Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 01976L0211-20190726

    Consolidated text: Id-Direttiva tal-Kunsill tal-21 ta’ Jannar ta’ l-1976 fuq l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri dwar il-prekondizzjonament bil-piż jew bil-volum ta’ ċerti prodotti f’imballaġġ minn qabel (76/211/KEE)

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/1976/211/2019-07-26

    01976L0211 — MT — 26.07.2019 — 003.001


    Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument

    ►B

    ID-DIRETTIVA TAL-KUNSILL

    tal-21 ta’ Jannar ta’ l-1976

    fuq l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri dwar il-prekondizzjonament bil-piż jew bil-volum ta’ ċerti prodotti f’imballaġġ minn qabel

    (76/211/KEE)

    (ĠU L 046 21.2.1976, p. 1)

    Emendata bi:

     

     

    Il-Ġurnal Uffiċjali

      Nru

    Paġna

    Data

    ►M1

    ID-DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 78/891/KEE tat-28 ta’ Settembru, 1978

      L 311

    21

    4.11.1978

    ►M2

    DIRETTIVA 2007/45/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tal-5 ta' Settembru 2007.

      L 247

    17

    21.9.2007

    ►M3

    REGOLAMENT (UE) 2019/1243 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tal-20 ta’ Ġunju 2019

      L 198

    241

    25.7.2019




    ▼B

    ID-DIRETTIVA TAL-KUNSILL

    tal-21 ta’ Jannar ta’ l-1976

    fuq l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri dwar il-prekondizzjonament bil-piż jew bil-volum ta’ ċerti prodotti f’imballaġġ minn qabel

    (76/211/KEE)



    Artikolu 1

    Din id-Direttiva tirrigwarda l-imballaġġ minn qabel ta’ prodotti ►M2  ————— ( 1 )————— ◄ li huma intenzjonati għal bejgħ f’kwantitajiet ta’ unità kostanti nominali li huma:

     ugwali għal valuri diġa determinati minn min jippakkja,

     espressi f’unitajiet ta’ użin jew volum,

     mhux inqas minn 5g jew 5ml u mhux iktar minn 10 kili jew 10 l.

    Artikolu 2

    1.  Imballaġġ lest fid-definizzjoni ta’ din id-Direttiva hi l-għaqda ta’ prodott u l-imballaġġ individwali li fih hu f’imballaġġ minn qabel.

    2.  Prodott hu f’imballaġġ minn qabel meta hu mqieghed f’pakkett ta’ kwalunkwe għamla mingħajr ma x-xerrej ikun preżenti u l-kwantità ta’ prodott fil-pakkett għandu valur diġa determinat u ma jistax jinbidel mingħajr ma’ l-pakkett jew jinfetaħ jew ikum hemm modifikazzjoni perċetibbli.

    Artikolu 3

    1.  Il-pakketti f’imballaġġ minn qabel li jistgħu jkollhom il-marka ta’ l-KEE speċifikata f’sezzjoni 3.3 ta’ l-Anness I huma dawk li jikkonformaw ma’ din id-Direttiva u ma’ l-Anness I hawn imniżżla.

    2.  Huma għandhom ikunu soġġetti għal kontroll metroloġiku taħt il-kondizzjonijiet imfissra fl-Anness I, sezzjoni 5 u f’L-Anness II

    Artikolu 4

    1.  Il-pakketti f’imballaġġ minn qabel msemmija fl-Artikolu 3 għandhom, ma’ l-Anness I, jkollhom indikazzjoni ta’ l-użin jew volum tal-prodott, magħruf bħala ‘użin nominali’ jew ‘volum nominali’, li huma rikjesti li jkollhom.

    2.  Imballaġġ lesti ta’ prodotti ta’ likwidi għandhom ikunu mmarkati bil-volum nominali u pakketti pakkeġjati lesti ta’ prodotti oħra għandhom jkunu mmarkati bl-użin nominali, ħlief fil-każ ta’ prattika tal-kummerċ jew regolamenti nazzjonali li jipprovdu xort’ohra u li huma identiċi fl-Istati Membri kollha, jew fil-każ ta’ regoli tal-Komunità kontrarji.

