EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 02013R1305-20210625
Regulation (EU) No 1305/2013 of the European Parliament and of the Council of 17 December 2013 on support for rural development by the European Agricultural Fund for Rural Development (EAFRD) and repealing Council Regulation (EC) No 1698/2005
Consolidated text: Regolament (UE) Nru 1305/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 dwar appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005
Regolament (UE) Nru 1305/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 dwar appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005
02013R1305 — MT — 25.06.2021 — 011.001
Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument
REGOLAMENT (UE) Nru 1305/2013 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tas-17 ta’ Diċembru 2013 (ĠU L 347 20.12.2013, p. 487) |
Emendat bi:
Ikkoreġut bi:
REGOLAMENT (UE) Nru 1305/2013 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tas-17 ta’ Diċembru 2013
dwar appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005
TITOLU I
OBJETTIVI U STRATEĠIJA
KAPITOLU I
Suġġett u Definizzjonijiet
Artikolu 1
Suġġett
Artikolu 2
Definizzjonijiet
Barra minn dan, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
"ipprogrammar" tfisser il-proċess ta’ organizzazzjoni, ta' teħid ta’ deċiżonijiet u ta' allokazzjoni ta' riżorsi finanzjarji f’diversi stadji, bl-involviment tal-isħab, maħsub għall-implimentazzjoni, fuq bażi pluriennali, tal-azzjoni konġunta mill-Unjoni u l-Istati Membri biex jintlaħqu l-prijoritajiet tal-Unjoni għall-iżvilupp rurali.
"reġjun" tfisser unità territorjali li tikkorrispondi għal-livell 1 jew 2 tan-Nomenklatura tal-unitajiet territorjali għall-istatistika (livell 1 u 2 tan-NUTS) skont it-tifsira tar-Regolament (KE) Nru 1059/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 2 );
"miżura" tfisser sett ta’ operazzjonijiet li jikkontribwixxu għal prijorità waħda jew aktar tal-Unjoni għall-iżvilupp rurali;
"rata ta' appoġġ" tfisser ir-rata tal-kontribuzzjoni pubblika għal operazzjoni;
"spiża tat-transazzjoni" tfisser spiża addizzjonali konnessa mat-twettiq ta' impenn, iżda mhux direttament attribwibbli għall-implimentazzjoni tiegħu jew mhux inkluża fl-ispejjeż jew id-dħul mitluf li għalihom jingħata kumpens b'mod dirett u li tista' tiġi kkalkulata fuq bażi ta' spiża standard;
"żona agrikola" tfisser kwalunkwe żona użata bħala art għall-kultivazzjoni, mergħat permanenti jew uċuh permanenti kif iddefinit fl-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013;
"telf ekonomiku" tfisser kwalunkwe spiża addizzjonali mġarrba minn bidwi bħala riżultat ta’ miżuri eċċezzjonali meħudin mill-bidwi bil-għan li jnaqqas il-provvista fuq is-suq ikkonċernat jew kwalunkwe telf sostanzjali fil-produzzjoni;
"avveniment klimatiku negattiv" tfisser kondizzjonijiet tat-temp, bħal ġlata, maltempati u silġ, xita qawwija jew nixfa kbira, li jixbhu lil diżastru naturali;
"mard tal-annimali" tfisser mard imsemmi fil-lista ta' mard tal-annimali stabbilita mill-Organizzazzjoni Dinjija għas-Saħħa tal-Annimali u/jew fl-Anness għad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/470/KE ( 3 );
"inċident ambjentali" tfisser okkorrenza speċifika ta’ tniġġis, kontaminazzjoni jew degradazzjoni fil-kwalità tal-ambjent li hija relatata ma’ avveniment speċifiku u li tkun ta’ ambitu ġeografiku limitat, iżda ma jkoprix riskji ambjentali ġenerali mhux marbuta ma’ avveniment speċifiku, bħat-tibdil fil-klima jew it-tniġġis tal-arja;
"diżastru naturali" tfisser avveniment naturali ta’ natura bijotika jew abijotika li jwassal għal tfixkil kbir fis-sistemi ta’ produzzjoni agrikola jew fl-istrutturi tal-foresti, li eventwalment jikkawża ħsara ekonomika kbira lis-setturi tal-biedja jew tal-foresti;
"avveniment katastrofiku" tfisser avveniment mhux previst ta' natura bijotika jew abijotika kkawżat minn azzjoni umana li jwassal għal tfixkil kbir fis-sistemi ta' produzzjoni agrikola jew fl-istrutturi tal-foresti, u eventwalment jikkawżaw ħsara ekonomika kbira lis-setturi tal-biedja jew tal-foresti;
"katina tal-provvista qasira" tfisser katina tal-provvista li tinvolvi għadd limitat ta’ operaturi ekonomiċi, impenjati lejn il-kooperazzjoni, l-iżvilupp ekonomiku lokali, u relazzjonijiet ġeografiċi u soċjali mill-qrib bejn il-produtturi, dawk li jipproċessaw u l-konsumaturi;
"bidwi żagħżugħ" tfisser persuna li jkollha anqas minn 40 sena fil-mument tas-sottomissjoni tal-applikazzjoni, li jkollha ħiliet u kompetenzi tax-xogħol adegwati u li tkun qiegħda tistabbilixxi lilha nnifisha għall-ewwel darba f'azjenda agrikola bħala l-kap ta' dik l-azjenda; l-istabbiliment jista' jsir b'mod individwali jew b'mod konġunt ma' bdiewa oħrajn, irrispettivament mill-forma ġuridika tiegħu;
"objettivi tematiċi" tfisser l-objettivi tematiċi definiti fl-Artikolu 9 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013;
"Qafas Strateġiku Komuni" ("QSK") tfisser il-Qafas Strateġiku Komuni msemmi fl-Artikolu 10 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013;
"raggruppament" tfisser grupp ta' impriżi independenti, inklużi impriżi ġodda, impriżi żgħar, medji u kbar kif ukoll korpi ta' konsulenza u/jew organizzazzjonijiet ta' riċerka - li jitfasslu biex jistimulaw attività ekonomika/innovattiva billi jippromwovu interazzjonijiet intensivi, jikkondividu faċilitajiet u jagħmlu skambju ta' għarfien u kompetenzi, kif ukoll billi jikkontribwixxu b'mod effettiv għat-trasferiment tal-għarfien, in-netwerking u t-tixrid tal-informazzjoni fost l-impriżi fir-raggruppament;
"foresta" tfisser medda ta’ art ta’ aktar minn 0,5 ettaru b’siġar għoljin aktar minn 5 metri u kanupew li jkopri aktar minn 10 fil-mija, jew siġar li kapaċi jilħqu dawn il-limiti in situ u ma tinkludix art li b'mod predominanti għandha użu agrikolu jew urban, soġġetta għall-paragrafu 2;
"data ta' stabbiliment" tfisser id-data li fiha l-applikant iwettaq jew ilesti azzjoni jew azzjonijiet relatati mal-istabbiliment imsemmi fil-punt (n).
KAPITOLU II
Missjoni, objettivi u prijoritajiet
Artikolu 3
Missjoni
Il-FAEŻR għandu jikkontribwixxi għall-Istrateġija Ewropa 2020 billi jippromwovi l-iżvilupp rurali sostenibbli fl-Unjoni kollha b’mod li jikkumplimenta l-istrumenti l-oħra tal-PAK, l-politika ta’ koeżjoni u l-politika komuni tas-sajd. Huwa għandu jikkontribwixxi għall-iżvilupp ta’ settur agrikolu tal-Unjoni li huwa kompetittiv u innovattiv, li jkun iżjed bilanċjat fil-livell territorjali u ambjentali, li ma jagħmilx ħsara lill-klima u li jkun reżiljenti. Huwa għandu jikkontribwixxi wkoll għall-iżvilupp tat-territorji rurali.
Artikolu 4
Objettivi
Fi ħdan il-qafas ġenerali tal-PAK, l-appoġġ għal żvilupp rurali, inkluż għal attivitajiet fis-settur tal-ikel u dak mhux tal-ikel u fil-forestrija, għandu jikkontribwixxi biex jintlaħqu l-objettivi li ġejjin:
it-trawwim tal-kompetittività tal-agrikoltura;
l-iżgurar tal-ġestjoni sostenibbli tar-riżorsi naturali u l-azzjoni favur il-klima;
il-kisba ta' żvilupp territorjali bilanċjat ta' ekonomiji u komunitajiet rurali inkluż il-ħolqien u ż-żamma tal-impjiegi.
Artikolu 5
Prijoritajiet tal-Unjoni għall-iżvilupp rurali
Sabiex jintlaħqu l-objettivi ta' żvilupp rurali li jikkontribwixxu għall-istrateġija Ewropa 2020 għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv, għandhom jiġu segwiti s-sitt prijoritajiet tal-Unjoni għall-iżvilupp rurali, li jirriflettu fl-Objettivi Tematiċi rilevanti tal-QSK:
it-trawwim tat-trasferiment tal-għarfien u l-innovazzjoni fl-agrikoltura, il-forestrija u ż-żoni rurali, b’enfasi fuq l-oqsma li ġejjin:
it-trawwim tal-innovazzjoni, il-kooperazzjoni, u l-iżvilupp tal-bażi tal-għarfien fiż-żoni rurali;
it-tisħiħ tar-rabtiet bejn l-agrikoltura, il-produzzjoni tal-ikel u l-forestrija u r-riċerka u l-innovazzjoni, inkluż għall-iskop ta' ġestjoni u prestazzjoni ambjentali mtejba;
it-trawwim tat-tagħlim tul il-ħajja u t-taħriġ vokazzjonali fis-setturi tal-agrikoltura u l-forestrija.
it-titjib tal-vijabbiltà tal-azjendi agrikoli u l-kompetittività tat-tipi kollha ta’ agrikoltura fir-reġjuni kollha u l-promozzjoni ta' teknoloġiji agrikoli innovattivi u l-ġestjoni sostenibbli tal-foresti, b’enfasi fuq l-oqsma li ġejjin:
it-titjib tal-prestazzjoni ekonomika tal-azjendi agrikoli kollha u l-faċilitazzjoni tar-ristrutturar u l-modernizzazzjoni tal-azjendi agrikoli, partikolarment bil-ħsieb li jiżdiedu l-parteċipazzjoni fis-suq u l-orjentament kif ukoll id-diversifikazzjoni agrikola;
il-faċilitazzjoni tad-dħul ta' bdiewa b'ħiliet adegwati fis-settur agrikolu u, b'mod partikolari, it-tiġdid ġenerazzjonali.
il-promozzjoni tal-organizzazzjoni tal-katina tal-ikel, inkluż l-ipproċessar u l-kummerċjalizzazzjoni ta' prodotti agrikoli, it-trattament xieraq tal-annimali u l-ġestjoni tar-riskji fl-agrikoltura, b’enfasi fuq l-oqsma li ġejjin:
it-titjib tal-kompetittività tal-produtturi primarji billi jiġu integrati aħjar fil-katina agroalimentari permezz ta' skemi ta' kwalità, iż-żieda fil-valur tal-prodotti agrikoli, il-promozzjoni fis-swieq lokali u ċirkwiti qosra tal-provvista, gruppi u organizzazzjonijiet tal-produtturi u organizzazzjonijiet interprofessjonali;
l-appoġġ għall-prevenzjoni u l-ġestjoni tar-riskji tal-azjendi agrikoli.
ir-restawr, il-preservazzjoni u t-tisħiħ tal-ekosistemi relatati mal-agrikoltura u l-forestrija, b’enfasi fuq l-oqsma li ġejjin:
ir-restawr, il-preservazzjoni u t-tisħiħ tal-bijodiversità, inklużi ż-żoni tan-Natura 2000, u ż-żoni li qed iħabbtu wiċċhom ma' restrizzjonijiet naturali jew oħrajn speċifiċi, u l-biedja li għandha valur naturali għoli, kif ukoll l-istat tal-pajsaġġi Ewropej;
titjib tal-ġestjoni tal-ilma, inkluża l-ġestjoni tal-fertilizzanti u l-pestiċidi;
il-prevenzjoni tal-erożjoni tal-ħamrija u t-titjib tal-ġestjoni tal-ħamrija.
promozzjoni tal-effiċjenza tar-riżorsi u l-appoġġ tal-bidla lejn ekonomija b’livell baxx ta’ emissjonijiet ta’ karbonju u reżistenti għat-tibdil fil-klima fis-setturi tal-agrikoltura, tal-ikel u tal-forestrija, b'attenzjoni għall-oqsma li ġejjin:
effiċjenza akbar fl-użu tal-ilma permezz tal-agrikoltura;
effiċjenza akbar fl-użu tal-enerġija fl-agrikoltura u l-ipproċessar tal-ikel;
l-iffaċilitar tal-provvista u l-użu ta’ sorsi tal-enerġija rinnovabbli, prodotti sekondarji, skart u residwi u ta' materja prima oħra mhux tal-ikel, għal skopijiet tal-bijoekonomija;
it-tnaqqis ta' emissjonijiet ta' gassijiet b'effett ta' serra u dawk tal-ammonja mill-agrikoltura;
it-trawwim tal-konservazzjoni u tal-ġbir tal-karbonju fl-agrikoltura u l-forestrija;
il-promozzjoni tal-inklużjoni soċjali, it-tnaqqis tal-faqar u l-iżvilupp ekonomiku fiż-żoni rurali, b’enfasi fuq l-oqsma li ġejjin:
l-iffaċilitar tad-diversifikazzjoni, il-ħolqien u l-iżvilupp ta’ impriżi żgħar kif ukoll il-ħolqien tal-impjiegi;
it-trawwim tal-iżvilupp lokali fiż-żoni rurali;
it-titjib fl-aċċessibbiltà għat-teknoloġiji tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni (ICT), fl-użu u l-kwalità tagħhom fiż-żoni rurali.
Dawk il-prijoritajiet kollha għandhom jikkontribwixxu biex jintlaħqu l-objettivi trasversali tat-trawwim tal-innovazzjoni u tal-kontribut lejn il-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima u l-adattament għalih. Il-programmi jistgħu jindirizzaw anqas minn sitt prijoritajiet jekk dan ikun ġustifikat abbażi tal-analiżi tas-sitwazzjoni f'termini ta' preġji, id-dgħufijiet, l-opportunitajiet u l-perikli ("is-SWOT") u l-evalwazzjoni ex ante. Kull programm għandu jindirizza mill-anqas erba' prijoritajiet. Meta Stat Membru jippreżenta programm nazzjonali u sett ta' programmi reġjonali, il-programm nazzjonali jista' jindirizza anqas minn erba' prijoritajiet.
Oqsma oħra ta' prijorità jistgħu jiġu inklużi fi programmi sabiex tiġi segwita waħda mill-prijoritajiet jekk ikunu ġġustifikati u li jistgħu jitkejlu.
TITOLU II
IPPROGRAMMAR
KAPITOLU I
Kontenut tal-ipprogrammar
Artikolu 6
Programmi ta' żvilupp rurali
L-oqfsa nazzjonali tal-Istati Membri bi programmi reġjonali jista' jkun fihom ukoll tabella li tqassar, skont ir-reġjun u skont is-sena, il-kontribuzzjoni totali tal-FAEŻR lill-Istat Membru kkonċernat għall-perijodu kollu ta' programmar.
Artikolu 7
Sottoprogrammi tematiċi
Bil-għan li jikkontribwixxu għall-kisba tal-prijoritajiet tal-Unjoni għall-iżvilupp rurali, l-Istati Membri jistgħu jinkludu sottoprogrammi tematiċi fil-programmi ta' żvilupp rurali tagħhom li jindirizzaw ħtiġijiet speċifiċi. Sottoprogrammi tematiċi bħal dawn jistgħu, fost l-oħrajn, ikunu relatati ma':
bdiewa żgħażagħ;
azjendi agrikoli żgħar kif imsemmija fit-tielet subparagrafu tal-Artikolu 19(2);
żoni muntanjużi kif imsemmija fl-Artikolu 32(2);
ktajjen tal-provvista qosra;
in-nisa fiż-żoni rurali;
il-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima u l-adattament għalih u l-bijodiversità.
Lista indikattiva ta’ miżuri u tipi ta’ operazzjonijiet ta’ rilevanza partikolari għal kull sottoprogramm tematiku hija stabbilita fl-AnnessIV.
Artikolu 8
Kontenut tal-programmi ta' żvilupp rurali
Minbarra l-elementi msemmija fl-Artikolu 27 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013, kull programm ta' żvilupp rurali għandu jinkludi:
l-evalwazzjoni ex ante msemmija fl-Artikolu 55 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013;
analiżi SWOT tas-sitwazzjoni u identifikazzjoni tal-ħtiġijiet li għandhom jiġu indirizzati fiż-żona ġeografika koperta mill-programm.
L-analiżi għandha tiġi strutturata madwar il-prijoritajiet tal-Unjoni għall-iżvilupp rurali. Il-ħtiġijiet speċifiċi li jikkonċernaw l-ambjent, il-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima u l-adattament u l-innovazzjoni għandhom jiġu vvalutati tul il-prijoritajiet tal-Unjoni għall-iżvilupp rurali, bl-għan li jiġu identifikati r-risponsi rilevanti f’dawn it-tliet oqsma fil-livell ta’ kull prijorità;
deskrizzjoni tal-istrateġija li turi li:
għandhom jiġu stabbiliti miri adatti għal kull wieħed mill-oqsma ta' prijorità ewlenin tal-Unjoni għall-iżvilupp rurali inklużi fil-programm, abbażi ta’ indikaturi komuni tar-riżultat imsemmija fl-Artikolu 69 u, fejn meħtieġ, ta' indikaturi speċifiċi għall-programm;
ikunu ġew magħżula l-kombinazzjonijiet rilevanti tal-miżuri b’rabta ma’ kull qasam ta' prijorità ewlieni tal-Unjoni għall-iżvilupp rurali inklużi fil-programm, abbażi ta' loġika korretta ta' intervent appoġġata bl-evalwazzjoni ex ante msemmija fil-punt (a) u l-analiżi msemmija fil-punt (b);
l-allokazzjoni ta' riżorsi finanzjarji għall-miżuri tal-programm tkun ġustifikata u adegwata biex tikseb il-miri stabbiliti;
il-ħtiġijiet speċifiċi marbuta mal-kondizzjonijiet speċifiċi fil-livell reġjonali jew subreġjonali ġew ikkunsidrati u indirizzati b’mod konkret permezz ta’ kombinazzjonijiet ta’ miżuri jew sottoprogrammi tematiċi mfassla b'mod adegwat;
ikun integrat fil-programm approċċ adatt lejn l-innovazzjoni bil-ħsieb li jintlaħqu l-prijoritajiet tal-Unjoni għall-iżvilupp rurali, inkluż is-SEI għall-produttività u s-sostenibbiltà agrikoli, lejn l-ambjent, inklużi l-ħtiġijiet speċifiċi taż-żoni tan-Natura 2000, u lejn il-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima u l-adattament għalih;
ittieħdu miżuri biex tiġi żgurata d-disponibbiltà ta' kapaċità konsultattiva suffiċjenti dwar ir-rekwiżiti regolatorji u dwar azzjonijiet relatati mal-innovazzjoni;
għal kull kondizzjonalità ex ante, stabbilita f'konformità mal-Artikolu 19, u l-parti II tal-Anness XI għar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 għall-kondizzjonalitajiet ex-ante ġenerali, u f'konformità mal-Anness V għal dan ir-Regolament, evalwazzjoni ta' liema mill-kondizzjonalitajiet ex-ante huma applikabbli għall-programm u liema minnhom huma sodisfatti fid-data tal-preżentazzjoni tal-Ftehim ta' Sħubija u l-programm. Fejn il-kondizzjonalitajiet ex-ante applikabbli mhumiex sodisfatti, il-programm għandu jkun fih deskrizzjoni tal-azzjonijiet li għandhom jittieħdu, tal-korpi responsabbli u skeda taż-żmien għal tali azzjonijiet f'konformità mas-sintesi ppreżentata fil-Ftehim ta' Sħubija.
deskrizzjoni tal-qafas tal-prestazzjoni stabbilit għall-finijiet tal-Artikolu 21 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013;
deskrizzjoni ta’ kull waħda mill-miżuri magħżula;
l-evalwazzjoni ex ante msemmija fl-Artikolu 56 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013. L-Istati Membri għandhom jipprovdu biżżejjed riżorsi biex jiġu indirizzati l-ħtiġijiet li ġew identifikati u biex jiġu żgurati monitoraġġ u evalwazzjoni xierqa;
pjan ta’ finanzjament li jinkludi:
tabella li tistabbilixxi, f’konformità mal-Artikolu 58(4) u l-Artikolu 58a(2) ta’ dan ir-Regolament, il-kontribuzzjoni totali tal-FAEŻR ippjanata għal kull sena. Dik it-tabella għandha tindika separatament ir-riżorsi addizzjonali kif imsemmi fl-Artikolu 58a(2) ta’ dan ir-Regolament. Fejn applikabbli, dik it-tabella għandha tindika wkoll separatament, fi ħdan il-kontribuzzjoni totali tal-FAEŻR, l-approprjazzjonijiet previsti għar-reġjuni l-anqas żviluppati u l-fondi trasferiti lill-FAEŻR skont l-Artikolu 7(2) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013. Il-kontribuzzjoni annwali ppjanata tal-FAEŻR għandha tkun kompatibbli mal-Qafas Finanzjarju Pluriennali;
tabella li, għal kull miżura, għal kull tip ta’ operazzjoni b’rata ta’ kontribuzzjoni speċifika tal-FAEŻR, għat-tip ta’ operazzjoni msemmija fl-Artikolu 37(1) u fl-Artikolu 39a, għat-tip ta’ operazzjoni msemmija fl-Artikolu 38(3) u l-Artikolu 39(1) meta Stat Membru japplika perċentwal ta’ inqas minn 30 %, u għall-assistenza teknika, tistabbilixxi l-kontribuzzjoni totali ppjanata tal-Unjoni u r-rata ta’ kontribuzzjoni applikabbli tal-FAEŻR. Fejn applikabbli, dik it-tabella għandha tindika b’mod separat ir-rata tal-kontribuzzjoni tal-FAEŻR għar-reġjuni anqas żviluppati u għal reġjuni oħra;
pjan ta' indikaturi, maqsum f'oqsma ta' prijorità, li jinkludi l-miri msemmijin fil-punt (i) tal-Artikolu 8(1)(c) u r-riżultati ppjanati u n-nefqa ppjanata ta' kull miżura ta' żvilupp rurali magħżula f'rabta ma' qasam ta' fokus korrispondenti;
fejn applikabbli, tabella dwar il-finanzjament nazzjonali addizzjonali għal kull miżura f’konformità mal-Artikolu 82;
fejn applikabbli, il-lista tal-iskemi ta’ għajnuna li jaqgħu taħt l-Artikolu 88(1) li għandhom jintużaw għall-implimentazzjoni tal-programmi;
informazzjoni dwar il-komplementarjetà mal-miżuri ffinanzjati mill-istrumenti l-oħra tal-politika agrikola komuni, u mill-Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej ("ESI");
arranġamenti għall-implimentazzjoni tal-programmi inklużi:
ħatra mill-Istat Membri tal-awtoritajiet kollha msemmija fl-Artikolu 65(2) u, għal skopijiet ta’ informazzjoni, deskrizzjoni qasira tal-istruttura tal-immaniġġjar u l-kontroll;
deskrizzjoni tal-proċeduri tal-monitoraġġ u l-evalwazzjoni, kif ukoll il-kompożizzjoni tal-Kumitat għall-Monitoraġġ;
dispożizzjonijiet li jiżguraw li l-programm jiġi ppubbliċizzat, inkluż permezz tan-netwerk rurali nazzjonali msemmi fl-Artikolu 54;
deskrizzjoni tal-approċċ li jipprovdi l-prinċipji fir-rigward tal-istabbiliment tal-kriterji għall-għażla tal-operazzjonijiet u l-istrateġiji ta' żvilupp lokali, li jikkunsidra l-miri rilevanti; f'dan il-kuntest l-Istati Membri jistgħu jipprevedu li tingħata prijorità lill-SMEs konnessi mas-settur tal-agrikoltura u tal-forestrija.
b'rabta mal-iżvilupp lokali, fejn applikabbli, deskrizzjoni tal-mekkaniżmi li jiżguraw il-koerenza bejn l-attivitajiet previsti skont l-istrateġiji ta' żvilupp lokali, il-miżura ta' "Kooperazzjoni" msemmija fl-Artikolu 35, u l-miżura ta' "Servizzi bażiċi u tiġdid tal-irħula f’żoni rurali" msemmija fl-Artikolu 20, inklużi konnessjonijiet urbani-rurali;
l-azzjonijiet meħuda biex jiġu involuti l-imsieħba msemmija fl-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 u taqsira tar-riżultati tal-konsultazzjoni mas-sħab;
fejn applikabbli, l-istruttura tan-netwerk rurali nazzjonali kif imsemmi fl-Artikolu 54(3), u d-dispożizzjonijiet għall-ġestjoni tiegħu, li jikkostitwixxu l-bażi għall-pjanijiet ta’ azzjonijiet annwali tiegħu.
