Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 02004L0054-20090807

Consolidated text: Id-Direttiva 2004/54/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 dwar il-ħtiġiet minimi tas-sigurtà għall-mini fin-Network Trans-Ewropew tat-Toroq

ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2004/54/2009-08-07

2004L0054 — MT — 07.08.2009 — 001.001


Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu

►B

ID-DIRETTIVA 2004/54/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tad-29 ta' April 2004

dwar il-ħtiġiet minimi tas-sigurtà għall-mini fin-Network Trans-Ewropew tat-Toroq

(ĠU L 167, 30.4.2004, p.39)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  No

page

date

►M1

REGOLAMENT (KE) Nru 596/2009 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tat-18 ta’ Ġunju 2009

  L 188

14

18.7.2009




▼B

ID-DIRETTIVA 2004/54/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tad-29 ta' April 2004

dwar il-ħtiġiet minimi tas-sigurtà għall-mini fin-Network Trans-Ewropew tat-Toroq



IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 71(1) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni,

Wara li kkunsidraw l-Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew ( 1 ),

Wara li kkunsidraw l-Opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni ( 2 ),

Waqt li jaġixxu skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat ( 3 ),

Billi:

(1)

Fir-Rapport tal-Proposti tagħha tat-12 ta' Settembru 2001 dwar “il-politika tat-Trasport Ewropew għall-2010: żmien ta' deċiżjoni” il-Kummissjoni ħabbret li se tipproponi l-ħtiġiet minimi tas-sigurtà għall-mini li jagħmlu parti min-Network tat-Toroq Trans-Ewropew.

(2)

Is-sistema tat-trasport, jiġifieri n-Network tat-Toroq Trans-Ewropew definita fid-Deċiżjoni Nru 1692/96/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Lulju 1996 dwar il-linji gwida tal-Komunità għall-iżvilupp tan-Network tat-trasport trans-Ewropew ( 4 ), hija ta' importanza kbira fl-appoġġ lejn l-integrazzjoni Ewropea u biex tiżgura livell għoli ta' serħan tal-moħħ fost iċ-ċittadini Ewropew. Il-Komunità Ewropea għandha r-responsabbiltà li tiggarantixxi livell għoli, uniformi u kostanti ta' sigurtà, servizz u kumdità għan-Network tat-Toroq Trans-Ewropew.

(3)

Mini twal ta' aktar minn 500 m tul huma strutturi importanti li jiffaċilitaw il-komunikazzjoni bejn żoni kbar ta' l-Ewropa u għandhom rwol deċisiv fil-funzjoni u l-iżvilupp ta' ekonomiji reġjonali.

(4)

Il-Kunsill Ewropew f'diversi okkażjonijiet, u l-aktar fil-laqgħa tiegħu ta' l-14 u l-15 ta' Diċembru 2001 f'Laeken, emfasizza l-urġenza li jittieħdu miżuri biex tittejjeb is-sigurtà fil-mini.

(5)

Fit-30 ta' Novembru 2001, il-Ministri tat-Trasport ta' l-Awstrija, Franza, il-Ġermanja, l-Italja u l-Isvizzera ltaqgħu f'Zurich u adottaw Dikjarazzjoni Komuni li tirrakkomanda l-allinjament tal-leġislazzjonijiet nazzjonali fuq l-aktar ħtiġiet armonizzati riċentement għat-titjib tas-sigurtà f'mini twal.

(6)

Peress li l-għanijiet ta' l-azzjoni proposta, jiġifieri l-ksib ta' protezzjoni uniformi, kostanti u ta' livell għoli għaċ-ċittadini Ewropew kollha fil-mini tat-toroq, ma jistgħux jintlaħqu biżżejjed mill-Istati Membri u jistgħu għalhekk, minħabba l-livell meħtieġ ta' armonizzazzjoni, jintlaħqu aħjar fuq livell tal-Komunità, il-Komunità tista' tadotta miżuri, skond il-prinċipju tas-sussidarjetà kif ippreżentat fl-Artikolu 5 tat-Trattat. Skond il-prinċipju tal-proporzjonalità, kif iddikjarat f'dak l-Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ sabiex jinkiseb dak l-għan.

(7)

Inċidenti riċenti fil-mini jemfasizzaw l-importanza tagħhom fuq bażi uman,, ekonomiku u kulturali.

(8)

Xi mini fl-Ewropa, li bdew jaħdmu żmien twil ilu, kienu ddisinjati fi żmien meta l-possibiltajiet tekniċi u l-kondizzjonijiet tat-trasport kienu differenti ħafna minn dawk ta' llum. Hemm għalhekk livelli differenti tas-siġurtà u dan irid ikun irranġat.

(9)

Is-sigurtà fil-mini teħtieġ numru ta' miżuri dwar, fost oħrajn, il-ġeometrija tal-mini u d-disinn tagħha, it-tagħmir tas-sigurtà, inklużi t-tabelli tat-toroq, l-amministrazzjoni tat-traffiku, it-taħriġ tas-servizzi ta' emerġenza, l-amministrazzjoni ta' inċidenti, il-provvista ta' informazzjoni lill-utenti kif l-aħjar iġibu rwieħhom fil-mini, u komunikazzjoni aħjar bejn l-awtoritajiet responsabbli u s-servizzi ta' emerġenza bħall-pulizija, il-brigata tal-pompieri, u l-iskwadri tas-salvataġġ.

(10)

Peress li x-xogħol tal-Kummissjoni Ekonomika tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Ewropa (UNECE) diġà għamlitha ċara, li l-imġiba ta' l-utenti tat-toroq hija aspett deċisiv għas-sigurtà fil-mini.

(11)

Miżuri tas-sigurtà għandhom jippermettu lill-persuni involuti f'inċidenti li jsalvaw lilhom innifishom, jippermettu l-utenti tat-toroq li jaġixxu minnufih sabiex jevitaw konsegwezi aktar serji, jiżguraw li s-servizzi ta' emerġenza jistgħu jaġixxu b'mod effettiv u jħarsu l-ambjent kif ukoll jillimitaw l-ħsara materjali.

(12)

It-titjib li jiddaħħlu minn din id-Direttiva se jtejbu l-kondizzjonijiet tas-sigurtà għall-utenti kollha, inklużi l-persuni b'diżabilità. Madankollu, jekk persuni b'diżabilità għandhom aktar diffikoltà biex jaħarbu f'każ ta' emerġenza, konsiderazzjoni partikolari għandha tingħata għas-sigurtà tagħhom.

(13)

Sabiex timplimenta metodu bbilanċjat u minħabba l-ispiża għolja tal-miżuri, tagħmir minimu tas-sigurtà għandu jkun definit wara li jkunu kkunsidrati t-tip u l-volum mistenni tat-traffiku f'kull mina.

(14)

Korpi internazzjonali bħall-Assoċjazzjoni Dinjija tat-Toroq u l-UNECE għal żmien twil ilhom jagħmlu rakkomandazzjonijiet ta' valur għoli biex jgħinu jtejbu u jarmonizzaw it-tagħmir tas-sigurtà u r-regoli tat-traffiku fil-mini tat-toroq. Madankollu, peress li dawn ir-rakkomandazzjonijiet m'humiex vinkolanti, il-potenzal sħiħ tagħhom jista' jilħaq il-massimu biss jekk il-ħtiġiet li jidentifikaw isiru mandtarji permezz tal-leġislazzjoni.

(15)

Li jinżamm livell għoli ta' siġurtà jeħtieġ manteniment sew tal-faċilitajiet tas-sigurtà fil-mini. Skambju ta' informazzjoni dwar teknika moderna tas-sigurtà u d-data dwar l-aċċidenti/inċidenti bejn l-Istati Membri għandu jkun organizzat b'mod sistematiku.

(16)

Sabiex jiżguraw li l-ħtiġiet ta' dan id-Direttiva huma applikati sew mill-Amministraturi tal-Mini, l-Istati Membri għandhom jinnominaw awtorità waħda jew aktar fuq livell nazzjonali, reġjonali jew lokali bir-responsabbiltà li jiżguraw li l-aspetti kollha tas-sigurtà fil-mini huma assigurati.

(17)

Skeda flessibbli u progressiva hija meħtieġa għall-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva. Din tippermetti li jitlestew ix-xogħlijiet l-aktar urġenti mingħajr ma joħolqu tfixkil kbir fis-sistema tat-trasport jew magħlaq fix-xogħlijiet pubbliċi fl-Istati Membri.

(18)

In-nefqa ta' l-arranġament mill-ġdid tal-mini eżistenti tvarja b'mod konsiderevoli minn Stat Membru wieħed għall-ieħor, b'mod partikolari minħabba raġunijiet ġeografiċi, u l-Istati Membri għandhom jitħallew li jqassmu x-xogħlijiet ta' l-arranġament mill-ġdid meħtieġa biex iħarsu l-ħtiġiet ta' din id-Direttiva fejn id-densità tal-mini fit-territorju tagħhom hija ħafna aktar mill-medja Ewropea.

(19)

Għall-mini li diġà qed jaħdmu jew mini li d-disinn tagħhom kien approvat iżda għadhom ma nfetħux għall-pubbliku matul l-24 xahar wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva, l-Istati Membri għandhom jitħallew jaċċettaw l-adozzjoni tal-miżuri tat-tnaqqis tar-riskju bħala alternattiva għall-applikazzjoni tal-ħtiġiet tad-Direttiva, fejn il-mina ma tippermettix għal soluzzjonijiet strutturali li jkunu implimentati fuq nefqa raġonevoli.

(20)

Aktar progress tekniku jibqa' meħtieġ biex titjieb is-sigurtà fil-mini. Għandha tiddaħħal proċedura li tippermetti li l-Kummissjoni tadatta l-ħtiġiet ta' din id-Direttiva għal progress tekniku. Dik il-proċedura għandha tintuża wkoll biex tadotta metodu armonizzat ta' analiżi tar-riskju.

(21)

Il-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva għandhom ikunu adottati skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta' Ġunju 1999 li tniżżel il-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat ta' l-implimentazzjoni mogħtija lill-Kummissjoni ( 5 ).