    3.  Jekk prattika tal-kummerċ jew regolamenti nazzjonali m’humiex l-istess fl-Istati Membri kollha għal kategorija ta’ prodotti jew għal tip ta’ imballaġġ lest, dak l-imballaġġ lest għandu juri mill-inqas l-informazzjoni metroloġika li tikkorrispondi għal prattika tal-kummerċ jew regolamenti nazzjonali fil-pajjiż ta’ destinazzjoni.

    4.  Sakemm jiskadi il-perjodu transitorju fejn l-użu tal-unitajiet imperjali tal-kejl li jidhru fl-Anness II għad-Direttiva tal-Kunsill 71/354/KEE tat-18 ta’ Ottubru ta’ l-1971 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li jittrattaw il-unitajiet ta’ miżuri ( 2 ), kif emendat permezz ta’ l-Att taa Adeżjoni, hu awtoriżżat fil-Komunità, l-indikazzjoni ta’ l-użin nominali u/jew volum nominali tal-kontenut espressi f’unitajiet SI ta’ skond is-sezzjoni 3.1 ta’ l-Anness I ta’ din id-Direttiva għandha, jekk l-Ingilterra jew l-Irlanda hekk tixtieq, tkun akkumpanjata fuq it-territorji nazzjonali tagħhom, permezz ta’ indikazzjoni tal-valur ekwivalenti f’unitajiet imperjali ta’ miżuri (UK), ikkalkulat fuq il-bażi tal-fatturi ta’ konverżjoni segwenti:

    1 g = 0.0353 uqijiet (avoirdupois),

    1 kg = 2 205 libbri

    1 ml = 0.0352 uqijiet fluwidi,

    1 l = 1 760 pinti jew 220 glalen.

    Artikolu 5

    L-Istati Membri ma jistgħux jirrifjutaw, jipprojbixxu jew jirristrinġu t-tqiegħed fis-suq ta’ imballaġġ lest li jissodisfa r-rekwiżiti u t-testijiet preskritti f’din id-Direttiva għal raġunijiet li jikkonċernaw il-marki rekwiżiti li jinstabu f’dan l-imballaġġ minn qabel skond din id-Direttiva, id-determinazzjoni tal-volum jew użin tagħhom, jew il-metodi li permezz tagħhom huma tkejlu jew ġew ivverifikati.

    ▼M3

    Artikolu 6

    Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 6a li jemendaw l-Annessi I u II biex jiġu adattati għall-progress tekniku.

    ▼M3

    Artikolu 6a

    1.  Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati hija mogħtija lill-Kummissjoni suġġett għall-kondizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu.

    2.  Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta l-atti delegati msemmija fl-Artikolu 6 għal perijodu ta’ żmien ta’ ħames snin mis-26 ta’ Lulju 2019. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tad-delega ta’ setgħa mhux iktar tard minn disa’ xhur qabel ma jintemm il-perijodu ta’ ħames snin. Id-delega ta’ setgħa għandha tiġi estiża awtomatikament għal perjodi ta’ żmien identiċi, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjona għal tali estensjoni mhux iktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta’ kull perjodu.

    3.  Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 6 tista’ tiġi rrevokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni li tirrevoka għandha ttemm id-delega ta’ setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Għandha ssir effettiva fil-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data aktar tard speċifikata fih. Hija ma għandhiex taffettwa l-validità ta’ kwalunkwe att delegat diġà fis-seħħ.

    4.  Qabel ma tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta esperti nominati minn kull Stat Membru f’konformità mal-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet ( 3 ).

    5.  Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

    6.  Att delegat adottat skont l-Artikolu 6 għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tiġix espressa oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien tliet xhur min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perijodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex ser joġġezzjonaw. Dak il-perijodu għandu jiġi estiż b’xahrejn fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

    ▼B

    Artikolu 7

    1.  L-Istati Membri għandhom jinfurzaw il-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva fi żmien 18-il xahar min-notifika tagħha u għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni minnufih b’dan.

    2.  Bħala deroga mill-paragrafu 1, il-Belġju, l-Irlanda, l-Olanda u l-Ingilterra jistgħu jiddiferixxu l-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva u l-Anness tagħha sa mhux iktar tard mill-31 ta’ Diċembru ta’ l-1979.