Meta jiġu inklużi sottoprogrammi tematiċi fi programm ta' żvilupp rurali, kull sottoprogramm għandu jinkludi:
analiżi speċifika tas-sitwazzjoni ibbażata fuq il-metodoloġija SWOT u l-identifikazzjoni tal-ħtiġijiet li għandhom jiġu indirizzati mis-subprogramm;
miri speċifiċi fil-livell ta’ subprogrammi u għażla ta’ miżuri, ibbażati fuq definizzjoni dettaljata tal-loġika tal-intervent tas-subprogramm, inkluża valutazzjoni tal-kontribut mistenni tal-miżuri magħżula biex jintlaħqu l-miri;
pjan ta' indikaturi speċifiku separat, bir-riżultati ppjanati u n-nefqa ppjanata għal kull miżura ta' żvilupp rurali magħżula f'rabta ma' qasam ta' prijorità korrispondenti.
KAPITOLU II
Tħejjija, approvazzjoni u modifikazzjoni tal-programmi ta' żvilupp rurali
Artikolu 9
Kondizzjonalitajiet ex ante
Minbarra l-kondizzjonalitajiet ex ante ġenerali, imsemmijin fil-parti II tal-Anness XI għar-Regolament (UE) Nru 1303/2013, il-kondizzjonalitajiet ex ante msemmijin fl-Anness V għal dan ir-Regolament għandhom japplikaw għall-ipprogrammar tal-FAEŻR, jekk ikun rilevanti u applikabbli għall-objettivi speċifiċi segwiti fil-prijoritajiet tal-programm.
Artikolu 10
Approvazzjoni tal-programmi ta' żvilupp rurali
Artikolu 11
Emenda tal-programmi ta' żvilupp rurali
Talbiet minn Stati Membri biex jiġu emendati l-programmi għandhom jiġu approvati f’konformità mal-proċeduri li ġejjin:
Il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, dwar it-talbiet għall-emendar tal-programmi li jkunu jikkonċernaw wieħed jew aktar mis-segwenti:
bidla fl-istrateġija tal-programm permezz ta' bidla ta' aktar minn 50 % fil-mira kwantifikata konnessa ma' qasam ta' prijorità;
bidla fir-rata ta' kontribuzzjoni tal-FAEŻR ta’ miżura waħda jew aktar;
bidla tal-kontribuzzjoni sħiħa tal-Unjoni jew id-distribuzzjoni annwali fil-livell tal-programmi;
Il-Kummissjoni għandha tapprova, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, talbiet għall-emendar tal-programmi fil-każijiet l-oħra kollha. Dawn għandhom jinkludu, b’mod partikolari:
l-introduzzjoni jew l-irtirar ta’ miżuri jew tipi ta’ operazzjonijiet;
bidliet fid-deskrizzjoni tal-miżuri, inklużi bidliet fil-kondizzjonijiet tal-eliġibbiltà;
trasferiment ta’ fondi bejn miżuri implimentati taħt rati differenti ta’ kontribuzzjoni tal-FAEŻR;
Madankollu għall-finijiet tal-punti (b)(i) u (ii) u l-punt (b)(iii) meta t-trasferiment ta' fondi jkun jikkonċerna anqas minn 20 % tal-allokazzjoni għal miżura u anqas minn 5 % tal-kontribuzzjoni totali tal-FAEŻR għall-programm, l-approvazzjoni għandha titqies bħala mogħtija, jekk il-Kummissjoni ma tkun ħadet ebda deċiżjoni dwar it-talba wara perijodu ta' 42 jum tax-xogħol minn meta tiġi irċevuta t-talba. Dak il-perijodu ma għandux jinkludi l-perijodu li jibda mill-jum wara d-data meta l-Kummissjoni tkun bagħtet l-osservazzjonijiet tagħha lill-Istat Membru u li jintemm fil-jum meta l-Istat Membru iwieġeb għall-osservazzjonijiet.
L-approvazzjoni tal-Kummissjoni ma għandhiex tkun meħtieġa għal korrezzjonijiet ta' natura purament klerikali jew editorjali li ma jaffettwawx l-implimentazzjon tal-politika u l-miżuri. L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar tali emendi.
Artikolu 12
Regoli dwar proċeduri u skedi ta’ żmien
Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni, li jistipulaw regoli dwar proċeduri u skedi ta’ żmien għal:
l-approvazzjoni ta’ programmi ta' żvilupp rurali u oqfsa nazzjonali;
il-preżentazzjoni u l-approvazzjoni ta’ proposti għal modifiki tal-programmi ta' żvilupp rurali u proposti għal modifiki fl-oqfsa nazzjonali, inkluż id-dħul fis-seħħ tagħhom u l-frekwenza li fiha għandhom jiġu ppreżentati matul il-perijodu ta’ pprogrammar.
Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmijin fl-Artikolu 84.
TITOLU III
APPOĠĠ GĦALL-IŻVILUPP RURALI
KAPITOLU I
Miżuri
Artikolu 13
Miżuri
Kull miżura għall-iżvilupp rurali għandha tkun ipprogrammata biex tikkontribwixxi b'mod speċifiku għall-kisba ta' prijorità waħda jew aktar tal-prijoritajiet tal-Unjoni għall-iżvilupp rurali. Lista indikattiva ta' miżuri ta' rilevanza partikolari għall-prijoritajiet tal-Unjoni hija stabbilita fl-Anness VI.
Artikolu 14
Trasferiment tal-għarfien u azzjonijiet ta' informazzjoni
L-appoġġ jista' jkopri wkoll skambju tal-ġestjoni ta' azjenda agrikola u ta' foresti għal żmien qasir kif ukoll żjajjar f'azjenda agrikola u f'foresta.
Il-fornitur tat-taħriġ jew ta’ azzjoni oħra tat-trasferiment tal-għarfien u l-informazzjoni għandu jkun il-benefiċjarju tal-appoġġ.
Il-korpi li jipprovdu servizzi ta’ trasferiment tal-għarfien u tal-informazzjoni għandu jkollhom il-kapaċitajiet adatti fil-forma ta’ kwalifiki tal-persunal u taħriġ regolari biex iwettqu dan il-kompitu.
Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 84.
Artikolu 15
Servizzi konsultattivi, ġestjoni tal-azjendi agrikoli u servizzi ta' skambju tal-azjendi agrikoli
L-appoġġ taħt din il-miżura għandu jingħata sabiex:
jiġu mgħejuna l-bdiewa, il-bdiewa żgħażagħ kif iddefiniti f'dan ir-Regolament, is-silvikulturisti, amministraturi tal-artijiet oħrajn u l-SMEs fiż-żoni rurali jingħataw għajnuna biex jibbenefikaw mill-użu ta’ servizzi konsultattivi għat-titjib tal-prestazzjoni ekonomika u ambjentali kif ukoll tal-kapaċità tal-azjenda, l-impriża u/jew l-investiment tagħhom li ma jagħmlux ħsara lill-klima u li jkunu reżistenti;
jiġi promoss l-istabbiliment ta’ servizzi tal-ġestjoni tal-azjendi agrikoli, tas-sostituzzjoni tal-azjendi agrikoli u s-servizzi ta' konsulenza dwar l-azjendi agrikoli, inkluża s-Sistema ta' Konsulenza tal-Azjendi Agrikoli msemmija fl-Artikoli 12 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013;
jiġi promoss it-taħriġ tal-konsulenti.
Meta jagħtu l-pariri, is-servizzi konsultattivi għandhom jirrispettaw l-obbligi ta’ nuqqas ta’ divulgazzjoni msemmija fl-Artikolu 13(2) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013.
Il-pariri individwali lill-bdiewa, lill-bdiewa żgħażagħ kif iddefiniti f'dan ir-Regolament u lill-amministraturi tal-artijiet oħrajn għandhom jintrabtu tal-anqas ma’ prijorità waħda tal-Unjoni għall-iżvilupp rurali u għandhom ikopru tal-anqas wieħed mill-elementi li ġejjin:
obbligi fil-livell ta' azjenda agrikola li joriġinaw mill-istandards statutorji dwar il-ġestjoni li jistabbilixxu kundizzjonijiet agrikoli u ambjentali tajbin previsti fil-Kapitolu I tat-Titolu VI tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 [HR];
fejn applikabbli, prattiki agrikoli ta' benefiċċju għall-klima u għall-ambjent taħt il-Kapitolu 3 tat-Titolu III tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 u l-manutenzjoni taż-żona agrikola kif imsemmi fil-punt (c) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013;
miżuri fil-livell ta' azjenda agrikola previsti fil-programmi ta' żvilupp rurali bil-għan tal-modernizzazzjoni tal-azjendi agrikoli, il-bini tal-kompetittività, l-integrazzjoni settorjali, l-innovazzjoni u l-orjentazzjoni tas-swieq, kif ukoll il-promozzjoni tal-intraprenditorija;
rekwiżiti kif definiti mill-Istati Membri għall-implimentazzjoni tal-Artikolu 11(3) tad-Direttiva Qafas dwar l-Ilma;
rekwiżiti kif definiti mill-Istati Membri, għall-implimentazzjoni tal-Artikolu 55 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, b'mod partikolari l-konformità mal-prinċipji ġenerali ta' ġestjoni integrata ta' organiżmi ta' ħsara kif imsemmi fl-Artikolu 14 tad-Direttiva 2009/128/KE; jew
fejn rilevanti, standards ta' sikurezza fuq ix-xogħol jew standards ta' sikurezza marbuta mal-azjenda agrikola;
pariri speċifiċi għall-bdiewa li qed jibdew azjenda għall-ewwel darba.
►C1 Il-pariri jistgħu jkopru wkoll kwistjonijiet oħrajn u b'mod partikolari l-informazzjoni relatata mal-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima u l-adattament għalih, il-bijodiversità u l-protezzjoni tal-ilma kif stabbilit fl-Anness I għar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 jew kwistjonijiet b'rabta mal-prestazzjoni tal-ekonomija u dik ambjentali tal-azjenda agrikola inklużi l-aspetti ta' kompetittività. ◄ Dan jista' jinkludi pariri għall-iżvilupp ta' ktajjen qosra ta' provvista, biedja organika u aspetti tas-saħħa tat-trobbija tal-annimali.
Artikolu 16
Skemi ta’ kwalità għal prodotti agrikoli, u oġġetti tal-ikel
L-appoġġ taħt din il-miżura għandu jkopri l-parteċipazzjoni ġdida, jew il-parteċipazzjoni minn bdiewa jew minn gruppi ta' bdiewa fil-ħames snin preċedenti, minn bdiewa u gruppi ta' bdiewa, jew il-parteċipazzjoni minn bdiewa, fi:
skemi ta' kwalità stabbiliti skont ir-Regolamenti u d-dispożizzjonijiet li ġejjin:
Ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 4 )
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 ( 5 );
Ir-Regolament (KE) Nru 110/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 6 );
Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) No 1601/91 ( 7 );
Il-Parti II, it-Titolu II, il-Kapitolu I, it-Taqsima 2 tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1308/2013 rigward l-inbid.
skemi ta’ kwalità, inkluż l-iskemi għaċ-ċertifikazzjoni tal-azjendi agrikoli, għal prodotti agrikoli, qoton jew oġġetti tal-ikel rikonoxxuti mill-Istati Membri bħala li jikkonformaw mal-kriterji li ġejjin:
l-ispeċifiċità tal-prodott finali taħt dawn l-iskemi tirriżulta minn obbligi ċari biex jiġi ggarantit kwalunkwe wieħed mis-segwenti:
l-iskema tkun miftuħa għall-produtturi kollha;
l-iskema tinvolvi speċifikazzjonijiet vinkolanti tal-prodotti, u l-konformità ma’ dawk l-ispeċifikazzjonijiet tkun ivverifikata mill-awtoritajiet pubbliċi jew minn korp ta’ spezzjoni indipendenti;
l-iskema tkun trasparenti u tiżgura traċċabbiltà totali tal-prodotti; jew
skemi volontarji ta’ ċertifikazzjoni tal-prodotti agrikoli rikonoxxuti mill-Istati Membri li jilħqu l-linji gwida tal-aħjar prattiki tal-Unjoni għall-operat ta’ skemi ta’ ċertifikazzjoni volontarji marbuta ma’ prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel.
Fil-każ tal-parteċipazzjoni inizjali qabel ma ssir l-applikazzjoni għal appoġġ taħt il-paragrafu 1, id-durata massima ta' ħames snin għandha titnaqqas bin-numru ta' snin li jkunu għaddew bejn il-parteċipazzjoni inizjali fi skema ta' kwalità u l-mument meta ssir l-applikazzjoni għall-appoġġ.
Għall-finijiet ta' dan il-paragrafu, “spejjeż fissi” tfisser l-ispejjeż imġarrba għas-sħubija fi skema tal-kwalità appoġġata u l-kontribuzzjoni annwali għall-parteċipazzjoni f'dik l-iskema, inkluża, fejn meħtieġ, in-nefqa għall-verifiki meħtieġa biex tiġi vverifikata l-konformità mal-ispeċifikazzjonijiet tal-iskema.
Għall-finijiet ta' dan l-Artikolu, “bidwi” tfisser bidwi attiv skont it-tifsira tal-Artikolu 9 tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013, kif applikabbli fl-Istat Membru kkonċernat.
Artikolu 17
Investimenti f’assi fiżiċi
L-appoġġ taħt din il-miżura għandu jkopri investimenti tanġibbli u/jew intanġibbli li:
itejbu l-prestazzjoni globali u s-sostenibbiltà tal-azjenda agrikola;
jikkonċernaw l-ipproċessar, il-kummerċjalizzazzjoni u/jew l-iżvilupp ta' prodotti agrikoli koperti mill-Anness I tat-TFUE jew il-qoton, minbarra l-prodotti tas-sajd; ir-rendiment tal-proċess ta' produzzjoni jista' jkun prodott mhux kopert minn dak l-Anness; fejn l-appoġġ jingħata fil-forma ta' strumenti finanzjarji, il-prodott inizjali jista' jkun ukoll prodott mhux kopert minn dak l-Anness I bil-kondizzjoni li l-investiment jikkontribwixxi għal waħda jew aktar mill-prijoritajiet tal-Unjoni għall-iżvilupp rurali;
jikkonċernaw infrastruttura marbuta mal-iżvilupp, il-modernizzazzjoni jew l-adattament tal-agrikoltura u l-forestrija, inkluż l-aċċess għal azjendi agrikoli u art forestali, il-konsolidazzjoni u t-titjib tal-art, u l-provvista u l-iffrankar tal-enerġija u tal-ilma; jew
ikunu investimenti mhux produttivi marbuta mal-ilħuq tal-objettivi agroambjentali u klimatiċi kif segwiti taħt dan ir-regolament, inkluż l-istatus ta’ konservazzjoni tal-bijodiversità ta’ speċi u ħabitats kif ukoll mat-titjib tal-valur, f’termini ta’ benefiċċju għall-pubbliku, ta’ żona tan-Natura 2000 jew sistemi oħra ta’ valur naturali għoli li għandhom jiġu definiti fil-programm.
Fil-każ ta' investimenti b'appoġġ għar-ristrutturar tal-azjendi agrikoli, l-Istati Membri għandhom jimmiraw l-appoġġ għall-azjendi agrikoli f'konformità mal-analiżi SWOT imwettqa b'rabta mal-prijorità tal-Unjoni għall-iżvilupp rurali "it-titjib tal-vijabbiltà tal-azjendi agrikoli u l-kompetittività tat-tipi kollha ta' agrikoltura fir-reġjuni kollha u l-promozzjoni ta' teknoloġiji agrikoli innovattivi u l-ġestjoni sostenibbli tal-foresti".
Artikolu 18
Restawr tal-potenzjal tal-produzzjoni agrikola li saritlu ħsara b’diżastri naturali u naturali u avvenimenti katastrofiċi u l-introduzzjoni ta’ azzjonijiet ta’ prevenzjoni xierqa
L-appoġġ taħt din il-miżura għandu jkopri:
investimenti f'azzjonijiet preventivi mmirati biex jitnaqqsu l-konsegwenzi ta' diżastri naturali, avvenimenti klimatiċi negattivi u avvenimenti katastrofiċi probabbli;
investimenti għar-restawr tal-art agrikola u l-produzzjoni li potenzjalment issirilha ħsara minn diżastri naturali, avvenimenti klimatiċi negattivi u avvenimenti katastrofiċi.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jiġi evitat il-kumpens żejjed b’konsegwenza tal-kombinazzjoni ta’ din il-miżura u strumenti oħra ta’ appoġġ nazzjonali jew tal-Unjoni jew skemi tal-assigurazzjoni privata.
Artikolu 19
Żvilupp tal-azjenda agrikola u tan-negozju
L-appoġġ taħt din il-miżura għandu jkopri:
għajnuna biex jiġi stabbilit negozju għal:
bdiewa żgħażagħ;
attivitajiet mhux agrikoli f’żoni rurali;
l-iżvilupp ta' azjendi agrikoli żgħar;
investimenti fil-ħolqien u l-iżvilupp ta' attivitajiet mhux agrikoli;
pagamenti annwali jew ta' darba għall-bdiewa eliġibbli għall-Iskema Bdiewa Żgħar stabbilita bit-Titolu V tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 ("l-iskema bdiewa żgħar") li jittrasferixxu b'mod permanenti l-azjenda tagħhom lil bidwi ieħor;
L-appoġġ skont il-punt (a)(ii) tal-paragrafu 1 għandu jingħata lil bdiewa jew lil membri tal-familja ta' azjenda agrikola li jiddiversifikaw f’attivitajiet mhux agrikoli u lil impriżi mikro u żgħar u lil persuni fiżiċi f’żoni rurali.
L-appoġġ skont il-punt (a)(iii) tal-paragrafu 1 għandu jingħata lil azjendi agrikoli żgħar kif definit mill-Istati Membri.
L-appoġġ skont il-punt (b) tal-paragrafu 1 għandu jingħata lil impriżi mikro u żgħar u lil persuni fiżiċi f’żoni rurali, kif ukoll lil bdiewa jew lill-membri tal-familja ta' azjenda agrikola.
L-appoġġ skont il-punt (c) tal-paragrafu 1 għandu jingħata lill-bdiewa eliġibbli li jipparteċipaw fl-iskema 'Bdiewa żgħar', fiż-żmien meta tiġi ppreżentata l-applikazzjoni tagħhom għall-appoġġ, kienu eliġibbli għal tal-anqas sena u li jimpenjaw ruħhom li jittrasferixxu b'mod permanenti l-azjenda kollha tagħhom u l-intitolamenti ta' pagament korrispondenti lil bidwi ieħor. L-appoġġ għandu jitħallas mid-data tat-trasferiment sal-31 ta' Diċembru 2020 jew jiġi kkalkulat fir-rigward ta' dak il-perijodu u mħallas fl-għamla ta' ħlas ta' darba.
L-appoġġ taħt il-punt (a) tal-paragrafu 1 għandu jkun jiddependi fuq il-preżentazzjoni ta' pjan ta' direzzjoni tan-negozju. L-implimentazzjoni tal-pjan ta' direzzjoni tan-negozju għandha tibda sa mhux aktar tard minn disa' xhur mid-data tad-deċiżjoni ta' għoti tal-għajnuna. Il-pjan ta' direzzjoni tan-negozju għandu jkollu durata massima ta' ħames snin.
Il-pjan ta' direzzjoni tan-negozju għandu jipprevedi li l-bidwi żagħżugħ jikkonforma mal-Artikolu 9 tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013, kif applikabbli fl-Istat Membru kkonċernat, fi żmien 18-il xahar mid-data tad-deċiżjoni ta' għoti tal-għajnuna.
