Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32002R2342

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE, EURATOM) Nru 2342/2002 tat-23 ta' Diċembru 2002 li jippreskrivi regoli ddettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 fuq ir-Regolamenti Finanzjaru li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej

    ĠU L 357, 31.12.2002, p. 1–71 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2012; Imħassar b' 32012R1268

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2002/2342/oj

    32002R2342



    Official Journal L 357 , 31/12/2002 P. 0001 - 0071


    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE, EURATOM) Nru 2342/2002

    tat-23 ta' Diċembru 2002

    li jippreskrivi regoli ddettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 fuq ir-Regolamenti Finanzjaru li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej

    TABELLA TAL-KONTENUT

    L-EWWEL PARTI DISPOSIZZJONIJIET KOMUNI

    TITOLU I SUĠĠETT

    TITLOLU II PRINĊIPJI TAL-BUDGET

    Kapitolu 1 Prinċipji ta' unità u l-eżattezza tal-budget

    Kapitolu 2 Il-Prinċipju ta' annwalità

    Kapitolu 3 (Kapitolu 4 tar-Regolament Finanzjarju) Il-Prinċipju ta' l-unità ta' kontijiet

    Kapitolu 4 (Kapitolu 5 tar-Regolament Finanzjarju) Il-Prinċipju ta' universalità

    Kapitolu 5 (Kapitolu 6 tar-Regolament Finanzjarju) Il-Prinċipju ta' speċifikazzjoni

    Kapitolu 6 (Kapitolu 7 tar-Regolament Finanzjarju) Il-Prinċipju ta' treġija finanzjarja tajba

    Kapitolu 7 (Kapitolu 8 tar-Regolament Finanzjarju) Il-Prinċipju ta' trasparenza

    TITOLU III L-ISTABBILIMENT U L-ISTRUTTURA TAL-BUDGET

    Kapitolu 1 L-Istabbiliment tal-budget

    Kapitolu 2 L-Istruttura u l-presentazzjoni tal-budget

    TITOLU IV L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-BUDGET

    Kapitolu 1 Disposizzjonijiet ġenerali

    Kapitolu 2 Metodi ta' implimentazzjoni.

    Taqsima 1 Disposizzjonijiet ġenerali

    Taqsima 2 Disposizzjonijiet speċjali

    Kapitolu 3 Atturi finanzjarji

    Taqsima 1 Id-Drittijiet u l-obbligi ta' l-atturi finanzjarji

    Taqsima 2 Uffiċjal ta' awtorizzazzjoni

    Taqsima 3 Uffiċjal tal-Kontijiet

    Taqsima 4 Amministratur tal-kontijiet ta' antiċipi

    Kapitolu 4 Piżijiet ta' l-atturi finanzjarji

    Taqsima 1 Regoli ġenerali

    Taqsima 2 Regoli applikabbli għall-uffiċjali ta' awtorizzazzjoni skond id-delegazzjoni u s-subdelegazzjoni

    Kapitolu 5 Operazzjonijiet ta' dħul

    Taqsima 1 Riżorsi proprji

    Taqsima 2 Stima ta' l-ammonti li għandhom jitħallsu

    Taqsima 3 Kemm għandu jitħallas

    Taqsima 4 Awtorizzazzjoni għall-irkupru

    Taqsima 5 L-Irkupru

    Kapitolu 6 Operazzjonijiet ta' Nfiq

    Taqsima 1 Ir-Rabta ta' l-infiq

    Taqsima 2 Il-Validazzjoni ta' l-infiq

    Taqsima 3 L-Awtorizzazzjoni tal-pagamenti

    Taqsima 4 Il-Ħlas ta' l-infiq

    Taqsima 5 Limiti ta' żmien għal operazzjonijiet għal infiq

    Kapitolu 7 Sistemi ta' TI

    Kapitolu 8 Awditur intern

    TITOLU V AKKWISTI PUBBLIĊI

    Kapitolu 1 Disposizzjonijiet ġenerali

    Taqsima 1 Il-Qasam ta' applikazzjoni u prinċipji ta' konċessjoni

    Taqsima 2 Il-Pubblikazzjoni

    Taqsima 3 Proċeduri ta' akkwisti pubbliċi

    Taqsima 4 Garanziji u kontroll

    Kapitolu 2 Disposizzjonijiet speċifiċi applikabbli għal kuntratti mogħtija mill-istituzzjonijiet Komunitarji għall-kont proprju

    TITOLU VI KONĊESSJONIJIET

    Kapitolu 1 Il-Qasam ta' applikazzjoni

    Kapitolu 2 Prinċipji ta' għoti

    Kapitolu 3 Proċedura għall-għoti

    Kapitolu 4 Ħlas u kontroll

    Kapitolu 5 Implimentazzjoni

    TITOLU VII PRESENTAZZJONI TAL-KONTIJIET U Ż-ŻAMMA TAL-KOTBA

    Kapitolu 1 Presentazzjoni tal-kontijiet

    Kapitolu 2 (Kapitolu 3 tar-Regolament Finanzjarju) Iż-Żamma tal-kotba

    Taqsima 1 L-Organizzazzjoni tal-kontijiet

    Taqsima 2 Reġistri tal-kontijiet

    Taqsima 3 Karta tal-kontijiet

    Taqsima 4 Reġistrazzjoni

    Taqsima 5 Rikonċiljazzjoni u verifika

    Taqsima 6 Kontijiet tal-budget

    Kapitolu 3 (Kapitolu 4 tar-Regolament Finanzjarju) Inventorji tal-Proprjetà

    IT-TIENI PARTI DISPOSIZZJONIJIET SPEĊJALI

    TITOLU I (TITOLU II TAR-REGOLAMENT FINANZJARJU) FONDI STRUTTURALI

    TITOLU II (TITOLU III TAR-REGOLAMENT FINANZJARJU) RIĊERKA

    TITOLU III (TITOLU IV TAR-REGOLAMENT FINANZJARJU) AZZJONIJIET ESTERNI

    Kapitolu 1 Disposizzjonijiet ġenerali

    Kapitolu 2 L-Implimentazzjoni ta' azzjonijiet

    Kapitolu 3 Akkwisti pubbliċi

    Kapitolu 4 Konċessjonijiet

    Kapitolu 5 Kontijiet ta' antiċipi u inventorji

    TITOLU IV (TITOLU V TAR-REGOLAMENT FINANZJARJU) UFFIĊĊJI EWROPEJ

    TITOLU V (TITOLU VI TAR-REGOLAMENT FINANZJARJU) APPROPRJAZZJONIJIET AMMINISTRATTIVI

    IT-TIELET PARTI DISPOSIZZJONIJIET TRANSITORJI U FINALI

    TITLOLU I DISPOSIZZJONIJIET TRANSITORJI

    TITOLU II DISPOSIZZJONIJIET FINALI

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkonsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkonsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea ta' l-Enerġija Atomika,

    Wara li kkonsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta'Ġunju 2002 fuq ir-Regolament Finanzjarju li jgħodd għall-budget ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej [1], u b'mod partikolari l-Artikolu183 tiegħu,

    Wara li kkonsultaw lill-Parlament Ewropew, il-Kunsill, Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej, il-Qorti ta' l-Awdituri, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, il-Kumitat tar-Reġjuni, l-Ombudsman u s-sorveljatur tal-Protezzjoni tad-Data Ewropea,

    Billi:

    (1) Id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (minn hawn ‘il quddiem "ir-Regolament Finanzjarju") kienu issimplifikati biex jillimita r-Regolament għall-prinċipji bażiċi u definizzjonijiet relatati mal-istabbiliment, eżekuzzjoni, u l-kontroll tal-budget ġenerali tal-Komunitajiet Ewropew (minn hawn ‘il quddiem "il-budget").

    (2) Dawn ir-regoli implimentattivi għalhekk għandhom mhux biss jissuplimentaw ir-Regolament Finanzjarju dwar id-dispożizzjonijiet tiegħu fejn jirreferi espressament għar-regoli implimentattivi iżda wkoll għad-dispożizzjonijiet li l-applikazzjoni tagħhom tiħtieġ il-miżuri implimentattivi li jkunu stabbiliti bil-quddiem. Fl-interess taċ-ċarezza, jiħtieġ li jinbidel ir-Regolament tal-Kummissjoni (Euratom, KEFA, KE) Nru 3418/93 tad-9 ta' Diċembru 1993 li jippreskrivi regoli iddettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament Finanzjarju tal-21 ta' Diċembru 1977 [2], kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1687/2001 [3].

    (3) Biex ikun żgurat li r-regoli settorjali jaqblu mal-prinċipji tal-budget stabbiliti fir-Regolament Finanzjarju, irid isir inventarju ta' l-istrumenti regulatorji kollha li għandhom x'jaqsmu ma' l-eżekuzzjoni tal-budget u jsir provediment biex il-Kummissjoni tħejji dan l-inventarju u l-inventarju jingħata lill-awtorità tal-budget.

    (4) Rigward il-prinċipji tal-budget, b'mod partikolari l-prinċipju ta' l-unita‘, il-ħtieġa li jkun identifikat l-imgħaxx fuq il-finanzjament minn qabel li jrid jerġa' jitħallas lill-budget ifisser li kull iffinanzjar minn qabel li jibqa' proprjetà tal-Komunitajiet irid ikun identifikat. Tali finanzjament minn qabel jibqa' proprjetà ta' l-istituzzjoni sakemm l-att bażiku, fis-sens ta' l-Artikolu 49 tar-Regolament Finanzjarju, jgħid ħaġa oħra, u sakemm jitħallas taħt kuntratt ta' prokura, jew lill-persunal jew membri ta' l-istituzzjonijiet, jew lill-Istati Membri. Din ir-regola għandha titqies skond it-tip ta' treġija (treġija ċentrali diretta jew indiretta u treġija maqsuma). Ma tgħoddx għal treġija konġunta minħabba li f'dawn il-każi il-fondi tal-Komunità ikunu magħqudin mal-fondi ta' l-organizzazzjoni internazzjonali. Fejn il-Finanzjament minn qabel li jibqa' proprjetà tal-Komunitajiet jirrendi l-imgħaxx, dan l-imgħaxx għandu jitħallas lill-budget bħala dħul mixxellanju.

    (5) Għall-prinċipju ta' annwalita, importanti li tkun ikkjarifikata t-tifsira ta' appropjazzjonijiet annwali u l-fażijiet ta' tħejjija tal-proċedura ta' rabta li, jekk titlesta sal-31 ta' Diċembru, tħalli l-appropjazzjonijiet mir-rabta, li mbagħad iridu jkunu ntużaw sal-31 ta' Marzu tas-sena finanzjarja ta' wara.

    (6) Rigward il-prinċipju ta' l-unità ta' kontijiet, għandhom ikunu speċifikati ir-rati li għandhom jintużaw bejn l-Ewro u l-muniti l-oħrajn għat-treġija tad-dħul u nfiq ta' flus u l-kontijiet.

    (7) Rigward id-derogi mill-prinċipju ta' l-universalita', irid ikun speċifikat kif il-budget iqis lid-dħul assenjat, b'mod partikolari l-kontribuzzjonijiet minn Stati Membri jew terzi pajjiżi lil ċerti programmi tal-Komunità, kif ukoll il-limiti fuq il-valur nett ta' nfiq u dħul.

    (8) Rigward il-prinċipju ta' speċifikazzjoni, għandha tingħata definizzjoni preċiża ta' kif jinħadem il-preċentaġġ ta' l-appropjazzjonijiet li l-istituzzjonijiet jistgħu jittrasferixxu bis-saħħa ta' l-awtonomija tagħhom u għandha jsir provediment biex l-awtorità tal-budget tingħata tagħrif sħiħ bi spjegazzjoni iddettaljata għat-talbiet ta' trasferiment li jkunu sarulha.

    (9) Rigward treġija finanzjarja tajba, iridu jkunu speċifikati l-objettivi ta' l-evalwazzjonijiet ta' qabel, waqt u ta' wara tal-programmi u l-attivitajiet, id-dikjarazzjoni finanzjarja leġislattiva ikun fiha l-inqas spiss li jistgħu isiru dawn l-evalwazzjonijiet u x'informazzjoni jrid ikun fihom.

    (10) Rigward l-istabbiliment u l-preżentazzjoni tal-budget, irid ikun iddeterminat il-kontenut ta' l-introduzzjoni ġenerali tal-budget, id-dokumenti li jistabbilixxu kif jitħaddem il-budget u r-rimarki biex ikun żgurat li l-awtorità tal-budget tkun mgħarrfa b'kollox. Fil-preżentazzjoni tal-Budget Ibbażat fuq l-Attivita (ABB) l-ġdid, għandhom ikunu mwaqqfa d-definizzjoni u l-klassifika ta' l-appropjazzjonijiet amministrattivi.

    (11) Rigward l-implimentazzjoni tal-budget, xieraq li l-ewwel ikunu ikkjarifikati l-forom li għandhom jieħdu l-atti bażiċi fil-qasam tal-Komunità u fl-oqsma tat-Trattat fuq l-Unjoni Ewropea. L-ikbar ammonti ta' appropjazzjonijiet li jistgħu isiru għall-azzjonijiet preparatarji u skemi ta' prova meta majkunx hemm att bażiku għandhom ikunu iddeterminati u d-dispożizzjonijiet tat-Trattat li jagħtu poteri direttament lill-Kummissjoni għandhom jissemmew f'lista.

    (12) Atti li jistgħu iqajjmu konflitt ta' interessi għandhom ikunu iddefiniti, flimkien mal-proċedura li għandha tintuża f'dawn il-każi.

    (13) Rigward il-metodi differenti għall-implimentazzjoni tal-budget, għandu jkun preskritt li, meta l-Kummissjoni ma timplimentax il-budget fid-dipartimenti tagħha direttament, l-ewwel trid tiżgura li l-entitajiet li tkun se tafdalhom ix-xogħol għandhom proċeduri ta' treġija u sistemi ta' kontrol u żamma tal-kotba li huma biżżejjed u xierqa skond il-ħtiġiet u ta' treġija finanzjarja tajba.

    (14) Għal treġija diretta iċċentralizzata, jiġifieri, treġija iddelegata mill-Kummissjoni lill-aġenziji eżekuttivi jew lil entitajiet irregolati mill-liġi tal-Komunità jew entitajiet nazzjonali tal-gvernijiet jew entitajiet b'missjoni fil-qasam pubbliku, meħtieġ ukoll li jkun preskritt qafas għal tali delegazzjoni ta' poteri u għall-implimentazzjoni bid-delegazzjoni jew ftehim. L-aġenziji eżekuttivi, li jibqgħu taħt il-kontroll tal-Kummissjoni, iridu jingħarfu bħala uffiċjali awtortizzanti mid-delegazzjoni ta' dik l-istituzzjoni għall-fini ta' l-implimentazzjoni tal-budget tal-Komunità. Fejn entitajiet nazzjonali iridu jagħmlu xi atti ta' implimentazzjoni tal-budget, iridu joffru garanzijij finanzjarji xierqa u jkunu magħżula b'mod trasparenti wara li ssir analiżi ta' kemm hi ġustifikata n-nefqa fuqhom u li jkunu murija r-raġunijiet għad-delegazzjoni ta' treġija lil tali entità. Il-Kummissjoni għandha tfittex il-fehma tal-kumitat rilevanti, skond l-att bażiku għall-implimentazzjoni ta' l-appropjazzjonijiet ikkonċernati, qabel ma tiddelega l-poteri lil entitajiet nazzjonali. Entitajiet irregolati minn liġijiet li jiggvernaw relazzjonijiet ta' bejniethom, iktar minn relazzjonijiet tagħhom ma' l-istat, li jkunu qed jagħmlu kompiti preparatorji jew anċillarji għall-Kummissjoni għandhom jintagħżlu skond il-proċeduri ta' prokurament.

    (15) Għal treġija maqsuma ma' l-iStat Membru jew treġija iddeċentralizzata ma' terzi pajjiżi, il-fażijiet u l-objettivi tal-proċeduri biex iż-żamma tal-kotba jitqies bħala tajjeb għandu jkun preskritt mingħajr preġudizzu għad-dispożizzjonijiet speċifiċi li hemm fir-regolamenti relevanti ta' l-oqsma.

    (16) Finalment, għal treġija konġunta, għandu jkun ċar li l-kontribuzzjonijiet ta' kull donatur għal kull tip ta' spiża m'hemmx għalfejn ikunu identifikati imma' l-azzjonijiet issussidjati iridu, minkejja kollox, ikunu suġġetti għal kontrolli komprensivi; l-organizzazzjonijiet internazzjonali eliġibbli għal dan it-tip ta' treġija jridu jkunu identifikati.

    (17) Rigward is-sehem ta' l-aġenti finanzjarji, ir-riformi tat-treġija finanzjarja, flimkien mat-tneħħija tal-kontrolli ta' qabel, iżidu r-responsabbilta' ta' l-uffiċjali li jawtorizzaw fil-ħidmiet kollha ta' dħul u nfiq, inklużi għall-fini ta' sistemi ta' kontroll interni. L-awtorità tal-budget fil-ġejjieni trid tkun mgħarrfa dwar il-ħatra jew tmiem tad-dmirijiet ta' uffiċjal b'delegazzjoni li jawtorizza. Minħabba f'hekk, il-kompiti, responsabbiltajiet, u l-prinċipji tal-proċeduri li għandhom ikunu ukoll iridu jkunu preskritti. L-internalizzazzjoni ta' kontrolli minn qabel jeħtieġu, b'mod parikolari, distinzjoni ċara bejn kompiti li għandhom x'jaqsmu mal-bidu tal-ħidmiet għall-implimentazzjoni tal-budget u kompiti li għandhom x'jaqsmu mal-verifikazzjoni ta' dawn il-ħidmiet. Barra minn hekk, kull istituzzjoni għandha taddotta kodiċi ta' livelli professjonali li jgħodd għal persunal li jkun reponsabbli għall-verifiki ta' qabel u ta' wara. Iridu jsiru dispożizzjonijiet biex jingħata rendikont ta' darba fis-sena tar-responsabbilitajiet assunti lill-istituzzjoni, li fost affarijiet oħrajn, irid juri r-riżultati tal-verifiki ta' wara; iridu ukoll isiru arranġamenti biex jinżammu d-dokumenti li jsostnu l-ħidmiet li jkunu saru. Finalment, il-forom kollha tal-proċeduri innegozjati biex jingħata xogħol ta' kuntratti pubbliċi, minħabba li huma derogi, jridu jidhru f'rapport speċjali lill-istituzzjoni u jkunu mgħarrfa lill-awtorità tal-budget.

    (18) Biex ikunu ikkjarifikati r-responsabbiltajiet, għandha tingħata tifsira preċiża tal-kompiti u responsabbiltajiet tal-uffiċjal tal-kontijiet f'konnessjoni mas-sistemi taż-żamma tal-kotba, treġija tat-teżor, treġija tal-kontijiet tal-bank u dokumenti tal-partijiet terzi. L-arranġamenti għat-tmiem tad-dmirijiet tal-uffiċjal tal-kontijiet iridu jkunu magħmulin ċari.

    (19) Il-kondizzjonijiet tal-kontijiet tal-flus mogħtijin bil-quddiem biex jintefqu f'xi servizz pubbliku, sistema ta' treġija li hi eċċezzjoni għal proċeduri normali tal-budgeting, trid tkun preskritta ukoll, u l-kompiti u r-responsabbiltajiet ta' l-amministraturi ta' kontijiet tal-flus akkont, kif ukoll dawk tal-uffiċċjal li jawtorizza u l-uffiċċjal tal-kontijiet li għandhom x'jaqsmu mal-kontroll tal-flus akkont, iridu jkunu stabbiliti. L-awtorità tal-budget għandha tkun mgħarrfa dwar kull ħatra jew tmiem ta' dmirijiet.

    (20) Ladarba l-kompiti u r-responsabbiltajiet ta' kull minn għandu sehem finanzjarju ikunu iddefiniti, il-ħaddiema jistgħu jinżammu responsabbli biss skond il-kondizzjonijiet fir-Regolamenti ta' l-Uffiċċjali tal-Persunal fil-Komunitajiet Ewropej u fil-Kondizzjonijiet ta' l-Imjpieg ta' Impjegati Oħrajn. Madankollu, panel apposta għall-irregolaritajiet finanzjarji jrid ikun stabbilit b'mod xieraq f'kull istituzzjoni biex jiddetermina jekk sarux irregolaritajiet ta' natura finanzjarja. Il-proċedura li biha uffiċjal li jawtorizza jista' jikkonferma struzzjoni u b'hekk jinħall minn kull responsabbilta' għandha tkun stabbilita ukoll.