    3.  Waqt il-perjodu meta d-Direttiva ma tkunx qiegħda topera fi Stat Membru, dak l-Istat Membru ma għandux jintroduċi miżuri ta’ kontroll iktar iebsa rigward il-kwantita’ li hemm fl-imballaġġ minn qabel kopert minn din id-Direttiva u li ġej minn Stati Membri oħra minn dawk fis-seħħ meta d-Direttiva ġiet adottata.

    4.  Matul l-istess perjodu, l-Istati Membri li implimentaw id-Direttiva għandhom jaċċettaw dawk l-imballaġġ minn qabel ġejjin minn Stati Membri li jibbenefikaw mid-deroga provduta fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu li jikkonforma ma’ sezzjoni 1 ta’ l-Anness I, anke jekk ma għandhomx is-sinjal KEE fuqhom li hi msemmija f’sezzjoni 3.3 ta’ l-Anness I, fuq l-istess bażi u taħt l-istess kondizzjonijiet bħal dak l-imballaġġ minn qabel li jikkonforma mar-rekwiżiti kollha tad-Direttiva.

    5.  Il-verifiki provduti fl-Anness I, sezzjoni 5 għandhom jinħarġu mill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat Membru ta’ destinazzjoni meta l-imballaġġ minn qabel immanifatturat barra l-Komunità huwa importat fit-territorju tal-Komunità fi Stat Membru li għadu ma implimentax id-Direttiva skond dan l-Artikolu.

    6.  L-Istati Membri għandhom jassiguraw li t-test tad-dispożizzjonijiet prinċipali tal-liġi nazzjonali li jadottaw fil-qasam kopert b’din id-Direttiva huma kkomunikati lill-Kummissjoni.

    Artikolu 8

    Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.




    ANNESS I

    1.   GĦANIJIET

    Imballaġġ minn qabel kopert permezz ta’ din id-Direttiva għandhu jkun magħmul b’tali mod li l-pakketti kompluti jissodisfaw l-ħtiġiet li ġejjin;

    1.1.

    il-kontenuti attwali ma għandhomx ikunu inqas, b’medja, mill-kwantità nominali;

    1.2.

    il-proporzjon ta’ l-imballaġġ minn qabel li għandu żball negattiv ikbar mill-iżball negattiv tollerabli stabbilit f’2.4 għandu jkun suffiċjentement żgħir għal gruppi ta’ imballaġġ minn qabel sabiex jisoddisfa r-rekwiziti tat-testijiet speċifikati fl-Anness II;

    1.3.

    l-ebda imballaġġ lest li għandu żball negattiv ikbar minn darbtejn l-iżball negattiv tollerabli mogħti fil-lista f’2.4 ma jista’ jkollu s-sinjal tal-KEE fuqu provdut f’3.3.

    2.   DEFINIZZJONIJIET U DISPOSIZZJONIJIET BAŻIĊI

    2.1.

    Il-kwantità nominali (użin nominali jew volum nominali) tal-kontenuti ta’ pakkett lest hu l-użin jew volum indikat fuq l-imballaġġ minn qabel, jiġifieri l-kwantità tal-prodott li l-imballaġġ hu maħsub li jikkontjeni.

    2.2.

    Il-kontenuti attwali ta’ l-imballaġġ minn qabel huma l-kwantità (użin jew volum) ta’ prodott li fil-fatt jikkontjeni. Fl-operazzjonijiet kollha għal verifika ta’ prodotti espressi f’unitajiet ta’ volum, il-valur użat għal kontenuti attwali għandhom ikunu mkejla jew koreġuti f’temperatura ta’ 20oC, tkun li tkun it-temperatura f’liema isir l-imballaġġ jew il-verifika. Iżda, din ir-regola ma għandhiex tapplika għal prodotti surġelati jew iffriżati, li l-kwantitajiet tagħhom hija espressa f’unitajiet ta’ volum.

    2.3.

    L-iżball negattiv ta’ imballaġġ minn qabel hu l-kwantità permezz ta’ liema kontenuti attwali ta’ l-imballaġġ minn qabel huma inqas mill-kwantità nominali.

