EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32008D0195

2008/195/KE: Deċiżjoni tal-Kunsill tat- 18 ta' Frar 2008 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika Kirigiża dwar ċerti aspetti tas-servizzi ta’ l-ajru

ĠU L 60, 5.3.2008, p. 29–29 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2008/195/oj

Related international agreement

5.3.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 60/29


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tat-18 ta' Frar 2008

dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika Kirigiża dwar ċerti aspetti tas-servizzi ta’ l-ajru

(2008/195/KE)

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 80(2) flimkien ma’ l-ewwel sentenza ta’ l-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 300(2), u l-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 300 (3) tiegħu,

Wara li kkunsidra il-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew,

Billi:

(1)

Il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni fil-5 ta’ Ġunju ta’ l-2003 tiftaħ in-negozjati ma’ pajjiżi terzi dwar il-bdil ta’ ċerti dispożizzjonijiet fi ftehimiet bilaterali eżistenti bi ftehim Komunitarju.

(2)

Il-Kummissjoni nnegozjat f’isem il-Komunità ftehim mar-Repubblika Kirgiża dwar ċerti aspetti tas-servizzi ta’ l-ajru (“il-Ftehim”) skond il-mekkanizmi u d-Direttivi fl-Anness tad-Deċiżjoni tal-Kunsill li tawtorizza lill-Kummissjoni tiftaħ negozjati ma’ pajjiżi terzi dwar il-bdil ta’ ċerti dispożizzjonijiet fi ftehimiet bilaterali eżistenti bi ftehim Komunitarju.

(3)

Il-Ftehim ġie ffirmat f’isem il-Komunità Ewropea suġġett għall-konklużjoni possibbli tiegħu f’data aktar ‘il quddiem, skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/470/KE (1).

(4)

Dan il-ftehim għandu jiġi approvat,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

1.   Il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika Krigiża dwar ċerti aspetti tas-servizzi ta’ l-ajru huwa b’dan approvat f’isem il-Komunità.

2.   It-test tal-Ftehim huwa anness ma’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill huwa b’dan awtorizzat li jinnomina l-persunali bis-setgħa li tagħmel jew jagħmlu n-notifika prevista fl-Artikolu 9.1 tal-Ftehim.

Magħmul fi Brussell, 18 ta’ Frar 2008.

Għall-Kunsill

Il-President

D. RUPEL


(1)  ĠU L 179, 7.7.2007, p. 38.


Top