|
Freezer tal-ġelat |
302 |
|
329 (= 0,9 kWh/24 h) |
|
Kabinett għall-wiri u l-bejgħ tal-ġelat |
1,43 |
|
10862 (= 29,76 kWh/24 h) |
( 1 ) Ir-Regolament (UE) 2017/1369 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Lulju 2017 li jistabbilixxi qafas għat-tikkettar tal-enerġija u li jħassar id-Direttiva 2010/30/UE (ĠU L 198, 28.7.2017, p. 1).
►M1 ( *1 ) Għall-magni tal-bejgħ awtomatiċi b’aktar minn temperatura waħda, TV għandha tkun il-medja ta’ TV1 (it-temperatura massima mkejla tal-prodott fl-aktar kompartiment sħun) u ta’ TV2 (it-temperatura massima mkejla tal-prodott fl-aktar kompartiment kiesaħ), imqarrba sal-ewwel pożizzjoni deċimali. ◄
( *2 ) kategorija 1 = magni refriġerati b’quddiem magħluq, għal-laned u għall-fliexken, li fihom il-prodotti jinżammu maħżuna fuq xulxin, kategorija 2 = magni refriġerati b’quddiem tal-ħġieġ, għal-laned u għall-fliexken, ħelu u snacks, kategorija 3 = magni refriġerati b’quddiem tal-ħġieġ li jintużaw biss għal oġġetti tal-ikel li jitħassru, kategorija 4 = magni refriġerati b’quddiem tal-ħġieġ b’diversi temperaturi, kategorija 6 = magni kkombinati li jikkonsistu minn kategoriji differenti ta’ magni fl-istess struttura, li jaħdmu b’unità tat-tkessiħ waħda.