    ▼M1

    2.4.

    L-iżball negattiv tollerabbli fil-kontenut ta’ pakkett għal-lest ikun iffissat bi qbil mat-tabella ta’ hawn taħt:



    Kwantità nominali Qn fi grammi jew millilitri

    Żball negattiv tollerabbli

    bħala % ta’ Qn

    g jew ml

    5 sa 50

    9

    minn 50 sa 100

    4.5

    minn 100 sa 200

    4.5

    minn 200 sa 300

    9

    minn 300 sa 500

    3

    minn 500 sa 1 000

    15

    minn 1 000 sa 10 000

    1.5

    Meta tintuża t-tabella, il-valuri ta’ l-iżbalji negattivi tollerabbli murija bħala perċentwali fit-tabella, ikkalkulati f’piż jew volum, għandhom ikunu mdawra sa l-eqreb deċimi ta’ gramm jew millilitru.

    ▼M1 —————

    ▼B

    3.   ISKRIZZJONIJIET U MARKI

    L-imballaġġ minn qabel kollu magħmul skond din id-Direttiva għandu jkollu fuq il-pakkett il-marki li ġejjin mwaħħla b’tali mod li ma jithassrux, jinqraw faċilment u viżibbli fuq l-imballaġġ minn qabel f’kondizzjonijiet normali ta’ preżentazzjoni:

    ▼M1

    3.1.

    il-kwantità nominali (piż nominali jew volum nominali) espressa f’kilogrammi, grammi litri, ċentilitri jew millilitri u mmarkata f’ċifri ta’ l-inqas 6 mm għoli jekk il-kwantità nominali tkun ikbar minn 1,000 g jew 100 cl, 4 mm għoli jekk hija tkun minn 1,000 g jew 100 cl inkluż sa imma mhux inkluż 200 g jew 20 cl, 3mm għoli jekk tkun minn 200 g jew 20 cl sa iżda mhux inkluż 50 g jew 5 cl, 2 mm għoli jekk mhux iktar minn 50 g jew 5 cl, segwita bis-simbolu għall-kejl użat jew fejn xieraq mill-isem tal-kejl, bi qbil mad-Direttiva 71/354/KEE, kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 76/770/KEE

    immarkar f’kejl imperjali (Renju Unit) għandu jkun f’ittri u ċifri ta’ dimensjonijiet mhux ikbar minn dawk ta’ l-immarkar korrispondenti f’kejl SI;

    ▼B

    3.2.

    marka jew iskrizzjoni li tippermetti d-dipartimenti kompetenti sabiex jiddentifikaw min jippakkja jew il-persuna li tirranġa għall-iimballaġġ jew l-importatur stabbilit fil-Komunità;

    3.3

    “e” żgħira, għall-inqas 3mm għolja, imqiegħda fl-istess pjan ta’ viżjoni bħall-indikazzjoni ta’ l-użin nominali jew volum nominali, li tikkonstitwixxi garanzija minn min jippakkja jew l-importatur li l-imballaġġ minn qabel jħares il-ħtiġiet ta’ din id-Direttiva.

    Din l-ittra għandu jkollha l-għamla kif murija fit-tpinġija f’sezzjoni 3 ta’ l-Anness II għad-Direttiva 71/316/KEE.

    L-Artikolu 12 ta’ din l-aħħar Direttiva għandha tapplika mutatis mutandis.

    4.   RESPONABBILITÀ TA’ MIN JIPPAKKJA JEW IMPURTATUR

    Min jippakkja jew l-impurtatur għandu jkun responsabbli sabiex jassigura li l-imballaġġ minn qabel jħares ir-rekwiżiti ta’ din id-Direttiva.

    Il-kwantità ta’ prodott f’imballaġġ lest (jew kwantità ta’ imballaġġ), magħruf bħala il-“kontenuti attwali”, għandu jkun imkejjel jew ivverifikat permezz ta’ l-użin jew volum fuq ir-responsabbilità ta’ min jippakkja u/jew impurtatur. Il-kejl jew verifika għandu jsir permezz ta’ strument ta’ miżuri legali adattat biex isiru l-operazzjonijiet meħtieġa.