(22)

L-Istati Membri għandhom jibagħtu rapport lill-Kummissjoni dwar il-miżuri li qed jippjanaw li jadottaw biex jimxu ma' din id-Direttiva, bil-ħsieb li jissinkronizzaw ix-xogħlijiet fuq livell tal-Komunità sabiex jitnaqqas it-tfixkil fit-traffiku,

(23)

Fejn il-ħtiġiet ta' din id-Direttiva jeħtieġu l-kostruzzjoni ta' tieni tubu għal mina fil-fażi tad-disinn jew tal-kostruzzjoni, dan it-tieni tuba li għandu jinbena għandu jitqies bħala mina ġdida. L-istess jgħodd jekk il-ħtiġiet ta' din id-Direttiva jeħtieġu l-ftuħ ta' proċeduri vinkolanti ġodda ta'ppjanar, inklużi seduti ta' permess ta' ppjanar għall-miżuri kollha relatati.

(24)

Ix-xogħol għandu jkompli fil-forma xierqa sabiex jintlaħaq livell kbir ta' armonizzazzjoni dwar is-sinjali u pittogrammi wżati fuq it-tabelli ta' messaġġi varjabbli fil-mini. L-Istati Membri għandhom ikunu inkoraġġuti biex jarmonizzaw il-konnessjoni ta' l-utent fil-mini kollha tat-territorju tagħhom.

(25)

L-Istati Membri għandhom ikunu inkoraġġuti biex jimplimentaw livelli tas-sigurtà għall-mini tat-toroq li jinsabu fit-territorju tagħhom li ma jiffurmawx parti min-Network Trans-Ewropew tat-Toroq u bħala konsegwenza ma jaqgħux taħt l-iskop ta' din id-Direttiva.

(26)

L-Istati Membri għandhom ikunu inkoraġġuti biex jiżviluppaw id-dispożizzjonijiet nazzjonali li jimmiraw għal-livell ogħla tas-sigurtà fil-mini,

ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:



Artikolu 1

Materja tas-suġġett u kamp ta' applikazzjoni

1.  Din id-Direttiva timmira biex tiżgura livell minimu ta' sigurtà għall-utenti tat-toroq fil-mini fin-Network Trans-Ewropew tat-Toroq billi jkunu evitati avvenimenti kritiċi li jistgħu joħolqu periklu għall-bnedmin, l-ambjent u l-installazzjonijiet tal-mini, kif ukoll il-fornitura ta' protezzjoni fil-każ ta' inċidenti.

2.  Għandha tapplika għall-mini kollha fin-Network Trans-Ewropew tat-Toroq b'tulijiet ta' aktar minn 500m, fejn dawn qed jaħdmu, qed jinbnew jew fl-istadju tad-disinn.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-iskopijiet ta' din id-Direttiva, d-definizzjonijiet li ġejjin għandhom jgħoddu:

1. “In-Network Trans-Ewropew tat-Toroq” ifisser in-Network tat-toroq identifikat fit-Taqsima 2 ta' l-Anness I tad-Deċiżjoni Nru 1692/96/KE u illustrat b'mapep u/jew deskritt fl-Anness II ta' dik id-Deċiżjoni.

2. “Servizzi ta' emerġenza” tfisser is-servizzi lokali kollha, kemm jekk pubbliċi jew privati jew parti minn personal tal-mini, li jintervjeni fil-każ ta' inċident, inklużi s-servizzi tal-pulizija, tal-pompieri tat-tifi tan-nar u l-iskwadri tas-salvataġġ.

3. “Tul tal-mina” ifisser it-tul ta' l-itwal triq tat-traffiku, mkejla fuq il-parti kompletament magħluqa tal-mina.

Artikolu 3

Miżuri tas-sigurtà

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-mini fit-territorju tagħhom, li jaqgħu taħt l-iskop ta' din id-Direttiva, iħarsu l-ħtiġiet minimi tas-sigurtà mniżżla fl-Anness I.

2.  Fejn ċerti ħtiġiet strutturali mniżżla fl-Anness I jistgħu jintlaħqu biss permezz ta' soluzzjonijiet tekniċi li jew ma jistgħux jinkisbu u jistgħu jinkisbu biss b'nefqa li m'hijiex proporzjonali, l-Awtorità Amministrattiva kif riferuta fl-Artikolu 4 tista' taċċetta l-implimentazzjoni tal-miżuri tat-tnaqqis fir-riskju bħala alternattiva ta' dawk il-ħtiġiet, sakemm il-miżuri alternattivi se jwasslu għal protezzjoni ekwivalenti jew itjeb. L-effiċjenza ta' dawn il-miżuri għandha tintwera permezz ta' analiżi tar-riskju b'konformità mad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 13. L-Istati Membri għandhom javżaw lill-Kummisjoni bil-miżuri tat-tnaqqis fir-riskju aċċettati bħala alternattiva u jipprovdu ġustifikazzjoni għalihom. Dan il-paragrafu m'għandux japplika għall-mini fl-istadju tad-disinn kif riferut fl-Artikolu 9.

3.  L-Istati Membri jistgħu jispeċifikaw ħtiġiet aktar stretti, sakemm ma jmorrux kontra l-ħtiġiet ta' din id-Direttiva.

Artikolu 4

Awtorità Amministrattiva

1.  L-Istati Membri għandhom jinnominaw awtorità(jiet) amministrattiva(i), minn issa “quddiem riferuta bħala 'l-Awtorità Amministrattiva”, li jkollha r-responsabbiltà li tiżgura li l-aspetti kollha tas-sigurtà f'mina huma żgurati u li għandha tieħu l-passi meħtieġa biex tiżgura konformità ma' din id-Direttiva.

2.  L-Awtorità Amministrattiva tista' tkun stabbilita fuq livell nazzjonali, reġjonali jew lokali.

3.  Kull mina fin-Network Trans-Ewropew tat-Toroq li tinsab fit-territorju ta' Stat Membru wieħed għandha taqa' taħt ir-responsabbiltà ta' Awtorità Amministrattiva waħda. Għal kull mina li tinsab fit-territorju ta' żewġ Stati Membri, kull Stat Membru għandu jinnomina Awtorità Amministrattiva jew, b'mod alternattiv, iż-żewġ Stati Membri għandhom jinnominaw Awtorità Amministrattiva konġunta. Jekk hemm żewġ Awtoritajiet Amministrattivi differenti, id-deċiżjonijiet ta' waħda minnhom li jittieħdu fl-eżerċizzju tal-kompetenzi u r-resposabbiltajiet rispettivi tagħhom dwar is-sigurtà fil-mini għandhom ikunu adottati bil-ftehim minn qabel ta' l-Awtorità l-oħra.

4.  L-Awtorità Amministrattiva għandha tikkommissjona l-mini skond il-proċedura mniżżla fl-Anness II:

5.  Mingħajr preġudizzju għal aktar arranġamenti fuq dan is-suġġett fuq livell nazzjonali, l-Awtorità Amministrattiva għandha jkollha l-poter li tissospendi jew tirrestrinġi l-operazzjoni ta' mina jekk il-ħtiġiet tas-sigurtà ma jitħarsux. Għandha tispeċifika l-kondizzjonijiet li taħthom jista' jerġa' jibda t-traffiku normali.

6.  L-Awtorità Amministrattiva għandha tiżgura li l-kompiti li ġejjin jitwettqu:

(a) eżami u spezzjoni tal-mini fuq bażi regolari u tħejjija ta' ħtiġiet tas-sigurtà li għandhom x'jaqsmu magħhom;

(b) tqegħid postu ta' l-iskemi ta' l-organizzazzjoni u ta' l-operazzjoni (inklużi l-pjanijiet ta' risposta f'każ ta' emerġenza) għat-taħriġ u t-tagħmir għas-servizzi ta' emerġenza;

(ċ) definizzjoni tal-proċedura għall-għeluq immedjat ta' mina f'każ ta' emerġenza;

(d) implimentazzjoni tal-miżuri meħtieġa għat-tnaqqis fir-riskju.

7.  Fejn korpi nnominati bħala Awtoritajiet Amministrattivi li eżistew qabel in-nomina riferuta f'dan l-Artikolu, dawk l-Awtoritajiet Amministrattivi jistgħu jkomplu l-attivitajiet ta' qabel tagħhom sakemm ikunu konformi ma' din id-Direttiva.

Artikolu 5

Amministratur tal-Mini

1.  Għal kull mina li tinsab fit-territorju ta' Stat Membru wieħed, kemm jekk qegħda fl-istadju tad-disinn, fil-kostruzzjoni jew qed topera, l-Awtorità Amministrattiva għandha tidentifika bħala l-Amministratur tal-Mini l-korp pubbliku jew privat responsabbli mill-amministrazzjoni tal-mina fl-istadju in kwestjoni. L-Awtorità Amministrattiva nnifisha tista'twettaq din il-funzjoni.

2.  Għal kull mina li tinsab fit-territorju ta' żewġ Stati Membri, iż-żewġ Awtoritajiet Amministrattivi jew l-Awtorità Amministrattiva konġunta għandha tirrikonoxxi korp wieħed biss responsabbli mill-operazzjoni tal-mina.

3.  Kull inċident jew aċċident sinifikanti li jseħħ f'mina għandu jkun is-suġġett ta' rapport ta' inċident imħejji mill-Amministratur tal-Mini. Dan ir-rapport għandu jitwassal lill-Uffiċjal tas-Sigurtà riferut fl-Artikolu 6, lill-Awtorità Amministrattiva u lis-servizzi ta' l-emerġenza matul perjodu massimu ta' xahar.

4.  Meta jitħejja rapport ta' investigazzjoni li janalizza ċ-ċirkostanzi ta' l-inċident jew l-aċċident riferut fil-paragrafu 3 jew il-konklużjonijiet li jistgħu jinħarġu minnu, l-Amministratur tal-Mini għandu jibgħat dan ir-rapport lill-Uffiċjal tas-Sigurtà, lill-Awtorità Amministrattiva u lis-servizzi ta' emerġenza mhux aktar tard minn xahar wara li jirċevih hu stess.

Artikolu 6

Uffiċjal tas-Sigurtà

1.  Għal kull mina, l-Amministratur tal-Mini għandu, bl-approvazzjoni minn qabel ta' l-Awtorità Amministrattiva, jaħtar Uffiċjal wieħed tas-Sigurtà li għandu jikkoordina l-miżuri kollha tal-projbizzjoni u tas-salvagwardji biex jiżguraw is-sigurtà ta' l-utenti u tal-persunal ta' l-operazzjoni. L-Uffiċjal tas-Sigurtà jista' jkun membru tal-persunal tal-mini jew tas-servizzi ta' emerġenza, għandu jkun indipendenti fil-kwistjonijiet kollha dwar is-sigurtà fil-mini tat-toroq u ma jkunx taħt istruzzjonijiet minn xi kap dwar dawk il-kwistjonijiet. L-Uffiċjal tas-Sigurtà jista' jwettaq il-kompiti u l-funzjonijiet tiegħu f'bosta mini f'reġjun.

