Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32006D0953

    Deċiżjoni tal-Kunsill tas- 27 ta’ Marzu 2006 dwar l-iffirmar u l-applikazzjoni proviżorja tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Renju tal-Marokk dwar ċerti aspetti tas-servizzi ta' l-ajru

    ĠU L 386, 29.12.2006, p. 17–17 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PT, SK, SL, FI, SV)
    ĠU L 200M, 1.8.2007, p. 565–565 (MT)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (BG, RO, HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2006/953/oj

    Related international agreement

    32006D0953

    Deċiżjoni tal-Kunsill tas- 27 ta’ Marzu 2006 dwar l-iffirmar u l-applikazzjoni proviżorja tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Renju tal-Marokk dwar ċerti aspetti tas-servizzi ta' l-ajru

    Official Journal L 386 , 29/12/2006 P. 0017 - 0017
    Official Journal L 200 , 01/08/2007 P. 0565 - 0565


    20060327

    Deċiżjoni tal-Kunsill

    tas- 27 ta’ Marzu 2006

    dwar l-iffirmar u l-applikazzjoni proviżorja tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Renju tal-Marokk dwar ċerti aspetti tas-servizzi ta' l-ajru

    (2006/953/KE)

    IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 80(2), flimkien ma' l-ewwel sentenza ta' l-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 300(2) tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

    Billi:

    (1) Fil- 5 ta' Ġunju ta' l-2003, il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni biex tiftaħ in-negozjati ma' pajjiżi terzi dwar is-sostituzzjoni ta' ċerti disposizzjonijiet fi ftehim bilaterali eżistenti bi Ftehim Komunitarju.

    (2) Il-Kummissjoni nnegozjat, f'isem il-Komunità, Ftehim mar-Renju tal-Marokk dwar ċerti aspetti tas-servizzi ta' l-ajru, hawn aktar 'il quddiem imsemmi "il-Ftehim", skond il-mekkaniżmi u d-direttivi fl-Anness għad-Deċiżjoni tal-Kunsill li jawtorizza lill-Kummissjoni tiftaħ negozjati ma' pajjiżi terzi dwar is-sostituzzjoni ta' ċerti disposizzjonijiet fi ftehim bilaterali eżistenti bi Ftehim Komunitarju.

    (3) Il-ftehim għandu jiġi ffirmat u applikat b'mod provviżorju, soġġett għal konklużjoni tiegħu f'data aktar tard,

    IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

    Artikolu 1

    L-iffirmar tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Renju tal-Marokk dwar ċerti aspetti tas-servizzi ta' l-ajru qiegħed hawn jiġi approvat f'isem il-Komunita', soġġett għad-Deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni ta' l-imsemmi Ftehim.

    It-test tal-ftehim huwa mehmuż ma' din id-Deċiżjoni.

    Artikolu 2

    Il-President tal-Kunsill qiegħed hawn jiġi awtorizzat jagħżel il-persuna(i) bis-setgħa li jiffirma(w) il-Ftehim f'isem il-Komunita' soġġett għall-konklużjoni tiegħu.

    Artikolu 3

    Sakemm jidħol fis-seħħ, il-Ftehim għandu jiġi applikat provviżorjament mill-ewwel jum ta' l-ewwel xahar wara d-data li fiha l-Partijiet ikunu nnotifikaw lil xulxin dwar il-konklużjoni tal-proċeduri meħtieġa għal dan il-għan.

    Artikolu 4

    Il-President tal-Kunsill qiegħed hawn jiġi awtorizzat jagħmel in-notifika prevista fl-Artikolu 8(2) tal-Ftehim.

    Magħmul fi Brussell, 27 ta’ Marzu 2006.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    M. Gorbach

    --------------------------------------------------

    Top