    Il-verifika tista’ ssir permezz ta’ kampjuni.

    Fejn il-kontenuti attwali mhumiex mkejla, il-verifika maħruġa minn min jippakkja għandu jkun hekk organizzat li l-kwantitàjiet tal-kontentui hu assigurat effettivament.

    Din il-kondizzjoni hi mwettqa jekk min jippakkja joħroġ verifiki ta’ produzzjoni skond il-proċeduri magħrufa mid-dipartimenti kompetenti fl-Istati Membri u jekk iżomm fid-dispożizzjoni ta’ dawk id-dipartimenti d-dokumenti li jikkontjenu r-riżultati ta’ tali verifika, sabiex jiċċertifikaw li dawn il-verifiki, flimkien ma’ kwalunkwe korrezzjonijiet u aġġustamenti li dehru meħtieġa, saru korrettement u preċiżament.

    Fil-każ ta’ importazzjoni minn pajjiżi mhux fil-KEE, l-impurtatur jista’ minnflok ma’ jkejjel u jivverifika jipprovdi evidenza li hu fil-pussess tal-garanziji neċessarji kollha li jħalluh jassumi r-responsabbilità.

    Fil-każ ta’ prodotti f’kwantitajiet espressi f’unitajiet ta’ volum, wieħed minn bosta metodi ta’ tħaris tal-ħtiġiet ta’ kejl u verifika hu li jintuża, fil-preparazzjoni ta’ l-imballaġġ minn qabel, kontenitur ta’ kejl tat-tip definit fid-Direttiva li tirriferi għalih, mimli taħt il-kundizzjonijiet preskritti f’dik id-Direttiva u hawn imsemmi.

    ▼M1

    5.   KONTROLL LI GĦANDU JITWETTAQ MID-DIPARTIMENTI KOMPETENTI FIL-POST TA’ MIN JIPPAKKJA JEW TA’ L-IMPORTATUR JEW TA’ L-AĠENT TIEGĦU STABBILIT FIL-KOMUNITÀ

    Kontroll biex ikun assigurat li l-pakketti għal-lest ikunu konformi mad-disposizzjonijiet ta’ din id-Direttiva għandu jitwettaq mid-dipartimenti kompetenti ta’ l-Istati Membri b’teħid ta’ kampjuni fil-post ta’ min jippakkja jew, jekk dan mhux prattikabbli, fil-post ta’ l-importatur jew ta’ l-aġent tiegħu stabbiliti fil-Komunità.

    Dan il-kontroll ta’ l-istatistika tat-teħid ta’ kampjuni għandu jitwettaq bi qbil mal-metodi aċċettati ta’ spezzjoni ta’ aċċettazzjoni ta’ kwalità. L-effettività tiegħu għandha tkun komparabbli għal dik tal-metodu ta’ riferenza speċifikat fl-Anness II.

    Għalhekk rigward il-kriterju għall-kontenut minimu aċċettabbli, pjan ta’ teħid ta’ kampjuni użat minn Stat Membru għandu jitqies bħala komparabbli ma’ dak rakkomandat fl-Anness II jekk l-abscissa tal-punt ordnat 0.10 tal-kurva karatteristika operattiva ta’ l-ewwel pjan (probabbiltà ta’ aċċettazzjoni tal-lott = 0.10) tiżvija b’inqas minn 15 % mill-abscissa tal-punt korrispondenti tal-kurva karatteristika operattiva tal-pjan ta’ teħid ta’ kampjuni rakkomandat fl-Anness II.

    Rigward il-kriterju għall-medja kkalkulata bil-metodu normali ta’ devjazzjoni, pjan ta’ teħid ta’ kampjuni wżat minn Stat Membru għandu jitqies bħala komparabbli ma’ dak rakkomandat fl-Anness II jekk, waqt li jitqiesu l-kurvi karatteristiċi operattivi taż-żewġ pjani li jkollhom bħala abscissa assi
    image  ( 4 )-abscissa tal-punt ordnat 0.10 tal-kurva ta’ l-ewwel pjan (probabbiltà ta’ aċċettazzjoni tal-lott = 0.10) tiżvija b’inqas minn 0.05 mill-abscissa tal-punt korrispondenti tal-kurva tal-pjan ta’ teħid ta’ kampjuni rakkomandat fl-Anness II.