L-Istati Membri għandhom jiddefinixxu l-azzjoni jew azzjonijiet imsemmija fil-punt (s) tal-Artikolu 2(1) fil-programmi ta' żvilupp rurali.
L-Istati Membri għandhom jiddefinixxu l-limiti massimi u minimi għal kull benefiċjarju jew azjenda sabiex jagħtu aċċess għal appoġġ taħt il-punti (a)(i) u (a)(iii) tal-paragrafu 1. Il-limitu minimu għall-appoġġ taħt il-punt (a)(i) tal-paragrafu 1 għandu jkun ogħla mil-limitu massimu għall-appoġġ taħt il-punt (a)(iii) tal-paragrafu 1. L-appoġġ għandu jkun limitat għal azjendi li jaqgħu fid-definizzjoni ta' impriżi mikro u żgħar.
Artikolu 20
Servizzi bażiċi u tiġdid tal-irħula f’żoni rurali
L-appoġġ taħt din il-miżura għandu jkopri, b’mod partikolari:
it-tfassil u l-aġġornament ta’ pjanijiet għall-iżvilupp tal-muniċipalitajiet u l-villaġġi fiż-żoni rurali u s-servizzi bażiċi tagħhom u tal-pjanijiet ta’ protezzjoni u ġestjoni b’rabta mas-siti tan-Natura 2000 u żoni oħra ta’ valur naturali għoli;
investimenti fil-ħolqien, it-titjib jew l-espansjoni tat-tipi kollha ta’ infrastruttura fuq skala żgħira, inklużi investiment fl-enerġija rinnovabbli u l-iffrankar tal-enerġija;
infrastruttura tal-broadband, inkluż il-ħolqien, it-titjib u l-espansjoni tagħha, l-infrastruttura tal-broadband passiv u l-għoti ta’ aċċess għal broadband u soluzzjonijiet tal-gvern elettroniku għall-pubbliku;
investimenti fl-istabbiliment, it-titjib jew l-espansjoni ta’ servizzi bażiċi lokali għall-populazzjoni rurali, inkluż dawk relatati mad-divertiment u l-kultura, u l-infrastruttura relatata;
investimenti għall-użu pubbliku f’infrastruttura rikreattiva, informazzjoni għat-turisti u infrastruttura turistika fuq skala żgħira;
studji u investimenti assoċjati mal-manutenzjoni, ir-restawr u t-titjib tal-wirt kulturali u naturali u taż-żoni ta' valur ekoloġiku għoli ta' villaġġi, pajsaġġi rurali u siti ta' valur naturali għoli, inklużi aspetti soċjoekonomiċi relatati, kif ukoll azzjonijiet ta' sensibilizzazzjoni ambjentali;
investimenti li jolqtu r-rilokazzjoni ta’ attivitajiet u l-konverżjoni ta’ bini jew faċilitajiet oħra li jinsabu f'żoni rurali jew viċin tagħhom, bl-għan li jtejbu l-kwalità tal-ħajja jew iżidu il-prestazzjoni ambjentali taż-żona.
Artikolu 21
Investimenti fl-iżvilupp taż-żoni forestali u titjib tal-vijabbiltà tal-foresti
L-appoġġ taħt din il-miżura għandu jikkonċerna:
l-afforestazzjoni u l-ħolqien ta’ żoni msaġġra;
l-istabbiliment ta’ sistemi agroforestali;
il-prevenzjoni u r-restawr tal-ħsara lill-foresti minn nirien tal-foresti, diżastri naturali u avvenimenti katastrofiċi, inklużi t-tfaqqigħ ta’ organiżmi ta' ħsara u ta' mard, u t-theddidiet marbuta mal-klima;
investimenti li jtejbu r-reżistenza u l-valur ambjentali kif ukoll il-potenzjal ta' mitigazzjoni tal-ekosistemi tal-foresti;
Investimenti f’teknoloġiji tal-forestrija u fl-ipproċessar, il-mobilizzazzjoni u l-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti tal-forestrija.
Fir-rigward ta' azjendi li jaqbżu ċertu daqs li għandu jiġi stabbilit mill-Istati Membri fil-programm, l-appoġġ għandu jkun jiddependi mill-preżentazzjoni tal-informazzjoni rilevanti minn pjan għall-ġestjoni tal-foresti jew strument ekwivalenti f’konformità mal-ġestjoni sostenibbli tal-foresti kif definit fil-Konferenza Ministerjali dwar il-Protezzjoni tal-Foresti fl-Ewropa tal-1993
Artikolu 22
Afforestazzjoni u l-ħolqien ta’ żoni msaġġra
L-appoġġ għall-afforestazzjoni ta' art li tappartjeni lill-awtoritajiet pubbliċi jew għal siġar li jikbru malajr għandu jkopri biss l-ispejjeż tal-istabbiliment.
Artikolu 23
L-istabbiliment, ir-riġenerazzjoni jew ir-rinnovament ta' sistemi agroforestali
Artikolu 24
Prevenzjoni u r-restawr tal-ħsara lill-foresti minn nirien tal-foresti u diżastri naturali u avvenimenti katastrofiċi
L-appoġġ skont il-punt (c) tal-Artikolu 21(1) għandu jingħata lis-silvikulturisti privati u pubbliċi u korpi tad-dritt privat u korpi pubbliċi oħrajn u lill-assoċjazzjonijiet tagħhom u għandu jkopri l-ispejjeż għal:
l-istabbiliment ta' infrastruttura protettiva. Fil-każ tal-istrixxi kontra n-nirien ("firebreaks"), l-appoġġ jista' jkopri wkoll għajnuna li tikkontribwixxi għall-ispejjeż tal-manutenzjoni. Ma għandu jingħata ebda appoġġ għal attivitajiet relatati mal-agrikoltura f’żoni koperti minn impenji agroambjentali;
l-attivitajiet lokali ta’ prevenzjoni fuq skala żgħira kontra nirien jew perikli naturali oħra; inkluż l-użu ta' annimali li jirgħu;
l-istabbiliment u titjib tal-faċilitajiet għall-monitoraġġ ta' nirien fil-foresti, organiżmi ta' ħsara u mard u tat-tagħmir ta’ komunikazzjoni; u
il-kisba mill-ġdid tal-potenzjal ta’ foresta li tkun saritilu ħsara minn nirien jew diżastri naturali oħra inklużi organiżmi ta' ħsara, mard u avvenimenti marbuta mat-tibdil fil-klima.
L-operazzjonijiet eliġibbli għandhom ikunu konsistenti ma’ pjan għall-protezzjoni tal-foresti stabbilit mill-Istati Membri. Fir-rigward ta' azjendi li jaqbżu ċertu daqs, li għandu jiġi stabbilit mill-Istati Membri fil-programm, l-appoġġ għandu jkun jiddependi mill-preżentazzjoni tal-informazzjoni rilevanti minn pjan għall-ġestjoni tal-foresti jew strument ekwivalenti f’konformità mal-ġestjoni sostenibbli tal-foresti kif definit fil-Konferenza Ministerjali dwar il-Protezzjoni tal-Foresti fl-Ewropa tal-1993 li jipprovdi dettalji dwar l-objettivi ta' prevenzjoni.
Żoni forestali kklassifikati bħala riskju medju sa għoli skont il-pjan għall-protezzjoni tal-foresti stabbilit mill-Istati Membri, għandhom ikunu eliġibbli għal appoġġ relatat mal-prevenzjoni tan-nirien fil-foresti.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jiġi evitat il-kumpens żejjed b’konsegwenza tal-kombinazzjoni ta’ din il-miżura u strumenti oħra ta’ appoġġ nazzjonali jew tal-Unjoni jew skemi tal-assigurazzjoni privata.
Artikolu 25
Investimenti li jtejbu r-reżistenza u l-valur ambjentali tal-ekosistemi tal-foresti
Artikolu 26
Investimenti f’ teknoloġiji tal-forestrija u fi pproċessar, il-mobilizzazzjoni u fil-kummerċjalizzazzjoni ta' prodotti tal-forestrija
Artikolu 27
Stabbiliment ta’ gruppi ta' produtturi u organizzazzjonijiet
L-appoġġ taħt din il-miżura għandu jingħata sabiex jiffaċilita l-istabbiliment ta’ gruppi u organizzazzjonijiet ta’ produtturi fis-setturi tal-agrikoltura u l-forestrija għall-finijiet ta’:
l-adattament tal-produzzjoni u r-rendiment tal-produtturi li huma membri ta’ dawn il-gruppi jew organizzazzjonijiet għar-rekwiżiti tas-suq;
it-tqegħid konġunt ta’ oġġetti fis-suq, inkluża l-preparazzjoni għall-bejgħ, iċ-ċentralizzazzjoni tal-bejgħ u l-provvista lil xerrejja bl-ingrossa;
l-istabbiliment ta’ regoli komuni dwar l-informazzjoni fuq il-produzzjoni, b’attenzjoni partikolari għall-ħsad u d-disponibbiltà; u
l-attivitajiet l-oħra li jistgħu jitwettqu minn gruppi u organizzazzjonijiet ta’ produtturi, bħall-iżvilupp ta’ ħiliet tan-negozju u tal-kummerċjalizzazzjoni u l-organizzazzjoni u l-iffaċilitar tal-proċessi tal-innovazzjoni.
L-Istati Membri għandhom jivverifikaw li l-objettivi tal-pjan ta’ negozju jkunu ntlaħqu fi żmien ħames snin mir-rikonoxximent tal-grupp jew tal-organizzazzjoni ta’ produtturi.
Fl-ewwel sena, l-Istati Membri jistgħu jħallsu appoġġ lill-grupp jew l-organizzazzjoni ta’ produtturi kkalkulat abbażi tal-valur annwali medju tal-produzzjoni kkummerċjalizzata tal-membri tiegħu fit-tliet snin qabel ma ngħaqdu fil-grupp jew fl-organizzazzjoni. Fil-każ ta’ gruppi u organizzazzjonijiet ta’ produtturi fis-settur tal-forestrija, l-appoġġ għandu jiġi kkalkulat abbażi tal-produzzjoni kkumerċjalizzata medja tal-membri tal-membri tal-grupp jew l-organizzazzjoni fuq l-aħħar ħames snin qabel ir-rikonoxximent, eskluż l-ogħla valur u dak l-aktar baxx.
Artikolu 28
Agroambjent - klima
Sabiex jittieħdu impenji ġodda mill-2021, l-Istati Membri għandhom jiddeterminaw perijodu iqsar ta’ bejn sena u tliet snin fil-programmi ta’ żvilupp rurali tagħhom.
Jekk l-Istati Membri jipprevedu estensjoni annwali tal-impenji wara t-terminazzjoni tal-perijodu inizjali f’konformità mal-ewwel subparagrafu, mill-2022 l-estensjoni ma għandhiex iddum aktar minn sena.
B’deroga mit-tieni subparagrafu, fir-rigward ta’ impenji ġodda li għandhom jittieħdu fl-2021 u l-2022, l-Istati Membri jistgħu jiddeterminaw perijodu itwal minn tliet snin fil-programmi ta’ żvilupp rurali tagħhom abbażi tan-natura tal-impenji u l-objettivi ambjentali u dawk relatati mal-klima mfittxija.
Meta jikkalkulaw il-pagamenti msemmija fl-ewwel subparagrafu, l-Istati Membri għandhom inaqqsu l-ammont meħtieġ sabiex jeskludu l-finanzjament doppju tal-prattiki msemmija fl-Artikolu 43 tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013. L-Istati Membri jistgħu jikkalkulaw it-tnaqqis bħala ammont fiss medju applikat lill-benefiċjarji kollha kkonċernati li jwettqu t-tip ta' operazzjoni kkonċernat.
F'każijiet debitament ġustifikati għal operazzjonijiet li jirrigwardaw il-konservazzjoni ambjentali, jista' jingħata appoġġ b'rata fissa jew bħala pagament ta' darba għal kull unità għal impenji biex jitwaqqaf l-użu kummerċjali ta' żoni, ikkalkulat abbażi tal-ispejjeż addizzjonali mġarrba u d-dħul mitluf.
Ebda appoġġ taħt din il-miżura ma jista’ jingħata għal impenji li huma koperti taħt il-miżura tal-biedja organika.
Sabiex jiġi żgurat li l-impenji agroambjentali klimatiċi jiġu ddefiniti f'konformità mal-prijoritajiet tal-Unjoni għall-iżvilupp rurali,il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 83 dwar dan li ġej:
il-kondizzjonijiet applikabbli għall-impenji għall-estensifikazzjoni tat-trobbija tal-bhejjem;
il-kondizzjonijiet applikabbli għall-impenji għat-trobbija ta’ razez lokali li huma fil-periklu li jintilfu minħabba skopijiet agrikoli jew għall-preservazzjoni ta’ riżorsi ġenetiċi tal-pjanti li huma mhedda mill-erożjoni ġenetika, u
id-definizzjoni tal-operazzjonijiet eliġibbli skont il-paragrafu 9.
Artikolu 29
Biedja Organika
Sabiex jittieħdu impenji ġodda mill-2021, l-Istati Membri għandhom jiddeterminaw perijodu iqsar ta’ bejn sena u tliet snin fil-programmi ta’ żvilupp rurali tagħhom.
Jekk l-Istati Membri jipprevedu estensjoni annwali għaż-żamma tal-biedja organika wara t-terminazzjoni tal-perijodu inizjali f’konformità mal-ewwel subparagrafu, mill-2022 l-estensjoni ma għandhiex iddum aktar minn sena.
B’deroga mit-tieni subparagrafu, fir-rigward ta’ impenji ġodda li għandhom jittieħdu fl-2021 u l-2022, fejn jingħata appoġġ għall-konverżjoni għal biedja organika, l-Istati Membri jistgħu jiddeterminaw perijodu itwal minn tliet snin fil-programmi ta’ żvilupp rurali tagħhom.
Meta jikkalkulaw il-pagamenti msemmija fl-ewwel subparagrafu, l-Istati Membri għandhom inaqqsu l-ammont meħtieġ sabiex jeskludu l-finanzjament doppju tal-prattiki msemmija fl-Artikolu 43 tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013. L-Istati Membri jistgħu jikkalkulaw it-tnaqqis bħala ammont fiss medju applikat lill-benefiċjarji kollha kkonċernati li jwettqu s-sottomiżuri kkonċernati.
Artikolu 30
Pagamenti skont Natura 2000 u d-Direttiva Qafas dwar l-Ilma
1. Meta jikkalkulaw il-pagamenti relatati mal-appoġġ imsemmi fl-ewwel subparagrafu, l-Istati Membri għandhom inaqqsu l-ammont meħtieġ sabiex jeskludu l-finanzjament doppju tal-prattiki msemmija fl-Artikolu 43 tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013. L-Istati Membri jistgħu jikkalkulaw it-tnaqqis bħala ammont fiss medju applikat għall-benefiċjarji kollha kkonċernati li jwettqu s-submiżuri kkonċernati.
L-appoġġ għall-bdiewa, b'rabta mad-Direttiva Qafas dwar l-Ilma għandu jingħata biss b’rabta ma’ rekwiżiti speċifiċi li:
ikunu ġew introdotti mid-Direttiva Qafas dwar l-Ilma, li jkunu f’konformità mal-programmi ta’ miżuri tal-pjanijiet ta’ ġestjoni taż-żoni idrografiċi għall-finijiet tal-ilħuq tal-objettivi ambjentali ta’ dik id-Direttiva u li jmorru lil hinn mill-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni ta’ liġi oħra tal-Unjoni għall-protezzjoni tal-ilma;
imorru lil hinn mir-rekwiżiti statutorji tal-ġestjoni u l-kundizzjoni agrikola u ambjentali tajba prevista fil-Kapitolu I tat-Titolu VI tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 u l-kriterji u l-attivitajiet minimi rilevanti kif stabbilit skont il-punti (c)(ii) u (c)(iii) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013;
imorru lil hinn mil-livell tal-protezzjoni tal-liġi tal-Unjoni eżistenti fiż-żmien li d-Direttiva Qafas dwar l-Ilma ġiet adottata kif stabbilit fl-Artikolu 4(9) ta' dik id-Direttiva; u
jimponu bidliet radikali fit-tip ta' użu tal-art, u/jew restrizzjonijiet ewlenin fi prattika tal-biedja li tirriżulta f’telf sinifikanti ta' dħul.
Iż-żoni li ġejjin għandhom ikunu eliġibbli għall-pagamenti:
żoni agrikoli u tal-foresti tan-Natura 2000 identifikati skont id-Direttivi 92/43/KEE u 2009/147/KE;
żoni oħra delimitati ta’ protezzjoni tan-natura b’restrizzjonijiet ambjentali applikabbli għal biedja jew foresti li jikkontribwixxu għall-implimentazzjoni tal-Artikolu 10 tad-Direttiva 92/43/KEE, dment li dawk iż-żoni, skont il-programm ta' żvilupp rurali, ma jaqbżux 5 % taż-żoni identifikati tan-Natura 2000 koperti bl-ambitu territorjali tiegħu;
żoni agrikoli inklużi fil-pjanijiet ta’ ġestjoni taż-żoni idrografiċi skont id-Direttiva Qafas dwar l-Ilma.
L-Artikolu 31
Pagamenti għal żoni li jiffaċċjaw restrizzjonijiet naturali jew restrizzjonijiet speċifiċi oħra
L-ispejjeż addizzjonali u d-dħul mitluf għandhom jiġu kkalkulati b'paragun ma' żoni li mhumiex affettwati minn restrizzjonijiet naturali jew restrizzjonijiet speċifiċi oħra, filwaqt li jiġu kkunsidrati l-pagamenti skont il-Kapitolu 4 tat-Titolu III tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013.
Meta jiġu kkalkulati l-ispejjeż addizzjonali u d-dħul mitluf, fejn debitament ġustifikat, l-Istati Membri jistgħu jagħmlu distinzjoni bejn il-livelli ta' pagament b'kont meħud ta':
Fil-każ ta' persuna ġuridika, jew grupp ta' persuni fiżiċi jew ġuridiċi, l-Istati Membri jistgħu japplikaw id-digressività tal-pagamenti fil-livell tal-membri ta' dawn il-persuni fiżiċi jew tal-gruppi bil-kondizzjoni li:
il-liġi nazzjonali tipprevedi li l-membri individwali jassumu d-drittijiet u l-obbligi paragunabbli ma' dawk ta' bdiewa individwali li għandhom l-istatus ta' kap tal-azjenda, b'mod partikolari fir-rigward tal-istatus ekonomiku, soċjali u fiskali tagħhom; u
dawk il-membri individwali kkontribwixxew għat-tisħiħ tal-istrutturi agrikoli tal-persuni ġuridiċi jew il-gruppi kkonċernati.
Fis-snin 2021 u 2022, għall-programmi estiżi skont l-Artikolu 1 tar-Regolament (UE) 2020/2220 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 11 ), fejn il-pagamenti digressivi ma ngħatawx mill-Istati Membri għall-perijodu massimu ta’ erba’ snin sal-2020, dawk l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jkomplu dawk il-pagamenti sal-aħħar tal-2022 iżda għal mhux aktar minn erba’ snin b’kollox. F’dak il-każ, il-pagamenti fis-snin 2021 u 2022 ma għandhomx jaqbżu l-EUR 25 għal kull ettaru.
Wara li tintemm id-delimitazzjoni, il-benefiċjarji fiż-żoni li jibqgħu eliġibbli għandhom jirċievu pagament komplet taħt din il-miżura.
Artikolu 32
Identifikazzjoni ta’ żoni li jiffaċċjaw restrizzjonijiet naturali u restrizzjonijiet speċifiċi oħra
L-Istati Membri għandhom jagħżlu żoni, abbażi tal-paragrafi 2, 3 u 4, li huma eliġibbli għal pagamenti previsti fl-Artikolu 31 taħt il-kategoriji li ġejjin:
żoni muntanjużi;
żoni, minbarra żoni muntanjużi, li huma affettwati minn restrizzjonijiet naturali sinifikanti; u
żoni oħra affettwati minn restrizzjonijiet speċifiċi.
Sabiex ikunu eliġibbli għal pagamenti skont l-Artikolu 31, iż-żoni muntanjużi għandhom ikunu kkaratterizzati minn limitazzjoni konsiderevoli tal-possibbiltajiet għall-użu tal-art u b’żieda apprezzabbli fl-ispejjeż tal-produzzjoni minħabba:
l-eżistenza, ikkawżata mill-altitudni, ta’ kondizzjonijiet klimatiċi diffiċli ħafna, li l-effett tagħhom iqassar sostanzjalment l-istaġun tal-kultivazzjoni;
f'altitudni aktar baxxa, il-preżenza fuq il-parti l-kbira taż-żona inkwistjoni ta’ tlajja’ u inżul wisq inklinati għall-użu ta’ makkinarju jew fejn ikun hemm bżonn, li jirrikjedu l-użu ta' tagħmir speċjali li jiswa ħafna flus, jew kombinazzjoni ta’ dawn iż-żewġ fatturi, fejn ir-restrizzjonijiet li jirriżultaw mit-tnejn li huma separatament ikunu inqas gravi iżda l-kombinazzjoni tagħhom it-tnejn twassal għal restrizzjonijiet ekwivalenti.
Iż-żoni fit-tramuntana tat-62 parallel u ċerti nħawi biswit għandhom jitqiesu bħala żoni muntanjużi.
Il-konformità ma' dawk il-kondizzjonijiet għandha tiġi żgurata fil- livell tal-unitajiet amministrattivi lokali (livell "LAU 2") jew fil-livell ta' unità lokali delinjata b'mod ċar li tkopri żona ġeografika kontigwa ċara u unika b'identità ekonomika u amministrattiva li tista' tiġi definita.
Meta jagħmlu d-delimitazzjoni taż-żoni kkonċernati b’dan il-paragrafu, l-Istati Membri għandhom iwettqu eżerċizzju ta’ rfinar, ibbażat fuq kriterji oġġettivi, bl-għan li jiġu esklużi żoni li fihom ġew dokumentati restrizzjonijiet naturali sinifikanti, imsemmija l-ewwel subparagrafu, iżda li jkunu ġew megħluba b’investimenti jew b’attività ekonomika, jew b'evidenza ta' produttività normali tal-art, jew fejn il-metodi tal-produzzjoni jew is-sistemi ta' biedja jpattu għad-dħul mitluf jew spejjeż addizzjonali msemmija fl-Artikolu 31(1).