2.  L-Uffiċjal tas-Sigurtà għandu jwettaq il-kompiti/funzjonijiet li ġejjin:

(a) jiżgura l-koordinazzjoni ma' servizzi ta' emerġenza u jieħu sehem fil-preparazzjoni ta' skemi ta' operazzjoni;

(b) jieħu sehem fl-ippjanar, fl-implimentazzjoni u fil-valutazzjoni ta' l-operazzjonijiet ta' emerġenza;

(ċ) jieħu sehem fid-definizzjoni ta' skemi tas-sigurtà u l-ispeċifikazzjoni ta' l-istruttura, it-tagħmir u l-operazzjoni dwar iż-żewġ mini u l-modifiki għall-mini eżistenti;

(d) jivverifika li l-persunal ta' l-operazzjoni u s-servizzi ta' l-emerġenza huma mħarrġa sew u għandu jieħu sehem fl-organizzazzjoni ta' eżerċizzji li jinżammu fuq intervalli regolari;

(e) jagħti pariri dwar l-ikkommissjonar ta' l-istruttura, it-tagħmir u l-operazzjoni tal-mini;

(f) jivverifika li ssir manutenzjoni u tiswija fuq l-istruttura u t-tagħmir tal-mini;

(g) jieħu sehem fil-valutazzjoni ta' kull inċident jew aċċident sinifikanti kif riferut fl-Artikolu 5(3) u (4).

Artikolu 7

Entità ta' l-Ispezzjoni

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-ispezzjonijiet, il-valutazzjonijiet u t-testijiet isiru mill-Entitajiet ta' l-Ispezzjoni. L-Awtorità Amministrattiva tista'twettaq din il-funzjoni. Kull entità li twettaq l-ispezzjonijiet, il-valutazzjonijiet u t-testijiet trid ikollha proċeduri għal livell għoli ta' kompetenza u għal kwalità għolja u trid tkun tiffunzjona b'mod indipendenti mill-Amministratur tal-Mini.

Artikolu 8

Notifika ta' l-Awtorità Amministrattiva

L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bl-isem u l-indirizz ta' l- Awtorità Amministrattiva sa. Fil-każ ta' bidla f'din l-informazzjoni għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni b'dan fi żmien tliet xhur.

Artikolu 9

Mini li d-disinn tagħhom għadu mhux approvat

1.  Kull mina li d-disinn tagħha għadu mhux approvat mill-awtorità responsabbli għandha tkun suġġetta għall-ħtiġiet ta' din id-Direttiva.

2.  Il-mina għandha tkun ikkommissjonata skond il-proċedura mniżżla fl-Anness II.

Artikolu 10

Mini li d-disinn tagħhom huwa approvat iżda għadhom ma nfetħux

1.  Fil-każ tal-mini li d-disinn tagħhom huwa approvat iżda għadhom ma nfetħux għall-pubbliku minn, l-Awtorità Amministrattiva għandha tistma l-konformità tagħhom mal-ħtiġiet ta' din id-Direttiva, b'referenza speċifika għad-dokumentazzjoni tas-sigurtà pprovdut fl-Anness II.

2.  Meta l-Awtorità Amministrattiva ssib li mina mhux konformi mad-dispożizzjonijiet ta'din id-Direttiva, għandha tinnotifika l-Amministratur tal-Mini li miżuri xierqa jridu jittieħdu biex ikabbru s-sigurtà u għandha tavża lill-Uffiċjal tas-Sigurtà.

3.  Il-mina għandha imbagħad tkun ikkommissjonata skond il-proċedura mniżżla fl-Anness II.

Artikolu 11

Mini diġà qed joperawTuneļi, kas jau darbojas

1.  Fil-każ tal-mini li diġà nfetħu għat-traffiku pubbliku minn, l-Awtorità Amministrattiva għandha jkollha sa biex tistma l-konformità tagħhom mal-ħtiġiet ta' din id-Direttiva, b'referenza speċifika għad-dokumentazzjoni tas-sigurtà pprovdut fl-Anness II u fuq il-bażi ta' l-ispezzjoni.

2.  L-Amministratur tal-Mini għandu, jekk hemm bżonn, jipproponi lill-Awtorità Amministrattiva pjan biex jadatta l-mina għad-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva u l-miżuri ta' rimedju li bi ħsiebu jimplimenta.

3.  L-Awtorità Amministrattiva għandha tagħti l-approvazzjoni tagħha għall-miżuri tar-rimedju jew titlob li jkunu modifikati.

4.  Minn hemm, jekk il-miżuri ta' rimedju jinkludu xi modifika sostanzjali fil-kostruzzjoni jew fl-operazzjoni, meta mbagħad jittieħdu dawn il-miżuri, il-proċedura mniżżla fl-Anness II għandha tkun implimentata.

5.  L-Istati Membri għandhom sa jibagħtu rapport lill-Kummissjoni dwar kif jippjanaw li jilħqu l-ħtiġiet ta' din id-Direttiva, dwar miżuri ppjanati, u, fejn ikun il-każ, fuq il-konsegwenzi tal-ftuħ jew l-għeluq tat-toroq ewlenin ta' aċċess għall-mini. Sabiex jimminimizzaw it-tfixkil fit-traffiku fuq livell Ewropew, il-Kummissjoni jista' jikkummenta fuq l-iskeda tax-xogħol maħsub biex jiżgura li l-mini jħarsu l-ħtiġiet ta' din id-Direttiva.

6.  L-arranġament mill-ġdid tal-mini għandu jitwettaq skond skeda u għandu jispiċċa sa.

7.  Meta t-tul totali tat-tubu tal-mini eżistenti diviż bit-tul totali tal-parti tan-Network Trans-Ewropew tat-Toroq li jinsab fit-territorju tagħhom jaqbeż il-medja Ewropea, l-Istati Membri jistgħu jestendu l-perjodu stipulat fil-paragrafu 6 b'ħames snin.

Artikolu 12

Spezzjonijiet perjodiċi

1.  L-Awtorità Amministrattiva għandha tivverfika li jsiru spezzjonijiet regolari mill-Entità ta' l-Ispezzjoni biex tiżgura li l-mini kollha li jaqgħu taħt l-iskop ta' din id-Direttiva jħarsu d-dispożizzjonijiet tagħha.

2.  Il-perjodu bejn żewġ spezzjonijiet konsekuttivi ta' mina partikolari m'għandux jaqbeż sitt snin.

3.  Meta, fuq bażi tar-rapport ta' l-Entità ta' l-Ispezzjoni, l-Awtorità Amministrattiva ssib li mina mhux konformi mad-dispożizzjonijiet ta'din id-Direttiva, għandha tinnotifika l-Amministratur tal-Mini u l-Uffiċjal tas-Sigurtà li miżuri biex ikabbru s-sigurtà fil-mina jridu jkunu adottati. L-Awtorità Amministrattiva għandha tiddefinixxi l-kondizzjonijiet biex tkompli topera l-mina jew għall- ftuħ mill-ġdid tal-mina li se japplikaw sakemm il-miżuri ta' rimedju u kull restrizzjoni jew kondizzjoni relevanti oħra tkun implimentata.

4.  Jekk il-miżuri ta' rimedju jinkludu xi modifika sostanzjali fil-kostruzzjoni jew fl-operazzjoni tal-mina, meta mbagħad jittieħdu dawn il-miżuri, il-mina għandha tkun is-suġġett ta'awtorizzazzjoni ġdida biex topera skond il-proċedura mniżżla fl-Anness II.

Artikolu 13

Analiżi tar-riskju

1.  L-analiżi tar-riskju, fejn ikun hemm bżonn, għandha ssir minn korp li jiffunzjona b'mod indipendenti mill-Amministratur tal-Mini. Il-kontenut u r-riżultati ta' l-analiżi tar-riskju għandhom ikunu inklużi fid-dokumentazzjoni tas-sigurtà mibgħuta lill-Awtorità Amministrattiva. Analiżi tar-riskju hija analiżi tar-riskji għal mina partikolari, wara li jkunu kkunsidrati l-fatturi tad-disinn u l-kondizzjonijiet tat-traffiku kollha li jaffettwaw is-sigurtà, l-aktar il-karatteristiċi u t-tip tat-traffiku, it-tul tal-mina u l-ġeometrija tal-mina, kif ukoll in-numru mbassar ta' vetturi ta' tagħbija tqila ta' kull ġurnata.

2.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, fuq livell nazzjonali, metodoloġija dettaljata u definita sew, li tikkorrospondi għall-aħjar prattiċi disponibbli, tintuża u għandhom javżaw lill-Kummissjoni bil-metodoloġija applikata; il-Kummissjoni għandha tqiegħed din l-informazzjoni għad-dispożizzjoni f'forma elettronika lil Stati Membri oħra.

▼M1

3.  Sat-30 ta’ April 2009 il-Kummissjoni għandha tippubblika rapport dwar il-prattika segwita fl-Istati Membri. Meta jkun meħtieġ, għandha tagħmel rakkomandazzjonijiet għall-adozzjoni ta’ metodoloġija ta’ analiżi ta’ riskju komuni u armonizzata f’konformità mal-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 17(2).

▼B

Artikolu 14

Deroga minn teknika innovattiva

1.  Sabiex tippermetti l-installazzjoni u l-użu ta' tagħmir innovattiv tas-sigurtà jew l-użu tal-proċeduri innovattivi tas-sigurtà li jipprovdu livell ta' protezzjoni ekwivalenti jew ogħla mit-teknoloġiji kurrenti, kif preskritt f'dik id-Direttiva, l-Awtorità Amministrattiva għandha tagħti deroga mill-ħtiġiet tad-Direttiva fuq il-bażi ta'talba ddokumentata sew mill-Amministratur tal-Mini.

2.  Jekk l-Awtorità Amministrattiva bi ħsiebha tagħti t-tali deroga, l-Istati Membri għandhom l-ewwel jibagħtu applikazzjoni għal deroga lill-Kummissjoni li fiha talba inizjali u l-opinjoni ta' l-Entità ta' l-Ispezzjoni.