    (21) Rigward dħul, ħlief għall-każi speċjali ta' riżorsi propji msemmijin mir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1150/2000 ta' l-20 ta' Mejju 2000 li jimplimenta d-Deċiżjoni 94/728/KE, Euratom fuq is-sistema tar-riżorsi propji tal-Komunitajiet [4], jinħtieġ li jkun speċifikati l-kompiti u l-kontrolli li jiġu taħt ir-responsabbilta' ta' l-uffiċjali li jawtorizzaw fil-fażijiet differenti tal-proċedura: l-istabbiliment ta' stimi ta' l-ammonti li jridu jintlaqgħu u l-ordni li jridu jintlaqgħu; il-ħruġ tan-nota ta' dejn li tgħarraf lid-debitur li hu stabbilit l-ammont li għandu jingħata; kalkulazzjoni ta' imgħaxx ta' kontumaċja; u fl-aħħar, id-deċiżjoni, fejn meħtieġ, li jkun irrinunzjat intitolament suġġett għall-kriterji li jiggarantixxu ħarsien ta' treġija finanzjarja tajba. Is-sehem ta' l-uffiċjal tal-kontijiet fil-ġbir tad-dħul u jħallix iktar żmien għall-ħlas irid ikun speċifikat ukoll.

    (22) Rigward infiq, ir-relazzjoni bejn deċiżjonijiet ta' finanzjament, rabtiet globali u rabtiet individwali għandha tkun iddefinita, bħalma jridu jkunu iddefiniti l-karatteristiċi ta' dawk il-fażijiet differenti. Id-distinzjoni bejn rabta globali u rabta individwali tiddependi fuq kemm huma identifikati l-benefiċjarji u l-ammonti involuti. Rabtiet provviżorji jistgħu isiru biss għal nefqiet amministrattivi ta' rutina u nfiq f'konnessjoni mal-Fond Agrikolu Ewropew dwar Gwida u Garanzija (FAEGG). Biex ikun ristrett il-volum ta' rabtiet mhux attivi, appropjazzjonijiet li jikkorisppondu ma' rabtiet li għalihom ma sarx ħlas għal tlett snin għandhom jinħallu.

    (23) Hu meħtieġ li tkun ikkjarifikata r-relazzjoni bejn operazzjonijiet ta' validazzjoni, awtorizzazzjoni u ħlas u l-kontrolli li jridu jsiru mill-uffiċjal li jawtorizza meta jivvalida nefqa, bl-approvazzjoni "mgħoddi għall-ħlas", u meta jawtorizza l-ħlas billi jara l-validita' tal-ħelsien minn kull responsabbilta, li għaliha hu responsabbli biss l-uffiċjal li jawtorizza. Id-dokumentilijridu jsiru biex isostnu l-pagament għandhom ikunu speċifikati u jkunu preskritti regoli biex jgħaddi ħlas minn qabel u pagamenti temporanji. Finalment, il-perjodi li jgħoddu għall-validazzjoni u ħlas iridu jkunu stabbiliti, wara li jkunu tqieset id-Direttiva 2000/35/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' Ġunju 2000 kontra d-dewmien fil-ħlas fi tranżazzjonijiet kummerċjali. [5].

    (24) Għall-verifika interna, jeħtieġ li tkun preskritta l-proċedura għall-ħatra ta' l-awditur u biex tkun garantita l-indipendenza tiegħu fl-istituzzjoni li tkun ħatritu u li lilha hu għandu jirraporta l-attivitajiet tiegħu; l-awtorità tal-budgetgħandha tkun mgħarrfa b'kull ħatra jew tmiem ta' dmirijiet.

    (25) Rigward ksib, l-għażla għandha tkun li fir-Regolament preżenti jiddaħħlu d-dispożizzjonijiet tad-Direttivi tal-Kunsill 92/50/KEE [6], 93/36/KEE [7] u 93/37/KEE [8], kif l-aħħar emendati bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2001/78/KE [9] dwar il-proċeduri għall-għoti ta' servizzi, ksib u kuntratti ta' xogħol pubbliċi rispettivament. Għalhekk, hu meħtieġ li l-ewwel ikunu ddefinit it-tipi varji ta' kuntratti ta' ksib; il-miżuri li jgħoddu għall-irreklamar u l-pubblikazzjoni; il-kondizzjonijiet li fihom jista' jintuża tip partikolari ta' proċedura u l-karatteristiċi ewlenin tal-proċeduri eżistenti; l-ispeċifikazzjoni tal-kriterji ta' l-għażla u arranġamenti għall-għoti; regoli għall-aċċess għad-dokumenti ta' offerti u għall-komunikazzjoni ma' min qed jagħmel l-offerti u kandidati; u, għall-każi fejn il-Kummissjoni tagħti kuntratti għal rasha, il-limiti li japplikaw u r-regoli għall-istima tal-valur tal-kuntratti li se jingħataw.

    (26) L-iskop ta' l-għoti ta' kuntratt hu biex ikunu sodisfatti l-bżonnijiet ta' l-istituzzjonijiet bl-aħjar mod possibli u fl-istess ħin ikun garantit aċċess ugwali għal kuntratti pubbliċi u jkunu sodissfatti l-prinċipji ta' trasparenza u non-diskriminazzjoni. Bil-għan li tkun żgurata t-trasparenza u t-trattament ugwali tal-kandidati, kif ukoll ir-responsabbilta' sħiħa ta' l-uffiċjali li jawtorizzaw għall-aħħar għażla, jeħtieġ tkun preskritta proċedura għall-ftuħ u l-evalwazzjoni ta' l-offerti u talbiet għall-parteċipazzjoni, mill-ħatra ta' kumitat sad-deċiżjoni sostanzjata u dokumentata ta' l-għażla, li fl-aħħar mill-aħħar tagħmilha l-awtorità tal-kuntratti. Il-garanziji finanzjarji meħtieġa biex ikunu protetti l-interessi finanzjarji tal-Komunitajiet iridu jkunu speċifikati ukoll.

    (27) Finalment, jeħtieġ li jsiru limiti fuq il-poteri ta' l-awtoritajiet li jikkuntrattaw biex jimponu penali amminsitrattivi, biex ikun żgurat li l-penali huma proporzjonati u disswasivi u biex ikun żgurat trattament ugwali kemm bejn istituzzjonijiet varji u kif ukoll bejn dipartimenti.

    (28) L-iskop tat-Titolu fuq l-għotjiet għandu jkun ikkjarifikat ukoll, b'mod partikolari rigward il-metodi differenti għall-implimentazzjoni tal-budget, iżda ukoll għat-tip ta' azzjoni jew entità ta' interess ġenerali Ewropew eliġibbli għal għotja. Il-karatteristiċi tal-programm tax-xogħol ta' kull sena u ta' sejħiet għall-proposti għandhom ikunu speċifikati, kif għandhom ikunu speċifikti ukoll l-eċċezzjonijiet li jistgħu jinqalgħu f'dan il-kuntest u l-possibbilta' ta' effett li jaħdem b'lura, b'mod partikolari fil-kuntest ta'għajnuna umanitarja u t-treġija ta' sitwazzjonijiet ta' kriżi, li għalihom hemm restrizzjonijiet speċifiċi ħafna.

    (29) Għal darb'oħra, rigward il-ħtiġiet tat-trasparenza, it-trattament ugwali ta' l-applikanti u għal akkontabbilta' ikbar ta' l-uffiċjali li jawtorizzaw, il-proċedura ta' l-għoti trid tkun preskritta, mill-applikazzjoni għall-għotja sa l-evalwazzjoni tagħha, minn kumitat, fid-dawl ta' kriterji speċifikati qabel ta' għażla u għoti, qabel ma' l-uffiċjal li jawtorizza jieħu d-deċiżjoni finali tiegħu, li tkun dokumentata kif jixraq.

    (30) Treġija finanzjarja tajba tiħtieġ li l-Kummissjoni tipproteġi lilha nfisha bil-garanziji: fil-fażi ta' applikazzjonijiet għall-għotjiet, billi tirranġa verifiki finanzjarji għal applikazzjonijiet li jinvolvu ammonti ikbar; imbagħad, fil-fażi ta' finanzjament minn qabel, billi titlob garanziji finanzjarji bil-quddiem; u fl-aħħar, fil-fażi tal-pagament ta' l-aħħar, billi tirranġa verifiki finanzjarji għat-talbiet li jinvolvu l-ikbar ammonti u li jirrapreżentaw l-ikbar riskju. Treġija tajba u ħarsien tal-prinċipji li ma jsirx qliegħ u tal-finanzjarjamnet konġunt tirrikjedi ukoll li jkunu preskritti regoli li jagħmlu l-limiti fuq ħlas b'rata fissa. Finalment, it-treġija tajba tal-fondi tal-Komunità tfisser li l-benefiċjarji ta' l-għotjiet stess iridu jħarsu l-prinċipji tat-trasparenza u tat-trattament ugwali ta' kuntratturi potenzali, kif ukoll iħarsu l-prinċipju li l-kuntratt irid jingħata lill-offerta li tagħti l-iktar għall-ħlas li jkun qed jingħata, meta parti mix-xogħol tkun mgħoddija lil ħaddieħor.

    (31) Finalment, il-poteri għall-impożizzjoni ta' penali f'dak il-kuntest għandhom ikunu allineati ma' dawk konferiti fil-kuntest ta' dak il-ksib.

    (32) Rigward iż-żamma u l-preżentazzjoni tal-kontijiet, irid ikun iddefinit kull wieħed mill-prinċipji li huma aċċettati ġeneralment u li fuqhom huma ibbażati ir-rendikonti finanzjarji. Jinħtieġ ukoll li jkunu speċifikati l-kondizzjonijiet biex tiddaħħal tranżazzjoni fil-kontijiet u r-regoli għall-assi u l-piżijiet u għall-istruttura tal-provvedimenti.

    (33) Għandu jkun speċifikat li l-kontijiet ta' l-istituzzjonijiet ird ikollhom magħhom rapport dwar il-budget u dwar it-treġija finanzjarja u għandhom jingħataw dettalji tal-kontenut u ta' l-elementi li minnhom hu magħmul ir-rendikont finanzjarju (karta tal-bilanċ, kont ekonomiku ta' kwantitajiet maħdumin, u anness) u l-prospetti ta' l-implimentazzjoni tal-budget (kont tal-budget ta' kwantitajiet maħdumin u anness).

    (34) Dwar kwistjonijiet ta' kontijiet, għandu jkun speċifikat li l-uffiċjal tal-kontijiet ta' kull istituzzjoni irid ikollu dokumenti li jiddeskrivu l-organizzazzjoni tal-kontijiet u l-proċeduri taż-żamm tal-kotba ta' dik l-istituzzjoni u jiddefinixxi il-kondizzjonijiet li jridu jintlaqgħu mis-sistemi ikkompjuterizzati ta' żamm tal-kotba, b'mod partikoli rigward is-sigurta' ta' l-aċċess u li kull bidla li ssir lis-sistema tista' tkun rintraċċata.

    (35) Rigward iż-żamm tal-kotba, iridu jkunu speċifikati il-prinċipji applikabbli għar-reġistri tal-kontijiet, il-bilanċ ta' prova, ir-rikonċiljazzjoni perjodika tat-total f'dak il-bilanċ u fl-inventarju, u li jkunu speċifikati l-komponenti tal-karta tal-kontijiet adottata mill-uffiċjal tal-kontjiet tal-Kummissjoni. Ir-regoli li jgħoddu għar-reġistrazzjoni ta' operazzjonijiet, b'mod partikolari il-metodu tal-partita doppja, ir-regoli għall-konverżjoni ta' operazzjonijiet li mhux bl-ewro u d-dokumenti li jsostnu r-reġistrazzjonijiet, għandhom ikunu preskritti. Il-Kontenut tar-reġistrazzjonijiet tal-kontijiet irid ikun speċifikat ukoll

    (36) Finalment, hu meħtieġ li jkunu preskritti r-regoli li għandhom x'jaqsmu mal-inventarju tal-proprjetà u biex ikunu ikkjarifikati r-responsabbiltajiet rispettivi f'dan il-qasam ta' l-uffiċjali tal-kontijiet u l-uffiċjali li jawtorizzaw, kif ukoll ir-regoli li jgħoddu għall-bejgħ mill-ġdid ta' proprjetà li tkun imniżżla fl-inventarju.

    (37) Rigward il-Fondi Strutturali, għandu jkun speċifikat li l-ħlas mill-ġdid ta' pagamenti akkont għal xi operazzjoni ma jnaqqasx il-kontribut tal-Fond lil dik l-operazzjoni.

    (38) It-tipi ta' azzjoni, diretti u indiretti, li jistgħu ikunu iffinanzjati fil-qasam tar-riċerka għandhom ikunu speċifikati.

    (39) Għal azzjonijiet esterni, ir-regoli implimentattivi, bħar-Regolament Finanzjarju nnifsu, jippruvaw jagħmlu provvedimenti għall-eċċezzjonijiet li jirriflettu l-karatteristiċi operazzjonali ta' dak il-qasam, l-iktar rigward kisba u konċessjoni ta' għotjiet.

    (40) Rigward kisba, dawn ir-regoli implimentattivi jieħdu fuqhom il-qofol tad-dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni ta' l-10 ta' Novembru 1999 fuq is-simplifikazzjoni tas-sistemi ta' treġija għall-għoti ta' kuntratti fil-qafas tal-programmi ta' ko-operazzjoni implimentati mid-Direttorati Ġenerali għar-relazzjonijiet esterni [10], li jwasslu għal regoli ta' kisba li jvarjaw minn regoli normali minħabba l-limiti differenti u l-proċeduri ta' treġija, li kienu addattati għal azzjonijiet esterni.

    (41) Rigward għotjiet, jinħtieġ issir lista tat-tipi ta' azzjoni li għalihom tista' ssir deroga skond il-prinċipju tal-finanzjament konġunt imsemmi fl-Artikolu 109 tar-Regolament Finanzjarju. Dan japplika b'mod partikolari għal għajnuna umanitarja u għajnuna f'sitwazzjonijiet ta' kriżi u azzjonijiet għall-protezzjoni tas-saħħa jew id-drittijiet fondamentali tal-ġnus.

    (42) Biex tkun garantita t-treġija tajba ta' l-appropjazzjonijiet tal-Komunità, jinħtieġ li jkunu speċifikati l-prekondizzjonijiet u r-regoli li jrid ikun hemm fil-ftehim meta t-treġija ta' l-appropjazzjonijiet tkun iddeċentralizzata jew jekk jintużaw kontijiet tal-flus akkont.

    (43) Id-dispożizzjonijiet tar-Regolament Finanzjarju relatat mal-Uffiċċji Ewropej għandhom ikunu supplimentati b'regoli speċifiċi għall-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet Uffiċċjali tal-Komunitajiet Ewropej u minn dispożizzjonijet li jawtorizzaw l-uffiċċjal tal-kontijiet tal-Kummissjoni li jiddelega uħud mill-kompiti tiegħu lill-persunal f'dawk l-Uffiċċji. Għandhom ikunu stabbiliti pjanijiet operazzjonali għall-kontijiet bankarji li l-Uffiċċji Ewropej jistgħu jiftħu f'isem il-Kummissjoni.

    (44) Rigwar appropjazzjonijiet amministrattivi, kull istituzzjoni għandha tgħarraf lill-awtorità tal-budget dwar proġetti ta' bini li jkun qed isiru, jiġifieri dawk li jżidu l-ammont ta' proprjetà.

    (45) Jinħtieġ li jkunu identifikati l-entitajiet li jistgħu jirċievu għotjiet li jitħallsu mill-budget u li għandhom jingħataw sett ta' regoli skond il-kondizzjoni preskritti fl-Artikolu 185tar-Regolament Finanzjarju.

    (46) Id-diversi limiti u ammonti imsemmijin f'dan ir-Regolament għandhom ikunu aġġornati regolarment billi jintrabtu ma' l-inflazzjoni irreġistrata fil-Komunità, ħlief għal-limiti li jgħoddu għall-ksib,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    L-EWWEL PARTI

    DISPOŻIZZJONIJIET KOMUNI

    TITOLU I

    SUĠĠETT

    Artikolu 1

    Suġġett(L-Artikolu 1 tar-Regolament Finanzjarju)

    Dan ir-Regolament jistabbilixxi r-regoli għall-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002 ("ir-Regolament Finanzjarju" minn hawn ‘il quddiem).

    L-istituzzjonijiet li jgħodd għalihom dan ir-regolament huma dawk l-istituzzjonijiet li jaqgħu taħt it-tifsira tar-Regolament Finanzjarju.

    Artikolu 2

    Inventarju ta' l-atti leġislattivi dwar l-implimentazzjoni tal-budget.(L-Artikolu 2 tar-Regolament Finanzjarju.)

    Il-Kummissjoni għandha iżżomm inventarju ta' l-atti msemmijin fl-Artikolu 2 tar-Regolament Finanzjarju. Għandha taġġorna l-inventarju kull sena u tgħarraf lill-awtorità tal-budget skond li tkun għamlet.

    TITOLU II

    PRINĊIPJI TAL-BUDGET

    KAPITOLU 1

    Prinċipji ta' unita' u l-eżatezza tal-budget

    Artikolu 3

    Skop għalfejn il-Finanzjarment minn qabel jibqa' l-proprjetà tal-Komunitajiet(L-Artikolu 5(4) tar-Regolament Finanzjarju)

    1. Finanzjament minn qabel fis-sens ta' l-Artikolu 105 jibqa' proprjetà tal-Komunitajiet, sakemm l-att bażiku, fis-sens ta' l-Artikolu 49(1) tar-Regolament Finanzjarju, jgħid mod ieħor. Dik id-dispożizzjoni mhix se tkun dwar il-finanzjament minn qabel li jitħallas skond kuntratt fis-sens ta' l-Artikolu 88 tar-Regolament Finanzjarju, jew lill-Istati Membri, jew għajnuna ta' qabel l-adeżjoni, jew l-avvanzi imsemmija fl-Artikolu 265. Mhux se jkun jgħodd għall-treġija konġunta fis-sens ta' l-Artikolu 53 tar-Regolament Finanzjarju.

    2. Meta jkun hemm treġija iċċentralizzata diretta fis-sens ta' l-Artikolu 53 tar-Regolament Finanzjarju li jinvolvu għadd ta' sħab, ir-regola msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu tgħodd biss għall-appaltatur ewlieni.

    3. Meta jkun hemm treġija iddeċentralizzata u treġija ċentralizzata indiretta fis-sens ta' l-Artikolu 53 tar-Regolament Finanzjarju, ir-regola msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu tkun tgħodd biss għall-entitajiet li jirċievu l-finanzjament direttament mill-Kummissjoni.

    4. Ir-regola msemmija fil-paragrafu 1 tgħodd għall-finanzjament minn qabel li jkun imħallas skond il-kuntratti jew ftehim milħuq wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.

    5. Il-Paragrafi 1 sa 4 se jkunu Bla ħsara għad-dħul tal-finanzjament minn qabel fuq in-naħa ta' l-assi fir-rendikont finanzjarju, kif se jkun preskritt fir-regoli taż-żamm tal-kotba fl-Artikolu 133 tar-Regolament Finanzjarju.

    L-uffiċjal li jawtorizza jagħti dettalji lill-uffiċjal tal-kontijiet li jgħinuh jidentifika l-finanzjament minn qabel li jibqa' tal-Komunitajiet.

    Artikolu 4

    Id-dħul ta' l-imgħaxx mill-fondi tal-Komunità fil-budget.(L-Artikolu 5(4) tar-Regolament Finanzjarju)

    1. Meta l-finanzjament minn qabel tal-Komunitajiet skond l-Artikolu 3 jirrendi imgħax jew benefiċji ekwivalenti, dawn iridu jitpoġġew fil-budget ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej ("il-budget" minn hawn ‘il quddiem) bħala dħul mixxellanju.

    2. Uffiċjali li jawtorizzaw iridu jaraw li f'kuntratti u ftehim milħuq mal-benefiċjarji:

    (a) finanzjament minn qabel ta' dan it-tip jitħallas f'kontijiet fejn ikun jista' jidher li l-Komunitajiet qed jagħmlu l-ħlas; u

    (b) il-benefiċjarji jridu jgħarrfu lill-uffiċċjal li jawtorizza responsabbli għas-somma ta' imgħaxxijiet jew benefiċji ekwivalenti minn dawk il-fondi mill-inqas darba fis-sena jekk tali imgħaxx hu sostanzjali u dejjem jekk isiru talbiet għal ħlas temporanju jew ħlas ta' bilanċi li jagħlqu l-finanzjament minn qabel.

    3. Skond il-Kapitolu 5 tat-Titolu IV, l-uffiċċjal li jawtorizza responsabbli, kif jitħallas il-finanzjament minn qabel irid joħroġ stima ta' l-ammonti li għandhom jitħallsu li jinkludu kull imgħaxx jew benefiċċji ekwivalenti ġejjin mill-finanzjament minn qabel.