Iż-żoni affettwati minn restrizzjonijiet speċifiċi għandhom jinkludu żoni ta’ biedja li fihom il-kondizzjonijiet naturali tal-produzzjoni ikunu simili u li l-firxa totali tagħhom ma tisboqx l-10 % taż-żona tal-Istat Membru kkonċernat.
Barra minn hekk, iż-żoni jistgħu wkoll ikunu eliġibbli għal pagamenti skont dan il-paragrafu, meta:
Il-konformità ma' dawk il-kondizzjonijiet għandha tiġi żgurata fil-livell LAU2 jew fil-livell ta' unità lokali ddelinjata b'mod ċar li tkopri żona ġeografika kontigwa ċara u unika b'identità ekonomika u amministrattiva li tista' tiġi definita. Fid-delimitazzjoni taż-żoni affettwati minn dan is-subparagrafu, l-Istati Membri għandhom iwettqu eżerċizzju ta' irfinar kif deskritt fl-Artikolu 32(3). Iż-żoni meqjusa bħala eliġibbli skont dan is-subparagrafu għandhom jiġu kkunsidrati biex jiġi kkalkolat il-limitu ta' 10 % imsemmi fit-tieni subparagrafu.
B'deroga ta' dan, it-tieni subparagrafu ma għandux japplika għall-Istati Membri fejn it-territorju kollu tagħhom jitqies bħala żona li qiegħda tiffaċċja żvantaġġi speċifiċi skont ir-Regolamenti (KE) Nru 1698/2005 u (KE) Nru 1257/1999.
L-Istati Membri għandhom jinkludu fil-programmi ta' żvilupp rurali tagħhom:
id-delimitazzjoni eżistenti jew emendata skont il-paragrafi 2 u 4;
id-delimitazzjoni ġdida taż-żoni msemmija fil-paragrafu 3.
Artikolu 33
Trattament xieraq tal-annimali
Dawn l-impenji għandhom jittieħdu għal perjodu ta’ bejn sena u seba' snin li jiġġedded.
Sabiex jittieħdu impenji ġodda sa mill-2021, l-Istati Membri għandhom jiddeterminaw perijodu iqsar ta’ bejn sena u tliet snin fil-programmi ta’ żvilupp rurali tagħhom.
Jekk l-Istati Membri jipprovdu tiġdid annwali għall-impenji wara t-terminazzjoni tal-perijodu inizjali f’konformità mat-tieni subparagrafu, sa mill-2022 it-tiġdid ma għandux idum aktar minn sena.
B’deroga mi-tielet subparagrafu, fir-rigward ta’ impenji ġodda li għandhom jittieħdu fl-2021 u l-2022, l-Istati Membri jistgħu jiddeterminaw perijodu itwal minn tliet snin fil-programmi ta’ żvilupp rurali tagħhom abbażi tan-natura tal-impenji u l-benefiċċji mixtieqa tat-trattament xieraq tal-annimali.
L-appoġġ għandu jkun limitat għall-ammont massimu stabbilit fl-Anness II.
Artikolu 34
Servizzi ambjentali u klimatiċi b’rabta mal-foresti u l-konservazzjoni tal-foresti
Fir-rigward ta' azjendi forestali li jaqbżu ċertu daqs, li għandu jiġi stabbilit mill-Istati Membri fil-programmi ta' żvilupp reġjonali tagħhom, l-appoġġ skont il-paragrafu 1 għandu jkun jiddependi mill- preżentazzjoni tal-informazzjoni rilevanti minn pjan għall-ġestjoni tal-foresti jew strument ekwivalenti f’konformità mal-ġestjoni sostenibbli tal-foresti kif definit fil-Konferenza Ministerjali dwar il-Protezzjoni tal-Foresti fl-Ewropa tal-1993.
Dawn l-impenji għandhom jittieħdu għal perijodu ta’ bejn ħames u seba’ snin. Madankollu, fejn hu meħtieġ u fejn ikun debitament ġustifikat, l-Istati Membri jistgħu jiddeterminaw perijodu itwal fil-programmi ta' żvilupp rurali tagħhom għal tipi partikolari ta’ impenji.
F'każijiet debitament ġustifikati għal operazzjonijiet li jirrigwardaw il-konservazzjoni ambjentali, jista' jingħata appoġġ bħala rata fissa jew pagament ta' darba għal kull unità għal impenji biex jitwaqqaf l-użu kummerċjali ta' siġar u foresti, ikkalkulat abbażi ta' spejjeż addizzjonali mġarrba u dħul mitluf.
Artikolu 35
Kooperazzjoni
L-appoġġ taħt din il-miżura għandu jingħata sabiex jippromwovi forom ta’ kooperazzjoni li jinvolvu mill-inqas żewġ entitajiet u b’mod partikolari:
approċċi ta’ kooperazzjoni fost atturi differenti fis-settur agrikolu, fis-settur tal-forestrija u fil-katina tal-ikel tal-Unjoni u fost atturi oħra li jikkontribwixxu biex jintlaħqu l-objettivi u l-prijoritajiet tal-politika ta’ żvilupp rurali, inklużi gruppi ta' produtturi, kooperattivi u organizzazzjonijiet interprofessjonali;
il-ħolqien ta’ raggruppamenti u netwerks;
l-istabbiliment u l-operat ta’ gruppi operazzjonali tas-SEI għall-produttività u s-sostenibbiltà agrikola kif imsemmija fl-Artikolu 56.
Il-kooperazzjoni taħt il-paragrafu 1 għandha tkun marbuta, b’mod partikolari, ma’ dawn il-punti li ġejjin:
proġetti pilota;
l-iżvilupp ta’ prodotti, prattiki, proċessi u teknoloġiji ġodda fis-setturi tal-agrikoltura, tal-ikel u tal-forestrija;
il-kooperazzjoni fost l-operaturi ż-żgħar fl-organizzazzjoni ta' proċessi ta' ħidma konġunti u fil-kondiviżjoni ta' faċilitajiet u riżorsi u għall-iżvilupp u/jew it-tqegħid fis-suq ta' servizzi turistiċi marbuta mat-turiżmu rurali;
kooperazzjoni orizzontali u vertikali fost atturi tal-katina tal-provvista għall-istabbiliment u l-iżvilupp ta’ ktajjen tal-provvista qosra u swieq lokali;
attivitajiet ta’ promozzjoni f’kuntest lokali marbuta mal-iżvilupp ta’ ktajjen tal-provvista qosra u swieq lokali;
azzjoni konġunta li ssir bil-għan ta’ mitigazzjoni jew adattament għat-tibdil fil-klima;
approċċi konġunti għal proġetti ambjentali u prattiki ambjentali kontinwi, inkluż il-ġestjoni effiċjenti tal-ilma, l-użu ta' enerġija rinnovabbli u l-preservazzjoni tal-pajsaġġ agrikolu;
kooperazzjoni orizzontali u vertikali fost l-atturi tal-katina tal-provvista għall-forniment sostenibbli tal-bijomassa għall-użu fil-produzzjoni tal-ikel u tal-enerġija u fil-proċessi industrijali;
l-implimentazzjoni, b’mod partikolari permezz ta’ gruppi ta' msieħba pubbliċi u privati minbarra dawk definiti fil-punt (b) tal-Artikolu 32(2) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013, ta’ strateġiji ta' żvilupp lokali minbarra dawk definiti fl-Artikolu 2(19) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 li jindirizzaw prijorità waħda jew iżjed tal-Unjoni għall-iżvilupp rurali;
it-tfassil ta' pjanijiet ta' ġestjoni tal-foresti jew strumenti ekwivalenti;
id-diversifikazzjoni tal-attivitajiet tal-biedja f'attivitajiet rigward il-kura tas-saħħa, l-integrazzjoni soċjali, l-agrikoltura appoġġata mill-komunità u l-edukazzjoni rigward l-ambjent u l-ikel.
L-appoġġ għall-operazzjonijiet skont il-punti (a) u (b) tal-paragrafu 2 jista’ jingħata wkoll lil atturi individwali meta tiġi prevista din il-possibbiltà fil-programm ta' żvilupp rurali.
L-ispejjeż li ġejjin, konnessi mal-forom ta’ kooperazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandhom ikunu eliġibbli għal appoġġ taħt din il-miżura:
l-ispiża ta' studji taż-żona kkonċernata, studji tal-fattibbiltà, u t-tfassil ta’ pjan tan-negozju jew pjan ta’ ġestjoni tal-foresti jew pjan ekwivalenti jew strateġija tal-iżvilupp lokali minbarra dik imsemmija fl-Artikolu 33 tar-Regolament UE (Nru) 1303/2013;
l-ispiża ta' attivitajiet fiż-żona kkonċernata sabiex isir fattibbli proġett territorjali kollettiv jew proġett li għandu jitwettaq minn grupp operazzjonali tas-SEI għall-Produttività u s-Sostenibbiltà Agrikola kif imsemmija fl-Artikolu 56. Fil-każ tar-raggruppamenti, l-attività tista’ tikkonċerna wkoll l-organizzazzjoni ta’ taħriġ, netwerking bejn membri u r-reklutaġġ ta’ membri ġodda;
l-ispejjeż operazzjonali tal-kooperazzjoni;
l-ispejjeż diretti ta’ proġetti speċifiċi marbuta mal-implimentazzjoni ta’ pjan tan-negozju, pjan ambjentali, pjan ta' ġestjoni tal-foresti jew pjan ekwivalenti, strateġija tal-iżvilupp lokali minbarra dik imsemmija fl-Artikolu 33 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 jew spejjeż diretti ta' azzjonijiet oħrajn bil-mira tal-innovazzjoni, inklużi testijiet;
l-ispiża ta' attivitajiet ta' promozzjoni.
Fejn l-appoġġ jitħallas bħala ammont globali u l-proġett implimentat huwa ta' tip kopert taħt miżura oħra ta' dan ir-Regolament, għandu japplika l-ammont jew ir-rata ta' appoġġ massimu rilevanti.
Artikolu 36
Ġestjoni tar-riskju
L-appoġġ taħt din il-miżura għandu jkopri:
il-kontribuzzjonijiet finanzjarji bħala primjums għal assigurazzjoni tal-prodotti tar-raba’, annimali u pjanti kontra telf ekonomiku għall-bdiewa kkawżat minn avvenimenti klimatiċi negattivi, mard tal-annimali jew tal-pjanti, infestazzjoni tal-organiżmi ta' ħsara, jew inċident ambjentali;
kontribuzzjonijiet finanzjarji għal fondi mutwi għall-ħlas ta’ kumpens finanzjarju lill-bdiewa, għal telf ekonomiku kkawżat minn avvenimenti klimatiċi negattivi jew mit-tfaqqigħ ta’ mard tal-annimali jew tal-pjanti jew infestazzjoni minn organiżmi ta' ħsara jew inċident ambjentali;
għodda għall-istabbilizzazzjoni tad-dħul, fil-forma ta' kontribuzzjonijiet finanzjarji għal fondi mutwi, li tipprovdi kumpens lill-bdiewa tas-setturi kollha għal meta jkun hemm tnaqqis kbir fid-dħul tagħhom;
għodda għall-istabbilizzazzjoni tad-dħul speċifika għas-settur, fil-forma ta' kontribuzzjonijiet finanzjarji għal fondi mutwi, li tipprovdi kumpens lill-bdiewa ta' settur speċifiku għal meta jkun hemm tnaqqis kbir fid-dħul tagħhom.
▼M7 —————
Artikolu 37
Assigurazzjoni fuq il-prodotti tar-raba’, l-annimali u l-pjanti
Il-kejl tal-entità tat-telf ikkawżat jista' jiġi adattat għall-karatteristiċi speċifiċi ta' kull tip ta' prodott bl-użu ta':
indiċi bijoloġiċi (kwantità tat-telf tal-bijomassa) jew indiċi ekwivalenti ta' telf fir-rendiment stabbilit fl-livell tal-azjenda agrikola, lokali, reġjonali jew nazzjonali, jew
indiċi tat-temp (inkluża l-kwantità ta' xita u t-temperatura) stabbiliti fl-livell lokali, reġjonali jew nazzjonali.
L-Istati Membri jistgħu, fejn xieraq, jistabbilixxu bil-quddiem il-kriterji li fuq il-bażi tagħhom dan ir-rikonoxximent formali għandu jitqies li ngħata.
L-Istati Membri jistgħu jillimitaw l-ammont tal-primjum li hu eliġibbli għall-appoġġ billi japplikaw limiti massimi xierqa.
Artikolu 38
Fondi mutwi għal avvenimenti klimatiċi negattivi, mard tal-annimali u tal-pjanti, infestazzjonijiet ta' organiżmi ta' ħsara u inċidenti ambjentali
Sabiex ikun eliġibbli għall-appoġġ, il-fond mutwu kkonċernat għandu:
ikun akkreditat mill-awtorità kompetenti skont il-liġi nazzjonali;
ikollu politika trasparenti dwar id-depożiti fil-fond u l-ġbid minnu;
ikollu regoli ċari li jattribwixxu r-responsabbiltajiet għal kwalunkwe dejn imġarrab.
Il-fatt li jkunu ġraw inċidenti li jissemmew fil-punt (b) tal-Artikolu 36(1) għandu jiġi rikonoxxut formalment bħala tali mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru kkonċernat.
Il-kontribuzzjonijiet finanzjarji msemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 36(1) jistgħu jkunu marbuta biss ma':
l-ispejjeż amministrattivi għall-istabbiliment tal-fond mutwu, mifruxa fuq massimu ta' tliet snin b'mod digressiv;
l-ammonti mħallsa mill-fond mutwu bħala kumpens finanzjarju lill-bdiewa. Barra minn hekk, il-kontribuzzjoni finanzjarja tista' tkun marbuta mal-interess fuq self kummerċjali meħud mill-fond mutwu għall-finijiet tal-ħlas tal-kumpens finanzjarju lill-bdiewa f'każ ta' kriżi;
is-supplimentar tal-pagamenti annwali fil-fond;
l-istokk kapitali inizjali tal-fond mutwu.
L-appoġġ skont il-punt (b) tal-Artikolu 36(1) għandu jingħata biss biex ikopri t-telf ikkawżat minn avvenimenti klimatiċi negattivi, mard tal-annimali jew tal-pjanti, infestazzjoni ta’ organiżmi ta’ ħsara, jew miżuri adottati skont id-Direttiva 2000/29/KE biex jinqerdu jew jiġu kkontrollati mard tal-pjanti jew organiżmi ta’ ħsara jew inċident ambjentali, li jeqirdu iżjed minn 30 % tal-produzzjoni annwali medja tal-bidwi fil-perijodu preċedenti ta’ tliet snin jew medja ta’ tliet snin ibbażata fuq il-perijodu preċedenti ta’ ħames snin, esklużi l-ogħla entrata u dik l-iktar baxxa. L-indiċijiet jistgħu jintużaw sabiex tiġi kkalkulata l-produzzjoni annwali tal-bidwi. Il-metodu tal-kalkolu użat għandu jippermetti li jiġi ddeterminat it-telf reali ta’ bidwi individwali f’sena partikolari. L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jnaqqsu dak il-perċentwal ta’ 30 %, madankollu, għal mhux inqas minn 20 %.
▼M7 —————
L-Istati Membri jistgħu jillimitaw l-ispejjeż li huma eliġibbli għall-appoġġ billi japplikaw:
limiti massimi għal kull fond;
limiti massimi xierqa għal kull unità.
Artikolu 39
Għodda għall-istabbilizzazzjoni tad-dħul għall-bdiewa tas-setturi kollha
Sabiex ikun eliġibbli għall-appoġġ, il-fond mutwu kkonċernat għandu:
ikun akkreditat mill-awtorità kompetenti skont il-liġi nazzjonali;
ikollu politika trasparenti dwar id-depożiti fil-fond u l-ġbid minnu;
ikollu regoli ċari li jattribwixxu r-responsabbiltajiet għal kwalunkwe dejn imġarrab.
Il-kontribuzzjonijiet finanzjarji msemmija fil-punt (c) tal-Artikolu 36(1) jistgħu jkunu marbuta biss ma':
l-ispejjeż amministrattivi għall-istabbiliment tal-fond mutwu, mifruxa fuq massimu ta' tliet snin b'mod digressiv;
l-ammonti mħallsa mill-fond mutwu bħala kumpens finanzjarju lill-bdiewa. Barra minn hekk, il-kontribuzzjoni finanzjarja tista' tkun marbuta mal-interess fuq is-self kummerċjali meħud mill-fond mutwu għall-finijiet tal-ħlas tal-kumpens finanzjarju lill-bdiewa f'każ ta' kriżi;
is-supplimentar tal-pagamenti annwali fil-fond;
l-istokk kapitali inizjali tal-fond mutwu.
Artikolu 39a
Għodda għall-istabbilizzazzjoni tad-dħul għall-bdiewa ta' settur speċifiku
Artikolu 39b
Għajnuna temporanja eċċezzjonali għall-bdiewa u għall-SMEspartikolarment milquta mill-kriżi tal-COVID-19
Artikolu 40
Finanzjament ta’ pagamenti diretti nazzjonali kumplementari għall-Kroazja
L-appoġġ mogħti lil bidwi fir-rigward tas-snin 2014, 2015 u 2016 ma għandux jaqbeż id-differenza bejn:
il-livell ta’ pagamenti diretti applikabbli fil-Kroazja għas-sena kkonċernata skont l-Artikolu 17 tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013; u
45 % tal-livell korrispondenti tal-pagamenti diretti kif applikati mill-2022 'l hemm.
Artikolu 41
Regoli dwar l-implimentazzjoni tal-miżuri
Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistipulaw regoli dwar l-implimentazzjoni tal-miżuri f’din it-taqsima li jikkonċernaw:
proċeduri għall-għażla ta’ awtoritajiet jew korpi li joffru servizzi konsultattivi tal-biedja u tal-forestrija, servizzi ta’ ġestjoni jew ta’ sostituzzjoni b'rabta mal-azjendi agrikoli u d-digressività tal-għajnuna skont il-miżura tas-servizzi konsultattivi msemmija fl-Artikolu 15;
il-valutazzjoni mill-Istat Membru tal-progress tal-pjan tan-negozju, l-alternattivi ta' pagamenti kif ukoll il-modalitajiet tal-aċċess għal miżuri oħra għal bdiewa żgħażagħ skont il-miżura tal-iżvilupp tal-azjenda agrikola u tan-negozju msemmija fl-Artikolu 19;
konverżjoni għal unitajiet minbarra dawk użati fl-Anness II, u rati ta' konverżjoni ta' annimali għal unitajiet ta' bhejjem (LU - livestock unit) taħt il-miżuri msemmija fl-Artikoli 28, 29, 33 u 34;
il-possibbiltà tal-użu ta’ suppożizzjonijiet standard tal-ispejjeż addizzjonali u d-dħul mitluf skont il-miżuri tal-Artikoli 28 sa 31, 33 u 34 u l-kriterji għall-kalkolu tagħhom;
kalkolu tal-ammont ta’ appoġġ fejn operazzjoni tkun eliġibbli għal appoġġ skont iżjed minn miżura waħda.
Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 84.
LEADER
Artikolu 42
Gruppi ta’ azzjoni lokali LEADER
Artikolu 43
Pakkett tal-bidu LEADER
Appoġġ għall-iżvilupp lokali LEADER jista' jinkludi wkoll "Pakkett tal-bidu LEADER" għall-komunitajiet lokali li ma implimentawx il-LEADER fil-perijodu ta' programmazzjoni 2007-2013. Il-"Pakkett tal-bidu LEADER" għandu jikkonsisti f'appoġġ għat-tisħiħ tal-kapaċità u proġetti pilota żgħar. L-appoġġ taħt il-"Pakkett tal-bidu LEADER" ma għandux ikun kondizzjonali għall-preżentazzjoni ta' strateġija tal-iżvilupp lokali LEADER.
Artikolu 44
Attivitajiet ta’ kooperazzjoni LEADER
L-appoġġ imsemmi fil-punt (c) tal-Artikolu 35(1) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 għandu jingħata għal
proġetti ta' kooperazzjoni fi Stat Membru (kooperazzjoni interterritorjali) jew proġetti ta' kooperazzjoni bejn territorji f'diversi Stati Membri jew ma' teritorji f'pajjiżi terzi (kooperazzjoni transnazzjonali).
appoġġ tekniku preparatorju għal proġetti ta’ kooperazzjoni interterritorjali u transnazzjonali, bil-kundizzjoni li l-gruppi ta’ azzjoni lokali jkunu jistgħu juru li qed jipprevedu l-implimentazzjoni ta’ proġett konkret.
Minbarra gruppi oħra ta’ azzjoni lokali, l-imsieħba ta’ grupp ta’ azzjoni lokali skont il-FAEŻR jistgħu jkunu:
grupp ta' msieħba pubbliċi u privati lokali f’territorju rurali li qed jimplimenta strateġija tal-iżvilupp lokali fl-Unjoni jew barra mill-Unjoni;
grupp ta' msieħba pubbliċi u privati lokali f’territorju mhux rurali li qed jimplimenta strateġija tal-iżvilupp lokali.
Huma għandhom jippubblikaw il-proċeduri amministrattivi nazzjonali jew reġjonali li jikkonċernaw l-għażla ta’ proġetti ta’ kooperazzjoni transnazzjonali u lista ta’ spejjeż eliġibbli mhux iktar tard minn sentejn wara d-data tal-approvazzjoni tal-programmi għall-iżvilupp rurali tagħhom.
L-approvazzjoni ta’ proġetti ta’ kooperazzjoni mill-awtorità kompetenti għandha sseħħ mhux iżjed tard minn erba’ xhur wara d-data ta’ sottomissjoni tal-applikazzjoni tal-proġett.