    ▼B

    6.   VERIFIKI OĦRA MAĦRUĠA MID-DIPARTIMENTI KOMPETENTI

    Din id-Direttiva ma għandix teskludi l-ebda verifika li jistgħu jinħarġu mid-dipartimenti kompetenti ta’ l-Istati Membri f’kwalunkwe stat tal-proċess ta’ marketing, b’mod partikolari b’għan ta’ verifika li l-imballaġġ minn qabel jilħaq il-ħtiġiet tad-Direttiva.

    L-Artikolu 15(2) tad-Direttiva 71/316/KEE għandu japplika mutatis mutandis.




    ▼M1

    ANNESS II

    Dan l-Anness jistabbilixxi l-proċeduri tal-metodu ta’ riferenza għall-kontroll ta’ statistika ta’ lottijiet gruppi ta’ pakketti għal-lest biex jilħqu l-kundizzjonijiet ta’ l-Artikolu 3 tad-Direttiva tat-Taqsima 5, l-Anness I ta’ din.

    1.   KUNDIZZJONIJIET GĦAL KEJL TAL-KONTENUT EFFETTIV TA’ PAKKETTI GĦAL-LEST

    Il-kontenut effettiv ta’ pakketti għal-lest jistgħu jitkejlu direttament permezz ta’ strumenti ta’ użin jew ta’ strumenti volumetriċi jew, fil-każ ta’ likwidi, indirettament, bl-użin tal-prodott ippakkjat għal-lest u billi titkejjel id-densità tiegħu.

    Irrispettivament mill-metodu wżat, l-iżball magħmul fil-kejl tal-kontenut effettiv ta’ pakkett għal-lest ma għandux jaqbeż wieħed minn ħamsa ta’ l-iżball negattiv tollerabbli għall-kwantità nominali fil-pakkett għal-lest

    Il-proċedura għal kejl tal-kontenut effettiv ta’ pakkett għal-lest tista’ tkun soġġetta għal regolamenti domestiċi f’kull Stat Membru.

    2.   ĦTIĠIET GĦALL-KONTROLL TA’ LOTTIJIET TA’ PAKKETTI GĦAL-LEST

    Il-kontroll ta’ pakketti għal-lest għandu jitwettaq b’teħid ta’ kampjuni u għandu jkun f’żewġ partijiet:

     kontroll li jkopri l-kontenut effettiv ta’ kull pakkett għal-lest fil-kampjun,

     kontroll ieħor fuq il-medja tal-kontenut effettiv tal-pakketti għal-lest fil-kampjun.

    Lott ta’ pakketti għal-lest għandu jitqies aċċettabbli jekk ir-riżultati ta’ dan il-kontroll doppju jissodisfaw l-kriterji ta’ aċċettazzjoni.

    Għal kull wieħed minn dan il-kontroll, hemm żewġ pjani ta’ teħid ta’ kampjuni:

     wieħed għal ittestjar mhux distruttiv, jiġifieri ttestjar li ma jinvolvix ftuħ tal-pakkett,

     l-ieħor għal ittestjar distruttiv, jiġifieri ttestjar li jinvolvi ftuħ u distruzzjoni tal-pakkett,

    Għal raġunijiet prattiċi u ekonomiċi, it-test ta’ l-aħħar għandu jkun limitat għall-minimu essenzjali assolut; huwa jkun inqas effettiv mit-test mhux distruttiv.

    Ittestjar distruttiv għandu għalhekk jintuża biss meta ttestjar mhux distruttiv ikun imprattikabbli. Bħala regola ġenerali dan ma għandux ikun applikat għal lottijiet ta’ inqas minn 100 biċċa.

    2.1.   Lottijiet ta’ pakkett għal-lest

    2.1.1.