    L-uffiċjal li jawtorizza jrid joħroġ ordni ta' riżarċiment għall-ammont ta' l-imgħaxx imsemmi fil-paragrafu 1, skond l-iskeda msemmija f'punt (b) tal-Paragrafu 2.

    4. Meta l-finanzjament minn qabel isir mill-istess sors fil-budget, skond l-istess att bażiku u lill-benefiċjarji ta' l-istess proċedura ta' għoti, l-uffiċjal li jawtorizza jista' jagħmel stima waħda ta' ammonti li għandhom jitħallsu minn għadd ta' debituri.

    KAPITOLU 2

    Prinċipju ta' annwalita

    Artikolu 5

    Appropjazzjonijiet għas-sena Finanzjarja(L-Artikolu 8(3) tar-Regolament Finanzjarju)

    Is-somom kommessi u l-appropjazzjonijiet ta' pagament li jittieħdu għall-budget ta' sena finanzjarja u li jridu jintużaw dik is-sena iridu jkunu appropjazzjonijiet awtorizzati għal dik is-sena finanzjarja. L-appropjazzjonijiet awtorizzati għas-sena finanzjarja huma:

    (a) appropjazzjonijiet ipprovvduti fil-budget, inklużi budgets li jemendaw;

    (b) appropjazzjonijiet minn ta' qabel;

    (ċ) appropjazzjonijiet li saru skond l-Artikoli 157 u 181(5) tar-Regolament Finanzjarju;

    (d) appropjazzjonijiet ġejjin minn pagamenti akkont li tħallsu skond l-Artikolu 228;

    (e) appropjazzjonijiet li ngħataw fuq introjtu li sar matul is-sena finanzjarja jew matul snin finanzjarji ta' qabel u li ma ntużax.

    Artikolu 6

    Appropjazzjonijiet minn ta' qabel(L-Artikolu 9(2) tar-Regolament Finanzjarju)

    1. Is-somom kommessi msemmija fl-Artikolu 9(2)(a) tar-Regolament Finanzjarju jistgħu jintrefgħu għas-sena ta' wara jekk ir-rabtiet ma setgħux isiru qabel il-31 ta' Diċembru tas-sena finanzjarja minħabba raġunijiet li m'għandux x'jaqsam magħhom l-uffiċjal li jawtorizza u jekk il-fażijiet ta' tħejjija qegħdin ‘il quddiem biżżejjed li wieħed jista' jaħseb li r-rabta tilħaq issir sal-31 ta' Marzu tas-sena ta' wara.

    2. Il-fażijiet ta' tħejjija msemmijin fl-Artikolu 9(2)(a) tar-Regolament Finanzjarju, li għandhom ikunu lesti sal-31 ta' Diċembru tas-sena finanzjarja biex jitħallew jintrefgħu għas-sena ta' wara, huma:

    (a) għal rabtiet globali fis-sens ta' l-Artikolu 76 tar-Regolament Finanzjarju, l-adozzjoni ta' deċizjoni finanzjarja jew it-tmiem, sa dik id-data, ta' konsultazzjoni tad-dipartimenti ikkonċernati f'kull istituzzjoni għall-adozzjoni ta' dik id-deċiżjoni;

    (b) għal rabtiet individwali fis-sens ta' l-Artikolu 76 tar-Regolament Finanzjarju, il-fażi ta' tħejjija avvanzata tal-kuntratti jew ftehim. Din il-fażi avvanzata ta' tħejjija tal-kuntratti jew ftehim tfisser l-għeluq ta' l-għażla ta' l-appaltaturi potenzali jew tal-benefiċjarji.

    3. Appropjazzjonijiet ġejjin minn qabel skond l-Artikolu 9(2)(a) tar-Regolament Finanzjarju li ma jkunux intrabtu sal-31 ta' Marzu tas-sena finanzjarja ta' wara jitħassru awtomatikament.

    Il-Kummissjoni tgħarraf lill-awtrotita tal-budget sal-15ta' April dwar l-appropjazzjonijiet mħassrin hekk.

    4. Appropjazzjonijiet ġejjin minn qabel skond l-Artikolu 9(2)(b) tar-Regolament Finanzjarju jistgħu jintużaw sal-31 ta' Diċembru tas-sena finanzjarja ta' wara.

    5. Appropjazzjonijiet li jkunu ġejjin minn qabel iridu jkunu jidhru fil-kontijiet.

    6. L-appropjazzjonijiet għal infiq tal-persunal imsemmi fl-Artikolu 9(6) tar-Regolament Finanzjarju huma dawk għall-ħlas u konċessjonijiet għall-membri u persunal ta' l-istituzzjonijiet.

    KAPITOLU 3

    (Kapitolu 4 tar-Regolament Finanzjarju)

    Prinċipju ta' l-unità ta' kontijiet

    Artikolu 7

    Rata ta' qlib bejn l-ewro u muniti oħrajn(L-Artikolu 16 tar-Regolament Finanzjarju)

    1. Bla ħsara għal dispożizzjonijiet speċifiċi li joħorġu mill-applikazzjoni tar-regoli fl-oqsma, il-qlib bejn l-ewro u muniti oħrajn għandu jsir bir-rata ta' kuljum ta' l-ewro ippubblikata fis-serje Ċ tal-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

    2. Jekk ir-rata ta' kuljum ta' l-ewro ma tkunx ippubblikata fil-Gurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej għal dik il-munita partikolari, il-Kummissjoni tuża' r-rata msemmija fil-paragrafu 3.

    3. Għall-fini tal-kontijiet previsti fl-Artikoli 132 sa 137 tar-Regolament Finanzjarju u bla ħsara għall-Artikolu 213, il-qlib bejn l-ewro u muniti oħrajn għandu jsir bir-rata tax-xahar ta' l-ewro. Dik ir-rata se titwaqqaf mill-Kummissjoni permezz ta' kull għajn ta' tagħrif li l-Kummissjoni tqis li tista' toqgħod fuqu, skond ir-rata tal-ġurnata ta' qabel ta' l-aħħar ta' xogħol tax-xahar ta' qabel dak li fih tkun stabbilita r-rata.

    Artikolu 8

    Rata li għandha tintuża biex jinqalbu l-ewro u muniti oħrajn(L-Artikolu 16 tar-Regolament Finanzjarju)

    1. Bla ħsara għal dispożizzjonijiet speċifiċi li joħorġu mill-applikazzjoni ta' regolamenti fl-oqsma, ir-rata li għandha tintuża biex jinqalbu l-ewro u muniti oħrajn tkun dik użata mid-dipartiment li jawtorizza fil-ġurnata li joħroġ l-ordni ta' pagament jew ta' riżarċiment.

    2. Fil-każ ta' kontijiet ta' flus akkont bl-ewro, ir-rata li għandha tintuża se tkun iddeterminata mid-data tal-pagament tal-bank.

    3. Meta jkun hemm kontijiet ta' flus akkont bil-muniti nazzjonali, imsemmijin fl-Artikolu 16 tar-Regolament Finanzjarju, ir-rata li għandha tintuża tkun dik tax-xahar li fiha tkun saret in-nefqa mill-flus akkont.

    4. Għal infiq iffinanzjat mill-Fond Agrikolu Ewropew dwar Gwida u Garanzija (FAEGG), taqsima tal-Garanzjia, ir-rata li għandha tintuża għax-xahar "n" li fih kien iddikjarat li saret in-nefqa skond l-Artikolu 3 tar-Regolament tal-Kummisjoni (KE) Nru 296/96 [11] tkun dik li ntużat għall-għaxar jum tax-xahar "n + 1" jew għall-ewwel jum ta' qabel li għalih kienet ikkwotata rata.

    Dik ir-rata għandha tintuża wkoll għall-avvanzi korrispondenti previsti fl-Artikoli 4 u 5 tar-Regolament (KE) Nru 296/96.

    Artikolu 9

    Tagħrif dwar trasferiment ta' flus mill-Kummissjoni bejn muniti differenti(L-Artikolu 16 tar-Regolament Finanzjarju)

    Kull tlett xhur il-Kummissjoni tibgħat rendikont lill-Istati Membri ta' trasferimenti li saru bejn muniti differenti.

    KAPITOLU 4

    (Kapitolu 5 tar-Regolament Finanzjarju)

    Prinċipju ta' universalita'

    Artikolu 10

    Struttura biex takkomoda dħul assenjat u provvediment ta' appropjazzjonijiet korrispondenti(L-Artikolu 18 of the Finanzjarju Regulation)

    1. Bla ħsara għall-Artikolu 12 u 13, l-istruttura li takkomoda dħul assenjat fil-budget irid ikollha:

    (a) fir-rendikont tad-dħul ta' kull qasam ta' l-istituzzjoni, sezzjoni mill-budget biex tilqa' d-dħul:

    (b) fir-rendikont tan-nefqa, l-annotazzjonijiet iridu juru liema sezzjonijiet jistgħu jilqgħu l-appropjazzjonijiet disponnibbli li jaqblu mad-dħul assenjat.

    Fil-każ imsemmi fil-punt (a) ta' l-ewwel sottoparagrafu, jekk l-ammont ta' dan id-dħul jista' jkun magħruf minn qabel, għandu jiddaħħal f'dik is-sezzjoni Jekk ma jistax ikun magħruf minn qabel, għandha ssir annotazzjoni nominali (p.m.) u d-dħul mistenni għandu jiddaħħal bħala tagħrif fir-rimarki.

    2. L-appropjazzjonijiet li jikkorrispondu mad-dħul assenjat jistgħu isiru disponibbli kemm bħala somom kommessi kif ukoll bħala appropjazzjonijiet ta' pagament, meta l-istituzzjoni tirċievi l-pagament, ħlief fil-każ previst fl-Artikolu 161(2) tar-Regolament Finanzjarju. Isiru disponibbli awtomatikament, ħlief meta jitħallsu l-pagamenti akkont, imsemmijin fl-Artikolu 156 tar-Regolament Finanzjarju, u fil-każ ta' rettifika finanzjarja li għandhom x'jaqsmu mal-Fondi Strutturali.

    Artikolu 11

    Kontribuzzjonijiet minn Stati Membri għal programmi ta' riċerka(L-Artikolu 18(1)(a) tar-Regolament Finanzjarju)

    1. Il-kontribuzzjonijiet ta' l-Istati Membri biex iħallsu ċerti programmi supplimentari ta' riċerka, previsti fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 1150/2000, jitħallsu kif ġej:

    (a) seba' partijiet minn kull tnax tas-somma li tiddaħħal fil-budget għandhom jitħallsu sal-31 ta' Jannar tas-sena finanzjarja kurrenti;

    (b) il-kumplament jitħallas sal-15 ta' Lulju tas-sena finanzjarja kurrenti.

    2. Fejn il-budget ma jkunx adottat qabel il-bidu tas-sena finanzjarja, il-kontribuzzjonijiet previsti fil-paragrafu 1 se jkunu bbażati fuq is-somma mdaħħla fil-budget għas-sena finanzjarja ta' qabel.

    3. Kull kontribuzzjoni jew ħlas ieħor li l-Istati Membri iridu jagħmlu lill-budget jiddaħħal fil-kont jew kontijiet tal-Kummissjoni sa tletin jum mis-sejħa għall-fondi.

    4. Il-pagamenti jitħallsu fil-kont previst fir-Regolament (KE, Euratom) Nru 1150/2000 u jkun suġġett għall-kondizzjonijiet preskritti f'dak ir-Regolament.

    Artikolu 12

    Dħul assenjat li jirriżulta fil-partteċipazzjoni ta' Stati fl-EFTA f'xi programmi tal-Komunità(L-Artikolu 18(1)(d) tar-Regolament Finanzjarju)

    1. L-istruttura tal-budget biex takkomoda lill-Istati fl-EFTA f'xi programmi tal-Komunità tkun kif ġej:

    (a) fir-rendikont ta' dħul, linja b'annotazzjoni nominali (p.m.) issir biex takkomoda l-ammont sħIħ tal-kontribuzzjoni ta' l-Istati fl-EFTA għas-sena finanzjarja partikolari. L-ammont stmat jintwera fir-rimarki tal-budget;

    (b) fir-rendikont ta' nfiq:

    (i) ir-rimarki għal kull linja li għandha x'taqsam ma' l-attivitajiet tal-Komunità li jieħdu sehem fihom l-Istati fl-EFTA jridu juru l-ammont stmat tal-parteċipazzjoni "għat-tagħrif";

    (ii) l-Anness, li jifforma parti integrali mill-budget, jistabbilixxu l-linji kollha li jaqgħu taħthom l-attivitajiet tal-Komunità li jieħdu sehem fihom l-Istati fl-EFTA.

    L-Anness imsemmi f'punt (b)(ii) ta' l-ewwel sottoparagrafu jirrifletti u jagħmel parti minn l-istruttura li takkomoda l-appropjazzjonijiet li jikkorrispondu ma' tali parteċipazzjoni, kif previst fl-Artikolu 2, u biex tista' tkun issir in-nefqa.

    2. Skond l-Artikolu 82 tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE), l-ammonti tal-parteċipazzjoni annwali ta' l-Istati fl-EFTA, kif ikkonfermati lill-Kummissjoni mill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE skond l-Artikolu 1(5) tal-Protokoll 32 anness ma' dak il-Ftehim, joħroġ id-dispożizzjoni, fil-bidu tas-sena finanzjarja, ta' l-ammonti sħaħ ta' l-appropjazzjonijiet korrispondenti tar-rabtiet u tal-pagamenti.

    3. Jekk, matul is-sena finanzjarja, appropjazzjonijiet oħrajn ikunu pprovduti fis-sezzjonijiet tal-budget bil-parteċipazzjoni ta' l-Istati fl-EFTA, mingħajr l-Istati fl-EFTA ma jkunu jistgħu, matul dik is-sena, li jirranġaw il-kontribuzzjonijiet tagħhom skond ma jkun sar, biex jaqblu mal-"fattur ta' proporzjonalità" previst fl-Artikolu 82 tal-Ftehim dwar Iż-ZEE, il-Kummissjoni tista', bħala miżura temporanja u eċċezzjonali, tuża r-riżorsi tagħha ta' flus biex tiffinanzja minn qabel is-sehem ta' l-Istati fl-EFTA. Kull meta appropjazzjonijiet addizjonali ta' dan it-tip ikunu pprovduti, il-Kummissjoni, malajr kemm jista' jkun, trid titlob il-kontribuzzjonijiet korrispondenti mill-Istati fl-EFTA. Kull sena il-Kummissjoni tgħarraf lill-awtorità tal-budget dwar deċiżjonijiet ta' dan it-tip.

    Il-Finanzjament minn qabel ikun irregolarizzat malajr kemmjista' jkun fil-budget tas-sena finanzjarja ta' wara.

    4. Skond l-Artikolu 18(1)(d) tar-Regolament Finanzjarju, il-kontribuzzjonijiet ta' l-Istati fl-EFTA jgħoddu bħala dħul assenjat. L-uffiċjal tal-kontijiet jaddotta miżuri xierqa biex jiżgura li l-użu tad-dħul minn dawn il-kontribuzzjonijiet u mill-appropjazzjonijiet korrispondenti jkunu ssorveljati separatament.

    Fir-rapport previst fl-Artikolu 131(2) tar-Regolament Finanzjarju, il-kummissjoni trid turi il-fażi ta' l-implimentazzjoni għaliha, kemm fid-dħul kif ukoll fl-infiq, skond il-parteċipazzjoni ta' l-Istati fl-EFTA.

    Artikolu 13

    Qligħ minn sanzjonijiet imposti fuq Stati Membri iddikjarati li għandhom żbilanċ eċċessiv(L-Artikolu 18(1)(b) tar-Regolament Finanzjarju)

    L-istruttura tal-budget li takkomoda l-qligħ mis-sanzjonijiet imsemmijin fit-Taqsima 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1467/97 [12] se tkun kif ġej:

    (a) fir-rendikont tad-dħul anotazzjoni nominali (p.m.) tiddaħħal biex takkomoda l-imgħax fuq tali ammonti;

    (b) fl-istess waqt, u Bla ħsara għall-Artikolu 74 tar-Regolament Finanzjarju, meta dawk l-ammonti jiddaħħlu fir-rendikont tad-dħul, joħroġ il-provvediment, fir-rendikont ta' l-infiq, tas-somom kommessi u ta' l-appropjazzjonijiet ta' pagament. Dawn l-appropjazzjonijiet isiru skond l-Artikolu 17 tar-Regolament Finanzjarju.

    Artikolu 14

    Pagament ta' l-ammont nett(L-Artikolu 20(1) tar-Regolament Finanzjarju)

    Skond l-Artikolu 20(1) tar-Regolament Finanzjarju, it-tnaqqis li ġej jista' jsir minn talbiet għal pagament, fatturi jew rendikonti, li mbagħad jitgħaddew biex jitħallas l-ammont nett:

    (a) penali imposti lill-partijiet fil-kuntratti, inklużi kuntratti ta' ksib;

    (b) aġġustamenti għal ammonti li tħallsu żejda, li jistgħu isiru bi tnaqqis dirett minn pagament ġdid ta' l-istess tip lill-istess persuna li għandu jitħallas taħt il-kapitlu, l-artikolu u s-sena finanzjarja li fiha sar il-ħlas żejjed, u li jqajjem pagamenti temporanji jew pagamenti ta' bilanċi.

    Skontijiet, rifużjonijiet u ribassi fuq fatturi individwali u talbiet għall-pagamenti ma jkunux reġistrati bħala dħul tal-Komunità.

    Artikolu 15

    Kontijiet għat-taxxi rikoverabbli(L-Artikolu 20(2) tar-Regolament Finanzjarju)

    Kull taxxa li trid titħallas mill-Komunitajiet taħt l-Artikolu 20(2) tar-Regolament Finanzjarju trid tiddaħħal f'kont temporanju sakemm tingħata lura mill-Istati kkonċernati.

    KAPITOLU 5

    (Kapitolu 6 tar-Regolament Finanzjarju)

    Prinċipju ta' Speċifikazzjoni

    Artikolu 16

    Proċeduri ta' trasferiment(L-Artikolu 22(1) tar-Regolament Finanzjarju)

    1. Kull istituzzjoni tista' tipproponi lill-awtorità tal-budget, li fil-qasam tal-budget tagħha, isir trasferiment minn titolu għal ieħor li jaqbeż il-limitu ta' 10 % ta' l-appropjazzjonijiet għas-sena finanzjarja li fiha jkun qed isir it-trasferiment. Tgħarraf lill-Kummissjoni b'li tkun għamlet.

    Dawk it-trasferimenti ikunu suġġetti għall-proċeduri preskritti fl-Artikolu 24 tar-Regolament Finanzjarju.

    2. Kull istituzzjoni tista', fit-taqsima tagħha tal-budget, tagħmle trasferimenti bejn l-artikoli.

    Artikolu 17

    Regoli dwar il-kalkolazzjoni tal-limiti fuq it-trasferimenti(L-Artikolu 23 tar-Regolament Finanzjarju)

    1. Il-perċentwali msemmijin fl-Artikolu 22(1) u punti (b) u (ċ) ta' l-ewwel sottoparagrafu ta' l-artikolu 23(1) tar-Regolament Finanzjarju ikunu maħdumin meta ssir it-talba għat-trasferiment.

    2. Għall-fini tal-limiti msemmija fl-Artikolu 22(1) u punti (b) u (ċ) ta' l-ewwel sottoparagrafu ta' l-Artikolu 23(1) tar-Regolament Finanzjarju, l-ammont li għandu jittieħed bħala li huwa t-total tat-trasferimenti li jridu jsiru mil-linja li minnha qed issir it-trasferiment wara li jkunu saru l-aġġustamenti għal trasferimenti li saru qabel.

    Artikolu 18

    Nefqa Amministrattiva(L-Artikolu 23 Tar-Regolament Finanzjarju)

    In-nefqa msemmija f'punt (b) ta' l-ewwel sottoparagrafu ta' l-Artikolu 23(1) tar-Regolament Finanzjarju, tkopri l-oġġetti msemmijin fl-Artikolu 27 għal kull żona ta' politika.

    Artikolu 19

    Bażi għal talbiet ta' trasferiment ta' appropjazzjonijiet(L-Artikoli 22 u 23 tar-Regolament Finanzjarju)

    Proposti għal trasferimenti u l-informazzjoni kollha għall-awtorità tal-budget dwar trasferimenti li saru taħt l-Artikoli 22 u 23 tar-Regolament Finanzjarju irid ikollhom magħhom dokumenti addattati u ddettaljati li jsostnu l-implimentazzjoni ta' l-appropjazzjonijiet u l-istimi ta' ħtiġiet sat-tmiem ta' dik is-sena finanzjarja, kemm għal-linji li se jkunu ttrasferiti l-appropjazzjonijiet għal go fihom kif ukoll għal-linji li l-appropjazzjonijiet jittieħdu minnhom.