KAPITOLU II
Dispożizzjonijiet komuni għal diversi miżuri
Artikolu 45
Investimenti
In-nefqa li hija eliġibbli għall-appoġġ tal-FAEŻR għandha tkun limitata għal:
il-kostruzzjoni, l-akkwist, inkluż il-kiri, jew it-titjib tal-proprjetà immobbli;
ix-xiri jew ix-xiri bil-kiri ta’ makkinarju u tagħmir ġdid sal-valur fis-suq tal-ass;
l-ispejjeż ġenerali relatati man-nefqa msemmija fil-punti (a) u (b), bħal tariffi tal-arkitett, tal-inġinier u dawk tal-konsultazzjoni, tariffi relatati ma' konsulenza dwar is-sostenibbiltà ambjentali u ekonomika, inkluż studji tal-fattibbiltà. L-istudji tal-fattibbiltà għandhom jibqgħu nefqa eliġibbli anke meta, abbażi tar-riżultati tagħhom, ma ssir l-ebda nefqa skont il-punti (a) u (b);
l-investimenti mhux tanġibbli li ġejjin: l-akkwist jew l-iżvilupp ta' softwer tal-kompjuter u l-akkwist ta' privattivi, liċenzji, drittijiet tal-awtur, marki kummerċjali;
l-ispejjeż tal-istabbiliment ta' pjanijiet għall-ġestjoni tal-foresti u l-ekwivalenti tagħhom.
Artikolu 46
Investimenti fl-irrigazzjoni
Jekk l-investiment jaffettwa korpi ta' ilma ta' taħt l-art jew tal-wiċċ li l-istatus tagħhom ġie identifikat bħala anqas minn tajjeb fil-pjan ta' ġestjoni rilevanti tal-baċir ta' xmara għal raġunijiet marbutin mal-kwantità tal-ilma:
l-investiment għandu jiżgura tnaqqis effettiv fl-użu tal-ilma, fil-livell tal-investiment, li jammonta minn tal-anqas għal 50 % tal-iffrankar potenzjali tal-ilma li jkun sar possibbli permezz tal-investiment;
fil-każ ta' investiment f'azjenda agrikola waħda, huwa għandu wkoll jirriżulta fi tnaqqis għall-użu totali ta' ilma mill-azjenda li jammonta minn tal-anqas għal 50 % tal-iffrankar potenzjali tal-ilma li jkun sar possibbli fil-livell tal-investiment. L-użu totali ta' ilma mill-azjenda għandu jinkludi l-ilma mibjugħ mill-azjenda.
Ebda waħda mill-kondizzjonijiet fil-paragrafu 4 ma għandha tapplika għal investiment f'installazzjoni eżistenti li taffettwa biss l-effiċjenza enerġetika jew għal investiment fil-ħolqien ta' ġiebja jew għal investiment fl-użu ta' ilma rriċiklat li ma jaffettwax massa ta' ilma ta' taħt l-art jew ta' ilma tal-wiċċ.
Investiment li jirriżulta f'żieda netta taż-żona irrigata li taffettwa korp partikolari ta' ilma ta' taħt l-art jew tal-wiċċ għandu jkun eliġibbli biss jekk:
l-istatus tal-korp ta' ilma ma jkunx ġie identifikat bħala anqas minn tajjeb fil-pjan ta' ġestjoni rilevanti tal-baċir ta' xmara għal raġunijiet marbutin mal-kwantità tal-ilma; u
analiżi ambjentali turi li mhux ser ikun hemm impatt ambjentali negattiv sinifikanti mill-investiment; tali analiżi tal-impatt ambjentali għandha titwettaq jew tkun approvata mill-awtorità kompetenti u tista' wkoll tirreferi għal gruppi ta' azjendi.
Iż-żoni mingħajr irrigazzjoni iżda li fihom kien hemm installazzjoni ta' irrigazzjoni attiva fil-passat reċenti, li għandhom jiġu stabbiliti jew iġġustifikati fil-programm, jistgħu jitqiesu bħala żoni b'irrigazzjoni għall-fini tad-determinazzjoni taż-żieda netta taż-żona b'irrigazzjoni.
Permezz ta' deroga mill-punt (a) tal-paragrafu 5, l-investimenti li jirriżultaw f'żieda netta taż-żona ta' irrigazzjoni jistgħu xorta jkunu eliġibbli jekk:
l-investiment jiġi kkumbinat ma' investiment f'installazzjoni ta' irrigazzjoni jew element ta' infrastruttura ta' irrigazzjoni eżistenti vvalutat ex-ante li joffri ffrankar potenzjali tal-ilma ta' mill-anqas bejn 5 % u 25 % skont il-parametri tekniċi tal-installazzjoni jew infrastruttura eżistenti u
l-investiment inġenerali jiżgura tnaqqis effettiv fl-użu tal-ilma, fil-livell tal-investiment inġenerali, li jammonta għal tal-anqas 50 % tal-iffrankar potenzjali tal-ilma possibbli permezz tal-investiment fl-installazzjoni tal-irrigazzjoni jew l-element ta' infrastruttura eżistenti.
Barra minn hekk, permezz ta' deroga, il-kondizzjoni fil-punt (a) tal-paragrafu 5 ma għandhiex tapplika għal investimenti fl-istabbiliment ta' installazzjoni tal-irrigazzjoni ġdida li tingħata l-ilma minn ġiebja eżistenti approvat mill-awtoritajiet kompetenti qabel il-31 ta' Ottubru 2013 jekk jiġu sodisfatti l-kondizzjonijiet li ġejjin:
Artikolu 47
Regoli għall-pagamenti skont iż-żona
In-numru ta’ ettari li għalihom jista’ japplika impenn skont l-Artikoli 28, 29 u 34 jista’ jvarja minn sena għal oħra meta:
din il-possibbiltà tkun prevista fil-programm ta' żvilupp rurali;
l-impenn inkwistjoni ma japplikax għal ħbula tal-art fissi; u
ma jkunx hemm periklu li ma jintlaħaqx l-objettiv ambjentali tal-impenn.
Artikolu 48
Klawsola ta’ reviżjoni
Għandha tiġi prevista klawsola ta’ reviżjoni għal impenji meħuda skont l-Artikoli 28, 29, 33 u 34 sabiex jiġi żgurat l-aġġustament tagħhom fil-każ ta' emendi għall-istandards, ir-rekwiżiti jew l-obbligi obbligatorji rilevanti msemmija f’dawk l-Artikoli; l-impenji għandhom imorru lil hinn mill-Artikoli. Il-klawsola ta' reviżjoni għandha tkopri wkoll l-aġġustamenti meħtieġa biex jiġi evitat finanzjament doppju tal-prattiki msemmija fl-Artikolu 43 tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 fil-każ ta' emendi għal dawk il-prattiki.
L-impenji meħuda skont l-Artikoli 28, 29, 33 u 34 li jmorru lil hinn mill-perijodu ta’ pprogrammar attwali għandu jkun fihom klawsola ta’ reviżjoni li tippermetti l-aġġustament tagħhom skont il-qafas legali tal-perijodu ta’ pprogrammar li jmiss.
Jekk tali aġġustament ma jiġix aċċettat mill-benefiċjarju, l-impenn għandu jiskadi u ma jkunx meħtieġ rimborż fir-rigward tal-perijodu li matulu l-impenn kien effettiv.
Artikolu 49
Għażla ta' operazzjonijiet
Permezz ta' deroga mill-ewwel subparagrafu, f'każijiet eċċezzjonali u debitament ġustifikati fejn ma jkunx possibbli li jiġu stabbiliti kriterji tal-għażla minħabba n-natura tat-tip ta' operazzjonijiet ikkonċernati, l-Awtorità ta' Ġestjoni tista' tiddefinixxi metodu ieħor ta' għażla li jrid jiġi deskritt fil-programm ta' żvilupp rurali wara konsultazzjoni mal-Kumitat ta' Monitoraġġ.
Artikolu 50
Definizzjoni ta’ żona rurali
Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, l-Awtorità ta’ Ġestjoni għandha tiddefinixxi “żona rurali” fil-livell tal-programm. L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu din id-definizzjoni għal miżura jew tip ta' operazzjoni jekk dan ikun debitament iġġustifikat.
KAPITOLU III
Assistenza teknika u netwerking
Artikolu 51
Finanzjament tal-assistenza teknika
Il-FAEŻR jista' jiffinanzja attivitajiet li jippreparaw għall-implimentazzjoni tal-PAK fil-perjodu ta' programmazzjoni sussegwenti.
Il-FAEŻR jista’ jiffinanzja wkoll l-azzjonijiet previsti fl-Artikolu 41(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 13 ), b’rabta mal-indikazzjonijiet u s-simboli tal-iskema ta’ kwalità tal-Unjoni.
Dawk l-azzjonijiet għandhom jitwettqu f'konformità mal-Artikolu 58 tar-Regolament (UE, EURATOM) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 14 ) u kwalunkwe dispożizzjoni oħra ta’ dak ir-Regolament u d-dispożizzjonijiet ta’ implimentazzjoni tiegħu li jkunu applikabbli għal din il-forma ta’ eżekuzzjoni tal-baġit.
L-ispejjeż relatati mal-korp ta’ ċertifikazzjoni msemmi fl-Artikolu 9 tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 ma għandhomx ikunu eliġibbli taħt dan il-paragrafu.
Fi ħdan dak il-limitu ta’ 4 %, ammont għandu jkun riservat għall-istabbiliment u l-operazzjoni tan-netwerk rurali nazzjonali msemmi fl-Artikolu 54.
B’deroga mill-ewwel subparagrafu, l-Istati Membri li għalihom l-ammont totali ta’ appoġġ tal-Unjoni għall-iżvilupp rurali għas-snin 2014-2020 kif stabbilit fl-Anness I għal dan ir-Regolament huwa inqas minn EUR 1 800 miljun jistgħu, wara l-estensjoni tal-programmi tagħhom f’konformità mal-Artikolu 1 tar-Regolament (UE) 2020/2220, jiddeċiedu li jiddedikaw 5 % tal-ammont totali ta’ kull programm ta’ żvilupp rurali għall-kompiti msemmija fl-Artikolu 59 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013.
Artikolu 52
Netwerk Ewropew għall-iżvilupp rurali
Il-ħolqien ta' netwerk permezz tan-netwerk Ewropew għall-iżvilupp rurali għandu jkollu l-għan li:
iżid l-involviment tal-partijiet interessati kollha, u b'mod partikolari partijiet interessati oħra għall-iżvilupp agrikolu, forestali u rurali fl-implimentazzjoni tal-iżvilupp rurali;
itejjeb il-kwalità tal-programmi ta' żvilupp rurali;
ikollu rwol fl-infurmar tal-pubbliku ġenerali dwar il-benefiċċji tal-politika għall-iżvilupp rurali;
jappoġġa l-evalwazzjoni tal-programmi ta' żvilupp rurali.
Il-kompiti tan-netwerk għandhom ikunu li:
jiġbor, janalizza u jxerred informazzjoni dwar azzjoni fil-qasam tal-iżvilupp rurali;
jipprovdi appoġġ fil-proċessi ta' evalwazzjoni u fil-ġbir u l-ġestjoni ta' data;
jiġbor, jikkonsolida u jxerred prattiki ta' żvilupp rurali tajbin fil-livell tal-Unjoni, inkluż fir-rigward ta' metodoloġiji u għodod ta' evalwazzjoni;
jistabbilixxi u jmexxi gruppi tematiċi u/jew workshops bil-għan li jiffaċilita l-iskambju tal-ħiliet esperti u jappoġġja l-implimentazzjoni, il-monitoraġġ u l-iżvilupp ulterjuri tal-politika ta' żvilupp rurali;
jipprovdi informazzjoni dwar żviluppi fiż-żoni rurali tal-Unjoni u f’pajjiżi terzi;
jorganizza laqgħat u seminars fil-livell tal-Unjoni għal dawk li huma attivament involuti fl-iżvilupp rurali;
jappoġġa n-netwerks nazzjonali u l-inizjattivi ta' kooperazzjoni transnazzjonali u l-iskambju dwar azzjonijiet u esperjenza fil-qasam tal-iżvilupp rurali ma' netwerks f'pajjiżi terzi;
speċifikament għall-gruppi ta’ azzjoni lokali:
joħloq sinerġiji mal-attivitajiet imwettqa fil-livell nazzjonali jew reġjonali, jew it-tnejn, min-netwerks rispettivi fir-rigward ta’ azzjonijiet tal-bini tal-kapaċità u skambju ta’ esperjenza; u
jikkoopera mal-korpi tan-netwerks u tal-appoġġ tekniku għall-iżvilupp lokali stabbilit mill-FEŻR, il-FSE u l-EMFF fir-rigward tal-attivitajiet ta' żvilupp lokali u l-kooperazzjoni transnazzjonali tagħhom.
Artikolu 53
Netwerk tas-Sħubija Ewropea għall-Innovazzjoni
L-għan tan-netwerk tas-SEI għandu jkun li:
jiffaċilita l-iskambju ta' ħiliet esperti u prattiki tajbin;
jistabbilixxi djalogu bejn il-bdiewa u l-komunità ta' riċerka u jiffaċilita l-inklużjoni tal-partijiet interessati kollha fil-proċess ta' skambju tal-għarfien.
Il-kompiti tan-netwerk tas-SEI għandhom ikunu li:
jipprovdi funzjoni ta’ help desk u jipprovdi informazzjoni lil atturi ewlenin dwar is-SEI;
iħeġġeġ it-twaqqif ta' gruppi operazzjonali u jagħti tagħrif dwar l-opportunitajiet ipprovduti mill-politiki tal-Unjoni;
jiffaċilita t-twaqqif ta' inizjattivi ta' ragruppament u proġetti pilota jew ta' dimostrazzjoni li jirrigwardaw, fost l-oħrajn il-kwistjonijiet li ġejjin:
żieda fil-produttività agrikola, il-vijabbiltà ekonomika, is-sostenibbiltà, ir-rendiment u l-effiċjenza fl-użu tar-riżorsi;
l-innovazzjoni b'appoġġ għal ekonomija fuq bażi bijoloġika;
il-biodiversità, is-servizzi tal-ekosistema, il-funzjonalità tal-ħamrija u l-immaniġġjar sostenibbli tal-ilma;
prodotti innovattivi u servizzi għall-katina ta' provvista integrata;
il-ħolqien ta' opportunitajiet ta' prodotti u swieq ġodda għall-prodotturi primarji;
il-kwalità tal-ikel, is-sikurezza tal-ikel u dieta bilanċjata;
it-tnaqqis tat-telf wara l-ħsad u l-ħela ta' ikel.
Il-ġbir u t-tixrid tal-informazzjoni fil-qasam tas-SEI, inklużi s-sejbiet tar-riċerka u teknoloġiji ġodda rilevanti għall-innovazzjoni u l-iskambju tal-għarfien u skambji fil-qasam tal-innovazzjoni ma' pajjiżi terzi.
Artikolu 54
Netwerk rurali nazzjonali
L-Istati Membri bi programmi reġjonali jistgħu jissottomettu għall-approvazzjoni programm speċifiku għall-istabbiliment u l-operat tan-netwerk rurali nazzjonali tagħhom.
Il-ħidma permezz ta' netwerk min-netwerk rurali nazzjonali għandu jkollu l-għan li:
iżid l-involviment tal-partijiet interessati fl-implimentazzjoni tal-iżvilupp rurali;
itejjeb il-kwalità tal-implimentazzjoni tal-programmi ta' żvilupp rurali;
jinforma lill-pubbliku ġenerali u l-benefiċjarji potenzjali dwar il-politika għall-iżvilupp rurali u opportunitajiet ta' finanzjament;
irawwem l-innovazzjoni fl-agrikoltura, il-produzzjoni tal-ikel, il-forestrija u ż-żoni rurali.
L-appoġġ mill-FAEŻR skont l-Artikolu 51(2) għandu jintuża:
għall-istrutturi meħtieġa biex jitmexxa n-netwerk;
għall-preparazzjoni u l-implimentazzjoni ta’ pjan ta’ azzjoni li jkun ikopri mill-inqas dan li ġej:
attivitajiet li jirrigwardaw il-ġbir ta’ eżempji ta’ proġetti li jkopru l-prijoritajiet kollha tal-programmi ta' żvilupp rurali;
attivitajiet li jirrigwardaw il-faċilitazzjoni ta' skambji tematiċi u analitiċi bejn il-partijiet interessati tal-iżvilupp rurali, il-kondiviżjoni u t-tixrid tas-sejbiet;
attivitajiet li jirrigwardaw il-provvista ta' taħriġ u netwerking għal gruppi ta’ azzjoni lokali u b’mod partikolari assistenza teknika għal kooperazzjoni interterritorjali u transnazzjonali, l-iffaċilitar ta’ kooperazzjoni fost gruppi ta' azzjoni lokali u t-tiftix ta’ imsieħba għall-miżura msemmija fl-Artikolu 35;
attivitajiet li jirrigwardaw il-provvista ta' netwerking għal kunsilliera u servizzi ta' appoġġ għall-innovazzjoni;
attivitajiet li jirrigwardaw il-kondiviżjoni u t-tixrid tas-sejbiet tal-monitoraġġ u l-evalwazzjoni;
pjan ta’ komunikazzjoni li jinkludi pubbliċità u informazzjoni li jirrigwardaw il-programm ta' żvilupp rurali bi qbil mal-Awtoritajiet ta’ Ġestjoni u attivitajiet ta’ informazzjoni u ta’ komunikazzjoni mmirati lejn il-pubbliku ġenerali;
attivitajiet li jirrigwardaw il-parteċipazzjoni u l-kontribut f’attivitajiet tan-netwerk Ewropew għall-iżvilupp rurali.
TITOLU IV
SEI GĦALL-PRODUTTIVITÀ U S-SOSTENIBBILTÀ AGRIKOLA
Artikolu 55
Għanijiet
Is-SEI għall-produttività u s-sostenibbiltà agrikola għandha:
tippromwovi settur agrikolu u tal-foresterija effiċjenti fl-użu tar-riżorsi, ekonomikament vijabbli, produttiv, kompetittiv, b'livell baxx ta' emissjonijiet, li ma jagħmilx ħsara lill-klima u reżistenti, li jaħdem lejn sistemi ta' produzzjoni agroekoloġiċi u li jaħdem f'armonija mar-riżorsi naturali essenzjali li fuqhom tiddependi l-biedja u l-foresterija;
tgħin biex ikun hemm provvista kostanti u sostenibbli ta' ikel, għalf u bijomaterjali, inklużi tipi eżistenti u tipi ġodda;
ittejjeb il-proċessi tal-preservazzjoni tal-ambjent, l-adattament għat-tibdil fil-klima u l-mitigazzjoni tiegħu;
tibni pontijiet bejn ir-riċerka, l-għarfien u t-teknoloġija avvanzati u l-bdiewa, il-maniġers tal-foresti, il-komunitajiet rurali, in-negozji, l-NGOs u s-servizzi konsultattivi.
Is-SEI għall-produttività u s-sostenibbiltà agrikola għandha tfittex li tilħaq l-għanijiet tagħha billi:
toħloq valur miżjud billi torbot aħjar ir-riċerka u l-prattiki tal-biedja u billi tinkoraġġixxi l-użu iżjed mifrux ta’ miżuri ta’ innovazzjoni disponibbli;
tippromwovi t-traspożizzjoni iżjed mgħaġġla u iżjed mifruxa ta’ soluzzjonijiet innovattivi fil-prattika; u
tinforma lill-komunità xjentifika dwar il-ħtiġijiet ta’ riċerka dwar il-prattiki tal-biedja.
Artikolu 56
Gruppi operazzjonali
Artikolu 57
Kompiti tal-gruppi operazzjonali
Il-gruppi operazzjonali tas-SEI għandhom ifasslu pjan li jkun fih dan li ġej:
deskrizzjoni tal-proġett innovattiv li ser jiġi żviluppat, ipprovat, adattat jew implimentat;
deskrizzjoni tar-riżultati mistennija u l-kontribut biex jintlaħaq l-objettiv tas-SEI għat-titjib tal-produttività u l-ġestjoni tar-riżorsi sostenibbli.
Meta jimplimentaw il-proġetti innovattivi tagħhom, il-gruppi operazzjonali għandhom:
jieħdu deċiżjonijiet dwar l-elaborazzjoni u l-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet innovattivi; u
jimplimentaw azzjonijiet innovattivi permezz ta’ miżuri ffinanzjati permezz ta’ programmi ta' żvilupp rurali.
TITOLU V
DISPOŻIZZJONIJIET FINANZJARJI
Artikolu 58
Riżorsi u d-distribuzzjoni tagħhom
Mingħajr preġudizzju għall-paragrafi 5, 6 u 7, l-ammont totali tal-appoġġ tal-Unjoni għall-iżvilupp rurali taħt dan ir-Regolament għall-perijodu mill-1 ta’ Jannar 2021 sal-31 ta’ Diċembru 2022 għandu jkun massimu ta’ EUR 26 896 831 880 fi prezzijiet kurrenti, f’konformità mal-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin mill-2021 sal-2027.
Artikolu 58a
Riżorsi għall-irkupru tas-settur agrikolu u ż-żoni rurali tal-Unjoni
Dak l-ammont ta’ EUR 8 070 486 840 fi prezzijiet kurrenti għandu jikkostitwixxi dħul assenjat estern skont l-Artikolu 21(5) tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 16 ).
Dan għandu jsir disponibbli bħala riżorsi addizzjonali għall-impenn baġitarju taħt il-FAEŻR għas-snin 2021 u 2022, flimkien mar-riżorsi totali stabbiliti fl-Artikolu 58 ta’ dan ir-Regolament kif ġej:
Għall-fini ta’ dan ir-Regolament u r-Regolamenti (UE) Nru 1306/2013 u (UE) Nru 1307/2013, dawk ir-riżorsi addizzjonali għandhom jitqiesu bħala ammonti ta’ miżuri ta’ finanzjament taħt il-FAEŻR. Għandhom jitqiesu bħala parti mill-ammont totali tal-appoġġ tal-Unjoni għall-iżvilupp rurali, kif imsemmi fl-Artikolu 58(1) ta’ dan ir-Regolament, li miegħu għandhom jiżdiedu meta ssir referenza għall-ammont totali tal-appoġġ tal-Unjoni għall-iżvilupp rurali. L-Artikolu 14 tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 ma għandux japplika għar-riżorsi addizzjonali msemmija f’dan il-paragrafu u fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu.
Mill-inqas 37 % tar-riżorsi addizzjonali msemmija fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu għandhom ikunu riżervati f’kull programm għall-iżvilupp rurali għall-miżuri msemmija fl-Artikolu 33 u l-Artikolu 59(5) u (6), u b’mod partikolari għal:
il-biedja organika;
il-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima u l-adattament għalih, inkluż it-tnaqqis tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra mill-agrikoltura;
il-konservazzjoni tal-ħamrija, inkluż it-titjib tal-fertilità tal-ħamrija permezz tas-sekwestru tal-karbonju;
it-titjib tal-użu u l-ġestjoni tal-ilma, inkluż l-iffrankar tal-ilma;
il-ħolqien, il-konservazzjoni u r-restawr ta’ ħabitats favorevoli għall-bijodiversità;
it-tnaqqis tar-riskji u l-impatti tal-użu tal-pestiċidi u tal-antimikrobiċi;
it-trattament xieraq tal-annimali;
attivitajiet ta’ kooperazzjoni LEADER.