3.  Il-Kummissjoni għandha tinnotifika lill-Istati Membri fi żmien xahar mill-irċevuta.

4.  Jekk, matul perjodu ta' tliet xhur, la l-Kummissjoni u lanqas Stat Membru ma jifformulaw oġġezzjonijiet, id-deroga għandha titqies bħala mogħtija u l-Kummissjoni għandu jinforma dan lill-Istati Membri.

5.  Jekk ikunu espressi oġġezzjonijiet, il-Kummissjoni għandha tagħmel proposta skond il-proċedura riferuta fl-Artikolu 17(2). Meta d-deċiżjoni tkun fin-negattiv, l-Awtorità Amministrattiva m'għandhiex tagħti d-deroga.

6.  Wara eżami skond il-proċedura riferuta fl-Artikolu 17(2), deċiżjoni biex tingħata deroga tista' tippermetti li din id-deroga tkun applikata ma' mini oħra.

7.  Kulmeta jkun iġġustifikat mit-talbiet tad-deroga li jibagħtulha, il-Kummissjoni għandha tippubblika rapport dwar il-prattika segwita mill-Istati Membri u, jekk meħtieġ, tagħmel proposti għall-emendi ta' din id-Direttiva.

Artikolu 15

Rapportar

1.  Kull sentejn, l-Istati Membri għandhom iħejju rapporti dwar nirien fil-mini u dwar inċidenti li b'mod ċar jaffettwaw is-sigurtà ta' l-utenti tat-toroq fil-mini, u fuq il-frekwenza u l-kawżi tat-tali inċidenti, u għandhom jivvalutawhom u jipprovdu informazzjoni dwar l-irwol attwali u kemm ikunu effettivi l-faċilitajiet u l-miżuri tas-sigurtà. Dawn ir-rapporti għandhom jintbagħtu lill-Kummissjoni mill-Istati Membri qabel l-aħħar ta' Settembru tas-sena ta' wara l-perjodu ta' l-irrapportar. Il-Kummissjoni għandha tibgħat ir-rapporti disponibbli lill-Istati Membri kollha.

2.  L-Istati Membri għandhom jagħmlu pjan li jinkludi skeda għall-applikazzjoni gradwali tad-dispożizzjoni ta' din id-Direttiva għal mini li diġà qed joperaw kif deskritt fl-Artikolu 11 u javżawh sa lill-Kummissjoni. Minn hemm, l-Istati Membri għandhom jinformaw lill-Kummissjoni kull sentejn bl-istat ta' implimentazzjoni tal-pjan u ta' kull tibdil li sarlu, sat-tmiem tal-perjodu riferut fl-Artikolu 11(6) u (7).

▼M1

Artikolu 16

Adattament għall-progress tekniku

Il-Kummissjoni għandha tadatta l-Annessi ta’ din id-Direttiva għall-progress tekniku. Dawk il-miżuri, imfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva, għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 17(3).

Artikolu 17

Proċedura tal-Kumitat

1.  Il-Kummissjoni għandha tkun assistita minn Kumitat.

2.  Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 5 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, filwaqt li jiġu kkunsidrati d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 tagħha.

Il-perjodu stipulat fl-Artikolu 5(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jkun stabbilit għal tliet xhur.

3.  Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikolu 5a(1) sa (4), u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, filwaqt li jiġu kkunsidrati d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 tagħha.

▼B

Artikolu 18

Trasposizzjoni

1.  L-Istati Membri għandhom iġibu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti jew id-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jimxu ma' din id-Direttiva sa by. Għandhom minnufih jibagħtu lill-Kummissjoni t-test ta' dawk id-dispożizzjonijiet, flimkien ma' skeda li tikkorelata dawk id-dispożizzjonijiet ma' din id-Direttiva.

2.  Id-dispożizzjonijiet adottati mill-Istati Membri għandhom ikunu fihom riferenza għal din id-Direttiva u jkunu akkumpanjati bit-tali riferenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu kif it-tali riferenza għandha ssir.

Artikolu 19

Dħul fis-seħħ

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Artikolu 20

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.




L-ANNESS I

Miżuri tas-sigurtà kif imsemmija fl-Artikolu 3

1.

Bażi għad-deċiżjonijiet tal-miżuri tas-sigurtà

1.1.

Parametri tas-sigurtà

1.1.1.

Il-miżuri tas-sigurtà li għandhom ikunu implimentati f'mina għandhom ikunu bbażati fuq kunsiderazzjoni sistematika ta' l-aspetti kollha magħmula mill-infrastruttura, l-operazzjoni, l-utenti u l-vetturi.

1.1.2.

Il-parametri li ġejjin għandhom ikunu kkunsidrati:

 tul tal-mina,

 numru ta' tubi,

 numru ta' lejns,

 ġeometrija tal-wiċċ,

 allinjament vertikali u orizzontali,

 tip ta' kostruzzjoni,

 traffiku f'direzzjoni waħda jew f'żewġ direzzjonijiet,

 volum tat-traffiku għal kull tubu (inkluż kif imqassam bħala ħin),

 riskju ta' konġestjoni (kuljum jew ta' l-istaġun),

 ħin ta' aċċess għas-servizzi ta' l-emerġenza,

 presenza u persentaġġ ta' vetturi ta' tagħbija tqila,

 presenza, persentaġġ u tip ta' traffiku ta' merkanzija perikoluża,

 karatteristiċi tat-toroq ta' l-aċċess,

 wisa' tal-lejn,

 konsiderazzjoni tal-veloċità,

 ambjent ġeografiku u meteoroloġiku.

1.1.3.

Fejn mina għandha karatteristika speċjali dwar il-parametri msemmija qabel, analiżi tar-riskju għandu jitwettaq skond l-Artikolu 13 biex jitabbilixxi jekk aktar miżuri addizzjonali u/jew tagħmir supplimentari hux meħtieġ biex jiżgura livell għoli ta' sigurtà fil-mini. Dan l-analiżi tar-riskju għandu jikkunsidra inċidenti possibbli, li b'mod ċar jaffettwaw is-sigurtà ta' l-utenti tat-toroq fil-mini u li jistgħu jiġru matul l-istadju ta' l-operazzjoni u n-natura u l-kobor tal-konsegwenzi possibbli tagħhom.

1.2.

Ħtiġiet minimi

1.2.1.

Il-miżuri tas-sigurtà meħtieġa mill-paragrafi li ġejjin għandhom ikunu implimentati bħala minimu biex jiżguraw livell minimu ta' sigurtà fil-mini kollha koperti minn din id-Direttiva. Derogi limitati minn dawn il-ħtiġiet jistgħu jkunu permessi sakemm l-proċedura li ġejja titlesta b'suċċess.

L-Itati Membri jew l-Awtorità Amministrattiva għandha tibgħat lill-Kummissjoni informazzjoni dwar dan li ġej:

 id-deroga(i) limitati mistennija,

 ir-raġunijiet importanti għad-derogi limitati mistennija,

 il-miżuri alternattivi tat-tnaqqis tar-riskju li għandhom jintużaw jew rinforzati sabiex jiżguraw mill-anqas livell ekwivalenti ta' sigurtà, inkluż evidenza tagħha f'forma ta' analiżi tar-riskji relevanti.

Il-Kummissjoni għandha tibgħat kull talba għal deroga limitata lill-Istati Membri malajr kemm jista' jkun, u f'kull każ fi żmien xahar mill-irċevuta.

Jekk, matul perjodu ta' tliet xhur wara l-irċevuta tat-talba mill-Kummissjoni, la l-Kummissjoni u lanqas Stat Membru ma jifformulaw oġġezzjonijiet, id-deroga limita għandha titqies bħala mogħtija u l-Kummissjoni għandu jinforma dan lill-Istati Membri kollha. Jekk ikunu espressi oġġezzjonijiet, il-Kummissjoni għandha tagħmel proposta skond il-proċedura riferuta fl-Artikolu 17(2). Meta d-deċiżjoni tkun fin-negattiv, id-deroga limitata m'għandhiex tkun permessa.

1.2.2.

Sabiex tkun ipprovduta konnessjoni magħquda fil-mini kollha li għalihom tapplika din id-Direttiva, l-ebda deroga mill-ħtiġiet tal-paragrafi li ġejjin m'għandu jkun permess dwar id-disinnn tal-faċilitajiet tas-sigurtà għad-dispożizzjoni ta' l-utenti tal-mini (stazzjonijiet ta' emerġenza, tabelli, toroq fil-ġenb, ħruġ f'każ ta' emerġenza, xandir mill-ġdid permezz tar-radju meta meħtieġ).

1.3.

Volum ta' traffiku

1.3.1.

Meta jissemma' “volum ta' traffiku” f'dan l-Anness, jirreferi għat-traffiku medju ta' kuljum ta' kull sena li jgħaddi minn mina f'kull lejn. Bil-għan li jkun stabbilit il-volum tat-traffiku, kull vettura tingħad bħala unit waħda.

1.3.2.

Fejn in-numru ta' vetturi ta' tagħbija tqila l fuq minn 3,5 t jaqbeż il-15 % tat-traffiku medju ta' kuljum ta' kull sena, jew it-traffiku staġjonali ta' kuljum jaqbeż it-traffiku medju ta' kuljum ta' kull sena, ir-riskju addizzjonali se jkun stmat u kkunsidrat billi jitkabbar il-volum tat-traffiku tal-mina għall-applikazzjoni tal-paragrafi li ġejjin.

2.

Miżuri ta' l-infrastruttura

2.1.

Numru ta' tubi u lejns

2.1.1.

Il-kriterju ewlieni għad-deċiżjoni jekk tinbeniex mina b'tubu wieħed jew bi tnejn għandu jkun il-volum u s-sigurtà tat-traffiku, wara li jkunu kkunsidrati aspetti bħall-persentaġġ ta' vetturi ta' tagħbija tqila, xaqliba u tul.

2.1.2.

F'kull każ, fejn, għall-mini fl-istadju tad-disinn, tbassir fuq 15-il sena juru li l-volum tat-traffiku se jaqbeż 10 000 vettura kull ġurnata kull lejn, mini b'żewġ tubi bi traffiku f'direzzjoni waħda għandha tkun f'postha meta dan il-valur jinqabeż.

2.1.3.

Bl-eċċezzjoni ta' lejn ta' emerġenza, l-istess numru ta' lejns għandhom jinżammu ġewwa u barra l-mina. Kull bidla fin-numru ta'lejns għandha ssir fuq distanza biżżejjed quddiem id-daħla tal-mina; din id-distanza għandha tkun mill-anqas id-distanza koperta f'10 sekondi b'vettura għaddejja fuq il-limitu tal-veloċità. Meta ċirkostanzi ġeografiċi ma jippermettux dan, miżuri addizzjonali u/jew rinforzati għandhom jittieħdu biex isaħħu s-sigurtà.