    Artikolu 20

    Bażi għal talbiet għal trasferimenti mir-riservi ta' għajnuna f'emerġenza(L-Artikolu 26 tar-Regolament Finanzjarju)

    Proposti għat-trasferiment biex ikunu jistgħu jintużaw ir-riservi ta' għajnuna f'emerġenza, imsemmija fl-ewwel sottoparagrafu ta' l-Artikolu 26(2) tar-Regolament Finanzjarju, irid ikollhom magħhom dokumenti addattati u iddettaljati li jsostnu:

    (a) għal-linja li t-trasferiment sar għal ġo fiha, l-iktar tagħrif riċenti li hemm għall-implimentazzjoni ta' l-appropjazzjonijiet u l-istima tal-ħtiġiet sa l-aħħar tas-sena finanzjarja;

    (b) għal-linji kollha li jirreferu għal azzjonijiet esterni, l-implimentazzjoni ta' appropjazzjonijiet sa l-aħħar tax-xahar ta' qabel it-talba għat-trasferiment u l-istima tal-ħtiġiet sa l-aħħar tas-sena finanzjarja, inkluż tqabbil ma' l-istima inizjali;

    (ċ) analiżi tal-possibbilitajiet ta' riallokazzjoni ta' appropjazzjonijiet.

    KAPITOLU 6

    (Kapitolu 7 tar-Regolament Finanzjarju)

    Prinċipju ta' treġija finanzjarja tajba

    Artikolu 21

    Evalwazzjoni(L-Artikolu 27 tar-Regolament Finanzjarju)

    1. Trid issir evalwazzjoni minn qabel tal-proposti kollha għall-programmi jew attivitajiet li jinħtieġu nfiq jew tnaqqis fid-dħul għall-budget, l-evalwazzjoni trid turi:

    (a) Il-ħtiġiet fil-futur qrib jew imbiegħed;

    (b) l-għanijiet li jridu jintlaħqu;

    (ċ) ir-riżultati mistennija u kif se jitkejjel kemm dawn qed jintlaħqu;

    (d) il-valur miżjud ta' l-involviment tal-Komunità;

    (e) ir-riskji, inkluża l-frodi, marbuta mal-proposti u toroq oħrajn li jistgħu jittieħdu;

    (f) tagħlimiet minn esperjenzi bħal din;

    (g) il-volum ta' appropjazzjonijiet, riżorsi umani u nfiq ieħor amministrattiv li jrid ikun allokat b'konsiderazzjoni għal kemm hu iġġustifikat;

    (h) is-sistema ta' issorveljar li trid tinbeda.

    2. Trid issir evalwazzjoni, kif ġej, tal-programmi u ta' l-attivitajiet waqt li jkunu qed isiru u meta jitlestew biex ikun żgurat li r-riżorsi umani allokati u r-riżultati miksubin huma konsistenti ma' l-għanijiet stabbiliti:

    (a) ir-riżultati miksubin meta jsir programm fuq medda ta' snin iridu jkunu evalwati skond skeda li tħalli s-sejbiet ta' dik l-evalwazzjoni ikunu meqjusa f'kull deċiżjoni fuq it-tiġdid, tibdil jew sospensjoni tal-programm;

    (b) ir-riżultati ta' attivitajiet iffinanzjati fuq bażi annwali iridu jkunu evalwati mill-inqas kull sitt snin.

    Punt (b) ta' l-ewwel sottoparagrafu ma jgħoddx għal kull proġett jew azzjoni li jsiru f'dawk l-attivitiajiet, għax il-ħtiġiet ta' dawn jistgħu jintlaħqu mir-rapporti finali li jibagħtu l-entitajiet li jkunu għamlu l-azzjoni.

    Artikolu 22

    Rendikont finanzjarju(L-Artikolu 28 tar-Regolament Finanzjarju)

    1. Kull proposta għal att li tasal għand l-awtorità leġislattiva u li jista' jkollha effett fuq il-budget, inklużi bidliet fin-numru ta' impjiegi, irid ikollha rendikont finanzjarju.

    Ir-rendikont finanzjarju irid ikollu fih it-tagħrif finanzjarju u ekonomiku biex l-awtorità leġislattiva tara hemmx bżonn ta' azzjoni mill-Komunità. Irid jagħti tagħrif xieraq dwar qbil ma' strumenti finanzjarji oħrajn u xi sinerġiji li jista' jkun hemm.

    Meta jkun hemm operazzjonijiet itwal ta' ħafna snin, ir-rendikont irid ibassar il-ħtiġiet ta' kull sena f'dawk li huma appropjazzjonijiet u impjiegi u stima ta' l-impatt finanzjaru tagħhom fil-futur mhux imbiegħed wisq.

    2. Biex ma jkunx hemm riskju ta' frodi jew irregolaritajiet li jistgħu jolqtu ħażin il-protezzjoni ta' l-interessi finanzjarji tal-Komunitajiet, ir-rendikont finanzjarju irid jagħti tagħrif dwar miżuri li hemm u miżuri ippjanati biex ma ssirx frodi u miżuri ta' protezzjoni.

    KAPITOLU 7

    (Kapitolu 8 tar-Regolament Finanzjarju)

    Prinċipju tat-trasparenza

    Artikolu 23

    Pubblikazzjoni provviżorja ta' sommarju tal-budget(L-Artikolu 29 tar-Regolament Finanzjarju)

    Sommarju tal-figuri tal-budget irid ikun ippublikat fuq is-sit ta' l-internet ta' l-istituzzjonijiet malajr kemm jista' jkun wara li jkun addottat il-budget, imma sa żmien erba' ġimgħat, fuq inizjattiva tal-Kummissjoni, sakemm ikun ippubblikat uffiċjalment fil-Ġurnal Uffiċċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

    TITOLU III

    STABBILIMENT U STRUTTURA TAL-BUDGET

    KAPITOLU 1

    Stabbiliment tal-budget

    Artikolu 24

    Daħla ġenerali għall-abbozz preliminari tal-budget(L-Artikolu 33 tar-Regolament Finanzjarju)

    Il-Kummissjoni għandha tħejji d-daħla ġenerali ta' l-abbozz preliminari tal-budget.

    Kull waħda mit-taqsimiet ta' l-abbozz preliminari tal-budget irid ikollha qabilha daħla mill-istituzzjoni ikkonċernata.

    Id-daħla ġenerali jrid ikollha:

    (a) listi finanzjarji li jkopru l-budget kollu;

    (b) rigward it-Titoli fit-taqsima tal-Kummissjoni:

    (i) deskrizzjoni tal-politika li turi intitolament għall-appropjazzjonijiet li qed jintalbu, b'konsiderazzjoni xierqa għall-prinċipji u ħtiġiet preskritti fl-Artikoli 27 u 33(2)(d) tar-Regolament Finanzjarju;

    (ii) il-bażi għall-bidliet fl-appropjazzjonijiet minn sena finanzjarja għall-oħra.

    Artikolu 25

    Dokumenti ta' gwida li jappoġġaw l-abbozz preliminari tal-budget(L-Artikoli 30 u 33 tar-Regolament Finanzjarju)

    Id-dokumenti ta' gwida li ġejjin se jkunu pprovvduti biex jappoġġaw lill-abbozz preliminari tal-budget:

    (a) dwar il-persunal ta' l-istituzzjoni:

    (i) dikjarazzjoni tal-politika għall-persunal permanenti u temporanju;

    (ii) skema ta' kif huma organizzati l-posizzjonijiet ta' mpjiegi fil-budget u n-nies li jokkupaw il-kariga fid-data ta' meta jkun ippreżentat l-abbozz preliminari tal-budget li trid turi t-tqassim tagħhom skond il-grad u l-unit amministrattiv għal kull kategorija tal-persunal;

    (iii) meta ssir proposta biex jinbidel in-numru ta' nies fil-post trid issir dikjarazzjoni tar-raġunijiet li jiġġustifikaw il-bidla;

    (iv) lista ta' postijiet maqsumin skond iż-żona ta' politika;

    (b) dikjarazzjoni dettaljata tal-politika ta' self;

    (ċ) għal sussidji lill-entitajiet imsemmija fl-Artikolu 32 tar-Regolament Finanzjarju irid ikun hemm stima ta' dħul u nfiq ipprefazjata b'memorandum ta' spjega mħejji mill-entitajiet ikkonċernati, u għall-Iskejjel Ewropej, rendikont li juri dħul u nfiq u n-nota ta' dħul ikollha memorandum ta' spjega.

    Artikolu 26

    Abbozz preliminari li jemenda l-budgets(L-Artikolu 37(1) tar-Regolament Finanzjarju

    Abbozz preliminari li jemenda l-budgets irid ikollu miegħu dikjarazzjonijiet tal-bażi għal u tagħrif dwar l-implimentazzjoni tal-budget fis-sena finanzjarja kurrenti u dik ta' qabilha li kien hemm meta dawn kienu stabbiliti.

    KAPITOLU 2

    Struttura u preżentazzjoni tal-budget

    Artikolu 27

    Appropjazzjonijiet amministrattivi(L-Artikolu 41 tar-Regolament Finanzjarju)

    Meta r-rendikont ta' l-infiq ikun ippreżentat f'nomenklatura mibnija skond l-iskop ta' l-infiq, appropjazzjonijiet amministrattivi jridu jkunu maqsumin taħt intestaturi separati skond il-klassifikazzjoni li ġejja:

    (a) infiq tal-persunal skond il-pjan stabbilit: irid ikun hemm ammont ta' appropjazzjonijiet u għadd ta' mpjiegi li jikkorispondu ma' l-infiq;

    (b) infiq fuq persunal mhux tad-dipartiment (persunal awżiljarju u persunal ta' aġenzija) u nfiq ta' treġija (inklużi spejjeż ta' rappreżentazzjoni u laqgħat);

    (ċ) nfiq fuq bini u nfiq relatat, inklużi tindif u manutenzjoni, kiri, telekomunikazzjonijiet, ilma, gass u elettriku;

    (d) infiq ta' sosteniment.

    L-infiq amministrattiv tal-Kummissjoni li tista' taqa' taħt l-intestaturi kollha trid tkun miktuba għaliha f'rendikont għalih imqassar ikklassifikat skond it-tip.

    Artikolu 28

    Infiq effettiv fl-aħħar sena finanzjarja li l-kontijiet tagħha ngħalqu(L-Artikolu 46(1)(e) tar-Regolament Finanzjarju)

    Biex ikun stabbilit il-budget, infiq effettiv fl-aħħar sena finanzjarja li l-kontijiet tagħha ngħalqu ikun iddeterminat kif ġej:

    (a) f'rabtiet: rabtiet imdaħħlin fil-kontijiet tul is-sena finanzjarja kontra appropjazzjonijiet għal dik is-sena finanzjarja kif iddefinit fl-Artikolu 5;

    (b) f'pagamenti: pagamenti li saru f'dik is-sena finanzjarja, jiġifieri, pagament li ntbagħat il-bank, kontra appropjazzjonijiet għal dik is-sena finanzjarja kif iddefinit fl-istess artikolu.

    Artikolu 29

    Rimarki ta' Budget(L-Artikolu 46(1)(g)tar-Regolament Finanzjarju)

    Ir-rimarki tal-budget jinkludu:

    (a) ir-referenzi ta' l-att bażiku, fejn hemm wieħed;

    (b) l-spjegazzjonijiet kollha xierqa dwar in-natura u l-iskop ta' l-appropjazzjonijiet.

    Artikolu 30

    Pjan ta' Stabbiliment(L-Artikolu 46(1)(3)(a) tar-Regolament Finanzjarju)

    Il-persunal ta' l-aġenzija fornitriċi jidher għalih fil-pjan ta' stabbiliment tal-Kummissjoni.

    TITOLU IV

    IMPLIMENTAZZJONI TAL-BUDGET

    KAPITOLU 1

    Dispożizzjonijiet ġenerali

    Artikolu 31

    Għamliet ta' l-atti bażiċi(L-Artikolu 49(1) tar-Regolament Finanzjarju)

    1. Fil-qasam tal-Komunità oqsma, l-att bażiku jista' jkun regolament, direttiva, deċiżjoni [13] fis-sens ta' l-Artikolu 249 tat-Trattat ta' l-KE jew deċiżjoni sui generis.

    2. Fl-oqsma ta' politika barranija u ta' sigurtà komuni att bażiku jista' jkollu waħda mill-għamliet speċifikati fl-Artikoli 13(2), 14 u 23(2) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea.

    3. Fl-oqsma tal-pulizija u koperazzjoni ġudizzjarja fi kwistjonijiet kriminali att bażiku jista' jkollu waħda mill-għamliet speċifikati fl-Artikolu 34(2) dwar l-Unjoni Ewropea.

    Artikolu 32

    L-ogħla ammonti għal skemi sperimentali u azzjonijiet preparattivi(L-Artikolu 49(2)(a) u (b)tar-Regolament Finanzjarju)

    1. L-ammont totali ta' appropjazzjonijiet għall-iskemi sperimentali msemmija fl-Artikolu 49(2)(a) tar-Regolament Finanzjarju ma jistax ikun ikbar minn EUR 32 miljun fl-ebda sena tal-budget.

    2. L--ammont totali ta' appropjazzjonijiet għal azzjonijiet preparatorji ġodda msemmijia fl-Artikolu 49(2)(b) ma jistax ikun ikbar minn EUR 30 miljun fl-ebda sena tal-budget, u l-ammont totali ta' l-appropjazzjonijiet effettivament marbutin għall-azzjonijiet preparatorji ma jistgħux jaqbżu l-EUR 75 miljun.

    Artikolu 33

    Poteri Speċifiċi tal-Kummissjoni taħt it-Trattati(L-Artikolu 49(2)(ċ)tar-Regolament Finanzjarju)

    1. L-Artikoli tat-Trattat tal-KE li jistgħu jagħtu poteri direttament lill-Kummissjoni huma li ġejjin:

    (a) l-Artikolu 138 (djalogu soċjali);

    (b) l-Artikolu 140 (studji, fehmiet u konsultazzjonijiet dwar kwistjonijiet soċjali);

    (ċ) l-Artikolu 143 u145 (rapport speċjali dwar kwistjonijiet soċjali);

    (d) l-Artikolu 152(2) (inizjattivi biex iġibu ‘l quddiem kordinazzjoni f'kwistjonijiet ta' ħarsien tas-saħħa);

    (e) l-Artikolu 155(2) (inizjattivi biex iġibu ‘l quddiem kordinazzjoni dwar in-networks trans-Ewropew);

    (f) l-Artikolu 157(2) (inizjattivi biex iġibu ‘l quddiem kordinazzjoni dwar kwistjonijiet li għandhom x'jaqsmu mar-relazzjonijiet fl-industrija);

    (g) l-Artikolu 159, it-tieni paragrafu (rapport fuq il-progress li qed isir lejn għaqda ekonomika u soċjali);

    (h) l-Artikolu 165(2) (inizjattivi biex Iġibu ‘l quddiem kordinazzjoni fuq riċerka u żvilupp teknoloġiku);

    (i) l-Artikolu 173 (rapport fuq ir-riċerka u żvilupp teknoloġiku);

    (j) l-Artikolu 180(2) (inizjattivi biex Iġibu ‘l quddiem kordinazzjoni ta' żvilupp ta' politika ta' koperazzjoni).

    2. L-Artikolu tat-Trattat ta' l-Euratom li jagħti poteri direttament lill-Kummissjoni huma li ġejjin:

    (a) l-Artikolu 70 (appoġġ finanzjarju, fil-limiti imposti mill-budget, għall-programmi ta' prospezzjoni fit-territorji ta' l-Istati Membri);

    (b) l-Artikolu 77 et seq. (salvagwardji).

    3. fil-preżentazzjoni ta' abbozz preliminari tal-budget, jistgħu jiżdiedu d-dettalji fil-listi stabbiliti fil-paragrafi 1 u 2, b'indikazzjoni ta' l-artikoli in kwistjoni u l-ammonti involuti.

    Artikolu 34

    Definizzjoni ta' konflitt ta' interessi(L-Artikolu 52(2) tar-Regolament Finanzjarju)

    1. Atti li jistgħu ikunu kompromessi b'konflitt ta' interessi fis-sens ta' l-Artikolu (52(2) tar-Regolament Finanzjarju jistgħu, fost affarijiet oħrajn, ikunu kif ġej:

    (a) l-għoti ta' vantaġġi diretti jew indiretti mhux iġġustifikat;

    (b) rifjut li benefiċjarju jingħata drittijiet jew vantaġġi li hu intitolat għalihom;

    (ċ) Għemil ta' atti li m'għandhomx isiru jew atti ħżiena jew nuqqas ta' għemil ta' atti li huma obbligatorji.

    2. L-awtorità kompetenti msemmija fl-Artikolu 52(1) tar-Regolament Finanzjarju tkun is-superjur ġerarkiku tal-membru tal-persunal imdaħħal. Is-superjur ġerarkiku jikkonferma bil-miktub jekk hemmx konflitt ta' interessi.

    KAPITOLU 2

    Metodi ta' implimentazzjoni

    Taqsima 1

    Dispożizzjonijiet ġenerali

    Artikolu 35

    Kontrolli li l-Kummissjoni tagħmel minn qabel(L-Artikoli 53 u 56 tar-Regolament Finanzjarju)

    1. Meta l-Kummissjoni timplimenta l-budget bi treġija konġunta, iddeċentrallizzata jew treġija ċentralizzata indiretta, trid tagħmel kontrolli tad-dokumenti u kontrolli minnufih dwar l-eżistenza, rilevanza u operazzjoni kif suppost fi ħdan l-entitajiet li tafda bl-implimentazzjoni, skond ir-regoli tat-treġija finanzjarja tajba, u, fil-każi ta' treġija iddeċentralizzata, sħiħa jew parti, skond il-grad ta' deċentralizzazzjoni miftiehem:

    (a) proċeduri applikati;

    (b) sistemi ta' kontroll;

    (ċ) sistemi ta' kontijiet;

    (d) proċeduri ta' ksib u konċessjoni ta' għotjiet.

    2. Il-Kummissjoni għandha tirrevedi dawn l-arranġamenti kif jinħtieġ kull meta jkun hemm bidliet sostanzjali fil-proċeduri jew sistemi biex ikun żgurat il-ħarsien tal-kondizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 1.

    3. L-entitajiet imsemmijin fil-paragrafu 1 għandhom jagħtu lill-Kummisjoni, fi żmien speċifikat, kull tagħrif li titlob u tinfurmaha mingħajr dewmien dwar kull bidla sostanzjali fil-proċeduri jew sistemi. Il-kummissjoni, kif jixraq, għandha tistabbilixxi l-obbligi fl-istrumenti ta' delegazzjoni jew fil-ftehim milħuq ma' dawk l-entitajiet.

    4. Meta l-Kummissjoni timplimenta l-budget bi treġija konġunta, ikun jgħodd il-ftehim ta' verifikazzjoni milħuq ma' l-organizzazzjonijiet imdaħħlin.

    Taqsima 2

    Dispożizzjonijiet Speċjali

    Artikolu 36

    Treġija diretta iċċentralizzata(L-Artikolu 53 tar-Regolament Finanzjarju)

    Meta l-Kummissjoni timplimenta l-budget b'mod ċentralizzat u dirett fid-dipartimenti tagħha stess, il-kompiti ta' ċentralizzazzjoni isiru mill-aġenti finanzjarji skond it-tifsira ta' l-Artikoli 58 sa 68 tar-Regolament Finanzjarju u skond il-kondizzjonijiet preskritti f'dan ir-regolament.

    Artikolu 37

    Eserċitazzjoni tal-poteri mgħoddija lill-aġenziji eżekuttivi(L-Artikoli 54(2)(a) u 55(2) tar-Regolament Finanzjarju)

    1. Deċiżjonijiet biex ikunu delegati poteri lill-aġenziji eżekuttivi jawtoriżżawhom, bħala uffiċjali li jawtorizzaw b'delegazzjoni, li jimplimentaw appropjazzjonijiet li għandhom x'jaqsmu mal-programm tal-Komunità, li huma inkarigati bit-treġija tiegħu.

    2. Il-poteri iddelegati lill-aġenzjia eżekuttiva ikunu eżerċitati mid-direttur ta' l-aġenzija skond l-Artikolu 55(2) tar-Regolament Finanzjarju.

    3. Id-dokument tad-delegazzjoni tal-Kummissjoni jkollu l-istess dispożizzjonijiet imniżżla fl-Artikolu 39(2). Ikun aċċettat formalment bil-miktub mid-direttur f'isem l-aġenzija eżekuttiva.