Mill-inqas 55 % tar-riżorsi addizzjonali msemmija fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu għandhom ikunu riżervati f’kull programm għall-iżvilupp rurali għall-miżuri msemmija fl-Artikoli 17, 19, 20 u 35, dment li l-użu deżinjat ta’ tali miżuri fil-programmi għall-iżvilupp rurali jippromwovi l-iżvilupp ekonomiku u soċjali fiż-żoni rurali, u jikkontribwixxi għal irkupru ekonomiku reżiljenti, sostenibbli u diġitali f’konformità, fost l-oħrajn, mal-objettivi agroambjentali klimatiċi segwiti skont dan ir-Regolament, u b’mod partikolari:
ktajjen tal-provvista qosra u swieq lokali;
effiċjenza fir-riżorsi, inkluż il-biedja ta’ preċiżjoni u intelliġenti, l-innovazzjoni, id-diġitalizzazzjoni u l-modernizzazzjoni tal-makkinarju u t-tagħmir tal-produzzjoni;
kundizzjonijiet ta’ sikurezza fuq ix-xogħol;
enerġija rinnovabbli, ekonomija ċirkolari u bijo;
aċċess għal teknoloġiji tal-ICT ta’ kwalità għolja fiż-żoni rurali.
Meta jallokaw ir-riżorsi addizzjonali msemmija fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jidderogaw mil-livell limitu perċentwali stabbilit fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu sa fejn ikun meħtieġ biex jikkonformaw mal-prinċipju ta’ nonrigressjoni stabbilit fl-Artikolu 1(2) tar-Regolament (UE) 2020/2220. Madankollu, l-Istati Membri jistgħu minflok jiddeċiedu li jidderogaw minn dak il-prinċipju ta’ nonrigressjoni sal-punt meħtieġ biex jikkonformaw mal-livell limitu perċentwali stabbilit fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu.
Artikolu 59
Kontribuzzjoni mill-fond
Il-programmi ta' żvilupp rurali għandhom jistabbilixxu rata ta' kontribuzzjoni unika mill-FAEŻR applikabbli għall-miżuri kollha. Fejn applikabbli, għandha tiġi stabbilita rata ta' kontribuzzjoni mill-FAEŻR separata għar-reġjuni inqas żviluppati, għar-reġjuni ultraperiferiċi u għall-gżejjer żgħar tal-Eġew skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 229/2013, kif ukoll għar-reġjuni ta' transizzjoni. ◄ Ir-rata ta’ kontribuzzjoni massima mill-FAEŻR għandha tkun:
85 % tan-nefqa pubblika eliġibbli fir-reġjuni inqas żviluppati, fir-reġjuni ultraperiferiċi u fil-gżejjer żgħar tal-Eġew skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 229/2013;
75 % tan-nefqa pubblika eliġibbli għar-reġjuni kollha li l-PDG per capita tagħhom għall-perijodu 2007-2013 kien anqas minn 75 % tal-medja tal-UE-25 għall-perijodu ta' referenza iżda li l-PDG per capita tagħhom huwa ogħla minn 75 % tal-medja tal-PDG tal-UE-27;
63 % tan-nefqa pubblika eliġibbli għar-reġjuni ta' transizzjoni minbarra dawk imsemmijin fil-punt (b) ta' dan il-paragrafu;
53 % tan-nefqa pubblika eliġibbli fir-reġjuni l-oħra.
Ir-rata ta’ kontribuzzjoni minima mill-FAEŻR għandha tkun 20 %.
Permezz ta’ deroga mill-paragrafu 3, il-kontribuzzjoni massima tal-FAEŻR għandha tkun:
80 % għall-miżuri msemmija fl-Artikoli 14, 27 u 35, għall-iżvilupp lokali LEADER imsemmi fl-Artikolu 32 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 u għal operazzjonijiet taħt il-punt (a)(i) tal-Artikolu 19(1). ►C1 Dik ir-rata tista' tiżdied sa mhux aktar minn 90 % għall-programmi ta' reġjuni inqas żviluppati, tar-reġjuni ultraperiferiċi, tal-gżejjer żgħar tal-Eġew skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 229/2013, u tar-reġjuni ta' transizzjoni msemmija fil-punti (b) u (c) tal-paragrafu 3; ◄
75 % għall-operazzjonijiet li jikkontribwixu għall-objettivi tal-ambjent u tal-mitigazzoni tat-tibdil fil-klima u l-adattament għalih skont l-Artikoli 17, punti (a) u (b) tal-Artikolu 21(1), l-Artikoli 28, 29, 30, 31 u 34;
100 % għall-istrumenti finanzjarji fuq livell tal-Unjoni msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 38(1) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013;
ir-rata ta' kontribuzzjoni applikabbli għall-miżura kkonċernata żdiedet b'10 punti perċentwali addizzjonali għal kontribuzzjonijiet għal strumenti finanzjarji msemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 38(1) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013;
100 % għall-operazzjonijiet li qed jirċievu finanzjament mill-fondi ttrasferiti għall-FAEŻR bl-applikazzjoni tal-Artikolu 136a(1) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 u l-Artikolu 7(2) u l-Artikolu 14(1) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013;
100 % għal operazzjonijiet li jirċievu finanzjament mir-riżorsi addizzjonali msemmija fl-Artikolu 58a(1). L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu rata ta’ kontribuzzjoni waħda, speċifika tal-FAEŻR, applikabbli għal dawk l-operazzjonijiet kollha;
100 % għal ammont ta' EUR 100 miljun, fi prezzijiet tal-2011, allokati lill-Irlanda, għal ammont ta' EUR 500 miljun, fi prezzijiet tal-2011, allokati lill-Portugall u għal ammont ta' EUR 7 miljun, fi prezzijiet tal-2011, allokati lil Ċipru;
Għall-Istati Membri li jirċievu, fl-1 ta' Jannar 2014 jew wara, assistenza finanzjarja f'konformità mal-Artikoli 136 u 143 TFUE, ir-rata tal-kontribuzzjoni tal-FAEŻR li tirriżulta mill-applikazzjoni tal-Artikolu 24(1) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 tista' togħla b'massimu ta' 10 punti perċentwali addizzjonali sa massimu totali ta' 95 %, għan-nefqa li għandha titħallas minn dawn l-Istati Membri fl-ewwel sentejn tal-implimentazzjoni tal-programm ta' żvilupp rurali. Ir-rata tal-kuntribuzzjoni tal-FAEŻR li tkun applikabbli mingħajr din id-deroga għandha, madankollu, tkun rispettata għan-nefqa pubblika totali magħmula matul il-perijodu ta' pprogrammar;
ir-rata ta' kontribuzzjoni msemmija fl-Artikolu 39a(13) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 għall-istrument finanzjarju msemmi fil-punt (c) tal-Artikolu 38(1) ta' dak ir-Regolament.
Meta l-Istati Membri jużaw il-possibbiltà prevista fis-sitt jew is-seba’ subparagrafu tal-Artikolu 14(1) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013, il-perċentwali stipulati fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu għandhom japplikaw għall-kontribuzzjoni totali tal-FAEŻR għall-programm ta’ żvilupp rurali mingħajr l-appoġġ addizzjonali li jsir disponibbli f’konformità mas-sitt jew is-seba’ subparagrafu tal-Artikolu 14(1) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013.
L-ewwel subparagrafu ma għandux japplika għar-reġjuni ultraperiferiċi u t-territorji extra-Ewropej tal-Istati Membri.
Artikolu 60
Eliġibbiltà tan-nefqa
Bl-eċċezzjoni ta' kostijiet ġenerali kif iddefiniti fil-punt (c) fl-Artikolu 45(2), fir-rigward ta' operazzjonijiet ta' investiment taħt miżuri li jaqgħu fi ħdan il-kamp ta' applikazzjoni tal-Artikolu 42 tat-TFUE, hija biss in-nefqa mġarrba wara li tkun ġiet ippreżentata applikazzjoni lill-awtorità kompetenti li għandha titqies eliġibbli. Madankollu, l-Istati Membri jistgħu jipprevedu fil-programm tagħhom li n-nefqa li tkun relatata ma' miżuri ta' emerġenza dovuti għal diżastri naturali, għal avvenimenti katastrofiċi jew għal avvenimenti klimatiċi avversi jew għal bidla f'daqqa fil-kundizzjonijiet soċjoekonomiċi tal-Istat Membru jew tar-reġjun, u li ġġarrbet mill-benefiċjarju wara li jkun seħħ l-avveniment, hija eliġibbli wkoll.
L-Istati Membri jistgħu jipprevedu fil-programmi tagħhom li n-nefqa għandha tkun eliġibbli biss meta tkun iġġarrbet wara li l-applikazzjoni għall-appoġġ tkun ġiet approvata mill-awtorità kompetenti.
Artikolu 61
Nefqa eliġibbli
Meta l-ispejjeż operazzjonali jkunu koperti b’appoġġ skont dan ir-Regolament, għandhom ikunu eliġibbli t-tipi ta’ spejjeż li ġejjin:
spejjeż operazzjonali;
spejjeż tal-persunal;
spejjeż tat-taħriġ;
spejjeż marbuta mar-relazzjonijiet pubbliċi;
spejjeż finanzjarji;
spejjeż tan-netwerks.
Artikolu 62
Verifikabbiltà u kontrollabbiltà tal-miżuri
Artikolu 63
Ħlasijiet bil-quddiem
Faċilità pprovduta bħala garanzija minn awtorità pubblika għandha titqies li hi ekwivalenti għall-garanzija msemmija fl-ewwel subparagrafu, sakemm l-awtorità timpenja ruħha li tħallas l-ammont kopert minn dik il-garanzija jekk l-intitolament għall-ħlas bil-quddiem imħallas ma jkunx stabbilit.
TITOLU VI
ĠESTJONI, KONTROLL U PUBBLIĊITÀ
Artikolu 64
Responsabbiltajiet tal-Kummissjoni
Sabiex tiġi żgurata ġestjoni finanzjarja tajba, fil-kuntest tal-ġestjoni konġunta, skont l-Artikolu 317 TFUE, il-Kummissjoni għandha tieħu l-miżuri u twettaq il-kontrolli stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 1306/2013.
Artikolu 65
Responsabbiltajiet tal-Istati Membri
L-Istati Membri għandhom jaħtru, għal kull programm ta' żvilupp rurali, l-awtoritajiet li ġejjin:
l-Awtorità ta’ Ġestjoni, li tista’ tkun korp pubbliku jew privat li jaġixxi fil-livell nazzjonali jew reġjonali, jew l-Istat Membru nnifsu meta jwettaq dak il-kompitu, u li tkun inkarigata mill-ġestjoni tal-programm ikkonċernat;
l-aġenzija tal-pagamenti akkreditata skont it-tifsira tal-Artikolu 7 tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013;
il-korp ta’ ċertifikazzjoni skont it-tifsira tal-Artikolu 9 tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013.
Artikolu 66
Awtorità ta' Ġestjoni
L-Awtorità ta’ Ġestjoni għandha tkun responsabbli għall-ġestjoni u l-implimentazzjoni tal-programm b’mod effiċjenti, effettiv u korrett u b’mod partikolari li:
tiżgura li jkun hemm sistema elettronika sikura xierqa li tirreġistra, iżżomm, timmaniġġa u tirrapporta informazzjoni statistika dwar il-programm u l-implimentazzjoni tiegħu meħtieġa għall-finijiet tal-monitoraġġ u l-evalwazzjoni u, b’mod partikolari, l-informazzjoni meħtieġa għall-monitoraġġ tal-progress b’rabta mal-objettivi u l-prijoritajiet definiti;
▼M7 —————
tiżgura li l-benefiċjarji u l-korpi l-oħra involuti fl-implimentazzjoni tal-operazzjonijiet:
jiġu mgħarrfa dwar l-obbligi tagħhom li jirriżultaw mill-għajnuna mogħtija, u jżommu sistema ta’ kontabbiltà separata jew kodiċi ta’ kontabbiltà xieraq għat-transazzjonijiet kollha marbuta mal-operazzjoni;
ikunu konxji tar-rekwiżiti fir-rigward tal-provvediment tad-data lill-Awtorità ta' Ġestjoni u r-reġistrazzjoni tar-rendiment u r-riżultati;
tiżgura li l-evalwazzjoni ex ante msemmija fl-Artikolu 55 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 tikkonforma mas-sistema ta’ monitoraġġ u evalwazzjoni u taċċettahom u tippreżentahom lill-Kummissjoni;
tiżgura li l-pjan ta' evalwazzjoni msemmi fl-Artikolu 56 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 ikun introdott, li l-evalwazzjoni tal-programm ex post imsemmija fl-Artikolu 57 tar-Regolament (UE) Nru1303/2013 issir fil-limiti ta' żmien stipulat f'dak ir-Regolament, sabiex ikun żgurat li dawn l-evalwazzjonijiet jikkonformaw mas-sistema ta' monitoraġġ u evalwazzjoni u tippreżentahom lill-Kumitat ta' Monitoraġġ u lill-Kummissjoni;
tipprovdi lill-Kumitat ta' Monitoraġġ bl-informazzjoni u d-dokumenti meħtieġa biex tkun issorveljata l-implimentazzjoni tal-programm fid-dawl tal-objettivi u l-prijoritajiet speċifiċi tiegħu;
tfassal il-programm annwali dwar il-progress, inklużi t-tabelli ta' monitoraġġ aggregati, u, wara approvazzjoni mill-Kumitat ta' Monitoraġġ, tippreżentah lill-Kummissjoni;
tiżgura li l-aġenzija tal-pagamenti tirċievi l-informazzjoni meħtieġa kollha, b'mod partikolari dwar il-proċeduri operati u kwalunkwe kontroll imwettaq b'relazzjoni mal-operazzjonijiet magħżula għall-finanzjament, qabel ma jkunu awtorizzati l-pagamenti;
tiżgura l-pubbliċità għall-programm, inkluż permezz tan-netwerk rurali nazzjonali, billi tgħarraf lill-benefiċjarji potenzjali, lill-organizzazzjonijiet professjonali, lill-imsieħba ekonomiċi u soċjali, lill-korpi involuti fil-promozzjoni tal-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa, u lill-organizzazzjonijiet mhux governattivi ikkonċernati, inklużi organizzazzjonijiet ambjentali, dwar il-possibbiltajiet offruti mill-programm u r-regoli sabiex jinkiseb aċċess għall-finanzjament tal-programm kif ukoll billi tgħarraf lill-benefiċjarji dwar il-kontribuzzjoni tal-Unjoni u lill-pubbliku ġenerali dwar ir-rwol li għandha l-Unjoni fil-programm.
Meta parti mill-kompiti tagħha jiġu delegati lil korp ieħor, l-Awtorità ta’ Ġestjoni għandha żżomm responsabbiltà sħiħa għall-effiċjenza u l-korrettezza tal-ġestjoni u l-implimentazzjoni ta’ dawk il-kompiti. L-Awtorità ta' Ġestjoni għandha tiżgura li jkunu stabbiliti dispożizzjonijiet xierqa li jippermettu lill-korp ieħor jikseb id-data u l-informazzjoni kollha meħtieġa għall-eżekuzzjoni ta' dawk il-kompiti.
L-awtorità ta’ ġestjoni għandha tiżgura li l-operazzjonijiet u r-rendimenti ta’ dan is-sottoprogramm tematiku jiġu identifikati separatament għall-finijiet tas-sistema tal-monitoraġġ u l-evalwazzjoni msemmija fl-Artikolu 67.
TITOLU VII
MONITORAĠĠ U EVALWAZZJONI
KAPITOLU I
Dispożizzjonijiet ġenerali
Artikolu 67
Sistema ta' monitoraġġ u evalwazzjoni
F'konformità ma' dan it-Titolu, għandha titfassal sistema komuni ta’ monitoraġġ u evalwazzjoni b’kooperazzjoni bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri u għandha tiġi adottata mill-Kummissjoni permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 84.
Artikolu 68
Għanijiet
Is-sistema ta’ monitoraġġ u evalwazzjoni għandu jkollha l-objettivi li:
turi l-progress u l-kisbiet tal-politika ta' żvilupp rurali u li tevalwa l-impatt, l-effikaċja, l-effiċjenza u r-rilevanza tal-interventi tal-politika ta’ żvilupp rurali;
tikkontribwixxi biex jingħata appoġġ immirat aħjar għall-iżvilupp rurali;
tappoġġa proċess ta’ tagħlim komuni marbut mal-monitoraġġ u l-evalwazzjoni.
Artikolu 69
Indikaturi komuni
Artikolu 70
Sistema Elettronika ta' Informazzjoni
Informazzjoni ewlenija dwar l-implimentazzjoni tal-programm, dwar kull operazzjoni magħżula għall-finanzjament, kif ukoll dwar operazzjonijiet kompluti, meħtieġa għall-monitoraġġ u l-evalwazzjoni, inkluż informazzjoni ewlenija dwar kull benefiċjarju u proġett, għandhom jiġu rrekordjati u miżmuma elettronikament.
Artikolu 71
Għoti ta' informazzjoni
Il-benefiċjarji tal-appoġġ skont il-miżuri ta' żvilupp rurali u l-gruppi ta' azzjoni lokali għandhom jimpenjaw ruħhom li jipprovdu lill-Awtorità ta’ Ġestjoni u/jew lill-evalwaturi maħtura jew korpi oħra delegati li jwettqu funzjonijiet f'isimha, l-informazzjoni kollha meħtieġa li tippermetti l-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tal-programm, b’mod partikolari biex jintlaħqu objettivi u prijoritajiet speċifikati.
KAPITOLU II
Monitoraġġ
Artikolu 72
Proċeduri ta' monitoraġġ
Artikolu 73
Kumitat ta' monitoraġġ
L-Istati Membri bi programmi reġjonali jistgħu jistabbilixxu Kumitat għall-Monitoraġġ nazzjonali biex jikkoordina l-implimentazzjoni ta’ dawn il-programmi b’rabta mal-Qafas Nazzjonali u l-użu tar-riżorsi finanzjarji.
Artikolu 74
Responsabbiltajiet tal-Kumitat ta' Monitoraġġ
Il-Kumitat għall-Monitoraġġ għandu jkun sodisfatt bil-prestazzjoni tal-programm ta' żvilupp rurali u bl-effikaċja tal-implimentazzjoni tiegħu. Għal dan il-għan, minbarra l-funzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 49 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013, il-Kumitat għall-Monitoraġġ għandu:
jiġi kkonsultat u għandu joħroġ opinjoni, qabel il-pubblikazzjoni tas-sejħa rilevanti għal proposti, dwar il-kriterji tal-għażla għal operazzjonijiet iffinanzjati, li għandhom jiġu riveduti skont il-ħtiġijiet ta' programmazzjoni;
jeżamina l-attivitajiet u r-rendimenti relatati mal-progress fl-implimentazzjoni tal-pjan ta' evalwazzjoni tal-programm;
jeżamina, b'mod partikolari, azzjonijiet fil-programmrelatati mal-issodisfar tal-kondizzjonalitajiet ex ante, li jaqgħu taħt ir-responsabbiltajiet tal-Awtorità ta' Ġestjoni, u għandu jkun informat dwar azzjonijiet relatati mal-issodisfar ta' kondizzjonalitajiet ex ante oħrajn;
jipparteċipa fin-netwerk rurali nazzjonali għall-iskambju ta' informazzjoni dwar l-implimentazzjoni tal-programm; u
jqis u japprova r-rapporti ta’ implimentazzjoni annwali qabel ma jintbagħtu lill-Kummissjoni.
Artkolu 75
Rapport dwar l-implementazzjoni annwali
KAPITOLU III
Evalwazzjoni
Artikolu 76
Dispożizzjonijiet ġenerali
Artikolu 77
Evalwazzjoni ex ante
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-evalwatur ex ante huwa involut minn stadju bikri fil-proċess tal-iżvilupp tal-programm ta' żvilupp rurali, inkluż fl-iżvilupp tal-analiżi msemmi fl-Artikolu 8(1)(b), fid-disinn tal-loġika tal-intervent tal-programm u fl-istabbiliment tal-miri tal-programm.
Artikolu 78
Evalwazzjoni ex post
Fl-2026, rapport ta’ evalwazzjoni ex post għandu jiġi mħejji mill-Istati Membri għal kull wieħed mill-programmi ta’ żvilupp rurali tagħhom. Dak ir-rapport għandu jiġi ppreżentat lill-Kummissjoni sal-31 ta’ Diċembru 2026.
Artikolu 79
Sinteżi tal-evalwazzjonijiet
Għandhom isiru sinteżi fil-livell tal-Unjoni tar-rapporti ta' evalwazzjoni ex ante u ex post taħt ir-responsabbiltà tal-Kummissjoni.
Is-sinteżi tar-rapporti tal-evalwazzjoni għandha titlesta sa mhux iżjed tard mill-31 ta’ Diċembru tas-sena wara l-preżentazzjoni tal-evalwazzjonijiet rilevanti.
TITOLU VIII
DISPOŻIZZJONIJIET DWAR IL-KOMPETIZZJONI
Artikolu 80
Regoli li japplikaw għall-intrapriżi
Meta jingħata appoġġ skont dan ir-Regolament għal forom ta’ kooperazzjoni bejn intrapriżi, dan għandu jingħata biss lil dawk il-forom ta’ kooperazzjoni li jikkonformaw mar-regoli ta’ kompetizzjoni kif japplikaw bis-saħħa tal-Artikoli 206 sa 210 tar-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (UE) Nru 1308/2013.
Artikolu 81
Għajnuna mill-Istat
Artikolu 82
Finanzjament nazzjonali addizzjonali
Il-ħlasijiet li saru mill-Istati Membri fir-rigward tal-operazzjonijiet li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni tal-Artikolu 42 TFUE u intenzjonati li jipprovdu finanzjament addizzjonali għall-iżvilupp rurali li għalih jingħata l-appoġġ tal-Unjoni fi kwalunkwe ħin matul il-perijodu ta' programmar, għandhom jiġu inklużi mill-Istati Membri fil-programm għall-iżvilupp rurali kif previst fil-paragrafu 1(j) tal-Artikolu 8 u, fejn ikunu konformi mal-kriterji skont dan ir-Regolament, għandhom jiġu approvati mill-Kummissjoni.