2.2.

Ġeometrija tal-mini

2.2.1.

Konsiderazzjoni speċjali għandha tingħata lejn is-siġurtà meta tkun iddisinjata l-ġeometrija tal-wiċċ u l-allinjament orizzontali u vertikali ta' mina u tat-toroq ta' l-aċċess tagħha, peress li dawn il-parametri għandhom influenza sinifikanti fuq il-probabbiltà u s-serjetà ta' l-inċidenti.

2.2.2.

Pendil tal-lonġitudini l fuq minn 5 % m'għandux ikun permess f'mini ġodda, sakemm l-ebda soluzzjoni oħra hija possibbli ġeografikament.

2.2.3.

F'mini li l-pendil huwa aktar minn 3 %, miżuri addizzjonali u/jew rinforzati għandhom jittieħdu biex isaħħu s-sigurtà fuq il-bażi ta' l-analiżi tar-riskju.

2.2.4.

Meta l-wisa' tal-lejn tan-naħa ta' ġewwa hija anqas minn 3,5 m u vetturi ta' tagħbija tqila hija permessa, miżuri addizzjonali u/jew rinforzati għandhom jittieħdu biex isaħħu s-sigurtà fuq il-bażi ta' l-analiżi tar-riskju.

2.3.

Rotti ta' ħelsien mill-periklu u ħruġ ta' emerġenza

2.3.1.

F'mini ġodda mingħajr lejn ta' emerġenza, triqat tal-mixi ta' emerġenza, elevati jew le, għandhom ikunu pprovduti għall-użu mill-utenti tal-mini fil-każ ta' waqfien ta' karozzi jew inċident. Din id-dispożizzjoni ma tapplikax jekk il-karatteristiċi tal-kostruzzjoni tal-mina ma jippermettuhix jew jippermettuha biss fuq nefqa mhux proporzjonali u l-mina għandha direzzjoni waħda u hija mgħammra b'sistema ta' sorveljanza permanenti u ta' għeluq tal-lejn.

2.3.2.

F'mini eżistenti fejn la hemm lejn ta' emerġenza u lanqas triq tal-mixi ta' emerġenza, miżuri addizzjonali u/jew rinforzati għandhomjittieħdu biex jiżguraw is-sigurtà.

2.3.3.

Il-ħruġ ta' emerġenza jippermettu lill-utenti tal-mini li joħorġu mill-mina mingħajr il-vetturi tagħhom u jsibu post ta' sigurtà f'każ ta' inċident jew nirien u wkoll jipprovdu aċċess bil-mixi għall-mina għal servizzi ta' emerġenza. Eżempji tat-tali ħruġ ta' emerġenza huma:

 ħruġ dirett mill-mina għal barra,

 konnessjonijiet minn tubu tal-mina għall-oħra,

 ħruġ għall-gallarija ta' emerġenza,

 xelters b'rotta ta' ħelsien mill-periklu separati mit-tubu tal-mina.

2.3.4.

Xelters mingħajr ħruġ li jwassal għal rotti ta' ħelsien mill-periklu għall-ftuħ m'għandhomx jinbnew.

2.3.5.

Ħruġ ta' emerġenza għandu jkun ipprovdut jekk analiżi tar-riski relevanti, inkluż kemm id-duħħan jiġri u kemm imur il-bogħod taħt il-kondizzjonijiet lokali, juri li l-ventilazzjoni u dispożizzjonijiet oħra tas-sigurtà mhux biżżejjed biex jiżguraw is-sigurtà ta' l-utenti tat-toroq.

2.3.6.

F'kull każ, f'mini ġodda, il-ħruġ ta' emerġenza għandu jkun ipprovdut meta l-volum tat-traffiku huwa ogħla minn 2 000 vettura għal kull lejn.

2.3.7.

F'mini eżistenti ta' aktar minn 1 000 m, b'volum tat-traffiku ogħla minn 2 000 vettura għal kull lejn, il-vijabilità u kemm hija effettiva l-implimentazzjoni tal-ħruġ ġdid ta' emerġenza għandhom ikunu vvalutati.

2.3.8.

Fejn il-ħruġ ta' emerġenza huwa pprovdut, id-distanza bejn żewġ ħruġ ta' emerġenza m'għandhiex taqbeż il-500 m.

2.3.9.

Mezzi xierqa, bħal bibien, għandhom jintużaw biex ma jħallux id-duħħan u s-sħana milli tilħaq ir-rotot tal-ħelsien mill-periklu wara l-ħruġ ta' emerġenza, biex l-utenti tal-mini jistgħu joħorġu barra qawwijin u sħaħ u s-servizzi ta' emerġenza jistgħu jkollhom aċċess għall-mina.

2.4.

Aċċess għas-servizzi ta' emerġenza

2.4.1.

F'mini ta' żewġ tubi fejn it-tubi huma fuq l-istess livell jew kważi, konnessjoni minn waħda għall-oħra xierqa għall-użu ta' servizzi ta' emerġenza għandhom ikunu pprovduti mill-anqas kull 1 500 m.

2.4.2.

Kulmeta possibbli ġeografikament, qsim tar-riserva ċentrali (l-istrippa tan-nofs) għandha ssir possibbli barra kull daħla ta' mina b'żewġ tubi jew aktar. Din il-miżura se tippermetti li s-servizzi ta'emerġenza jiksbu aċċess immedjat għal wieħed mit-tubi.

2.5.

Toroq għall-waqfien fil-ġenb

2.5.1.

Għal mini ġodda b'żewġ direzzjonijiet itwal minn 1 500 m fejn il-volum tat-traffiku huwa ogħla minn 2 000 vettura kull lejn, toroq għall-waqfien fil-ġenb għandhom ikunu pprovduti fuq distanzi li ma jaqbżux l-1 000 m, jekk il-lejns ta' emerġenza m'humiex ipprovduti.

2.5.2.

Għal mini eżistenti b'żewġ direzzjonijiet itwal minn 1 500 m fejn il-volum tat-traffiku huwa ogħla minn 2 000 vettura għal kull lejn iżda m'hemmx lejn ta' emerġenza, il-vijabilità u kemm tkun effettiva l-implimentazzjoni tat-toroq għall-waqfien mal-ġenb għandhom ikunu valutati.

2.5.3.

Jekk il-karatteristiċi tal-kostruzzjoni tal-mina ma jippermettux jew jippermettu biss b'nefqa mhux proporzjonata, toroq għall-waqfien mal-ġenb m'għandhomx ikunu pprovduti jekk il-wisa' totali tal-mina li hija aċċesibbli għall-vetturi, esklużi l-partijiet elevati u l-lejns normali tat-traffiku, hija mill-anqas daqs il-wisa' ta' lejn normali waħda tat-traffiku.

2.5.4.

It-toroq għall-waqfien fil-ġenb għandhom jinkludu stazzjon ta' emerġenza.

2.6.

Drenaġġ

2.6.1.

Meta t-trasport ta' merkanzija perikoluża huwa permess, id-drenaġġ tal-likwidi li jieħdu nar u tossiċi għandu jkun ipprovdut permezz ta' gradilji ddisinjati sew jew miżuri oħra ġewwa t-taqsimiet bejn il-mini. Barra minn hekk, is-sistema tad-drenaġġ għandha tkun iddisinjata u miżmuma biex ma tħallix in-nar u likwidi li jieħdu n-nar u tossiċi milli jinfirxu ġewwa t-tubi u bejn it-tubi.

2.6.2.

Jekk fil-mini eżistenti dik il-ħtieġa ma tistax tintlaqa' jew tista' tintlaqa' biss b'nefqa mhux proporzjonata, dan għandu jkun ikkunsidrat meta jkun qed deċiż jekk jitħallix it-trasport ta' merkanzija perikoluża fuq il-bażi ta' l-analiżi tar-riskji relevanti.

2.7.

Resistenza għan-nar ta' l-istrutturi

L-istruttura ewlenija tal-mini kollha fejn kollass lokali ta' l-istruttura jista' jkollha konsegwenzi katastrofiċi, eż. mini mgħarrqa jew mini li jistgħu jikkawżaw il-kollass ta' strutturi viċini importanti, għandha tiżgura livell biżżejjed ta' resistenza għan-nar.

2.8.

Dwal

2.8.1.

Dwal normali għandhom ikunu pprovduti biex jiżguraw viżibilità xierqa lejl u nhar għas-sewwieqa fil-żona tad-dħul kif ukoll fuq ġewwa tal-mina.

2.8.2.

Dwal tas-sigurtà għandha tkun ipprovduta biex tippermetti viżibilità minima għall-utenti tal-mini biex jevakwaw il-mini fil-vetturi tagħhom fil-każ ta' kollass tas-sistema elettrika.

2.8.3.

Dwal ta' evakwazzjoni, bħal dwal li jimmarkw l-evakwazzjoni, fuq għoli ta' mhux aktar minn 1,5 m, għandhom ikunu pprovduti biex jigwidaw l-utenti tal-mini li jevakwaw il-mina bil-mixi, f'każ ta' emerġenza.

2.9.

Ventilazzjoni

2.9.1.

Id-disinn, il-kostruzzjoni u l-operazzjoni tas-sistema ta' ventilazzjoni għandhom jikkunsidraw:

 il-kontroll tal-pollutanti li jintremew mill-vetturi tat-triq, waqt il-mixja normali tat-traffiku jew ta' l-agħar ħin,

 il-kontroll tal-pollutanti li jintremew mill-vetturi tat-triq meta t-traffiku jieqaf minħabba inċident jew aċċident,

 il-kontroll ta' sħana u duħħan f'każ ta' nirien.

2.9.2.

Sistema mekkanika ta' ventilazzjoni għandha tkun installata fil-mini kollha itwal minn 1 000 m b'volum ta' traffiku ogħla minn 2 000 vettura għal kull lejn.

2.9.3.

Fil-mini bi traffiku f'żewġ direzzjonijiet u/jew konġestjoni ta' traffiku f'direzzjoni waħda, ventilazzjoni għat-tul għandha tkun permessa biss jekk analiżi tar-riskju skond l-Artikolu 13 juri li mhux aċċettabbli u/jew miżuri speċifiċi jittieħdu, bħal amministrazzjoni xierqa tat-traffiku, distanzi aqsar ta' ħruġ ta' emerġenza, ħruġ għad-duħħan kull ċerta distanza.