    Artikolu 38

    Eliġibbilta ta' entitajiet fis-settur pubbliku jew entitajiet privati b'missjoni ta' servizz pubbliku u l-kondizzjonijiet biex għad-delegazzjoni tal-poteri.(L-Artikolu 54(2)(ċ) tar-Regolament Finanzjarju)

    1. Il-Kummissjoni tista' tiddelega kompiti li jinvolvu l-eżerċitazzjoni ta' awtorità pubblika lil entitajiet fis-settur pubbliku jew entitajiet privati b'missjoni ta' servizz pubbliku jekk ikunu irregolati mil-liġi ta' wieħed mill-Istati Membri, jew l-Istati ta' taż-ŻEE jew pajjiż milli applikaw biex jissieħbu fl-Unjoni Ewropea, sakemm l-att bażiku ma jgħidx mod ieħor.

    2. Il-Kummissjoni tiżgura li l-entitajiet imsemmijin fil-Paragrafu 1 joffru garanzija finanzjarja xierqa, preferibbilment minn awtorità pubblika, b'mod partikolari l-irkupru sħiħ ta' l-ammonti dovuti lill-Kummissjoni.

    3. Meta l-Kummissojni tkun qed tippjana li tafda kompiti fejn tidħol l-eseċitazzjoni ta' awtorità pubblika, b'mod partikolari kompiti ta' implimentazzjoni tal-budget, lil xi entità imsemmija fil-punt (ċ) ta' l-Artikolu 54(2) tar-Regolament Finanzjarju, trid tanalizza l-osservanza tal-prinċipji ekonomiċi, effettivita u effikaċja. Jekk mill-analiżi joħroġ li d-delegazzjoni hi l-aħjar mod biex ikunu issodisfati l-ħtiġiet ta' treġija finanzjarja tajba, il-Kummissjoni, qabel ma timplimenta d-deċiżjoni, trid titlob il-fehma tal-kumitat kompetenti previst fl-att bażiku, li jista' wkoll jagħti l-fehma tiegħu fuq kif se jkunu applikati l-kriterji ta' l-għażla.

    Artikolu 39

    Nomina ta' entitajiet nazzjonali fis-settur pubbliku jew entitajiet privati b'missjoni ta' servizz pubbliku(L-Artikolu 54(2)(ċ) tar-Regolament Finanzjarju)

    1. L-entitajiet nazzjonali fis-settur pubbliku jew entitajiet privati b'missjoni ta' servizz pubbliku ikunu rregolati mil-liġi ta' l-iStat Membru jew il-pajjiż li jkunu twaqqfu fih.

    2. Tali entitajiet jintagħżlu b'mod oġġettiv u trasparenti, wara analiżi ta' kemm hi ġġustifikata n-nefqa fihom, biex ikun hemm qbil mal-ħtiġiet ta' l-għażla tal-Kummissjoni. Fl-għażla ma jistax ikun hemm diskriminazzjoni bejn l-Istati Membri jew il-pajjiżi mdaħħlin.

    3. Fil-każ ta' network ta' treġija fejn hemm bżonn in-nomina ta' mill-inqas entità waħda minn Stat Membru jew pajjiż imdaħħal, l-entità tkun innominata mill-iStat Membru jew pajjiż imdaħħal skond id-dispożizzjonijiet ta' l-att bażiku.

    Fil-każi l-oħrajn kollha il-Kummissjoni tinnomina tali entitajiet fi ftehim ma' l-Istati Membri jew pajjiżi mdaħħlin u skond id-dispożizzjonijiet ta' l-atti bażiċi.

    Artikolu 40

    Osservanza tar-regoli tal-ksib(L-Artikolu 57 tar-Regolament Finanzjarju)

    Meta l-Kummissjoni tafda lil entitajiet privati b'kompiti skond l-Artikolu 57(2) tar-Regolament Finanzjarju, trid tikkonkludi kuntratt skond id-dispożizzjonijiet tat-Titolu V ta' l-Ewwel Parti tar-Regolament Finanzjarju.

    Artikolu 41

    Arranġamenti ddettaljati għal tmexxija iċċentralizzata indiretta(L-Artikoli 54(2)(b) u (ċ)tar-Regolament Finanzjarju)

    1. Meta l-Kummissjoni tafda lill-aġenziji jew entitajiet skond punti (b) u (ċ) ta' l-Artikolu 54(2) tar-Regolament Finanzjarju, trid tikkonkludi ftehim magħhom.

    2. Il-Ftehim imsemmi fil-Paragrafu 1 irid jinkludi d-dispożizzjonijiet li ġejjin:

    (a) definizzjoni tal-kompiti assenjati;

    (b) il-kondizzjonijiet u arranġamenti iddettaljati biex isiru l-kompiti, ukoll dispożizzjonijiet xierqa biex ikunu magħrufa r-risponsibbiltajiet u jkunu organizzati l-kontrolli li jridu jsiru;

    (ċ) ir-regoli dwar ir-rapporti lill-Kummissjoni dwar kif għandhom isiru l-kompiti;

    (d) il-kondizzjonijiet li taħthom jieqfu jsiru l-kompiti;

    (e) l-arranġamenti iddettaljati għall-iskrutinju mill-Kummissjoni;

    (f) il-kondizzjonijiet li jirregolaw l-użu ta' kontijiet bankarji isseparati, ta' min hu l-imgħax u kif dan jintuża';

    (g) id-dispożizzjonijiet li jiggarantixxu d-deher ta' l-azzjoni tal-Komunità dwar l-attivitajiet l-oħrajn ta' l-entità;

    (h) wegħda li ma jsirux atti li jistgħu iqajmu konflitt ta' interess fis-sens ta' l-Artikolu 52(2) tar-Regolament Finanzjarju.

    3. L-aġenziji jew entitajiet imsemmijin fil-paragrafu 1 m'għandhomx l-istat b'delegazzjoni ta' uffiċċjali li jawtorizzaw.

    Artikolu 42

    Proċeduri ta' clearance ta' kontijiet fi treġija konġunta jew iddeċentralizzata(L-Artikolu 53(5)tar-Regolament Finanzjarju)

    1. L-iskop tal-proċedura tal-clearance tal-kontijiet imsemmija fl-Artikolu 53(5) tar-Regolament Finanzjarju ikun li jiżgura li l-infiq ta' l-Istati membri fil-kuntest ta' treġija konġunta jew minn terzi pajjiżi fil-kuntest ta' treġija iddeċentralizzata u li tista' titħallas mill-budget tal-Komunità tkun kif suppost u taqbel mar-regoli tal-Komunità li jgħoddu.

    2. Bla ħsara għad-dispożizzjonijiet speċifiċi li jinsabu fir-regoli ta' l-oqsma, il-proċedura tal-clearance tal-kontijiet ikollha:

    (a) dikjarazzjoni ta' l-infiq ta' l-Istati Membri jew terzi pajjiżi fl-għamla ta' kontijiet iċċertifikati minn dipartiment teknikament kompetenti jew entità li taħdem indipendentement mill-aġenzija li tonfoq;

    (b) tiddokumenta u, fejn jixraq, u kontrolli għal għarrieda mill-Kummissjoni, mingħajr limitazzjonijiet jew restrizzjonijiet, fuq il-kontenut ta' dawn il-kontijiet u t-tranżazzjonijiet tagħhom, inklużi kontrolli fuq benefiċjarji;

    (ċ) l-ammont stabbilit mill-Kummissjoni li jista' jitħallas mill-budget, wara proċedura bil-kontra u wara l-Istati Membri jew terzi pajjiżi ikunu mgħarrfa;

    (d) kalkulazzjoni tal-korrezzjoni finanzjarja ġejja mid-differenza bejn in-nefqa ddikjarata u n-nefqa li titħallas mil-budget;

    (e) irkupru jew ħlas lura tal-bilanċ ġej mid-differenzi bejn in-nefqa magħrufa u s-somom imħallsin lill-Istati Membri jew terzi pajjiżi. L-irkupru isir minn kumpens kif speċifikat fl-Artikolu 83.

    3. Fil-kuntest ta' treġija iddeċentralizzata, il-clearance tal-kontijiet deskritta fil-paragrafi 1 u 2 tgħodd skond il-grad miftiehem ta' deċentralizzazzjoni.

    Artikolu 43

    Treġija konġunta(L-Artikoli 53 u 165 tar-Regolament Finanzjarju)

    1. L-appropjazzjonijiet użati fit-treġija konġunta ma' organizzazzjonijiet internazzjonali fis-sens ta' l-Artikoli 53 u 165 tar-Regolament Finanzjarju iħallsu għall-azzjonijiet, biex isir il-ħlas jinħtieġ ġbir ta' riżorsi minn għad ta' donaturi, meta mhux possibbli jew xieraq li jitqassam is-sehem li jkun inħareġ minn kull donatur għal kull nefqa.

    Il-Kummissjoni tiżgura li jeżistu arranġamenti xierqa għall-kontroll u l-verifika ta' l-azzjoni sħiħa.

    2. L-organizzazzjonijiet internazzjonali imsemmijin fil-paragrafu 1 huma dawn:

    (a) organizzazzjonijiet internazzjonali tas-settur pubbliku stabbiliti bi ftehim bejn il-gvernijiet, u aġenziji speċjalizzati stabbiliti minn tali organizzazzjonijiet;

    (b) il-Kumitat internazzjonali tas-Salib l-Aħmar (KISA);

    (ċ) il-Federazzjoni Internazzjonali tas-Soċjetajiet Nazzjonali tas-Salib l-Aħmar u tan-Nofs Qamar Aħmar.

    KAPITOLU 3

    Atturi Finanzjarji

    Taqsima 1

    Drittijiet u Obbligi ta'l-atturi finanzjarji

    Artikolu 44

    Drittijiet u obbligi ta' l-atturi finanzjarji(L-Artikolu 58 tar-Regolament Finanzjarju)

    Kull istituzzjoni tagħti lil kull attur finanzjarju ir-riżorsi meħtieġa biex jaqdi dmirijietu u statut li jiddeskrivi il-kompiti, id-drittijiet u l-obbligi tiegħu b'mod idettaljat.

    Taqsima 2

    Uffiċjal li jawtorizza

    Artikolu 45

    Għajnuna għall-uffiċċjali li jawtorizzaw b'delegazzjoni u sottodelegazzjoni(L-Artikolu 59 tar-Regolament Finanzjarju)

    1. L-uffiċċjal lijawtorizza jista' jkun megħjun fi dmirijietu minn uffiċċjali jew impjegati oħra ("persunal" minnhawn ‘il quddiem) li fuq responsabbilta' tiegħu jagħmlu ċertu xogħol meħtieġ għall-implimentazzjoni tal-budget u biex jinġabar it-tagħrif finanzjarju u dwar treġija. Biex ma jkunx hemm konflitt ta' interessi, persunal li jgħin lill-uffiċċjali li jawtorizzaw b'delegazzjoni jew sottodelegazzjoni ikollhom joqogħdu għall-obbligi msemmija fl-Artikolu 52 tar-Regolament Finanzjarju.

    2. Kull istituzzjoni trid tgħarraf lill-awtorità tal-budget meta jilħaq uffiċċjal li jawtorizza tal-grad A1 b'delegazzjoni, jinbidillu jew jintemmlu xogħlu.

    Artikolu 46

    Dispożizzjonijiet interni li jirregolaw id-delegazzjonijiet(L-Artikolu 59 tar-Regolament Finanzjarju)

    Skond ir-Regolament Finanzjarju u dan ir-regolament, kull istituzzjoni trid tistabbilixxi fir-regoli interni tagħha miżuri għat-treġijaġija ta' l-appropjazzjonijiet li tqis meħtieġa għal implimentazzjoni xierqa tat-taqsim tagħha tal-budget.

    Artikolu 47

    Segregazzjoni tad-dmirijiet ta' bidu u verifika ta' operazzjoni(L-Artikolu 60(4)tar-Regolament Finanzjarju)

    1. Bidu ta' operazzjoni għandu jinftiehem bħala x-xogħol kollu li jsir mil-persunal imsemmi fl-Artikolu 45 u li jridu jsiru bħala tħejjija qabel l-addozzjoni ta' l-atti li jimplimentaw il-budget mill-uffiċjal li jawtorizza, jew delegazzjoni jew sottodelegazzjoni kompetenti.

    2. Verifikazzjoni ex ante ta' operazzjoni għandha tinftiehem bħala l-kontrolli minn qabel li jagħmel l-uffiċċjal responsabbli biex jivverifika l-aspetti operazzjonali u funzjonali tagħha.

    3. Trid issir mill-inqas verifikazzjoni ex ante fuq kull operazzjoni.

    (a) l-infiq u d-dħul huma kif suppost u jaqblu mad-dispożizzjonijiet applikabbli, b'mod partikolari dawk tal-budget u r-regolamenti rilevanti u ta' l-atti addottati fl-implimentazzjoni ta-budget jew regolamenti u, fejn jgħodd, it-termini tal-kuntratti;

    (b) il-prinċipju ta' treġija finanzjarja tajba imsemmi fil-Kapitolu 7 tat-Titolu II tar-Regolament Finanzjarju ikun applikat.

    4. Il-verifiki ta' wara fuq dokumenti u, fejn jgħodd, għal għarrieda, jikkontrollaw li l-operazzjonijiet iffinanzjati mill-budget huma implimentati sew u b'mod partikolari li jkunu osservati l-kriterji msemmija fil-paragrafu 3. Dawn il-verifiki jistgħu isiru a bażi ta' kampjuni minn analiżi ta' riskju.

    5. L-uffiċċjali jew persunal ieħor li jagħmel il-verifiki msemmijin fil-paragrafi 2 u 4 ma jistgħux ikunu l-istess li jagħmlu l-kompiti ta' bidu msemmijin fil-paragrafu 1, u lanqas ma jkunu taħthom.

    Artikolu 48

    Proċeduri ta' treġija u kontroll intern(L-Artikolu 60(4) tar-Regolament Finanzjarju)

    Is-Sistemi u l-proċeduri ta' treġija u kontroll intern iridu jkunu disinjati biex:

    (a) jilħqu l-għanijiet tal-politika, programmi u azzjonijiet ta' l-istituzzjonijiet skond il-prinċipju ta' treġija finanzjarja tajba;

    (b) iħarsu r-regoli tal-liġi tal-Komunità u standards ta' kontroll minimu stabbiliti mill-istituzzjoni;

    (ċ) jissalvagwardjaw l-assi u t-tagħrif ta' l-istituzzjoni;

    (d) Ma jħallux li jsiru irregolaritajiet, żbalji u frodi, u li jekk isiru jindunaw bihom;

    (e) jidentifikaw u jilqgħu kontra riskji ta' treġija;

    (f) jiżguraw ġbir ta' tagħrif siewi dwar finanzi u treġija;

    (g) iżommu dokumenti ta' sostenn li għandhom x'jaqsmu ma', u li ġejjin minn, miżuri tal-budget u implimentazzjoni tal-budget;

    (h) Iżommu dokumenti li għandhom x'jaqsmu ma' garanziji bil-quddiem għall-istituzzjoni u li jżommu ġurnal ta' reġistrazzjoni biex tali garanziji jkunu ssorveljati.

    Artikolu 49

    Dokumenti ta' sostenn miżmuma mill-uffiċċjal li jawtorizza(L-Artikolu 60(4) tar-Regolament Finanzjarju)

    Is-sistemi ta' treġija u proċeduri li jżommu d-dokumenti ta' sostenn oriġinali jridu:

    (a) jinnumeraw tali dokumenti;

    (b) jiddataw tali dokumenti;

    (ċ) jżommu reġistri, li jistgħu ikunu f'kompjuter, biex ikun magħruf eżatt fejnhom dawn id-dokumenti;

    (d) iżommu dawn id-dokumenti mill-inqas għal ħames snin minn meta l-Parlament Ewropew jagħti dispensa għas-sena tal-budget marbuta mad-dokumenti

    Dokumenti li għandhom x'jaqsmu ma' operazzjonijiet li mhux magħluqin għal kollox iridu jinżammu iktar milli previst f'punt (d) ta' l-ewwel sottoparagrafu, jiġifieri sa l-aħħar tas-sena ta' wara dik li jingħalqu l-operazzjonijiet.

    Artikolu 50

    Kodiċi ta' standards professjonali(L-Artikolu 60(5)tar-Regolament Finanzjarju)

    1. Il-persunal innominat mill-uffiċjal li jawtorizza li jrid jivverifika l-operazzjonijiet finanzjarji jintagħżel fuq it-tagħrif tagħhom, kapaċitajiet u kwalifiki partikolari kif muri minn diplomi jew esperjenza professjonali xierqa, jew wara programm ta' taħriġ xieraq.

    2. Kull istituzzjoni tħejji kodiċi ta' standards professjonali li jiddeterminaw, rigward kwistjonijiet ta' kontroll intern:

    (a) il-livell ta' kompetenza teknika u finanzjarja mitlub mill-persunal imsemmi fil-paragrafu 1;

    (b) l-obbligu ta' tali persunal li jitħarreġ kontinwament;

    (ċ) il-missjoni, sehem u kompiti mogħtija lilhom;

    (d) ir-regoli ta' kondotta, b'mod partikolari l-istandards ta' l-etika u integrita li jridu jħarsu u d-drittijiet tagħhom.

    3. Kull istituzzjoni jkollha l-istrutturi xierqa biex iqassmu u jaġġornaw tagħrif xieraq dwar il-livell ta' kontrolli lid-dipartimenti li jawtorizzaw u l-metodi u teknika għal dak l-iskop.

    Artikolu 51

    Nuqqas ta' azzjoni mill-uffiċċjal bid-delegazzjoni li jawtorizza delegazzjoni(L-Artikolu 60(6) tar-Regolament Finanzjarju)

    Nuqqas ta' azzjoni mill-uffiċċjal bid-delega li jawtorizza delegazzjoni, kif imsemmi fl-Artikolu 60(6) tar-Regolament Finanzjarju, għandu ifisser in-nuqqas ta' tweġiba fi żmien raġjonevoli fiċ-ċirkostanzi tal-każ u, f'kull każ, fi żmien xahar l-iktar tard.

    Artikolu 52

    Verifika ex post u rapport annwali ta' attivita(L-Artikolu 60(7) tar-Regolament Finanzjarju)

    Ir-riżultat tal-verifika ex post, ma' kwistjonijiet oħrajn, jitniżżel fir-rapport annwali ta' l-attivita mogħti mill-uffiċċjal bid-delegazzjoni li jawtrorizza lill-istituzzjoni tiegħu.

    Artikolu 53

    Trasmissjoni ta' tagħrif ta' treġija u finanzjarju lill-uffiċċjal tal-kontijiet(L-Artikolu 60 tar-Regolament Finanzjarju)

    L-uffiċċjal b'awtorizzazzjoni li jiddelega għandu jibgħat it-tagħrif ta' treġija u finanzjarju meħtieġa mill-uffiċċjal tal-kontijiet biex dan ikun jista' jaqdi dmirijietu, skond ir-regoli addottati minn ta' l-aħħar.

    Artikolu 54

    Rapport dwar il-Proċeduri innegozjati(L-Artikolu 60 tar-Regolament Finanzjarju)

    L-uffiċċjal bid-delegazzjoni li jawtorizza jirreġistra, għal kull sena finanzjarja, kuntratti mitmuma bil-proċeduri innegozjati imsemmijin fl-Artikoli uffiċjal bid-delegazzjoni li jawtorizza tiżdied sew milli kienet snin oħra, jew jekk dik il-proporzjoni tkun ogħla mill-medja għal dik l-istituzzjoni, l-uffiċċjal li jawtorizza responsabbli għandu jirraporta lill-istituzzjoni u jistabbilixxi miżuri biex ireġġa' dik it-tendenza lura. Kull istituzzjoni tibgħat rapport dwar proċeduri innegozjati lill-awtorità tal-budget. Fil-każ tal-kummissjoni, dak ir-rapport ikun anness mas-sommarju tar-rapporti annwali ta' attivita imsemmi fl-Artikolu 60(7) tar-Regolament Finanzjarju.

    Taqsima 3

    Uffiċjal tal-kontijiet

    Artikolu 55

    Ħatra ta' l-uffiċjal tal-kontijiet(L-Artikolu 61 tar-Regolament Finanzjarju)

    Kull istituzzjoni trid taħtar uffiċjal tal-kontijiet mill-uffiċċjali skond ir-Regolamenti tal-persunal ta' l-Uffiċċjali ta' l_Komunitajiet Ewropej.

    L-uffiċjal tal-kontijiet irid jintagħżel, mill-istituzzjoni, bil-fors fuq is-saħħa tal-kompetenza partikolari tiegħu kif muri minn diplomi jew b'esperjenza professjonali ekwivalenti.