TITOLU IX
SETGĦAT TAL-KUMMISSJONI, DISPOŻIZZJONIJIET KOMUNI U DISPOŻIZZJONIJIET TRANSIZZJONALI U FINALI
KAPITOLU I
Setgħat tal-Kummissjoni
Artikolu 83
Eżerċizzju tad-delega
Artikolu 84
Proċedura tal-Kumitat
KAPITOLU II
Dispożizzjonijiet Komuni
Artikolu 85
Skambju ta’ informazzjoni u dokumenti
Artikolu 86
Proċessar u protezzjoni tad-data personali
Artikolu 87
Dispożizzjonijiet ġenerali tal-PAK
Ir-Regolament (UE) Nru 1306/2013 u d-dispożizzjonijiet adottati skontu għandhom japplikaw b’rabta mal-miżuri stabbiliti f’dan ir-Regolament.
KAPITOLU III
Dispożizzjonijiet tranżitorji u finali
Artikolu 88
Regolament (KE) Nru 1698/2005
Ir-Regolament (KE) Nru 1698/2005 għandu jitħassar.
Ir-Regolament (KE) Nru 1698/2005 għandu jibqa’ japplika għal operazzjonijiet implimentati skont il-programmi approvati mill-Kummissjoni taħt dak ir-Regolament qabel l-1 ta’ Jannar 2014.
Artikolu 89
Dispożizzjonijiet tranżizzjonali
Sabiex tiffaċilita t-transizzjoni mis-sistema stabbilita mir-Regolament (KE) Nru 1698/2005 għas-sistema stabbilita minn dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati taħt l-Artikolu 83 li jistipula l-kondizzjonijiet li taħthom l-appoġġ approvat mill-Kummissjoni taħt ir-Regolament (KE) Nru 1698/2005 jista’ jiġi integrat f’appoġġ previst taħt dan ir-Regolament, inkluż għal assistenza teknika u għall-evalwazzjonijiet ex-post. Dawk l-atti delegati jistgħu wkoll jipprovdu kondizzjonijiet għat-tranżizzjoni mill-appoġġ għall-iżvilupp rurali għall-Kroazja skont ir-Regolament (KE) Nru 1085/2006 għall-appoġġ stipulat skont dan ir-Regolament.
Artikolu 90
Dħul fis-seħħ u applikazzjoni
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Huwa għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2014.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
ANNESS I
L-EWWEL PARTI: TQASSIM TAL-APPOĠĠ TAL-UNJONI GĦALL-IŻVILUPP RURALI (2014 SA 2020)
(prezzijiet kurrenti f'EUR) |
||||||||
|
2014 |
2015 |
2016 |
2017 |
2018 |
2019 |
2020 |
TOTAL 2014-2020 |
Il-Belġju |
40 855 562 |
97 243 257 |
109 821 794 |
97 175 076 |
97 066 202 |
102 912 713 |
102 723 155 |
647 797 759 |
Il-Bulgarija |
0 |
502 807 341 |
505 020 057 |
340 409 994 |
339 966 052 |
339 523 306 |
338 990 216 |
2 366 716 966 |
Ir-Repubblika Ċeka |
0 |
470 143 771 |
503 130 504 |
344 509 078 |
343 033 490 |
323 242 050 |
321 615 103 |
2 305 673 996 |
Id-Danimarka |
90 287 658 |
90 168 920 |
136 397 742 |
144 868 072 |
153 125 142 |
152 367 537 |
151 588 619 |
918 803 690 |
Il-Ġermanja |
664 601 903 |
1 498 240 410 |
1 685 574 112 |
1 404 073 302 |
1 400 926 899 |
1 397 914 658 |
1 394 588 766 |
9 445 920 050 |
L-Estonja |
103 626 144 |
103 651 030 |
111 192 345 |
122 865 093 |
125 552 583 |
127 277 180 |
129 177 183 |
823 341 558 |
L-Irlanda |
0 |
469 633 941 |
469 724 442 |
313 007 411 |
312 891 690 |
312 764 355 |
312 570 314 |
2 190 592 153 |
Il-Greċja |
0 |
907 059 608 |
1 007 736 821 |
703 471 245 |
701 719 722 |
700 043 071 |
698 261 326 |
4 718 291 793 |
Spanja |
0 |
1 780 169 908 |
1 780 403 445 |
1 185 553 005 |
1 184 419 678 |
1 183 448 718 |
1 183 394 067 |
8 297 388 821 |
Franza |
4 353 019 |
2 336 138 618 |
2 363 567 980 |
1 665 777 592 |
1 668 304 328 |
1 984 761 729 |
1 987 739 983 |
12 010 643 249 |
Il-Kroazja |
0 |
448 426 250 |
448 426 250 |
282 342 500 |
282 342 500 |
282 342 500 |
282 342 500 |
2 026 222 500 |
L-Italja |
0 |
2 223 480 180 |
2 231 599 688 |
1 493 380 162 |
1 495 583 530 |
1 498 573 799 |
1 501 763 408 |
10 444 380 767 |
Ċipru |
0 |
28 341 472 |
28 345 126 |
18 894 801 |
18 892 389 |
18 889 108 |
18 881 481 |
132 244 377 |
Il-Latvja |
138 327 376 |
150 968 424 |
153 066 059 |
155 139 289 |
157 236 528 |
159 374 589 |
161 491 517 |
1 075 603 782 |
Il-Litwanja |
230 392 975 |
230 412 316 |
230 431 887 |
230 451 686 |
230 472 391 |
247 213 599 |
264 151 386 |
1 663 526 240 |
Il-Lussemburgu |
0 |
21 385 468 |
21 432 133 |
14 366 484 |
14 415 051 |
14 464 074 |
14 511 390 |
100 574 600 |
L-Ungerija |
0 |
742 851 235 |
737 099 981 |
488 620 684 |
488 027 342 |
487 402 356 |
486 662 895 |
3 430 664 493 |
Malta |
0 |
20 905 107 |
20 878 690 |
13 914 927 |
13 893 023 |
13 876 504 |
13 858 647 |
97 326 898 |
In-Netherlands |
87 118 078 |
87 003 509 |
118 496 585 |
118 357 256 |
118 225 747 |
148 107 797 |
147 976 388 |
825 285 360 |
L-Awstrija |
557 806 503 |
559 329 914 |
560 883 465 |
562 467 745 |
564 084 777 |
565 713 368 |
567 266 225 |
3 937 551 997 |
Il-Polonja |
1 569 517 638 |
1 175 590 560 |
1 193 429 059 |
1 192 025 238 |
1 190 589 130 |
1 189 103 987 |
1 187 301 202 |
8 697 556 814 |
Il-Portugall |
577 031 070 |
577 895 019 |
578 913 888 |
579 806 001 |
580 721 241 |
581 637 133 |
582 456 022 |
4 058 460 374 |
Ir-Rumanija |
0 |
1 723 260 662 |
1 751 613 412 |
1 186 544 149 |
1 184 725 381 |
1 141 925 604 |
1 139 927 194 |
8 127 996 402 |
Is-Slovenja |
118 678 072 |
119 006 876 |
119 342 187 |
119 684 133 |
120 033 142 |
120 384 760 |
120 720 633 |
837 849 803 |
Is-Slovakkja |
271 154 575 |
213 101 979 |
215 603 053 |
215 356 644 |
215 106 447 |
214 844 203 |
214 524 943 |
1 559 691 844 |
Il-Finlandja |
335 440 884 |
336 933 734 |
338 456 263 |
340 009 057 |
341 593 485 |
343 198 337 |
344 776 578 |
2 380 408 338 |
L-Iżvezja |
0 |
386 944 025 |
378 153 207 |
249 386 135 |
249 552 108 |
249 710 989 |
249 818 786 |
1 763 565 250 |
Ir-Renju Unit |
475 531 544 |
848 443 195 |
850 859 320 |
754 569 938 |
754 399 511 |
755 442 113 |
756 171 870 |
5 195 417 491 |
Total tal-EU-28 |
5 264 723 001 |
18 149 536 729 |
18 649 599 495 |
14 337 026 697 |
14 346 899 509 |
14 656 460 137 |
14 675 251 797 |
100 079 497 365 |
|
||||||||
Assistenza teknika |
34 130 699 |
34 131 977 |
34 133 279 |
34 134 608 |
34 135 964 |
34 137 346 |
34 138 756 |
238 942 629 |
Total |
5 298 853 700 |
18 183 668 706 |
18 683 732 774 |
14 371 161 305 |
14 381 035 473 |
14 690 597 483 |
14 709 390 553 |
100 318 439 994 |
PARTI TNEJN: TQASSIM TAL-APPOĠĠ TAL-UNJONI GĦALL-IŻVILUPP RURALI (2021 U 2022)
(prezzijiet kurrenti f’EUR)
|
2021 |
►M14 2022 ◄ |
Il-Belġju |
101 120 350 |
►M14 82 800 894 ◄ |
Il-Bulgarija |
276 362 304 |
►M14 284 028 644 ◄ |
Iċ-Ċekja |
317 532 230 |
►M14 267 027 708 ◄ |
Id-Danimarka |
155 064 249 |
►M14 136 972 060 ◄ |
Il-Ġermanja |
1 635 145 136 |
►M14 1 387 301 738 ◄ |
L-Estonja |
107 500 074 |
►M14 88 031 648 ◄ |
L-Irlanda |
380 591 206 |
►M14 311 641 628 ◄ |
Il-Greċja |
776 736 956 |
►M14 651 537 600 ◄ |
Spanja |
1 320 014 366 |
►M14 1 081 564 825 ◄ |
Franza |
2 342 357 917 |
►M14 2 008 001 070 ◄ |
Il-Kroazja |
320 884 794 |
►M14 276 679 401 ◄ |
L-Italja |
1 654 587 531 |
►M14 1 355 921 375 ◄ |
Ċipru |
29 029 670 |
►M14 23 770 514 ◄ |
Il-Latvja |
143 740 636 |
►M14 142 745 173 ◄ |
Il-Litwanja |
238 747 895 |
►M14 195 495 162 ◄ |
Il-Lussemburgu |
13 190 338 |
►M14 11 626 644 ◄ |
L-Ungerija |
476 870 229 |
►M14 384 539 149 ◄ |
Malta |
23 852 009 |
►M14 19 334 497 ◄ |
In-Netherlands |
161 088 781 |
►M14 129 378 369 ◄ |
L-Awstrija |
635 078 708 |
►M14 520 024 752 ◄ |
Il-Polonja |
1 297 822 020 |
►M14 1 004 725 539 ◄ |
Il-Portugall |
575 185 863 |
►M14 455 640 620 ◄ |
Ir-Rumanija |
1 181 006 852 |
►M14 967 049 892 ◄ |
Is-Slovenja |
134 545 025 |
►M14 110 170 192 ◄ |
Is-Slovakkja |
318 199 138 |
►M14 234 975 909 ◄ |
Il-Finlandja |
432 995 097 |
►M14 354 551 956 ◄ |
L-Iżvezja |
258 770 726 |
►M14 211 889 741 ◄ |
Total UE |
15 308 020 100 |
►M14 12 697 426 700 ◄ |
Assistenza teknika |
36 969 860 |
►M14 30 272 220 ◄ |
Totali |
15 344 989 960 |
►M14 12 727 698 920 ◄ |
ANNESS Ia
TQASSIM TAR-RIŻORSI ADDIZZJONALI GĦAL KULL STAT MEMBRU KIF IMSEMMI FL-ARTIKOLU 58 A
(prezzijiet kurrenti, f’EUR)
|
2021 |
2022 |
Belġju |
14 246 948 |
33 907 737 |
Bulgarija |
59 744 633 |
142 192 228 |
Ċekja |
54 879 960 |
130 614 305 |
Danimarka |
16 078 147 |
38 265 991 |
Ġermanja |
209 940 765 |
499 659 020 |
Estonja |
18 636 494 |
44 354 855 |
Irlanda |
56 130 739 |
133 591 159 |
Greċja |
108 072 886 |
257 213 470 |
Spanja |
212 332 550 |
505 351 469 |
Franza |
256 456 603 |
610 366 714 |
Kroazja |
59 666 188 |
142 005 526 |
Italja |
269 404 179 |
641 181 947 |
Ċipru |
3 390 542 |
8 069 491 |
Latvja |
24 878 226 |
59 210 178 |
Litwanja |
41 393 810 |
98 517 267 |
Lussemburgu |
2 606 635 |
6 203 790 |
Ungerija |
88 267 157 |
210 075 834 |
Malta |
2 588 898 |
6 161 577 |
Netherlands |
15 513 719 |
36 922 650 |
Awstrija |
101 896 221 |
242 513 006 |
Polonja |
279 494 858 |
665 197 761 |
Portugall |
104 599 747 |
248 947 399 |
Rumanija |
204 761 482 |
487 332 328 |
Slovenja |
21 684 662 |
51 609 495 |
Slovakkja |
48 286 370 |
114 921 561 |
Finlandja |
61 931 116 |
147 396 056 |
Żvezja |
44 865 170 |
106 779 104 |
Total UE-27 |
2 381 748 705 |
5 668 561 918 |
Assistenza Teknika (0,25 %) |
5 969 295 |
14 206 922 |
Total |
2 387 718 000 |
5 682 768 840 |
ANNESS II
AMMONTI U RATI TA’ APPOĠĠ
Artikolu |
Suġġett |
Ammont Massimu f’EUR jew rata |
|
15(8) |
Servizzi konsultattivi, servizzi ta’ ġestjoni u ta’ sostituzzjoni b’rabta mal-azjendi agrikoli |
1 500 |
Għal kull parir |
200 000 |
Għal kull tliet snin għat-taħriġ tal-konsulenti |
||
16(2) |
Attivitajiet ta’ informazzjoni u promozzjoni |
70 % |
Tal-ispejjeż eliġibbli tal-azzjoni |
16(4) |
Skemi ta’ kwalità jew prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel |
3 000 |
Għal kull azjenda għal kull sena |
17(3) |
Investiment f’assi fiżiċi |
|
Settur agrikolu |
50 % |
Tal-ammont tal-investiment eliġibbli f'reġjuni inqas żviluppati u fir-reġjuni kollha li l-PDG per capita tagħhom għall-perijodu 2007 - 2013 kien anqas minn 75 % tal-medja tal-UE-25 għall-perijodu ta' referenza iżda li l-PDG per capita tagħhom huwa ogħla minn 75 % tal-medja tal-PDG tal-UE-27. |
||
75 % |
Tal-ammont ta’ investiment eliġibbli fir-reġjuni ultraperiferiċi |
||
75 % |
Tal-ammont ta' investiment eliġibbli fil-Kroazja għall-implimentazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 91/676/KEE (1) (*1) f'perijodu massimu ta' erba' snin mid-data tal-adeżjoni skont l-Artikolu 3(2) u l-Artikolu 5(1) ta' dik id-Direttiva |
||
75 % |
Tal-ammont ta' investiment eliġibbli fil-gżejjer żgħar tal-Eġew |
||
40 % |
►M12
Tal-ammont ta’ investiment eliġibbli f’reġjuni oħra Ir-rati ta’ hawn fuq jistgħu jiżdiedu b’massimu addizzjonali ta’ 35 punti perċentwali fil-każ ta’ operazzjonijiet ta’ finanzjament mill-fondi msemmija fl-Artikolu 58a(1) li jikkontribwixxu għal irkupru ekonomiku reżiljenti, sostenibbli u diġitali, dment li tali appoġġ ma jaqbiżx il-75 %, u b’20 punti perċentwali addizzjonali, dment li l-appoġġ massimu kkombinat ma jaqbiżx id-90 %, għal: — Bdiewa żgħażagħ kif definiti f’dan ir-Regolament, jew li diġà ġew stabbiliti matul il-ħames snin qabel l-applikazzjoni għall-appoġġ; — Investimenti kollettivi u proġetti integrati, inkluż dawk marbutin ma’ amalgamazzjoni ta’ organizzazzjonijiet tal-produtturi; — Żoni li jiffaċċjaw restrizzjonijiet naturali u restrizzjonijiet oħrajn speċifiċi kif imsemmi fl-Artikolu 32; — Operazzjonijiet appoġġati fil-qafas tas-SEI; — Investimenti marbutin mal-operazzjonijiet skont l-Artikoli 28 u 29 |
||
|
Proċessar u kummerċjalizzazzjoni ta' prodotti elenkati fl-Anness I tat-TFUE |
||
50 % |
Tal-ammont tal-investiment eliġibbli f'reġjuni inqas żviluppati u fir-reġjuni kollha li l-PDG per capita tagħhom għall-perijodu 2007 - 2013 kien anqas minn 75 % tal-medja tal-UE-25 għall-perijodu ta' referenza iżda li l-PDG per capita tagħhom huwa ogħla minn 75 % tal-medja tal-PDG tal-UE-27. |
||
75 % |
Tal-ammont ta’ investiment eliġibbli fir-reġjuni ultraperiferiċi |
||
75 % |
Tal-ammont ta' investiment eliġibbli fil-gżejjer żgħar tal-Eġew |
||
40 % |
►M12
|
||
17(4) |
Investiment f’assi fiżiċi |
100 % |
Investimenti mhux produttivi u infrastruttura agrikola u forestali |
18(5) |
Ir-restawr tal-potenzjal tal-produzzjoni agrikola li saritlu ħsara b’diżastri naturali u l-introduzzjoni ta’ azzjonijiet ta’ prevenzjoni xierqa |
80 % |
Tal-ammont ta' spejjeż tal-investiment eliġibbli għal operazzjonijiet ta’ prevenzjoni mwettqa mill-bdiewa individwali. |
100 % |
Tal-ammont ta' spejjeż tal-investiment eliġibbli għal operazzjonijiet ta’ prevenzjoni mwettqa kollettivamemt minn aktar minn benefiċjarju wieħed. |
||
100 % |
Tal-ammont ta' spejjeż ta' investiment eliġibbli għal operazzjonijiet għar-restawr ta' art agrikola u potenzjal tal-produzzjoni li saritilhom ħsara minħabba diżastri naturali u avvenimenti katastrofiċi. |
||
19(6) |
Żvilupp tal-azjenda agrikola u tan-negozju |
70 000 |
►M12
|
70 000 |
Għal kull intrapriża skont l-Artikolu 19(1)(a)(ii) |
||
15 000 |
Għal kull azjenda agrikola żgħira skont l-Artikolu 19(1)(a)(iii) |
||
23(3) |
Stabbiliment ta’ sistemi agroforestali |
80 % |
Tal-ammont ta' invesiment eliġibbli għall-istabbiliment ta’ sistemi agroforestali |
26(4) |
Investimenti f’ teknoloġiji tal-forestrija u fl-ipproċessar, fil-mobilizzazzjoni u fil-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti tal-forestrija |
65 % |
Tal-ammont ta’ investiment eliġibbli f’reġjuni inqas żviluppati |
75 % |
Tal-ammont ta’ investiment eliġibbli fir-reġjuni ultraperiferiċi |
||
75 % |
Tal-ammont ta' investiment eliġibbli fil-gżejjer żgħar tal-Eġew |
||
40 % |
Tal-ammont ta’ investiment eliġibbli f’reġjuni oħra |
||
27(4) |
Stabbiliment ta' gruppi u organizzazzjonijiet ta' produtturi |
10 % |
Bħala perċentwal tal-produzzjoni kummerċjalizzata fl-ewwel ħames snin wara r-rikonoxximent. L-appoġġ għandu jkun digressiv. |
100 000 |
L-ammont massimu fis-sena fil-każijiet kollha. |
||
28(8) |
Agroambjent - klima |
600 (*1) |
Għal kull ettaru fis-sena għall-uċuħ tar-raba’ annwali |
900 (*1) |
Għal kull ettaru fis-sena għall-uċuħ tar-raba’ perenni speċjalizzati |
||
450 (*1) |
Għal kull ettaru fis-sena għal użi oħra tal-art |
||
200 (*1) |
Għal kull unità ta' bhejjem (“LU” – Livestock Unit) fis-sena għal speċijiet lokali fil-periklu li jintilfu għall-iskopijiet tal-bdiewa |
||
29(5) |
Biedja organika |
600 (*1) |
Għal kull ettaru fis-sena għall-uċuħ tar-raba’ annwali |
900 (*1) |
Għal kull ettaru fis-sena għall-uċuħ tar-raba’ perenni speċjalizzati |
||
450 (*1) |
Għal kull ettaru fis-sena għal użi oħra tal-art |
||
30(7) |
Pagamenti skont Natura 2000 u d-Direttiva Qafas dwar l-ilma |
500 (*1) |
Massimu għal kull ettaru fis-sena fil-perijodu inizjali li ma jaqbiżx ħames snin |
200 (*1) |
Massimu għal kull ettaru fis-sena |
||
50 (*2) |
Minimu għal kull ettaru fis-sena għal pagamenti skont id-Direttiva Qafas dwar l-ilma |
||
31(3) |
Pagamenti lil żoni li jiffaċċjaw restrizzjonijiet naturali jew restrizzjonijiet speċifiċi oħra |
25 |
Minimu għal kull ettaru fis-sena fuq il-medja taż-żona tal-benefiċjarju li qed jirċievi l-appoġġ |
250 (*1) |
Massimu għal kull ettaru fis-sena |
||
450 (*1) |
Massimu għal kull ettaru fis-sena fiż-żoni bil-muntanji kif definit fl-Artikolu 32(2) |
||
33(3) |
Trattament xieraq tal-annimali |
500 |
Għal kull LU |
34(3) |
Servizzi ambjentali u klimatiċi tal-foresti u konservazzjoni tal-foresti |
200 (*1) |
Għal kull ettaru fis-sena |
37(5) |
Assigurazzjoni fuq l-uċuħ tar-raba', l-annimali u l-pjanti |
70 % |
Tal-primjum tal-assigurazzjoni dovut |
38(5) |
Fond mutwu għal avvenimenti klimatiċi negattivi, mard tal-annimali u tal-pjanti, infestazzjonijiet ta' organiżmi ta' ħsara u inċidenti ambjentali |
70 % |
Tal-ispejjeż eliġibbli |
39(5) |
Għodda għall-istabilizzazzjoni tad- dħul |
70 % |
Tal-ispejjeż eliġibbli |
(1)
Direttiva tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 1991 dwar il-protezzjoni tal-ilma kontra t-tniġġis ikkawżat min-nitrati minn sorsi agrikoli (ĠU L 375, 31.12.1991, p. 1).