2.9.4.

Sistemi trasversali jew semi-trasversali ta' ventilazzjoni għandhom jintużaw fil-mini fejn sistema mekkanika ta' ventilazzjoni hija meħtieġa u ventilazzjoni għat-tul mhux permessa taħt il-punt 2.9.3. Dawn is-sistemi jridu jkunu kpaċi jevakwaw id-duħħan f'każ ta' nirien.

2.9.5.

Għall-mini bi traffiku f'żewġ direzzjonijiet, b'volum ta' traffiku ogħla minn 2 000 vettura kull lejn, itwal minn 3 000 m u ċentru ta' kontroll u ventilazzjoni trasversali u/jew semi-trasversali, il-miżuri minimi li ġejjin għandhom jittieħdu dwar ventilazzjoni:

 strumenti li jnaqqsu l-ossillazzjoni fl-estrazzjoni ta' l-arja u tad-duħħan għandhom ikunu installati li jistgħu jitħaddmu separatament jew fi gruppi,

 il-veloċità għat-tul ta' l-arja għandha tkun issorveljata b'mod kostanti u l-proċess tat-tmexxija tas-sistema tal-ventilazzjoni (strumenti li jnaqqsu l-ossillazzjoni, fannijiet, eċċ.) ikunu rranġati b'hekk.

2.10.

Stazzjonijiet ta' l-emerġenza

2.10.1.

L-istazzjonijiet ta' l-emerġenza huma maħsuba biex jipprovdu oġġetti varji ta' tagħmir tas-sigurtà, b'mod partikolari telefoni ta' emerġenza u pajarini, iżda m'humiex maħsuba biex jipproteġu l-utenti tat-toroq mill-effetti tan-nar.

2.10.2.

Stazzjonijiet ta' l-emerġenza għandhom jikkonsistu minn kaxxa mal-ħajt tal-ġenb jew preferibbilment daħla fil-ħajt tal-ġenb. Għandhom ikun mgħammra b'mill-anqas telefon ta' emerġenza u żewġ pajarini.

2.10.3.

Stazzjonijiet ta' l-emerġenza għandhom ikunu pprovduti ħdejn id-daħliet u fuq ġewwa fuq ċerti distanzi li għal mini ġodda m'għandhomx jaqbżu 150 m u fil-mini eżistenti m'għandhomx jaqbżu 250 m.

2.11.

Provvista ta' l-ilma

Provvista ta' l-ilma għandha tkun ipprovduta lill-mini kollha. Idranti għandhom ikunu pprovduti ħdejn id-dħul u fuq ġewwa fuq distanzi li m'għandhomx jaqbżu 250 m. Jekk il-provvista ta' l-ilma mhux disponibbli, hija mandatarja li tkun ivverifikata li biżżejjed ilma jkun ipprovdut mod ieħor.

2.12.

Tabelli tat-toroq

Tabelli speċifiċi għandhom jintużaw għall-faċilitajiet kollha pprovduti lill-utenti tal-mini. Tabelli u pannelli għall-użu fil-mini jingħataw fl-Anness III.

2.13.

Ċentri ta' kontroll

2.13.1.

Ċentru ta' kontroll għandu jkun ipprovdut fil-mini kollha itwal minn 3 000 m b'volum ta' traffiku ogħla minn 2 000 vettura għal kull lejn.

2.13.2.

Is-sorveljanza ta' bosta mini tista' tkun iċċentralizzata f'ċentru wieħed ta' kontroll.

2.14.

Sistemi ta' sorveljanza

2.14.1.

Sistemi ta' sorveljanza bil-vidjo u sistema kapaċi ssib inċidenti tat-traffiku awtomatikament (bħal waqfien ta' vetturi) u/jew nirien għandhom ikunu installati fil-mini kollha b'ċentru ta' kontroll.

2.14.2.

Sistemi li jintraċċaw in-nirien awtomatikament għandhom ikunu installati fil-mini kollha li m'għandhomx ċentru tal-kontroll fejn l-operazzjoni tal-ventilazzjoni mekkanika għall-kontroll tad-duħħan hija differenti mill-operazzjoni awtomatika tal-ventilazzjoni għall-kontroll tal-pollutanti.

2.15.

Tagħmir għall-għeluq tal-mina

2.15.1.

Fil-mini kollha itwal minn 1 000 m, sinjali tat-traffiku għandhom ikunu installati qabel id-dħul biex il-mini jistgħu jingħalqu f'każ ta' emerġenza. Mezzi addizzjonali, bħal tabelli u barrieri b'messaġġi varjabbli, jistgħu jkunu pprovduti biex jiżguraw li l-istruzzjonijiet ikunu obbduti.

2.15.2.

Ġewwa l-mini kollha itwal minn 3 000 m, b'ċentru ta' kontroll u volum tat-traffiku ogħla minn 2 000 vettura kull lejn, tagħmir biex iwaqqaf il-vetturi f'każ ta' emerġenza huwa rrakkomandat fuq distanzi li ma jaqbżux 1 000 m. Dan it-tagħmir għandu jikkonsisti minn sinjali tat-traffiku u possibbilment mezzi addizzjonali bħal lawdspikers, tabelli u barrieri b'messaġġi varjabbli.

2.16.

Sistemi ta' komunikazzjoni

2.16.1.

Tagħmir tar-radju għax-xandir mill-ġdid għall-użu fis-servizzi ta' emerġenza għandu jkun installat fil-mini kolla itwal minn 1 000 m b'volum ta' traffiku ogħla minn 2 000 vettura għal kull lejn.

2.16.2.

Fejn hemm ċentru ta' kontroll, irid ikun possibbli li jinterrompu x-xandir mill-ġdid tar-radju ta' l-istazzjonijiet maħsuba għall-utenti tal-mini, jekk disponibbli, biex jingħataw messaġġi ta' emerġenza.

2.16.3.

Xelters u faċilitajiet oħra fejn l-evakwazzjoni ta' l-utenti tal-mini trid tistenna qabel jaslu barra għandhom ikunu mgħammra b'lawdspikers għall-fornitura ta' informazzjoni lill-utenti.

2.17.

Provvista ta' l-elettriku u ċirkuwiti elettriċi

2.17.1.

Il-mini kollha għandhom ikollhom provvista ta' emerġenza ta' elettriku kapaċi li tiżgura l-operazzjoni tas-sigurtà indispensabbli għall-evakwazzjoni sakemm l-utenti kollha evakwaw il-mina.

2.17.2.

Ċirkuwiti elettriċi, tal-kejl u tal-kontroll għandhom ikunu ddisinjati b'tali mod li kollass totali, bħal wieħed dovut għal nirien, ma jaffettwax ċirkuwiti mingħajr ħsara.

2.18.

Resistenza għan-nar tat-tagħmir

Il-livell ta' resistenza tan-nar tat-tagħmir kollu tal-mini għandu jikkunsidra l-possibbiltajiet teknoloġiċi u jimmira biex iżomm il-funzjonijiet meħtieġa tas-sigurtà fil-każ ta' nirien.

2.19.

Tabella li turi t-taqsira informattiva tal-ħtiġiet minimi

It-tabella ppreżentata hawn taħt tagħti taqsira tal-ħtiġiet minimi mniżżla fil-paragrafi ta' qabel. Il-ħtiġiet minimi huma dawk ippreżentati fit-test operattiv ta' dan l-Anness.

image

image

image

3.

Miżuri dwar l-operazzjonijiet

3.1.

Mezzi ta' operazzjoni

L-operazzjonijiet tal-mini għandhom ikunu organizzati u mneħħija bit-tali mezzi li jiżguraw il-kontinwità u s-sigurtà tat-traffiku mill-mina. Il-persunal involut fl-operazzjoni kif ukoll fis-servizzi ta' emerġenza għandu jirċievi taħriġ xieraq inizjali u kontinwu.

3.2.

Ppjanar għal emerġenza

Pjanijiet ta' azzjonijiet għal emerġenza għandhom ikunu disponibbli għall-mini kollha. Għal mini li jibdew u jispiċċaw fi Stati Membri differenti, pjan wieħed ta' azzjonijiet għaż-żewġ nazzjonijiet għandu jinvolvi ż-żewġ pajjiżi.

3.3.

Xogħol fil-mini

Għeluq kollu jew parzjali tal-lejns minħabba xogħlijiet ta' kostruzzjoni jew manutenzjoni ppjanati bil-quddiem għandu dejjem jibda barra l-mina. Tabelli b'messġġi varjabbli, tabelli tat-traffiku u barrieri mekkaniċi jistgħu jintużaw għal dan l-iskop.

3.4.

Mmaniġjar ta' aċċidenti u inċidenti

Fil-każ ta' aċċident jew inċident serju, it-tubi kollha tal-mina involuti għandhom jingħalqu mill-ewwel għat-traffiku.

Dan għandu jsir bl-attivazzjoni fl-istess ħin mhux biss tat-tagħmir hawn fuq imsemmi qabel id-dħul, iżda wkoll it-tabelli ta' messaġġi varjabbli, tabelli tat-traffiku u barrieri mekkaniċi ġewwa l-mina, jekk disponibbli, biex it-traffiku kollu jista' jitwaqqaf malajr kemm jista' jkun barra u ġewwa l-mina. Mini ta' anqas minn 1 000 m jistgħu jingħalqu b'mezzi oħra. It-traffiku jista' jitmexxa b'tali mod li l-vetturi mhux affettwati jistgħu jitilqu mill-mina malajr.

Il-ħin ta' aċċess tas-servizzi ta' emerġenza fil-każ ta' inċident fil-mina għandu jkun qasir kemm jista' jkun u għandu jitkejjel matul eżerċizzji perjodiċi. Barra minn hekk, jista' jitkejjel matul inċidenti. F'mini ewlenin ta' żewġ direzzjonijiet b'volumi għolja ta' traffiku, analiżi tar-riskju skond l-Artikolu 13 għandu jistabbilixxi jekk is-servizzi ta' emerġenza għandhomx ikunu stazzjonijiet fiż-żewġ trufijiet tal-mini.

3.5.

Attività taċ-ċentru ta' kontroll.

Stati Membri differenti, ċentru wieħed ta' kontroll għandu jkollu kontroll sħiħ f'kull ħin partikolari. Stati Membri differenti, ċentru wieħed ta' kontroll għandu jkollu kontroll sħiħ f'kull ħin partikolari.