    Il-lott għandu jkun fih il-pakketti kollha għal-lest ta’ l-istess kwantità nominali, l-istess tip u l-istess produzzjoni, ippakkjati fl-istess post, li jkun għad iridu jiġu spezzjonati. Id-daqs tal-lott għandu jkun limitat għall-ammonti stabbiliti hawn taħt.

    2.1.2.

    Meta pakketti għal-lest ikunu ċċekkjati fl-aħħar tal-linja ta’ l-ippakkjar, l-għadd f’kull lott għandu jkun ugwali għall-produzzjoni massima li toħroġ kull siegħa mil-linja ta’ ippakkjar, mingħajr ebda restrizzjoni dwar id-daqs tal-lott.

    F’każijiet oħra d-daqs tal-lott għandu jkun limitat għal 10 000 .

    2.1.3.

    Għal lottijiet ta’ inqas minn 100 pakkett għal-lest, it-test mhux distruttiv, fejn jitwettaq, għandu jkun 100 %.

    2.1.4.

    Qabel it-testijiet fi 2.2 u 2.3 jitwettqu, għadd suffiċjenti ta’ pakketti għal-lest għandhom jittieħdu bl-addoċċ mil-lott biex il-kontroll li jkun jeħtieġ kampjun ikbar ikun jista’ jitwettaq.

    Għall-kontroll l-ieħor, il-kampjun meħtieġ għandu jittieħed saltwarjament mill-ewwel kampjun u jkun immarkat.

    L-operazzjoni ta’ l-immarkar għandha tkun kompluta qabel il-bidu ta’ l-operazzjonijiet tal-kejl.

    2.2.   Kontroll tal-kontenut effettiv ta’ pakkett għal-lest

    Il-kontenut aċċettabbli minimu għandu jkun ikkalkulat billi jitnaqqas l-iżball negattiv ollerabbli mill-kontenuti konċernati mill-kwantità nominali tal-pakkett għal-lest.

    Pakketti għal-lest fil-lott li l-kontenut effettiv tagħhom jkunu inqas mill-kontenut aċċettabbli minimi għandhom ikunu kkunsidrati difettużi.

    2.2.1.   Ittestjar mhux distruttiv

    Ittestjar mhux distruttiv jitwettaq skond il-pjan ta’ kampjonar doppju kif muri fit-tabella t’hawn taħt:

    L-ewwel għadd ta’ pakketti għal-lest iċċekkjat għandu jkun ugwali għall-għadd ta’ biċċiet fl-ewwel kampjun, kif indikat fil-pjan:

     jekk l-għadd ta’ biċċiet difettużi misjuba fl-ewwel kampjun ikun inqas minn jew ugwali għall-ewwel kriterju ta’ aċċettazzjoni, il-lott għandu jitqies aċċettabbli għall-iskop ta’ dan il-kontroll,

     jekk l-għadd ta’ biċċiet difettużi misjuba fl-ewwel kampjun ikun ugwali jew ikbar mill-ewwel kriterju ta’ twarrib, il-lott għandu jkun imwarrab,

     jekk l-għadd ta’ biċċiet difettużi misjuba fl-ewwel kampjun bejn l-ewwel kriterju ta’ aċċettazzjoni u l-ewwel kriterju ta’ twarrib, għandu jkun iċċekkjat it-tieni kampjonar, l-għadd ta’ biċċiet li fihom huwa indikat fil-pjan.

    Il-biċċiet difettużi misjuba fl-ewwel u t-tieni kampjuni għandhom jiżdiedu flimkien u:

     jekk l-għadd totali ta’ biċċiet difettużi jkun inqas minn jew ugwali għat-tieni kriterju ta’ aċċettazzjoni, il-lott għandu jitqies aċċettabbli għall-iskop ta’ dan il-kontroll,

     jekk l-għadd totali ta’ biċċiet difettużi jkun ikbar minn jew ugwali għat-tieni kriterju ta’ twarrib, il-lott għandu jkun imwarrab,

     



    Kampjuni

    Għadd ta’ biċċiet difettużi

    Għadd f’lott

    Ordni

    Għadd

    Għadd totali

    Kriterju ta’ aċċettazzjoni

    Kriterju ta’ twarrib

    100 sa 500

    l-ewwel

    30

    30

    1

    3

     

    it-tieni

    30

    60

    4

    5

    501 sa 3,200

    l-ewwel

    50

    50

    2

    5

     

    it-tieni

    50

    100

    6

    7

    3,201 u fuqhom

    l-ewwel

    80

    80

    3

    7

     

    it-tieni

    80

    160

    8

    9

    2.2.2.   Ittestjar distruttiv

    Ittestjar distruttiv għandu jitwettaq bi qbil mal-pjan wieħed ta’ teħid ta’ kampjuni ta’ hawn taħt u għandu jintuża biss għal lottijiet ta’ 100 jew iktar.