(*1)
Dawn l-ammonti jistgħu jiġu miżjuda f’każijiet sostanzjati kif xieraq filwaqt li jitqiesu ċirkostanzi speċifiċi li għandhom jiġu ġġustifikati fil-programmi ta' żvilupp rurali.
(*2)
Dan l-ammont jista' jitnaqqas f’każijiet sostanzjati kif xieraq filwaqt li jitqiesu ċirkostanzi speċifiċi li għandhom jiġu ġġustifikati fil-programmi ta' żvilupp rurali. NB: L-intensità tal-għajnuna hija mingħajr preġudizzju għar-regoli tal-Unjoni dwar Għajnuna mill-Istat |
ANNESS III
KRITERJI BIJOFIZICI GHAD-DELIMITAZZJONI TAZ-ZONI LI JIFFACCJAW RESTRIZZJONIJIET NATURALI
KRITERJU |
DEFINIZZJONI |
LIMITU MINIMU |
KLIMA |
||
Temperatura Baxxa (*1) |
Tul tal-perijodu ta' tkabbir (numru ta’ jiem) definit bin-numru ta’ jiem bit-temperatura medja ta’ kuljum > 5 °C (LGPt5) jew |
≤ 180 jum |
Total ta’ żmien termali (grad-jiem) għal Perjodu ta' Tkabbir definit bit-temperatura medja akkumulata ta’ kuljum > 5 °C |
≤ 1 500 grad-jiem |
|
Nixfa |
Proporzjon tal-preċipitazzjoni annwali (P) mal-evapotranspirazzjoni potenzjali annwali (PET) |
P/PET ≤ 0.5 |
KLIMA U ĦAMRIJA |
||
Eċċess ta’ Umdità fil-Ħamrija |
Numru ta’ jiem fil-kapaċità tal-għalqa jew iktar |
≥ 230 jum |
ĦAMRIJA |
||
Skular Limitat ta’ Ilma mill-Ħamrija (*1) |
Żoni li huma mifqugħa bl-ilma għal tul ta’ żmien sinifikanti tas-sena |
Imxarrba sa fond ta’ 80 cm mill-wiċċ tal-ħamrija għal iktar minn 6 xhur, jew sa fond ta’ 40 cm għal iktar minn 11-il xahar jew Ħamrija li fiha ma jiskulax jew ma tantx jiskula ilma jew Xejra ta’ kulur “gleyic” f’fond ta’ 40 cm mill-wiċċ |
Konsistenza Mhux Favorevoli u Natura Ġeblija (*1) |
Abbundanza relattiva ta’ tafal, ħama, ramel, materjal organiku (piż %) u frazzjonijiet ta’ materjal grezz (volumetriku %) |
≥ 15 % tal-volum tal-ħamrija ta’ fuq hu materjal grezz inkluż blat, ġebel kbir jew |
klassi ta' konsistenza ta' nofs jew aktar (b'mod kumulattiv) ta' 100 cm tal-wiċċ tal-ħamrija hija ramel, ramel sedimentali definit bħala: ħama % + (2 × tafal %) ≤ 30 % jew |
||
Klassi ta’ konsistenza tal-ħamrija ta’ fuq hija tafal tqil (≥ 60 % tafal) jew |
||
Ħamrija organika (materja organika ≥ 30 %) ta’ mill-inqas 40 cm jew |
||
Il-ħamrija ta' fuq fiha 30 % jew aktar tafal, u hemm proprjetajiet vertiċi sa fond ta' 100 cm mill-wiċċ tal-ħamrija |
||
Għeruq Mhux fil-Fond |
Fond (cm) mill-wiċċ tal-ħamrija għall-ġebel iebes koerenti jew il-qiegħ iebes |
≤ 30 cm |
Proprjetajiet Kimiċi Dgħajfa (*1) |
Preżenza ta’ mluħa, sodju li jista’ jiġi skambjat, aċidità eċċċessiva |
Salinità: ≥ 4 deċi-Siemens għal kull metru (dS/m) fil-ħamrija ta' fuq jew |
Sodiċità: ≥ 6 Perċentwal tas-sodju li jista' jiġi skambjat (ESP) f'nofs jew aktar (b'mod kumulattiv) tas-saff tal-wiċċ sa 100 cm fond tal-ħamrija jew |
||
Aċidità tal-Ħamrija: pH ≤ 5 (fl-ilma) fil-ħamrija tal-wiċċ |
||
TERREN |
||
Xaqliba Wieqfa |
Bidla fl-elevazzjoni fir-rigward tad-distanza planimetrika (%) |
≥ 15 % |
(*1)
L-Istati Membri jeħtieġu jivverifikaw l-ilħuq ta' dan il-kriterju fil-konfront biss tal-limiti li huma rilevanti għas-sitwazzjoni speċifika ta' żona |
ANNESS IV
LISTA INDIKATTIVA TA’ MIŻURI U OPERAZZJONIJIET TA’ RILEVANZA PARTIKOLARI GĦAS-SOTTOPROGRAMMI TEMATIĊI MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 7
Bdiewa żgħażagħ:
Azjendi agrikoli żgħar:
Investimenti f’attivitajiet mhux agrikoli
Żoni bil-muntanji:
Ktajjen tal-provvista qosra:
Nisa fiż-żoni rurali:
Mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima u l-adattament għalih u bijodiversità:
ANNESS V
KONDIZZJONALITAJIET EX ANTE GĦALL-IŻVILUPP RURALI
1. KONDIZZJONALITAJIET MARBUTA MA' PRIJORITAJIET
Prijorità tal-UE għall-Objettiv Tematiku (OT) tal-Iżvilupp Rurali / RDK |
Kondizzjonalità ex-ante |
Kriterji għat-twettiq |
Prijorità 3 tal-Iżvilupp Rurali: promozzjoni tal-organizzazzjoni tal-katina tal-ikel, inklużi l-ipproċessar u l-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti agrikoli, it-trattament xieraq tal-annimali u l-ġestjoni tar-riskju fl-agrikoltura OT 5: promozzjoni tal-adattament għat-tibdil fil-klima, il-prevenzjoni u l-ġestjoni tar-riskji |
3.1. Prevenzjoni tar-riskji u ġestjoni tar-riskji: l-eżistenza ta’ evalwazzjonijiet nazzjonali jew reġjonali tar-riskju għall-ġestjoni tad-diżastri, li jqisu l-adattament għat-tibdil fil-klima |
— Għandha tiġi stabbilita evalwazzjoni nazzjonali jew reġjonali tar-riskju bl-elementi li ġejjin: — — Deskrizzjoni tal-proċess, metodoloġija, metodi u data mhux sensittiva użati għall-evalwazzjoni tar-riskju […] kif ukoll tal-kriterji bbażati fuq ir-riskju għall-prijoritizzazzjoni tal-investiment; — Deskrizzjoni tax-xenarji b’riskju wieħed u b’diversi riskji; — Fejn xieraq, il-kunsiderazzjoni tal-istrateġiji nazzjonali ta' adattament għat-tibdil fil-klima. |
Prijorità 4 tal-Iżvilupp Rurali: restawr, preservazzjoni u tisħiħ tal-ekosistemi […] marbutin mal-agrikoltura u l-forestrija |
4.1 Kondizzjonijiet Agrikoli u Ambjentali Tajbin (KAAT): standards għal kondizzjoni agrikola u ambjentali tajba tal-art imsemmija fil-Kapitolu I tat-Titolu VI tar-Regolament (UE) 1306/2013 huma stabbiliti fil-livell nazzjonali |
— L-istandards tal-GAEC huma definiti fil-liġi nazzjonali u speċifikati fil-programmi; |
OT 5: promozzjoni tal-adattament għat-tibdil fil-klima, il-prevenzjoni u l-ġestjoni tar-riskji |
4.2 Rekwiżiti minimi għall-fertilizzanti u l-prodotti għall-ħarsien tal-pjanti: rekwiżiti minimi għal fertilizzanti u prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti msemmija fl-Artikolu 28 tal-Kapitolu I tat-Titolu III ta' dan ir-Regolament huma definiti fil-livell nazzjonali |
— ir-rekwiżiti minimi għall-fertilizzanti u l-prodotti għall-ħarsien tal-pjanti msemmija fil-Kapitolu I tat-Titolu III ta' dan ir-Regolament huma speċifikati fil-programmi; |
OT 6: preservazzjoni u protezzjoni tal-ambjent u l-promozzjoni tal-effiċjenza fl-użu tar-riżorsi |
4.3 standards nazzjonali oħra rilevanti: ġew definiti standards nazzjonali obbligatorji rilevanti għall-finijiet tal-Artikolu 28 tal-Kapitolu I tat-Titolu III ta' dan ir-Regolament |
— l-istandards nazzjonali obbligatorji rilevanti huma speċifikati fil-programmi; |
Prijorità 5 tal-Iżvilupp Rurali: promozzjoni tal-effiċjenza tar-riżorsi u l-appoġġ għat-trasferiment lejn ekonomija b'livell baxx ta' emissjonijiet tal-karbonju u reżiljenti għat-tibdil fil-klima fis-settur agrikolu u dak tal-ikel kif ukoll fil-qasam tal-forestrija OT 4: appoġġ għat-trasferiment lejn ekonomija b'livell baxx ta' emissjonijiet tal-karbonju fis-setturi kollha OT 6: Preservazzjoni u protezzjoni tal-ambjent u l-promozzjoni tal-użu effiċjenti tar-riżorsi |
5.1 Effiċjenza fl-enerġija: Twettqu azzjonijiet biex jiġi promoss titjib kosteffettiv fl-effiċjenza tal-użu finali tal-enerġija u investiment kosteffettiv fl-Effiċjenza fl-enerġija meta jinbena jew jiġi rinovat bini. |
— L-azzjonijiet huma: — — Miżuri li jiżguraw li jkun hemm fis-seħħ rekwiżiti minimi relatati mal-prestazzjoni tal-enerġija tal-binjiet konsistenti mal-Artikoli 4 u 5 tad-Direttiva 2010/31/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1). — Miżuri meħtieġa sabiex tiġi stabbilita sistema ta’ ċertifikazzjoni tal-prestazzjoni tal-enerġija tal-binjiet konsistenti mal-Artkolu 11 tad-Direttiva 2010/31/UE — Miżuri sabiex jiġi żgurat l-ippjanar strateġiku dwar l-effiċjenza fl-enerġija, konsistenti mal-Artikolu 3 tad-Direttiva 2012/27/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2). — Miżuri konsistenti mal-Artikolu 13 tad-Direttiva 2006/32/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) dwar l-effiċjenza fl-użu finali tal-enerġija u dwar servizzi ta' enerġija sabiex jiġi żgurat li l-klijenti aħħarin jiġu provduti individwalment b’arloġġi tal-kejl dment li dan ikun teknikament possibbli, finanzjarjament raġonevoli u proporzjonat b'rabta mal-iffrankar potenzjali tal-enerġija. |
5.2 Settur tal-ilma: L-eżistenza ta' a) politika tal-ipprezzar tal-ilma li tipprovdi inċentivi adegwati għall-utenti biex jużaw ir-riżorsi tal-ilma b’mod effiċjenti u b) kontribuzzjoni adegwata tal-użi differenti tal-ilma għall-irkupru tal-ispejjeż tas-servizzi tal-ilma, b'rata stabbilita fil-pjan ta' ġestjoni approvat tal-baċir tax-xmara għal investiment appoġġat mill-programmi. |
— F'setturi appoġġati mill-FAEŻR, […] Stat Membru jkun […] żgura kontribuzzjoni tal-użi differenti tal-ilma għall-irkupru tal-ispejjeż tas-servizzi tal-ilma mis-settur konsistenti mal-Artikolu 9 l-ewwel inċiż tal-paragrafu tad-Direttiva Qafas dwar l-Ilma b'kont meħud fejn adatt tal-effetti soċjali, ambjentali u ekonomiċi tal-irkupru kif ukoll il-kondizzjonijiet ġeografiċi u klimatiċi tar-reġjun jew ir-reġjuni affettwati. |
|
5.3 Enerġija rinnovabbli: Twettqu azzjonijiet biex tiġi promossa l-produzzjoni u d-distribuzzjoni tas-sorsi tal-enerġija rinnovabbli (4). |
— Ikun hemm skemi ta' appoġġ trasparenti, prijorità fl-aċċess għan-netwerk jew aċċess u prijorità garantiti fil-kunsinna, kif ukoll regoli standard relatati mal-ħlas u l-kondiviżjoni tal-ispejjeż ta' adattamenti tekniċi li jkunu saru pubbliċi implimentati f'konformità mal-Artikolu 14(1) u l-Artikolu 16(2,) (3) tad-Direttiva 2009/28/KE — Stat Membru adotta pjan ta’ azzjoni nazzjonali dwar l-enerġija rinnovabbli konsistenti mal-Artikolu 4 tad-Direttiva 2009/28/KE |
|
Prijorità 6 tal-Iżvilupp Rurali: promozzjoni tal-inklużjoni soċjali, it-tnaqqis tal-faqar u l-iżvilupp ekonomiku fiż-żoni rurali OT 2: It-titjib tal-aċċess għal, l-użu l-kwalità ta', teknoloġiji tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni (il-mira tal-Broadband) |
6. L-Infrastruttura għan-Netwerk tal-Ġenerazzjoni li Jmiss (NGN): L-eżistenza ta’ Pjanijiet nazzjonali jew reġjonali ta’ NGA (aċċess tal-ġenerazzjoni li jmiss) li jqisu l-azzjonijiet reġjonali sabiex jilħqu l-miri tal-Unjoni għal aċċess għall-Internet veloċi ħafna, li jiffukaw fuq iż-żoni fejn is-suq jonqos milli jipprovdi infrastruttura miftuħa bi prezz li jintlaħaq mill-but ta' kulħadd u ta’ kwalità f’konformità mar-regoli tal-Unjoni dwar il-kompetizzjoni u l-għajnuna mill-Istat, u biex jipprovdu servizzi aċċessibbli għal gruppi vulnerabbli. |
— Hemm stabbilit Pjan NGN nazzjonali jew reġjonali li jkun fih: — — pjan ta' investimenti tal-infrastrutturabbażat fuq analiżi ekonomika b'kont meħud tal-infrastrutturi privati u pubbliċi eżistenti u investimenti ppjanati; — mudelli ta' investiment sostenibbli li jtejbu l-kompetizzjoni u jipprovdu aċċess għal infrastruttura u servizzi li jkunu miftuħa, bi prezz li jintlaħaq, ta' kwalità u li jgħoddu għall-ġejjieni; — miżuri li jistimulaw l-investiment privat. |
(1)
Direttiva 2010/31/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad- 19 ta’ Mejju 2010 dwar ir-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija (ĠU L 153, 18.6.2010, p. 13).
(2)
Direttiva 2012/27/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar l-effiċjenza fl-enerġija, li temenda d-Direttivi 2009/125/KE u 2010/30/UE u li tħassar id-Direttivi 2004/8/KE u 2006/32/KE (ĠU L 315, 14.11.2012).
(3)
Direttiva 2006/32/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' April 2006 dwar effiċjenza fl-użu finali tal-enerġija u dwar servizzi ta' enerġija u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 93/76/KEE (ĠU L 114, 27.4.2006, p. 64).
(4)
Direttiva 2009/28/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2009 dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli u li temenda u sussegwentement tħassar id-Direttivi 2001/77/KE u 2003/30/KE (ĠU L 140, 5.6.2009, p. 16). |
ANNESS VI
LISTA INDIKATTIVA TA' MIŻURI B'RILEVANZA GĦAL PRIJORITÀ WAĦDA JEW IKTAR TAL-UNJONI GĦALL-IŻVILUP RURALI
Artikolu 15 |
Servizzi konsultattivi, ġestjoni tal-azjendi agrikoli u servizzi ta' skambju tal-azjendi agrikoli |
Artikolu 17 |
Investimenti f’assi fiżiċi |
Artikolu 19 |
Żvilupp tal-azjenda agrikola u tan-negozju |
Artikolu 35 |
Kooperazzjoni |
Artikoli 42-44 |
LEADER |
Artikolu 14 |
Trasferiment tal-għarfien u azzjonijiet ta' informazzjoni |
Artikolu 26 |
Investimenti f’teknoloġiji tal-forestrija u fl-ipproċessar, fil-mobilizzazzjoni u fil-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti tal-forestrija |
Artikolu 16 |
Skemi ta’ kwalità għal prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel |
Artikolu 18 |
Restawr tal-potenzjal tal-produzzjoni agrikola li saritilu ħsara b’diżastri naturali u naturali u avvenimenti katastrofiċi u l-introduzzjoni ta’ azzjonijiet ta’ prevenzjoni xierqa |
Artikolu 24 |
Prevenzjoni u r-restawr tal-ħsara lill-foresti minn nirien tal-foresti u diżastri naturali, u l-avvenimenti katastrofiċi |
Artikolu 27 |
Stabbiliment ta’ gruppi ta' produtturi |
Artikolu 33 |
Trattament xieraq tal-annimali |
Artikolu 36 |
Ġestjoni tar-riskju |
Artikolu 37 |
Assigurazzjoni fuq il-prodotti tar-raba’, l-annimali u l-pjanti |
Artikolu 38 |
Fondi mutwi għal mard tal-annimali u tal-pjanti u inċidenti ambjentali |
Artikolu 39 |
Għodda għall-istabilizzazzjoni tad-dħul |
Artikolu 21(1)(a) |
Afforestazzjoni u l-ħolqien ta’ żoni msaġġra |
Artikolu 21(1)(b) |
Stabbiliment ta’ sistemi agroforestali |
Artikolu 21(1)(d) |
Investimenti li jtejbu r-reżistenza u l-valur ambjentali kif ukoll il-migrazzjoni ta' ekosistemi tal-foresti potenzjali |
Artikolu 28 |
Agroambjent - klima |
Artikolu 29 |
Biedja Organika |
Artikolu 30 |
Pagamenti skont Natura 2000 u d-Direttiva Qafas dwar l-ilma |
Artikoli 31 - 32 |
Pagamenti għal żoni li jiffaċċjaw restrizzjonijiet naturali jew restrizzjonijiet speċifiċi oħra |
Artikolu 34 |
Servizzi ambjentali u klimatiċi b’rabta mal-foresti u l-konservazzjoni tal-foresti |
Artikolu 20 |
Servizzi bażiċi u tiġdid tal-irħula f’żoni rurali |
Artikoli 42 - 44 |
LEADER |
( 1 ) Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali u l-Fond Marittimu u tas-Sajd Ewropew u li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew,il-Fond ta' Koeżjoni u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 (Ara paġna 549 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali).
( 2 ) Regolament (KE) Nru 1059/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Mejju 2003 dwar l-istabbiliment ta’ klassifikazzjoni komuni ta’ unitajiet territorjali għall-istatistika (NUTS) (ĠU L 154, 21.6.2003, p. 1).
( 3 ) Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/470/KE tal-25 ta’ Mejju 2009 dwar in-nefqa fil-kamp veterinarju (ĠU L 155, 18.6.2009, p. 30).
( 4 ) Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1).
( 5 ) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 tat-28 ta’ Ġunju 2007 dwar il-produzzjoni organika u t-tikkettar ta' prodotti organiċi u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 2092/91 (ĠU L 189, 20.7.2007, p. 1).
( 6 ) Regolament (KE) Nru 110/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Jannar 2008 dwar id-definizzjoni, id-deskrizzjoni, il-preżentazzjoni, l-ittikkettar, u l-protezzjoni ta’ indikazzjonijiet ġeografiċi ta' xorb spirituż u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1576/89 (ĠU L 39, 13.2.2008, p. 16).
( 7 ) Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1601/91 tal-10 ta' Ġunju 1991 dwar id-definizzjoni, deskrizzjoni u preżentazzjoni ta' nbejjed aromatizzati, xorb bil-bażi ta' nbid aromatizzat, u cocktails prodotti minn inbid aromatizzat (ĠU L 149, 14.6.1991, p. 1).
( 8 ) Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE tat-8 ta’ Mejju 2000 dwar il-miżuri protettivi kontra l-introduzzjoni ġewwa l-Komunità ta’ organiżmi ta’ ħsara għall-prodotti tal-pjanti u kontra t-tixrid tagħhom ġewwa l-Komunità (ĠU L 169, 10.7.2000, p. 1).
( 9 ) Regolament (UE) Nru 229/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Marzu 2013 li jistabbilixxi miżuri speċifiċi għall-agrikoltura favur il-gżejjer minuri fil-Baħar Eġew u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1405/2006 (ĠU L 78, 20.3.2013, p. 41).
( 10 ) Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79,(KE)Nru 1037/2001 u (KE)Nru 1234/2007 (Ara paġna 671 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali).
( 11 ) Ir-Regolament (UE) 2020/2220 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Diċembru 2020 li jistabbilixxi ċerti dispożizzjonijiet tranżizzjonali għall-appoġġ mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) u mill-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) fis-snin 2021 u 2022 u li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1305/2013, (UE) Nru 1306/2013 u (UE) Nru 1307/2013 fir-rigward tar-riżorsi u applikazzjoni fis-snin 2021 u 2022 u r-Regolament (UE) Nru 1308/2013 fir-rigward tar-riżorsi u d-distribuzzjoni ta’ tali appoġġ fir-rigward tas-snin 2021 u 2022 (ĠU L 437, 28.12.2020, p.1).
( 12 ) Regolament (UE) 2017/825 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Mejju 2017 dwar l-istabbiliment ta' Programm ta' Appoġġ għal Riformi Strutturali għall-perjodu 2017 sa 2020 u li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1303/2013 u (UE) Nru 1305/2013 (ĠU L 129, 19.5.2017, p. 1). ◄
( 13 ) Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1).
( 14 ) Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1).
( 15 ) Ir-Regolament (UE) 2020/2094 tal-14 ta’ Diċembru 2020 li jistabbilixxi Strument tal-Unjoni Ewropea għall-Irkupru biex jappoġġa l-irkupru wara l-kriżi tal-COVID-19 (ĠU L 433, 22.12.2020, p. 23).
( 16 ) Ir-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li tħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1).