3.6.

Għeluq tal-mini

Fil-każ ta' għeluq ta' mini (għal perjodu twil jew qasir), l-utenti għandhom ikunu avżati bl-aħjar mezzi ta' gwidi alterattivi, permezz ta' sistemi ta' informazzjoni aċċessibbli faċilment.

It-tali mezzi alternattivi ta' gwida għandhom jifformaw parti minn pjanijiet sistematiċi ta' kontinġenza. Għandhom jimmiraw li jżommu t-traffiku mixi kemm jista' jkun u jnaqqsu l-effetti sekondarji għas-sigurtà fiż-żona ta' madwaru.

L-Istati Membri għandhom jagħmlu kull sforz raġonevoli biex jevitaw sitwazzjoni fejn mina li tinsab fit-territorju ta' żewġ Stati Membri ma tistax tintuża minħabba konsegwenzi ta' kondizzjonijiet ta' temp ikrah.

3.7.

Trasport ta' merkanzija perikoluża

Il-miżuri li ġejjin għandhom ikunu applikati dwar l-aċċess għal mini ta' vetturi li jittrasportaw il-merkanzija perikoluża, kif definiti fil-leġislazzjoni Ewropew relevanti dwar it-trasport ta' merkanzija perikoluża bit-triq:

 isir analiżi tar-riskju skond l-Artikolu 13 qabel ir-regolamenti u l-ħtiġiet dwar it-trasport ta' merkanzija perikoluża minn mina huma definiti jew modifikati,

 jitqegħdu tabelli xierqa biex ikun rinforzat ir-regolament qabel l-aħħar ħruġ possibbli qabel il-mina u d-dħul tal-mina, kif ukoll bil-quddiem sabiex jippermettu s-sewwieqa li jagħżlu rotot alternattivi,

 konsiderazzjoni tal-miżuri speċifiċi ta' l-operazzjoni ddisinjati biex inaqqsu r-riskji għal xi vetturi jew kollha li jittrasportaw merkanzija perikoluża fil-mini, bħal dikjarazzjoni qabel id-dħul jew passaġġi f'konvojs skortati minn vetturi li jakkumpanjawhom, fuq bażi ta' każ b'każ fuq l-analiżi tar-riskju fuq imsemmi.

3.8.

Qbiż ta' karozzi fil-mini

Analiżi tar-riskju għandu jsir sabiex ikun deċiż jekk vetturi ta' merkanzija tqila għandhomx jitħallew jaqbżu vetturi oħra f'mini ta' aktar minn lejn waħda f'kull direzzjoni.

3.9.

Distanzi bejn vetturi u veloċità

Il-veloċità xierqa tal-vetturi u d-distanza bla periklu ta' bejniethom hija importanti b'mod speċjali fil-mini u għandha tingħata attenzjoni mill-viċin. Dan għandu jinkludi avviżi lill-utenti tal-mini dwar il-veloċitajiet u d-distanzi xierqa. Il-miżuri tar-rinforzar għandhom jibdew kif ikun meħtieġ.

Utenti tat-toroq li jsuqu karozzi tal-passiġġieri għandhom taħt kondizzjonijiet normali jżommu distanza minima mill-vettura ta' quddiemhom ekwivalenti għad-distanza li tivvjaġġa vettura f'2 sekondi. Għall-vetturi ta' tagħbija tqila, id-distanza għandha tkun irdoppjata.

Meta t-traffiku jieqaf f'mina, l-utenti tat-toroq għandhom iżommu distanza minima ta' 5 metri mill-vettura ta' quddiemhom, sakemm dan mhux possibbli minħabba waqfa ta' emerġenza.

4.

Kampanji ta' informazzjoni

Kampanji ta' informazzjoni dwar is-sigurtà fil-mini għandha tkun organizzata regolarment u implimentata flimkien mal-partijiet interessati fuq il-bażi tax-xogħol armonizzat ta' l-organizzazzjonijiet internazzjonali. Dawn il-kampanji ta' informazzjoni għandhom ikopru l-imġiba korretta ta' l-utenti tat-toroq meta jersqu lejn u jsuqu fil-mini, b'mod speċjali dwar waqfien ta' vetturi,, konġestjoni, inċidenti u nirien.

Informazzjoni dwar it-tagħmir tas-sigurtà għad-dispożizzjoni u l-imġiba korretta ta' l-utenti tat-toroq fil-mini għandha tkun ipprovduta f'postijiet konvenjenti għall-utenti tat-toroq (per eżempju f'postijiet tal-mistrieħ qabel il-mini, fid-daħliet tal-mini meta t-traffiku jitwaqqaf jew fuq l-internet).




L-ANNESS II

Approvazzjoni tad-disinn, dokumentazzjoni tas-sigurtà, ikkommissjonar ta' mina, modifiki u eżerċizzji perjodiċi

1.

Approvazzjoni tad-disinn

1.1.

Id-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva għandhom jgħoddu mill-istadju preliminari tad-disinn “il quddiem.”

1.2.

Qabel jibda xi xogħol tal-kostruzzjoni, l-Amministratur tal-Mini għandu jħejji d-dokumentazzjoni tas-sigurtà deskritta taħt il-punti 2.2 u 2.3 għal mina fl-istadju tad-disinn u għandu jikkonsulta l-Uffiċjal tas-Sigurtà. L-Amministratur tal-Mini għandu jibgħat id-dokumentazzjoni tas-sigurtà lill-Awtorità Amministrattiva u jehmeż l-opinjoni ta' l-Uffiċjal tas-Sigurtà u/jew l-Entità ta' l-Ispezzjoni fejn disponibbli.

1.3.

Id-disinn, skond il-każ, għandu jkun approvat mill-awtorità responsabbli, li għandha tavża lill-Amministratur tal-Mini u l-Awtorità Amministrattiva bid-deċiżjoni tagħha.

2.

Dokumentazzjoni tas-sigurtà

2.1.

L-Amminitratur tal-Mini għandu jħejji dokumentazzjoni tas-sigurtà għal kull mina u jżommha aġġornata b'mod permanenti. Għandu jipprovdi kopja tad-dokumentazzjoni tas-sigurtà lill-Uffiċjal tas-Sigurtà.

2.2.

Id-dokumentazzjoni tas-sigurtà għandha tiddeskrivi l-miżuri ta' prevenzjoni u tas-salvagwardji meħtieġa biex jiżguraw is-sigurtà ta' l-utenti, wara li jkunu kkunsidrati nies b'mobilità anqas u nies b'diżabilità, l-għamla tar-rotta, il-konfigurazzjoni ta' l-istruttura, l-ambjent ta' madwarha, in-natura tat-traffiku u l-iskop ta' l-azzjoni mis-servizzi ta' l-emerġenza definiti fl-Artikolu 2 tad-Direttiva.

2.3.

B'mod partikolari, id-dokumentazzjoni tas-sigurtà għal mina fl-istadju tad-disinn għandha tinkludi:

 deskrizzjoni ta' l-istruttura ppjanata u l-aċċess għaliha, flimkien mal-pjanijiet meħtieġa biex jinftehmu d-disinn tagħha u l-arranġamenti mistennija ta' l-operazzjoni,

 studju ta' tbassir tat-traffiku li jispeċifika u jiġġustifika l-kondizzjonijiet mistennija tat-trasport ta' merkanzija perikoluża, flimkien ma' l-analiżi tar-riskju mitlub mill-punt 3.7 ta' l-Anness I,

 investigazzjoni ta' periklu speċifiku li jiddeskrivi inċidenti possibbli, li b'mod ċar jaffettwaw is-sigurtà ta' l-utenti tat-toroq fil-mini li jistgħu jiġru matul l-istadju ta' l-operazzjoni u n-natura u l-kobor tal-konsegwenzi possibbli tagħhom; din l-investigazzjoni trid tispeċifika u tissostanzja miżuri biex titnaqqas il-possibbiltà ta' l-inċidenti u l-konsegwenzi tagħhom.

 opinjoni dwar is-sigurtà minn espert jew organizzazzjoni li tispeċjalizza f'dan il-qasam, li tista' tkun l-Entità ta' l-Ispezzjoni.

2.4.

Id-dokumentazzjoni tas-sigurtà għal mina li qegħda fl-istadju ta' l-ikkommissjonar għandha tinkludi minbarra d-dokumentazzjoni meħtieġa fl-istadju tad-disinn:

 deskrizzjoni ta' l-organizzazzjoni, riżorsi umani u materjali u struzzjonijiet speċifikati mill-Amministratur tal-Mini biex ikun żgurat l-operazzjoni u ż-żamma tal-mina,

 pjan ta' azzjonijiet ta' emerġenza imħejji flimkien mas-servizzi ta' emerġenza li jikkonsidra wkoll nies b'mobilità anqas u nies b'diżabilità,

 deskrizzjoni tas-sistema ta' tagħrif dwar esperjenza li bih inċidenti u aċċidenti sinifikanti jistgħu jkunu rreġistrati u analizzati.

2.5.

Id-dokumentazzjoni tas-sigurtà għal mina li qegħda taħdem għandha tinkludi minbarra d-dokumentazzjoni meħtieġa fl-istadju ta' l-ikkommissjonar:

 rapport u analiżi dwar inċidenti u aċċidenti sinifikanti, li seħħew mid-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva,

 lista ta' l-eżerċizzji tas-sigurtà li twettqu u analiżi tal-lezzjonijiet li tgħallmu minnhom.

3.

Kummissjonar

3.1.

Il-ftuħ inizjali ta' mina għat-traffiku pubbliku għandu jkun suġġett għall-awtorizzazzjoni mill-Awtorità Amministrattiva (kkummissjonar) skond il-proċedura li ġejja.

3.2.

Din il-proċedura wkoll tapplika għall-ftuħ ta' mina għat-traffiku pubbliku wara kull bidla ewlenija fil-kostruzzjoni jew l-operazzjoni jew kull xogħol sostanzjali ta' modifika fuq il-mina li tista' tbiddel sinifikament kull komponent kostitwenti tad-dokumentazzjoni tas-sigurtà.

3.3.

L-Amministratur tal-Mini għandu jibgħat id-dokumentazzjoni tas-sigurtà msemmi fil-punt 2.4 lill-Uffiċjal tas-Sigurtà, li għandu jagħti l-opinjoni tiegħu dwar il-ftuħ tal-mina għat-traffiku pubbliku.

3.4.