    Artikolu 56

    Tmiem tad-dmirijiet tal-uffiċċjal tal-kontijiet(L-Artikolu 61 tar-Regolament Finanzjarju)

    1. Rendikont temporanju tal-kont ikun imtella' mill-ewwel hekk kif jintemmu d-dmirijiet ta' l-uffiċċjal tal-kontijiet.

    Ir-rendikont ikun magħmul mill-kontijiet previsti fit-Titolu VII ta' l-Ewwel Parti tar-Regolament Finanzjarju, magħluq fl-aħħar jum tax-xahar li l-uffiċċjal tal-kontijiet itemm id-dmirijiet tiegħu.

    2. Ma jkunx hemm bżonn rendikont temporanju jekk l-uffiċjal tal-kontijiet itemm id-dmirijiet tiegħu fl-għeluq ta' sena finanzjarja.

    3. Ir-rendikont temporanju, jew fiċ-ċirkostanzi msemmija fil-paragrafu 2, il-kontijiet provviżorji imsemmijin fl-Artikolu 128 tar-Regolament Finanzjarju ikunu mgħoddija lill-uffiċjal tal-kontijiet ġdid, jew mill-uffiċċjal tal-kontijiet li jkunu temm id-dmirijiet tiegħu, jew, jekk dan ma jistax isir, minn uffiċċjal fid-dipartiment tiegħu; l-uffiċjal il-ġdid fi żmien xahar minn meta jirċievi l-kontijiet, irid jiffirma li aċċetahom u jista' jagħmel xi riservi.

    4. Kull istituzzjoni trid tgħarraf lill-awtorità tal-budget dwar il-ħatra jew it-tmiem tad-dmirijiet ta' l-uffiċjal tal-kontijiet tagħha.

    Artikolu 57

    Fehma dwar sistemi ta' kontijiet u inventarji(L-Artikolu 61 tar-Regolament Finanzjarju)

    Meta sistemi ta' treġija finanzjarja li jkunu stabbiliti mill-uffiċċjal li jawtorizza jagħtu tagħrif lill-kontijiet ta' l-istituzzjoni jew jintużaw biex jissostanjaw tagħrif f'dawk il-kontijiet, l-uffiċċjal tal-kontijiet irid jaqbel mad-dħul jew tibdil ta' dawn is-sistemi.

    L-uffiċjal tal-kontijiet irid ikun ikkonsultat ukoll dwar id-dħul jew tibdil mill-uffiċċjal li jawtorizza responsabbli mis-sistemi ta' inventarju u s-sistemi għal valutazzjoni ta' assi u piżijiet.

    Artikolu 58

    Treġija tat-Teżor(L-Artikolu 61 tar-Regolament Finanzjarju)

    1. L-uffiċjal tal-kontijiet jiżgura li l-istituzzjoni tiegħu għandha biżżejjed fondi biex tlaħħaq mal-ħtiġiet ta' flus għall-implimentazzjoni tal-budget.

    2. Għall-iskop ta' l-paragrafu 1, l-uffiċjal tal-kontijiet jistabbilixxi sistemi ta' treġija tal-flus li bihom ikun jista' jbassar id-dħul u l-infiq.

    3. L-uffiċjal tal-kontijiet tal-Kummissjoni jaqsam il-fondi disponibbli skond ir-Regolalment (KE, Euratom) Nru 1150/2000.

    Artikolu 59

    Treġija tal-kontijiet tal-bank.(L-Artikolu 61 tar-Regolament Finanzjarju)

    1. Għall-ħtiġiet tat-treġija tat-teżor, l-uffiċċjal tal-kontijiet jista' jiftaħ kontijiet f'isem l-istituzzjoni ma' istituzzjonijiet finanzjari jew banek ċentrali nazzjonali jew iġiegħel li jinfetħu dawn il-kontijiet. F'każi fejn ikun hemm tassew ħtieġa, t/jista' jiftaħ kontijiet f'munita li mhux l-ewro.

    2. L-uffiċjal tal-kontijiet jinnegozja t-termini ta' kif jitħaddmu l-kontijiet ma' istituzzjonijiet finanzjarji, skond il-prinċipji ta' treġija finanzjarja tajba, effiċenza u kompetitivta ta' offerti.

    3. Darba kull ħames snin mill-inqas, l-uffiċċjal tal-kontijiet jerġa' jiftaħ sejħa għall-offerti kompetitiva fost dawk l-istituzzjonijiet finanzjarji li diġa hemm kontijiet miftuħin magħhom.

    4. L-uffiċjal tal-kontijiet jiżgura li l-mod kif jitħaddmu l-kontijiet ma' l-istituzzjonijiet finanzjarji ikunu mħarsa sew.

    5. L-uffiċjal tal-kontijiet tal-Kummissjoni, wara li jikkonsulta ma' uffiċċjali tal-kontijiet ta' istituzzjonijiet oħrajn, irid jarmonizza t-termini ta' operazzjoni tal-kontijiet miftħin minn istituzzjonijiet varji.

    Artikolu 60

    Firem fuq il-kontijiet(L-Artikolu 61 tar-Regolament Finanzjarju)

    It-termini li jirregolaw il-ftuħ, l-operazzjoni u l-użu tal-kontijiet iridu, skond ħtiġiet ta' kontroll interni, li ċekkijiet, trasferiment ta' kreditu jew kull xorta oħra ta' xogħol bil-bank, ikunu iffirmati minn membru jew iktar mil-persunal li huma awtorizzati li jiffirmaw.

    Għal dak l-iskop, kull istituzzjoni tgħarraf lill-istituzzjonijiet finanzjarji kollha li għandha l-kontijiet magħhom l-ismijiet ta' min jista' jiffirma u kampjuni tal-firem ta' l-uffiċjali awtorizzati.

    Artikolu 61

    Treġija tal-bilanċ tal-kontijiet(L-Artikolu 61 tar-Regolament Finanzjarju)

    1. L-uffiċjal tal-kontijiet jiżgura li l-bilanċ fil-kontijiet bankarji previsti fl-Artikolu 59 ma jvarjax bil-kbir mit-tbassir ta' dħul u nfiq imsemmi fl-Artikolu 58(2), u dejjem:

    (a) li l-ebda mill-kontjiet ma jkun bid-debitu;

    (b) li l-bilanċ tal-kontijiet f'muniti oħrajn kull tant żmien jinqaleb għal ewro

    2. L-uffiċċjal tal-kontijiet ma jistax iżomm bilanċi f'kontijiet ta' muniti barranin li jistgħu isofru telf kbir minħabba ċaqliq fir-rati tal-kambju.

    Artikolu 62

    Operazzjonijiet ta' trasferiment u qlib(L-Artikolu 61 tar-Regolament Finanzjarju)

    Bla ħsara għal l-Artikolu 69, the uffiċjal tal-kontijiet jagħmel trasferimenti bejn kontijiet miftuħin ma' istituzzjonijiet finanzjarji f'isem l-istituzzjoni, u jista' jaqleb bejn muniti.

    Artikolu 63

    Metodi ta' pagament(L-Artikolu 61 tar-Regolament Finanzjarju)

    Pagamenti jsiru bi trasferiment ta' kreditu jew biċ-cekk

    Artikolu 64

    Skedarji ta' partijiet terzi(L-Artikolu 61 tar-Regolament Finanzjarju)

    1. L-uffiċjal tal-kontijiet jista' jagħmel pagamenti bi trasferiment ta' kreditu biss jekk id-dettalji bankarji ta' min se jirċievi l-pagament ikunu mdaħħlin ġo skedarju komuni mill-istituzzjoni

    Id-dettalji bankarji ta' min jirċievi l-pagament jiddaħħlu jew jinbidlu minn dokument, tal-karta jew elettroniku, iċċertifikat mill-bank ta' min qed jirċievi l-pagament.

    2. Bit-tir ta' pagament bi trasferiment ta' kreditu, l-uffiċċjali li jawtorizzaw jistgħu jintrabtu ma' terza parti f'isem l-istituzzjoni tagħhom biss jekk dik it-terza parti tipprovdi d-dokumentazzjoni meħtieġa biex tiddaħħal fl-iskedarju.

    L-uffiċċjali li jawtorizzaw jaraw li d-dettalji tal-kont mogħtija minn min se jirċievi l-pagament għadhom validi meta jsir il-ħlas.

    Għal għajnuna ta' qabel l-adeżjoni, rabtiet individwali jistgħu isiru ma' l-awtoritajiet pubbliċi fil-pajjiżi li qed japplikaw għall-adeżjoni fl-Unjoni Ewropea, mingħajr ma dawn ikunu ddaħħlu fl-iskedarju tal-partijiet terzi. F'dawn il-każi l-uffiċċjal li jawtorizza irid jagħmel l-almu tiegħu biex jiżgura li jiddaħħlu fl-iskedarju malajr kemm jista' jkun. Il-ftehim irid jagħmel kondizzjoni li d-dettalji bankarji ta' min se jitħallas iridu jingħataw lill-Kummissjoni qabel ma jsir l-ewwel pagament.

    Artikolu 65

    L-uffiċċjal tal-kontijiet irid iżomm id-dokumenti ta' sostenn(L-Artikolu 61 tar-Regolament Finanzjarju)

    Id-dokumenti ta' sostenn għas-sistema tal-kontijiet u għat-tħejjija tal-kontijiet imsemmija fl-Artikolu 121 tar-Regolament Finanzjarju iridu jinżammu mill-inqas għal ħames snin minn meta l-Parlament Ewropew jikkonċedi d-dispensa għas-sena tal-budget li huma marbutin magħha d-dokumenti.

    Madankollu, dokumenti marbutin ma' operazzjonijiet li għadhom mhux magħluqa għal kollox iridu jinżammu iktar, jiġifieri, sa tmiem is-sena ta' wara dik li fiha jingħalqu l-operazzjonijiet.

    Kull istituzzjoni tiddeċiedi f'liema dipartiment jinżammu d-dokumenti ta' sostenn.

    Taqsima 4

    Amministratur tal-flus akkont

    Artikolu 66

    Kondizzjonijiet għall-użu ta' kontijiet ta' flus akkont(L-Artikolu 63tar-Regolament Finanzjarju)

    1. Fejn, minħabba l-ammonti limitati involuti, mhux possibbli jew huwa ineffiċenti li jsir pagament bil-proċeduri tal-budget, kontijiet ta' flus akkont jistgħu jinfetħu għal dan it-tip ta' nfiq.

    2. L-amministratur tal-flus akkont jista' jikkonferma provviżorjament u jħallas in-nefqa, fuq struzzjonijiet tal-uffiċċjal li jawtorizza responsabbli.

    3. Il-ħolqien ta' kont ta' flus akkont u l-ħatra ta' amminstratur tal-flus akkont hi deċiżjoni ta' l-uffiċċjal tal-kontijiet, fuq proposta issostanzjata ta' l-uffiċċjal li jawtorizza. Dik id-deċiżjoni tgħid eżatt ir-responsabbiltajiet u l-obbligi rispettivi ta' l-amministratur tal-flus akkont u ta' l-uffiċċjal li jawtorizza.

    Emenda tat-termini ta' l-operazzjoni tal-kont tal-flus akkont trid tkun deċiża mill-uffiċċjal tal-kontijiet fuq proposta issostanzjata ta' l-uffiċċjal li jawtorizza responsabbli.

    Artikolu 67

    Kondizzjonijiet li jirregolaw ħolqien u pagament(L-Artikolu 63 tar-Regolament Finanzjarju)

    1. Id-deċiżjoni li tistabbilixxi kont tal-flus akkont u l-ħatra ta' amministratur tal-flus akkont u d-deċiżjoni li temenda t-termini ta' l-operazzjoni ta' kont tal-flus akkont trid tispeċifika b'mod partikolari:

    (a) l-ogħla ammont li jista' jitpoġġa fil-bidu bħala flus akkont, u għalfejn jintuża;

    (b) jekk jinfetaħx kont bankarju jew kont ġiro f'uffiċċju postali f'isem l-istituzzjoni

    (ċ) it-tip u l-ogħla ammont ta' kull nefqa li jista' jħallas l-amministratur tal-flus akkont lil partijiet terzi jew jiġbor minn għandom;

    (d) kemm isiru spiss id-dokumenti ta' sostenn, il-proċedura biex isiru, u l-arranġamenti biex jitgħaddew għand l-uffiċċjal li jawtorizza għall-ħlas;

    (e) il-proċedura li għandha ssir biex jerġa' jimtlew il-flus akkont;

    (f) it-tranżazzjonijiet ta' flus akkont isiru mill-uffiċċjal li jawtorizza mhux iktar tard mill-aħħar tax-xahar ta' wara, biex il-bilanċ tal-kontijiet u l-bilanċ tal-bank jistgħu ikunu rikonċiljati;

    (g) Iż-żmien ta' validità ta' l-awtorizzazzjoni mogħti lill-amministratur ta' l-akkont jew mill-uffiċċjal tal-kontijiet;

    (h) l-identità ta' l-amministratur tal-flus akkont maħtur.

    2. Fi proposta biex jinfetaħ konttal-flus akkont, l-uffiċċjal li jawtorizza responsabbli jrid jiżgura li:

    (a) tingħata prijorità lill-proċeduri tal-budget meta jkun hemm aċċess għas-sistema ċentrali tal-kontijiet fuq kompjuter;

    (b) kontijiet tal-flus akkont jintużaw biss f'każi sostanzjati.

    Ħlief għal flus akkont speċifiċi fil-qasam ta' għajnuna umanitarja u t-treġija ta' sitwazzjonijiet ta' kriżi fit-tifsira ta' l-Artikolu 168(2), l-ogħla ammont imsemmi fil-punt (ċ) tal-paragrafu 1 qatt ma jista' jkun ikbar minn EUR 30000 għal kull nefqa.

    3. L-amministratur tal-flus akkont jista' jħallas lill-partijiet terzi fuq il-bażi ta' u fil-limiti ta':

    (a) rabtiet tal-budget u legali minn ta' qabel iffirmati mill-uffiċċjal li jawtorizza responsabbli;

    (b) il-bilanċ posittiv li jibqa' fil-flus akkont, flus jew fil-bank.

    4. Pagamenti minn flus akkont istgħu isiru bi trasferiment ta' kreditu mill-bank, ċekk jew mod ieħor ta' ħlas.

    5. Wara li jkun sar pagament trid issir validazzjoni formali finali iffirmata mill-uffiċċjal li jawtorizza responsabbli.

    Artikolu 68

    Għażla ta' l-amministraturi tal-flus akkont(L-Artikolu 63 tar-Regolament Finanzjarju)

    Amministraturi tal-flus akkont jintagħżlu minn uffiċċjali tal-kategoriji A, B jew Ċ. Jekk ikun hemm bżonn, l-amministraturi tal-flus akkont jistgħu jintagħżlu minn persunal irregolat mill-Kondizzjonijiet ta' l-Impjieg ta' Impjegati Oħrajn ta' grad daqs dawk il-kategoriji Amministraturi tal-flus akkont jintgħażlu fuq is-saħħa tat-tagħrif tagħhom, kapaċitajiet u kwalifiki partikolari kif muri b'diplomi jew b'esperjenza professjonali xierqa, jew wara programm ta' taħriġ xieraq.

    Artikolu 69

    Forniment tal-kontijiet tal-flus akkont(L-Artikolu 63 tar-Regolament Finanzjarju)

    1. L-uffiċjal tal-kontijiet jagħmel pagamenti fil-kontijiet tal-flus akkont u jissorvelja dawk il-kontijiet mill-aspett ta' ftuħ ta' kontijiet u delegazzjoni ta' firem u kontrolli għal għarrieda u fil-kontijiet iċċentralizzati. L-uffiċjal tal-kontijiet iforni l-kontijiet tal-flus akkont. Flus akkont jitħallsu fil-kont tal-bank miftuħ għall-flus akkont.

    Kontijiet tal-flus akkont jistgħu ikunu forniti wkoll bi dħul lokali mixxellanju bħalma hu dak ġej minn:

    (a) bejgħ ta' tagħmir;

    (b) pubblikazzjonijiet;

    (ċ) ħlas lura mixxellanju;

    (d) imgħax.

    Il-flus akkont jitħallsu, mill-aspett ta' nfiq jew dħul assenjat, skond id-deċiżjoni li tistabbilixxi l-kont tal-flus akkont imsemmija fl-Artikolu 67 u d-dispożizzjonijiet tar-Regolament Finanzjarju. L-ammonti msemmija jitnaqqsu mill-uffiċċjal li jawtorizza meta jerġa' jimla l-kontijiet tal-flus akkont ikkonċernati.

    2. Sabiex ma jkunx hemm telf fil-kambju b'mod partikolari, l-amministratur tal-kontijiet tal-flus akkont jista' jagħmel trasferimenti bejn kontjiet bankarji differenti marbutin ma' l-istess flus akkont.

    Artikolu 70

    Kontrolli mill-uffiċċjali li jawtorizzaw u uffiċċjali tal-kontijiet(L-Artikolu 63 tar-Regolament Finanzjarju)

    1. L-amministratur tal-kontijiet tal-flus akkont iżomm kont tal-fondi għad-dispożizzjoni tiegħu, fi flus u fil-bank, u ta' ħlas u ammonti riċevuti, skond ir-regoli u l-istruzzjonijiet mogħtija mill-uffiċċjal tal-kontijiet.. L-uffiċċjal li jawtorizza responsabbli dejjem għandu aċċess għar-rendikonti ta' dak il-kont u kull xahar l-amministratur tal-flus akkont irid jibagħat lista ta' tranżazzjonijiet flimkien mad-dokumenti ta' sostenn tax-xahar ta' qabel lill-uffiċċjal li jawtorizza responsabbli għall-ħlas tax-xogħol bil-flus akont.

    2. L-uffiċjal tal-kontijiet jew uffiċċjal jew impjegat fid-dipartiment tiegħu stess jew fid-dipartiment li jawtorizza li jingħata poteri speċifiċi għal dak l-iskop, iridu jagħmlu, jew ikunu għamlu, kontrolli li normalment isiru għal għarrieda u mingħajr avviż, biex jivverifikaw l-eżistenza tal-fondi allokati lill-amministraturi tal-flus akkont u ż-żamm tal-kotba u biex jaraw li t-transazzonijiet tal-flus akkont isiru saż-żmien stipulat. L-uffiċjal tal-kontijiet jgħarraf is-sejbiet tigħu lill-uffiċċjal li jawtorizza responsabbli.

    Artikolu 71

    Proċedura għall-ksib(L-Artikolu 63 tar-Regolament Finanzjarju)

    Pagamenti minn flus akkont, fil-limiti preskritti fl-Artikolu 129(4), jistgħu ikunu magħmulin biss minn pagamenti ta' fattura, mingħajr aċċettazzjoni ta'offerti minn qabel.

    KAPITOLU 4

    Piżijiet ta'l-atturi finanzjarji

    Taqsima 1

    Regoli Ġenerali

    Artikolu 72

    Entitajiet responsabbli fi kwistjonijiet ta' frodi(L-Artikoli 60(6) u 65(2) tar-Regolament Finanzjarju.

    L-awtoritajiet u entitajiet imsemmija fl-Artikoli 60(6) u 65(2) tar-Regolament Finanzjarju għandhom jinftiehmu bħala l-entitajiet innominati mir-Regolamenti tal-Persunal ta' l-Uffiċċjali u l-Kondizzjonijiet ta' Impjieg ta' Ħaddiema oħrajn fil-Komunitajiet Ewropej ("ir-Regolamenti tal-Persunal" minn hawn ‘il quddiem) u d-deċiżjonijiet ta' l-istituzzjoni tal-Komunità dwar it-termini u l-kondizzjonijiet għall-investigazzjonijiet interni biex ma ssirx frodi, korruzzjoni jew kull attivita illegali oħra ta' detriment għall-interessi tal-Komunità.

    Taqsima 2

    Regoli għall-uffiċċjali b'delegazzjoni jew sottodelgazzjoni li jawtorizzaw

    Artikolu 73

    Konferma ta' struzzjonijiet(L-Artikolu 66(2) tar-Regolament Finanzjarju)

    1. Uffiċċjal bid-delegazzjoni jew sottodelegazzjoni li jawtorizza li jirċievi struzzjoni li torbtu imma li hu jqis bħala irregolari jew tmur kontra l-prinċipju ta' treġija finanzjarja tajba, b'mod partikolari għax l-istruzzjoni ma tistax issir bir-riżorsi li għandu, irid jgħarraf bil-miktub lill-awtorità li tatu d-delegazzjoni jew sottodelegazzjoni. Jekk l-istruzzjoni tkun ikkonfermata bil-miktub u l-konferma tasal fi żmien tajjeb u hi ċara biżżejjed, fis-sens li tirreferi espliċitament għall-punti li l-uffiċċjal bid-delegazzjoni jew sottodelegazzjoni li jawtorizza ikun sfida, ma jistax jinżamm responsabbli; jeżegwixxi l-istruzzjoni, sakemm din mhix ksur ta' liġi kriminali jew ta' l-istandards ta' sigurta' rilevanti.