    L-għadd ta’ pakketti għal-lest iċċekkjati għandu jkun ugwali għal 20.

     Jekk l-għadd ta’ biċċiet difettużi misjuba fil-kampjun ikun inqas minn jew ugwali għall-ewwel kriterju ta’ aċċettazzjoni, il-lott ta’ pakketti għal-lest għandu jitqies bħala aċċettabbli.

     Jekk in-numru t’unitajiet difettużi misjub fil-kampjun huwa ugwali jew ikbar mill-kriterja tat-twarrib, il-grupp ta’ pripakkeġġi jkun imwarrab.

     



    Għadd f’lott

    Għadd f’kampjun

    Għadd ta’ biċċiet difettużi

    Kriterju ta’ aċċettazzjoni

    Kriterju ta’ twarrib

    Ikun xi jkun l-għadd (≥ 100)

    20

    1

    2

    ▼B

    2.3.   Verifika tal-medja tal-kontenuti attwali ta’ l-imballaġġ minn qabel individwali li jagħmlu grupp

    2.3.1.

    Grupp ta’ imballaġġ lest għandu jkun ikkunsidrat bħala aċċettabbli għall–għanijiet ta’ din il-verifika jekk il-valur medju

    image

    tal-kontenuti attwali xi ta’ imballaġġ lest n f’kampjunhu ikbar mill-valur:

    image

    F’din il-formula:

    Qn = il-kwantità nominali ta’ l-imballaġġ minn qabel,

    n = in-numru ta’ imballaġġ lest fil-kampjun għal din il-verifika,

    s = id-devjazzjoni standard stmata tal-kontenuti attwali tal-grupp,

    t (1 – α) = 0995 livell ta’ kunfidenza ta’ distribuzzjoni ta’ Student b’ v = n – 1 grad ta’ libertà.

    2.3.2.

    Jekk xi hija l-valur mkejjel għal kontenuti attwali ta’ l-oġġett i fil-kampjun li jikkontjeni n oġġetti mela:

    2.3.2.1.

    il-medja tal-valuri mkejla għall-kampjun jinkiseb permezz tal-kalkulazzjoni li ġejja:

    image

    2.3.2.2.

    u l-valur stmat tad-devjazzjoni standard s permezz tal-kalkulazzjoni li ġejja:

     l-għadd kwadrat tal-valuri mkejla:
    image

     il-kwadrat ta’ l-għadd tal-valuri mkejla mkejla
    image

     mbagħad
    image

     l-għadd korreġġut:
    image

     il-varjanza stmata:
    image

     il-valur stmat tad-devjazzjoni standard hi:
    image

    2.3.3.

    Kriterji għall-aċċettazzjoni jew rifjut tal-grupp ta’ imballaġġ lest għal verifika tal-medja:

    2.3.3.1.

    Kriterji għat-testjar mhux distruttiv



    Numru fil-grupp

    Numru fil-kampjun

    Kriterji

    Accettazzjoni

    Rifjut

    100 sa 500 (inkluż)

    30

    image

    image

    > 500

    50

    image

    image

    2.3.3.2.

    Kriterji għat-testjar distruttiv



    Numru fil-grupp

    Numru fil-kampjun

    Kriterji

    Accettazzjoni

    Rifjut

    Ikun li jkun in-numru (≥100)

    20

    image

    image



    ( 1 ) ĠU L 42, 15.2.1975, p. 1.

    ( 2 ) ĠU L 243, 29.10.1971, p. 29.

    ( 3 ) ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1.

    ( 4 ) m = il-medja effettiva tal-lott.

    Top