L-Amministratur tal-Mini għandu jibgħat din id-dokumentazzjoni tas-sigurtà lill-Awtorità Amministrattiva, u jehmeż l-opinjoni ta' l-Uffiċjal tas-Sigurtà. L-Awtorità Amministrattiva għandha tiddeċiedi jew tawtorizzax jew le il-ftuħ tal-mina għat-traffiku pubbliku jew jekk tagħmilx hekk b'kondizzjonijiet restrittivi, u għandha tinnotifika dan lill-Amministratur tal-Mini. Kopja ta' din id-deċiżjoni għandha titwassal lis-servizzi ta' emerġenza.

4.

Modifiki

4.1.

Għal kull modifika sostanzjali fl-istruttura, fit-tagħmir jew fl-operazzjoni, li tista' tbiddel b'mod sinifikanti kull komponent kostitwenti tad-dokumentazzjoni tas-sigurtà, l-Amministratur tal-Mini għandu jitlob awtorizzazzjoni ġdida ta' l-operazzjoni wara l-proċedura deskritta fil-punt 3).

4.2.

L-Amministratur tal-Mini għandu javża lill-Uffiċjal tas-Sigurtà b'kull tibdil ieħor fil-kostruzzjoni u l-operazzjoni. Aktar minn hekk, qabel kull xogħol ta' modifika fil-mina, l-Amministratur tal-Mini għandu jipprovdi lill-Uffiċjal tas-Sigurtà bid-dokumentazzjoni li tispjega l-proposti.

4.3.

L-Uffiċjal tas-Sigurtà għandu jeżamina l-konsegwenzi tal-modifiki u f'kull każ jagħti l-opinjoni tiegħu lill-Amministratur tal-Mini, li għandu jibgħat kopja lill-Awtorità Amministrattiva u lis-servizzi ta' emerġenza.

5.

Eżerċizzji perjodiċi

L-Amministratur tal-Mini u s-servizzi ta' emerġenza għandhom, bil-kooperazzjoni ta' l-Uffiċjal tas-Sigurtà, jorganizzaw eżerċizzji perjodiċi konġunti għall-persunal tal-mini u s-servizzi ta' emerġenza.

Eżerċizzji:

 għandhom ikunu realistiċi kemm jista' jkun u għandhom jikkorrospondu għax-xenarji definiti ta' l-inċident,

 għandhom jagħtu riżultati ċari ta' valutazzjoni,

 għandhom jevitaw kull ħsara lill-mina,

 jistgħu wkoll, parzjalment, jitmexxew bħala eżerċizzji ta' simulazzjoni fuq mudell jew fuq kompjuter għall-istess riżultati.

(a) Eżerċizzji kompluti taħt kondizzjonijiet li huma realistiċi kemm jista' jkun għandhom isiru f'kull mina mill-anqas kull erba' snin. Għeluq tal-mina jkun meħtieġ biss jekk arranġament aċċettabbli jistgħu jsiru biex it-traffiku jistgħu jgħaddi minn x'imkien ieħor. Eżerċizzji parzjali u/jew ta' simulazzjoni għandhom isiru kull sena bejniethom. F'oqsma fejn bosta mini jinsabu viċini ta' xulxin, eżerċizzju komplut irid isir f'mill-anqas waħda minn dawk il-mini.

(b) L-Uffiċjal tas-Sigurtà u s-servizzi ta' emerġenza għandhom flimkien jivvalutaw dawk l-eżerċizzji, iħejju rapport u jagħmlu l-proposti xierqa.




L-ANNESS III

Tabellar għall-mini

1.

Ħtiġiet ġenerali

Li ġejjin huma t-tabelli u s-simboli tat-toroq li għandhom jintużaw fil-mini. It-tabelli tat-toroq imsemmija f'din it-taqsima huma deskritti fil-Konvenzjoni ta' Vjenna dwar it-Tabelli u s-Sinjali tat-Toroq ta' l-1968, sakemm mhux speċifikat mod ieħor.

Sabiex ikun iffaċilitat il-ftehim internazzjoni tat-tabelli, is-sistema tat-tabelli u s-sinjali preskritti f'dan l-Anness huma bbażati fuq l-użu tal-forom u l-kratteristiċi tal-kulur ta' kull klassi ta' tabelli u, kulmeta possibbli, fuq l-użu tas-simboli grafiċi aktar milli tal-kliem. Fejn l-Istati Membri jqisu meħtieġ li jimmodifikaw it-tabelli u s-simboli preskritti, il-modifiki li jsiru m'għandhomx ibiddlu l-karatteristiċi essenzali tagħhom. Fejn l-Istati Membri ma japplikawx il-Konvenzjoni ta' Vjenna, it-tabelli u s-simboli preskritti jitgħu jkunu mmodifikati, sakemm il-modifiki li jsiru ma jbiddlux l-iskop essenzali tagħhom.

1.1.

Tabelli tat-toroq għandhom jintużaw biex jindikaw il-faċilitajiet li ġejjin tas-sigurtà fil-mini:

 Toroq għall-waqfien fil-ġenb;

 Ħruġ ta' l-emerġenza: l-istess tabella għandha tintuża għal kull tip ta' ħruġ ta' emerġenza;

 Rotot għal ħelsien mill-periklu: l-eqreb żewġ ħruġ ta' emerġenza għandhom ikunu indikati fuq tabelli tal-ħitan tal-ġenb fuq distanzi ta' mhux aktar minn 25 m, f'għoli ta' 1,0 sa 1,5 m “l fuq mil-livell tar-rotta għall-ħelsien mill-periklu, b'indikazzjoni tad-distanzi għall-ħruġ;”

 Stazzjonijiet ta' l-emerġenza: tabelli li juru l-presenza ta' telefoni ta' emerġenza u pajarini.

1.2.

Radju:

Fil-mini fejn l-utenti jistgħu jirċievu informazzjoni permezz tar-radju tagħhom, tabelli xierqa li jitqegħdu qabel id-daħla għandhom javżaw lill-utenti kif għandhom jirċievu din l-informazzjoni.

1.3.

It-tabelli u l-marki għandhom ikunu ddisinjati u mqegħda b'mod li jidhru sew.

2.

Deskrizzjoni ta' tabelli u pannelli

L-Istati Membri għandhom jużaw it-tabelli xierqa, jekk hemm bżonn, fiż-żona tat-twissija minn qabel tal-mina, ġewwa l-mina u wara t-tmiem tal-mina. Meta jkunu ddisinjati t-tabelli għal mina, il-kondizzjonijiet tat-traffiku lokali u l-kostruzzjoni kif ukoll kondizzjonijiet lokali oħra għandhom ikunu kkunsidrati. It-tabelli skond il-Konvezjoni ta' Vjenna dwar it-Tabelli u s-Sinjali tat-Toroq għandhom jintużaw, għajr fl-Istati Membri li ma japplikawx il-Konvenzjoni ta' Vjenna.

2.1.

Tabella tal-Mini

It-tabella li ġejja għandha titqiegħed f'kull entrata tal-mina:

image

It-tabella E11A għall-Mini tat-Toroq tal-Konvenzjoni ta' Vjenna;

It-tul għandu jkun inkluż fil-parti t'isfel tal-panil jew fuq panil addizzjonali H2.

Għall-mini “il fuq minn 3 000 m, it-tul li baqa' tal-mina għandu jintwera kull 1 000 m.”

L-isem tal-mina jista' jkun indikat ukoll.

2.2.

Tabellar orizzontali

Mmarkar orizzontali għandu jintużaw fit-tarf tal-ġenb tat-triq.

Fil-każ ta' mini b'żewġ direzzjonijiet, mezzi li jidhru sew għandhom jintużaw fil-linja tan-nofs (singolu jew dopju) li jifred iż-żewġ direzzjonijiet.

2.3.

Tabelli u panelli għat-tabellar ta' faċilitajiet

Stazzjonijiet ta' l-emerġenza

L-istazzjonijiet ta' l-emerġenza għandhom ikollhom tabelli ta' informazzjoni, li jkunu tabelli F skond il-Konvenzjoni ta' Vjenna u juru t-tagħmir li huwa disponibbli għall-utent tat-toro q, bħal:

image

Fi stazzjonijiet ta' emerġenza li huma mifrudin mill-mini permezz ta' bieb, test li jinqara sew, miktub b'lingwi xierqa, għandu juri li l-istazzjoni ta' l-emerġenza ma jiżgurax protezzjoni fil-każ ta' ħruq. Eżempju qed jingħata hawn taħt:

“DIN IŻ-ŻONA MA TIPPROVDIX PROTEZZJONI FIL-KAŻ TA' ĦRUQ

Imxi mat-tabelli għall-ħruġ ta' emerġenza”

Toroq għal waqfien fil-ġenb

It-tabelli li juru toroq għall-waqfien fil-ġenb għandhom ikunu tabelli E skond il-Konvenzjoni ta' Vjenna. It-telefoni u l-pajarini għandhom jintwerew f'pannelli oħra jew imdaħħla fit-tabella nnifisha.

image

Ħruġ ta' l-emerġenza

It-tabelli li juru “Ħruġ ta' emerġenza” għandhom ikunu tabelli G skond il-Konvenzjoni ta'.

image

Vjenna. Eżempji qed jintwerew hawn taħt:

image

Sinjali tal-lejn tat-triq

Dawn it-tabelli jistgħu jkunu fit-tond jew rettangolari

image

Tabellar ta' messaġġi varjabbli

Kull tabella ta' messaġġi varjabbli għandha jkollha indikazzjonijiet ċari li javżaw lill-utenti tal-mini b'konġestjoni, waqfien ta' vetturi, inċidenti, ħruġ jew kull periklu ieħor.



( 1 ) ĠU C 220, tas-16.9.2003, p. 26.

( 2 ) ĠU C 256, ta' l-24.10.2003, p. 64.

( 3 ) Opinjoni tal-Parlament Ewropew tad-9 ta' Ottubru 2003 (għadha mhux ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali), il-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill tas-26 ta' Frar 2004 (ĠU C 95 E, ta' l-20.4.2004, p.31) u l-Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew ta' l-20 ta' April 2004 (għadha mhux ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

( 4 ) ĠU L 228 of tad-9.9.1996, p. 1. Id-Deċiżjoni kif emendata mid-Deċiżjoni Nru 1346/2001/KE (ĠU L 185, tas-6.7.2001, p. 1).

( 5 ) ĠU L 184, tas-17.7.1999, p. 23.

Top