    2. Paragrafu 1 japplika ukoll meta l-uffiċċjal li jawtorizza isir jaf, waqt li jkun qed jesegwixxi istruzzjoni, li ċ-ċirkostanzi tal-każ jistgħu iqajjmu sitwazzjoni irregolari.

    3. Kull istruzzjoni ikkonfermata fiċ-ċirkustanzi deskritti fl-Artikolu 66(2) tar-Regolament Finanzjarju iridu jkunu irreġistrati mill-uffiċċjal bid-delegazzjoni jew sottodelegazzjoni li jawtorizza responsabbli u msemmija fir-rapport annwali ta' attivita.

    Artikolu 74

    Irregolaritajiet finanzjarji(L-Artikolu 60(6) u 66(4)tar-Regolament Finanzjarju)

    Bla ħsara għall-poteri ta' l-Uffiċċju Ewropew għal Kontra l-Frodi (OLAF), il-panel speċjalizzat fuq l-irregolaritajiet finanzjarji ikun kompetenti f'kull ksur ta' dispożizzjoni tar-Regolament Finanzjarju jew ta' dispożizzjoni relatata ma' treġija finanzjarja jew il-kontroll ta' operazzjonijiet ġejjin minn azzjoni jew ommissjoni ta' uffiċċjal jew impjegat ieħor.

    Artikolu 75

    Panel għall-irregolaritajiet finanzjarji(L-Artikolu 60(6) u 66(4) tar-Regolament Finanzjarju)

    1. L-awtorità li taħtar, jew fejn jgħodd, l-awtorità awtorizzata li tagħlaq il-kuntratti ta' l-impjieg, tirreferi każi ta' irregolaritajiet finanzjarji, kif imsemmi fl-Artikolu 74, lill-panel imsemmi fl-Artikolu 66(4) tar-Regolament Finanzjarju għal opinjoni.

    Meta l-awtorità li taħtar jew l-awtorità awtorizzata li tagħlaq il-kuntratti ta' l-impjieg tirreferi każ, il-panel tagħti opinjoni li tevalwa sarux irregolaritajiet fis-sens ta' l-Artikolu 74, kemm huma serji u x'konsekwenzi jista' jkollhom. Jekk l-analiżi tal-panel tagħti x'tifhem li l-każ għandu jittieħed quddiem l-OLAF, trid tibgħat il-każ lura lill-awtorità li taħtar jew l-awtorità awtorizzata li tagħlaq il-kuntratti ta' l-impjieg bla dewmien u tgħarraf lill-OLAF mill-ewwel.

    Meta membru tal-persunal jgħarraf direttament lill-panel imsemmi fl-ewwel sottoparagrafu bi kwistjoni skond l-Artikolu 60(6) tar-Regolament Finanzjarju, il-panel jgħaddi l-każ lill-awtorità li taħtar, jew fejn jgħodd, l-awtorità awtorizzata li tagħlaq il-kuntratti ta' l-impjieg u tinforma lill-membru tal-persunal skond ma jkun sar.

    2. Skond l-organizzazzjoni interna tagħha stess, kull istituzzjoni tispeċifika l-arranġamenti operazzjonali tal-panel imsemmi fl-Artikolu 66(4) tar-Regolament Finanzjarju u kif inhu magħmul; irid ikollhu persuna minn barra bil-kwalifiki u l-kompetenza meħtieġa.

    KAPITOLU 5

    Operazzjonijietta' dħul

    Taqsima 1

    Riżorsi Proprji

    Artikolu 76

    Regolamenti għar-riżorsi proprji(L-Artikolu 69tar-Regolament Finanzjarju)

    L-uffiċċjal li jawtorizza jħejji skeda li turi meta r-riżorsi proprji, iddefiniti fid-deċiżjoni fuq is-sistema tal-Komunitajiet Ewropej infushom, ikunu disponibbli għall-Kummissjoni.

    Riżorsi proprji jkunu stabbiliti u rkuprati skond ir-regoli addottati skond id-Deċiżjoni msemmija fl-ewwel paragrafu.

    Taqsima 2

    Stima ta' l-ammonti li għandhom jitħallsu

    Artikolu 77

    Stima ta' l-ammonti li għandhom jitħallsu(L-Artikolu 70tar-Regolament Finanzjarju)

    1. Stimi ta' l-ammonti li għandhom jitħallsu iridu jispeċifikaw it-tip ta' dħul u l-oġġett fil-budget miktubin għalihom, u kemm jista' jkun, il-partikolari ta' min għandu jħallashom u l-ammont stmat.

    Meta ssir stima ta' l-ammonti li għandhom jitħallsu, l-uffiċċjal li jawtorizza responsabblli irid jara li, b'mod partikolari:

    (a) id-dħul jitniżżel fl-oġġett it-tajjeb fil-budget;

    (b) l-istima magħmula sew u taqbel mad-dispożizzjonijiet li jgħoddu għaliha u l-prinċipju ta' treġija finanzjarja tajba.

    2. Bla ħsara għall-Artikolu 161(2) tar-Regolament Finanzjarju, stima ta' l-ammonti li għandhom jitħallsu ma jkollhiex effett fuq isirux rabtiet. Fil-każi msemmijin fl-Artikol 18 tar-Regolament Finanzjarju, l-appropjazzjonijiet jsiru disponibbli biss wara li l-ammonti li għandhomjitħallsu ikunu rkuprati mill-Komunitajiet.

    Taqsima 3

    Kemm għandu jitħallas

    Artikolu 78

    Il-proċedura(L-Artikolu 71 tar-Regolament Finanzjarju)

    1. Meta l-uffiċċjal li jawtorizza responsabbli jistabbilixxi l-ammont li għandu jitħallas, il-Komunitajiet jgħoddu dan il-fatt bħala stabbiliment tad-dritt li jintalab ħlas mid-detentur.

    2. L-ordni ta' rkupru tkun l-operazzjoni li biha l-uffiċċjal li jawtorizza responsabbli jgħid lill-uffiċċjal tal-kontijiet jirkupra l-ammont stabbilit.

    3. L-avviż ta' debitu jinforma lid-detentur li:

    (a) l-Komunitajiet stabilixxew l-ammont li għandu jitħallas;

    (b) l-pagament tad-debitu lill-Komunitajiet dovut fuq ċertu data ("id-data tal-ħlas" minn hawn ‘il quddiem);

    (ċ) jekk ma jsirx ħlas sad-data tal-ħlas id-debitu jeħel l-imgħax bir-rata msemmija fl-Artikolu 86, bla ħsara għal regolamenti speċifiċi li jistgħu ikunu jgħoddu;

    (d) meta jista' jkun l-istituzzjoni tirkupra billi tikkumpensa wara li tkun għarrfet lid-debitur;

    (e) jekk ma jsirx ħlas sad-data tal-ħlas l-istituzzjoni tirkupra billi tenforza xi garanzija li kienet ingħatat bil-quddiem;

    (f) jekk wara li jkunu ttieħdu dawn il-passi kollha l-ammont ma jkunx irkuprat kollu, l-istituzzjoni tagħmel l-irkupru bl-enfurzar ta' deċiżjoni skond l-Artikolu 72(2) tar-Regolament Finanzjarju jew b'azzjoni legali.

    L-uffiċċjal li jawtorizza jibgħat l-avviż ta' debitu lid-debitur u kopja lill-uffiċċjal tal-kontijiet.

    Artikolu 79

    Kemm għandu jitħallas(L-Artikolu 71 tar-Regolament Finanzjarju)

    Biex jistabbilixxi l-ammont li għandu jitħallas, l-uffiċċjal li jawtorizza responsabbli jrid jiżgura li:

    (a) li għandu jitħallas huwa ċert u m'hu suġġett ta' l-ebda kondizzjoni;

    (b) li għandu jitħallas hu ta' ammont fiss, espress preċiżament f'termini ta' flus;

    (ċ) li għandu jitħallas hu dovut u mhux suġġett għal xi żmien ta' ħlas;

    (d) il-partikolari tad-debitur huma tajbin;

    (e) l-ammont li għandu jkun irkuprat imniżżel fl-oġġett it-tajjeb tal-budget;

    (f) id-dokumenti ta' sostenn huma kif suppost; u

    (g) irid jitħares il-prinċipju ta' treġija finanzjarja tajba, b'mod partikolri il-kriterji msemmijin fil-punt (a ta' l-Artikolu 87(1).

    Artikolu 80

    Id-Dokumenti ta' sostenn biex ikunu stabbiliti l-ammonti li għandhom jitħallsu(L-Artikolu 71 tar-Regolament Finanzjarju)

    1. L-ammont li għandu jitħallas għandu jkun ibbażat fuq dokumenti ta' sostenn li jiċċertifikaw l-intitolament tal-Komunitajiet.

    2. Qabel ma jistabbilixxi l-ammont li għandu jitħallas l-uffiċċjal li jawtorizza responsabbli jara d-dokumenti ta' sostenn personalment, jew taħt responsabbilta' tiegħu, jaċċerta li dan ikun sar.

    3. L-uffiċċjal li jawtorizza iżomm id-dokumenti ta' sostenn skond l-Artikoli 48 u 49.

    Taqsima 4

    Awtorizzazzjoni għall-irkupru

    Artikolu 81

    Kif tkun stabbilita l-ordni ta' l-irkupru(L-Artikolu 72tar-Regolament Finanzjarju)

    1. L-ordni ta' l-irkupru tispeċifika:

    (a) is-sena finanzjarja li jrid jitniżżel fiha d-dħul;

    (b) ir-refernzi ta' l-atti jew rabtiet legali li minnhom ġej id-dejn u li jagħtu l-intitolament għall-irkupru;

    (ċ) l-artikolu fil-budget u kull sottodiviżjoni li tista' tgħodd, inklużi, fejn applikabbli, ir-referenzi tar-rabta korrispondenti tal-budget;

    (d) l-ammont li jrid ikun irkuprat, bl-ewro

    (e) l-isem u l-indirizz tad-debitur;

    (f) id-data tal-ħlas; u

    (g) metodu lijista' jintuża biex isir l-irkupru, inkluż b'mod partikolari kumpens jew infurzar ta' kull garanzija mogħtija.

    2. L-uffiċċjal li jawtorizza responsabbli jikteb id-data fuq ordni ta' l-irkupru u jiffirmaha, imbagħad jibgħatha lill-uffiċċjal tal-kontijiet.

    Taqsima 5

    Irkupru

    Artikolu 82

    Formalitajiet tal-ġbir(L-Artikolu 73 tar-Regolament Finanzjarju)

    1. Meta jinġabar l-ammont li għandu jitħallas, l-uffiċċjal tal-kontijiet idaħħlu fil-kontijiet u jgħarraf lill-uffiċċjal li jawtorizza responsabbli.

    2. Għal kullpagament bi flus lill-uffiċċjal tal-kontijiet jew lill-amministratur tal-flus akkont, tinħareġ riċevuta għal dak il-pagament.

    Artikolu 83

    Irkupru permezz ta' kumpens(L-Artikolu 73 tar-Regolament Finanzjarju)

    F'kull punt tal-proċedura, l-uffiċċjal tal-kontijiet, wara li jkun informa lill-uffiċċjal li jawtorizza responsabbli u lid-debitur, jirkupra ammonti stabbiliti permezz ta' kumpens, fejn id-debitur għandu jieħu mingħand il-Komunitajiet, meta li għandu jieħu huwa ċert, ammont fiss u lijrid jingħata minħabba somma stabbilita f'ordni ta' pagament.

    Artikolu 84

    Proċedura ta' Rkupru meta ma jsirx ħlas volontarju(L-Artikolu 72u 73 tar-Regolament Finanzjarju)

    1. Bla ħsara lill-Artikolu 83, jekk l-ammont sħiħ ma jkunx tħallas sad-data li kellu jitħallas kif speċifikata fl-avviż ta' debitu, l-uffiċċjal tal-kontijiet irid jgħarraf lill-uffiċċjal li jawtorizza responsabbli u mingħajr dewmien jibda l-proċedura biex isir irkupru b'kul mod previst mil-liġi, inkluż, fejn jgħodd, bl-infurzar ta' garanzija mogħtija bil-quddiem.

    2. Bla ħsara lill-Artikolu 83, fejn il-metodu ta' rkupru msemmi fil-paragrafu 1 ma jistax jintuża u d-debitur naqas li jħallas wara l-ittra ta' nota formali mibgħuta mill-uffiċċjal tal-kontijiet, l-uffiċċjal tal-kontijiet jinforza deċiżjoni ta' rkupru skond l-Artikolu 72(2) tar-Regolament Finanzjarju jew b'azzjoni legali.

    Artikolu 85

    Żmien miżjud għall-pagament(L-Artikolu 73tar-Regolament Finanzjarju)

    L-uffiċċjal tal-kontijiet, f'kollaborazzjoni ma' l-uffiċċjal li jawtorizza responsabbli, jista' jagħti iktar żmien biex isir il-ħlas biss fuq talba bil-miktub tad-debitur, bir-raġunijiet għalfejn, u sakemm ikunu sodisfatti iż-żewġ kondizzjonijiet li ġejjin:

    (a) id-debitur iwiegħed li jħallas imgħax bir-rata speċifikata fl-Artikolu 86 għaż-żmien miżjud kollu, mid-data ta' meta kellu jsir il-ħlas; u

    (b) biex ikunu mħarsa d-drittijiet tal-Komunitajiet, id-debitur jagħti garanzija finanzjarja li tagħmel tajjeb għas-somma prinċipali u għall-imgħax, li tkun aċċettata mill-uffiċċjal tal-kontijiet ta' l-istituzzjoni.

    Il-garanzija msemmija fil-punt (b) ta' l-ewwel sottoparagrafu tista' tinbidel ma' garanzija flimkien u separatament ma' terza parti approvata mill-uffiċċjal tal-kontijiet ta' l-istituzzjoni.

    Artikolu 86

    Imgħax meta ma jsirx ħlas(L-Artikolu 71(4) tar-Regolament Finanzjarju)

    1. Bla ħsara għal dispożizzjonijiet speċifiċi ġejjin mill-applikazzjoni tar-regoli ta' l-oqsma, kull ammont li għandu jitħallas li ma jitħallasx meta għandu jitħallas jeħel imgħax skond il-paragrafi 2 u 3.

    2. Ir-rati ta' imgħax fuq ammonti li għandhom jitħallsu li ma jitħallasux meta għandhom jitħallsu ikunu r-rati applikati mill-Bank Ċentrali Ewropew fl-operazzjonijiet ta' rifinanzjament ewlenin tiegħu, kif ippubblikat fis-serje Ċ tal-Ġurnal Uffiċċjali tal-Komunitajiet Ewropej, minn meta ta' l-ewwel jum kalendarju tax-xahar tad-data li kellu jsir il-ħlas, u mizjuda hekk:

    (a) seba' punti perċentwali fejn l-event ta' obbligu hu kuntratt ta' fornitura jew servizz pubbliku imsemmi fit-Titolu V;

    (b) tliet punti perċentwali u nofs punt perċentwal fil-każi l-oħrajn kollha.

    3. L-imgħax jinħadem mill-ġurnata kalendarja ta' fuq id-data li kellu jsir il-ħlas skond l-avviż ta' debitu sal-ġurnata li d-debitu jitħallas kollu.

    4. Kull pagamenti parzjali l-ewwel Iħallsu l-imgħax iddeterminat skond il-paragrafi 2 u 3.

    5. Fil-każ ta' multi, meta d-debitur jipprovdi garanzija finanzjarja li tintlaqa' mill-uffiċċjal tal-kontijiet, minflok pagament provviżorju, ir-rata ta' imgħax applikabbli mid-data ta' meta kellu jsir il-ħlas tkun ir-rata msemmija fil-paragrafu 2 miżjuda b'punt u nofs perċentwali biss

    Artikolu 87

    Rinunzja ta' rkupru ta' ammont stabbilit li kellu jitħallas(L-Artikolu 73 tar-Regolament Finanzjarju)

    1. L-uffiċċjal li jawtorizza responsabbli jista' jirrinunzja parti mill-ammont stabbilit li kellu jitħallas jew l-ammont kollu f'dawn il-każi biss:

    (a) meta l-prezz imbassar ta' l-irkupru jkun ikbar mill-ammont li għandu jkun irkuprat u r-rinunzja ma tħassarx id-deħra tal-Komunità

    (b) Meta l-ammont l-għandu jitħallas ma jistax ikun irkuprat minħabba ż-żmien jew li d-debitur m'għandux minn fejn iħallas;

    (ċ) meta l-irkupru ma jaqbilx mal-prinċipju tal-proporzjonalità

    2. Fil-każ imsemmi fil-punt (ċ) tal-paragrafu 1, l-uffiċċjal li jawtorizza responsabbli jimxi skond il-proċeduri predeterminati stabbiliti f'kull istituzzjoni u japplika il-kriterji li ġejjin li huma obbligatorji u jgħoddu fiċ-ċirkustanzi kollha:

    (a) il-fatti,wara li kkonsidraw il-gravità ta' l-irregolaritajiet li qajjmet l-istabbiliment ta' l-ammont li għandu jitħallas (frodi, offiża ripetuta, intenzjoni, diliġenza, bona fide, żball ċar);

    (b) l-impatt li jkollha r-rinunzja fuq l-operazzjonijiettal-Komunitajiet u l-interessi finanzjarji tagħhom (ammonti involuti, riskju li jitwaqqaf preċedent, tnaqqis ta' l-awtorità tal-liġi).

    Skond iċ-ċirkostanzi tal-każ, l-uffiċċjal li jawtorizza responsabbli jista' jqis ukoll il-kriterji li ġejjin:

    (a) kull tgħawwiġ ta' kompetizzjoni li jista' jinqala' minħabba r-rinunzja ta' l-irkupru;

    (b) id-danni soċjali u ekonomiċi li jistgħu jinqalgħu kieku d-dejn kellu jitħallas kollu.

    3. Id-deċiżjoni ta' rinunzja msemmija fl-Artikolu 73(2) tar-Regolament Finanzjarju tkun issostanzjata u tirriferi għad-diliġenza eserċitata biex isir l-irkupru u l-punti tal-liġi u l-fatti li fuqhom ibbażata r-rinunzja. L-uffiċċjal li jawtorizza responsabbli jirrinunzja l-irkupru skond il-proċedura prevista fl-Artikolu 81.

    4. Ir-rinunzja ta' l-irkupru ta' ammont stabbilit li għandu jitħallas ma tistax tkun iddelegata mill-istituzzjoni meta l-ammont irrinunzjat:

    (a) hu EUR 1000000 jew ikbar; jew

    (b) hu EUR 100000 jew ikbar, meta dan hu 25 % jew iktar ta' l-ammont stabbilit li għandu jitħallas.

    Taħt il-limiti stabbiliti fl-ewwel sottoparagrafu, kull istituzzjoni, fir-regoli interni tagħha, tippreskrivi l-kondizzjonijiet u l-proċeduri għad-delegazzjoni tal-poter biex issir rinunzja ta' rkupru ta' dejn stabbilit.

    5. Kull istituzzjoni tibgħat rapport lill-awtortita tal-budget dwar ir-rinunzji msemmijin fil-paragraffi 1 sa 4 li jinvolvu EUR 100000 jew iktar Fil-każ tal-Kummisjoni, dak ir-rapport ikun anness mas-sommarju tar-rapporti annwali ta' l-attivitajiet imsemmijin fl-Artikolu 60(7) tar-Regolament Finanzjarju.

    Artikolu 88

    Tħassir ta' ammont stabbilit li għandu jitħallas(L-Artikolu 73 tar-Regolament Finanzjarju)

    1. F'każ ta' żball f'punt ta' liġi, l-uffiċċjal li jawtorizza responsabbli iħassar l-ammont stabbilit li għandu jitħallas skond l-Artikoli 80 u 81; it-tħassir irid ikun issostanzjat kif jixraq.

    2. kull istituzzjoni tippreskrivi fir-regoli interni tagħha il-kondizzjonijet u l-proċeduri biex tiddelega l-poter li jitħassar ammont stabbilit li għandu jitħallas.

    Artikolu 89

    Aġġustament tekniku u taż-żamm tal-kotba ta' ammont stabbilit li għandu jitħallas(L-Artikolu 73 tar-Regolament Finanzjarju)

    1. L-uffiċċjal li jawtorizza responsabbli iżid jew inaqqas l-ammont stabbilit li għandu jitħallas jekk isib li minħabba żball fil-fatti jeħtieġ li jinbidel l-ammont, sakemm il-korrezzjoni ma tfissirx li l-intitolament stabbilit tal-Komunitajiet jintilef. Tali aġġustament isir skond l-Artikoli 80 u 81 u jrid ikun issostanzjat kif jixraq.

    2. Kull istituzzjoni tippreskrivi fir-regoli interni tagħha il-kondizzjonijiet u l-proċeduri biex issir delegazzjoni tal-poter li jsir aġġustament tekniku u taż-żamm tal-kotba ta' ammont stabbilit li għandu jitħallas

    KAPITOLU 6

    Operazzjonijiet ta' nfiq

    Artikolu 90

    Deċiżjoni ta' Finanzjament(L-Artikolu 75 tar-Regolament Finanzjarju)

    Id-deċiżjoni ta' finanzjament tiddetermina l-elementi essenzali ta' azzjoni li tinvolvi nfiq mill-budget.

    Taqsima 1

    Rabta ta' Nfiq

    Artikolu 91

    Rbit globali u provviżorju(L-Artikolu 76(2) tar-Regolament Finanzjarju)

    1. Ir-rabta globali tal-budget issir jew billi jintlaħaq ftehim ta' finanzjament, li fih innifsu iwassal għall-għeluq ta' impenn legali jew iktar minn wieħed, jew l-għeluq ta' impenn legali jew iktar minn wieħed.

    Ftehim ta' finanzjament fil-qasam ta' għajnuna finanzjarja u sosteniment bil-budget, li jiġu impenn legali jistgħu iwasslu għal ħlas mingħajr l-għeluq ta' impenji legali oħrajn.

    2. Ir-rabta provviżorja tal-budget tista' ssir jew billi jingħalaq impenn legali jew iktar minn wieħed li sussegwentement iqajmu intitolament għall-ħlas, jew, f'każi relatati ma' nfiq fuq treġija ta' persunal jew attivitajiet ta' komunikazzjoni ta' l-istituzzjonijiet biex iwasslu l-eventi tal-Komunità dwar attivitajiet ta' komunikazzjoni magħmula mill-istituzzjonijiet u mmirati biex iwasslu eventi tal-Komunità, direttament bil-pagamenti.

    Artikolu 92

    Addozzjoni ta' rabta globali(L-Artikolu 76tar-Regolament Finanzjarju)

    1. Rabta globali ssir fuq bażi ta' deċiżjoni finanzjarja.

    Ir-rabta globali l-iktar tard li tista' ssir hu qabel ma ssir id-deċiżjoni dwar l-għażla tal-benefiċjarji u, fejn l-implimentazzjoni ta' appropjazzjonijiet ikkonċernati tinvolvi l-addozzjoni ta' programm ta' xogħol fis-sens ta' l-Artikolu 166, kmieni kemm jista'jkun wara l-addozzjoni tal-programm.

    2. Meta r-rabta globali tkun implimentata bl-għeluq ta' ftehim ta' finanzjament, it-tieni sottoparagrafu tal-paragrafu 1 ma jkunx jgħodd.

    Artikolu 93

    Tmiem tar-rabta jekk ma jsirx ħlas fi tlett snin(L-Artikolu 77 tar-Regolament Finanzjarju)

    L-ammont ta' rabta tal-budget li jaqbel ma' impenn legali li fih ma sarx ħlas fis-sens ta' l-Artikolu 81 tar-Regolament Finanzjarju fi żmien tlett snin wara li jkun iffirmat l-impenn legali, jinħall.

    Artikolu 94

    Firma waħda(L-Artikolu 76tar-Regolament Finanzjarju)

    1. Fil-każi li ġejjin biss, ir-regola li jkun hemm firma waħda għar-rabta tal-budget u għall-impenn legali tista' titgħawweġ:

    (a) meta l-irbit ikun provviżorju;

    (b) meta r-rabtiet globali jkunu relatati ma' ftehim ta' finanzjament ma' pajjiżi terzi;

    (ċ) meta l-impenn legali hu d-deċiżjoni ta' l-istituzzjoni;

    (d) meta r-rabta globali tkun implimentata minn għadd ta' impenji legali, li huma responsabbli għalihom uffiċċjali bid-delegazzjoni li jawtorizzaw differenti;

    (e) meta, dwar kontijiet ta' flus akkont disponibbli għal azzjoni barranija, impenji legali jridu jkunu iffirmati minn membri tal-persunal ta' l-unitajiet lokali msemmijin fl-Artikolu 254.

    2. Jekk l-uffiċċjal li jawtorizza responsabbli li ffirma r-rabta tal-budget mhux disponibbli u jibqa' mhux disponibbli għal żmien li ma jaqbilx mal-limiti bies jingħalaq l-impenn legali, dak l-impenn legali irid jingħalaq mill-perunsa nnominata skond ir-regoli tad-deputazzjoni addottati minn kull istituzzjoni, sakemm dik il-persuna għandha l-istat ta' uffiċċjal li jawtorizza skond l-Artikolu 59(2) tar-Regolament Finanzjarju.

    Artikolu 95

    Ir-reġistrazzjoni ta' impenji legali individwali(L-Artikolu 77 tar-Regolament Finanzjarju)

    Fil-każ ta' diversi impenji legali individwali li jiġu wara rabta globali tal-budget, l-uffiċċjal li jawtorizza responsabbli jirreġistra l-ammonti ta' dawn l-impenni legali individwali fil-kontijiet ċentrali. L-uffiċċjal li jawtorizza responsabbli jara li l-ammont totali mhux ikbar mill-ammont tar-rabta globali tagħhom.

    Ir-reġistrazzjoni fil-kontijiet turi r-referenzi tar-rabtiet globali li qed jitniżżlu magħha r-rabtiet individwali.

    L-uffiċċjal li jawtorizza responsabbli jirreġistra l-ammonti fil-kontijiet qabel ma jiffirma' l-impenn legali individwali korrispondenti.

    Artikolu 96

    Nfiq amministrattiv li jiġi taħt rabtiet provviżorji(L-Artikolu 76tar-Regolament Finanzjarju)

    Il-punti li ġejjin jistgħu jitqiesu ma' l-infiq amminsitrattiv ta' rutina li jista' jqajjem rabtiet provviżorji:

    (a) infiq fuq persunal, ukoll jekk ma jiġix taħt ir-Regolamenti tal-Persunal, fuq riżorsi umani oħrajn, u fuq il-ħlas ta' l-esperti;

    (b) nfiq relatat ma' Membri ta' l-istituzzjoni;

    (ċ) infiq għat-taħriġ;

    (d) infiq fuq kompetizzjoni, għażla u impjieg;

    (e) infiq fuq missjonijiet;

    (f) infiq ta' rappreżentazzjoni;

    (g) infiq fuq laqgħat;

    (h) interpreti u tradutturi mhux tal-fiss;

    (i) tpartit ta' uffiċċjali;

    (j) kiri ta' bini u ħwejjeġ oħra;

    (k) assigurazzjoni mixxellanja;

    (l) tindif u manutenzjoni;

    (m) infiq fuq il-benesseri;

    (n) użu tas-servizzi ta' telekomunikazzjoni;

    (o) piżijiet finanzjarji;

    (p) spejjeż legali;

    (q) danni, inkluż l-imgħax;

    (r) tagħmir tax-xogħol;

    (s) ilma, gass u elettriku;

    (t) pubblikazzjoni ta' perjodiċi fuq karta u elettronikament.

    Taqsima 2

    Validazzjoni ta' nfiq

    Artikolu 97

    Validazzjoni u "il-mogħodija għal pagament"(L-Artikolu 79 tar-Regolament Finanzjarju)

    1. Validazzjoni ta' kull nefqa tkun ibbażat fuq id-dokumenti ta' sostenn fis-sens ta' l-Artikolu 104 li juri l-intitolament tal-kreditur, fuq rendikont ta' servizzi tassew mogħtija, fornitura tassew ikkonsenjata jew xogħol li sar tassew, jew fuq bażi ta' dokumenti oħrajn li jiġġustifikaw pagament.

    2. L-uffiċċjal li jawtorizza responsabbli personalment jikkontrolla d-dokumenti ta' sostenn jew fuq responsabbilta' tiegħu jaċċerta li dan ikun sar, qabel ma jieħu d-deċiżjoni li jwettaq in-nefqa.

    3. Id-deċiżjoni ta' twettiq tidher billi jkun iffirmat "mgħoddi għall-pagament" mill-uffiċċjal li jawtorizza responsabbli jew minn uffiċċjal jew impjegat ieħor teknikament kompetenti, li jkun ingħata l-poter b'deċiżjoni formali ta' l-uffiċċjal li jawtorizza. Tali deċiżjonijijet ta' għoti ta' poter jinżammu għar-referenza.

    Artikolu 98

    Pagament ta' kuntratti ta' ksib(L-Artikolu 79 tar-Regolament Finanzjarju)

    Għall-pagamenti ta' kuntratti ta' ksib, il-kitba "mgħoddi għall-pagament" tiċċertifika li:

    (a) l-istituzzjoni rċeviet fattura mingħand l-appaltatur u rreġistrata formalment;

    (b) fuq il-fattura nnifisha, jew dokument intern mal-fattura, inkiteb "iċċertifikata korretta" u ffirmaha uffiċċjal jew impjegat ieħor teknikament kompetenti u mogħti l-poter mill-uffiċċjal li jawtorizza responsabbli;

    (ċ) l-aspetti kollha tal-fattura ikun rahom kollha l-uffiċċjal li jawtorizza responsabbli jew fuq responsabbilta' tiegħu bit-tir li jkun iddeterminat l-ammont li għandu jitħallas u l-validita' tal-pagament bħala ħelsien mid-dejn.

    Il-kitba "mgħoddi għall-pagament" imsemmija fil-punt (b) ta' l-ewwel paragrafu tiċċertifika li s-servizzi previsti fil-kontratt ingħataw sew, jew li l-fornitura prevista fil-kuntratt kienu kkonsenjati sew, jew li x-xogħol previst fil-kuntratt sar sew. Għal fornitura u xogħol, l-uffiċċjal jew impjegat ieħor teknikament kompetenti iħejji ċertifikat provviżorju ta' aċċettazzjoni, imbagħad ċertifikat finali ta' aċċettazzjoni fi tmiem Iż-żmien ta' garanzija mniżżel fil-kuntratt.. Dawn iż-żewġ ċertifikati jgħoddu bħala "iċċertifikat korrett".

    Artikolu 99

    Pagament ta' konċessjonijiet(L-Artikolu 79 tar-Regolament Finanzjarju)

    Għall-ħlas ta' konċessjonijiet, il-kitba "mgħoddi għall-pagament" tiċċertifika li:

    (a) l-istituzzjoni rċeviet talba għall-pagament imħejjija mill-benefiċjarju u rreġistrata formalment;

    (b) fuq it-talba għall-ħlas innifisha, jew fuq dokument intern mat-talba milqugħa inkiteb "iċċertifikata korretta" u ffirmaha uffiċċjal jew impjegat ieħor teknikament kompetenti u mgħoti l-poter mill-uffiċċjal li jawtorizza responsabbli; b'tali kitba, jiċċertifika li l-azzjoni jew programm ta' xogħol magħmul mill-benefiċjarju jaqbel f'kollox mal-ftehim tal-konċessjoni;

    (ċ) l-aspetti kollha tat-talba tal-pagament ikun rahom kollha l-uffiċċjal li jawtorizza responsabbli jew fuq responsabbilta' tiegħu bit-tir li jkun iddeterminat l-ammont li għandu jitħallas u l-validita' tal-pagament bħala ħelsien mid-dejn.

    Artikolu 100

    Pagament għal infiq tal-persunal(L-Artikolu 79 tar-Regolament Finanzjarju)

    Għal pagamenti ta' nfiq tal-persunal, il-kitba "mgħoddi għall-pagament" tiċċertifika li jeżistu dawn id-dokumenti ta' sostenn:

    (a) għas-salarju ta' kull xahar:

    (i) lista sħiħa tal-persunal, li tinkludi l-komponenti kollha tar-remunerazzjoni

    (ii) formola (dokument ta' tagħrif personali) li turi xi bidliet li jkunu saru, kull meta saru u jekk ikunu saru, f'kull komponent tar-remunerazzjoni, mibnija fuq deċiżjonijiet li kienu saru f'kull każ individwali

    (iii) fil-każ ta' mpjiegi ġodda jew ħatriet, kopja iċċertifikata tad-deċiżjoni ta' l-impjieg ġdid jew tal-ħatra li tkun mat-twettieq ta'l-ewwel ħlas tas-salarju

    (b) għal remunerazzjoni oħra (persunal imħallas bis-siegħa jew bil-ġurnata):: dikjarazzjoni ffirmata mill-uffiċċjal jew impjegat awtorizzat bis-sigħat jew ġranet li jkunu nħadmu;

    (ċ) għas-sahra dikjarazzjoni ffirmata mill-uffiċċjal jew impjegat awtorizzat li tiċċertifika s-sahra li nħadmet;

    (d) dwar spejjeż ta' missjonijiet:

    (i) l-ordni ta' vvjaġġar iffirmata mill-awtorità kompetenti;

    (ii) id-dikjarazzjoni ta' l-ispejjeż tal-missjoni, iffirmata mill-uffiċċjal tal-missjoni u mis-superjur amministrattiv li ddelegawlu l-poteri xierqa, li turi b'mod partikolari, fejn kienet il-missjoni, id-dati u l-ħinijiet tat-tluq u tal-wasla fil-post tal-missjoni, spejjeż ta' l-ivvjaġġar, spejjeż ta' l-għajxien, u spejjeż oħra awtorizzati kif jintwerew id-dokumenti ta' sostenn

    (e) dwar infiq ieħor tal-persunal: id-dokumenti ta' sostenn li jirreferu għad-deċiżjoni li fuqha toqgħod l-ispiża, bil-komponenti kollha tal-kalkolu.

    Artikolu 101

    Forma materjali għall-"mgħoddi għall-pagament"(L-Artikolu 79 tar-Regolament Finanzjarju)

    F'sistema fejn m'hemmx kompjuter, "mgħoddi għall-pagament" tkun timbru li jinkorpra l-firma ta' l-uffiċċjal li jawtorizza responsabbli jew ta' uffiċċjal jew impjegat ieħor teknikament kompetenti, mogħtijin il-poter mill-uffiċċjal li jawtorizza responsabbli skond l-Artikolu 97. F'sistema ikkompjuterizzata, "mgħoddi għall-pagament" jkun twettiq li jkollu bżonn il-kodiċi sigriet ta' l-uffiċċjal li jawtorizza responsabbli jew ta' uffiċċjal jew impjegat ieħor teknikament kompetenti, mogħti l-poteri mill-uffiċċjal li jawtorizza responsabbli.

    Taqsima 3

    Awtorizzazzjoni tal-pagamenti

    Artikolu 102

    Kontrolli ta' l-uffiċċjal li jawtorizza fuq il-pagamenti(L-Artikolu 80 tar-Regolament Finanzjarju)

    Meta jagħmel l-ordni tal-pagament, l-uffiċċjal li jawtorizza responsabbli irid jiżgura li:

    (a) l-ordni tal-pagament inħarġet sew, jiġifieri li tkun saret deċiżjoni ta' twettiq min qabel fl-għamla ta' "mgħoddi għall-pagament", li l-partikolarijiet ta' min se jitħallas huma tajbin u li l-ammont hu dovut;

    (b) l-ordni tal-pagament taqbel mar-rabta tal-budget li mniżżla taħtha;

    (ċ) in-nefqa qiegħda taħt l-oġġett it-tajjeb fil-budget

    (d) jistgħu isiru appropjazzjonijiet.

    Artikolu 103

    Dettalji obbligatorji fuq ordnijiet tal-pagamenti u trasmissjoni lill-uffiċċjal tal-kontijiet(L-Artikolu 80 tar-Regolament Finanzjarju)

    1. L-ordni tal-pagament trid turi:

    (a) is-sena finanzjarja meta trid titniżżel in-nefqa

    (b) l-artikolu fil-budget u kull sottodiviżjoni oħra li tgħodd;

    (ċ) ir-referenzi ta' l-impenn legali li jqajjem intitolament għall-ħlas

    (d) ir-referenzi tar-rabta tal-budget li trid titniżżel taħthom;

    (e) l-ammont lijrid jitħallas, bl-ewro

    (f) l-isem, l-indirizz u d-dettali tal-kont tal-bank ta' min se jitħallas;

    (g ) l-oġġett li jkun qed titħallas;

    (h) il-mezz tal-ħlas;

    (i) li l-oġġetti ddaħħlu fl-inventarju skond l-Artikolu 222.

    2. L-uffiċċjal li jawtorizza responsabbli jikteb id-data u jiffirma' l-ordni tal-pagament u jgħaddiha lill-uffiċċjal tal-kontijiet.

    Taqsima 4

    Ħlas ta' l-infiq

    Artikolu 104

    Dokumenti ta' sostenn(L-Artikolu 81 tar-Regolament Finanzjarju)

    1. Finanzjament minn qabel, inkluż meta dan jitqassam f'għadd ta' pagamenti, jitħallas fuq kuntratt, ftehim jew att bażiku, jew fuq id-dokumenti ta' sostenn li bihom jidher li l-azzjonijiet iffinanzjati qed isiru skond it-termini tal-kuntratt jew ftehim imdaħħal. Pagamenti temporanji u ħlas ta' bilanċi ikunu bbażati fuq dokumenti ta' sostenn li bihom jidher li l-azzjoni ffinanzjata saret skond it-termini tal-kuntratt jew ftehim milħuq mal-benefiċjarju jew ta' l-att bażiku.

    2. L-uffiċċjal li jawtorizza responsabbli jippreskrivi, skond il-prinċipji ta' treġija finanzjarja tajba, in-natura tad-dokumenti ta' sostenn imsemmi fil-paragrafu 1 skond l-att bażiku u l-kuntratti u l-ftehim milħuqin mal-benefiċjarji. Rapporti ta' implimentazzjoni tekniċi u finanzjarji provviżorji u finali huma dokumenti ta' sostenn għall-iskopijiet tal-Paragrafu 1.

    3. L-uffiċċjal li jawtorizza responsabbli iżomm id-dokumenti ta' sostenn skond l-Artikoli 48 u 49.

    Artikolu 105

    Kif jitniżżlu l-pagamenti tal-finanzjament minn qabel u pagamenti temporanji(L-Artikolu 81 tar-Regolament Finanzjarju)

    1. Il-finanzjament minn qabel intiż biex jagħti somma għall-bidu ta' xi proġett jista' jitqassam fuq għadd ta' pagamenti.

    2. Pagament temporanju, li jista' jerġa' jsir, intiż biex jerġa' jrodd lura n-nefqa ta' xi benefiċjarju fuq rendikont ta' nfiq meta l-azzjoni għadha qed issir jgħodd bħala ħlas sħiħ jew ta' parti mill-finanzjament minn qabel, bla ħsara għall-att bażiku.

    3. In-nefqa tingħalaq meta jitħallas il-bilanċ, li dan isir darba biss u jagħmel tajjeb għall-pagamenti kollha ta' qablu, jew tinħareġ ordni ta' rkupru.

    Taqsima 5

    Limiti ta' żmien għal operazzjonijiet ta' nfiq

    Artikolu 106

    Limiti ta' żmien għall-pagamenti u imgħax fil-każ ta' nuqqas ta' pagament(L-Artikolu 83 tar-Regolament Finanzjarju)

    1. Somom dovuti iridu jitħallsu fi żmien ħamsa u erbgħin jum kalendarju minn meta d-dipartiment awtorizzat ta' l-uffiċċjal li jawtorizza responsabbli jirreġistra talba ammissibbli għall-ħlas; id-data tal-ħlas għandha tinftiehem bħala d-data li kien iddebitat il-kont ta' l-istituzzjoni.

    It-talba għall-ħlas mhux ammissibbli jekk ikollha imqar ħtieġa essenzali nieqsa.

    2. Iż-żmien ta' ħlas imsemmi fil-paragrafu 1 ikun tletin jum kalendarju għal pagamenti ta' servizzi jew kuntratti ta' fornitura, ħlief meta l-kuntratt jgħid mod ieħor.

    3. Għal kuntratti jew ftehim fejn il-pagament jiddependi minn approvazzjoni ta' rapport, iż-żmien li fih irid isir il-pagament għall-iskopijiet imsemmijin fil-paragrafu 1 u 2 ma jibdiex jingħadd sakemm ir-rapport ikun approvat, jew espliċitament u jsir mgħarraf lill-benefiċjarju, jew impliċitament għax ikun għadda ż-żmien għall-approvazzjoni permess mill-kuntratt mingħajr ma jkun sospiż permezz ta' dokument formali mibgħut lill-benefiċjarju.

    Iż-żmien permess għall-approvazzjoni ma jistax jaqbeż:

    (a) 20 jum kalendarju għal kuntratti sempliċi ta' fornitura ta' merkanzija u servizzi;

    (b) 45 jum kalendarju għal kuntratti oħrajnu ftehim għall-konċessjonijiet;

    (ċ) 60 jum kalendarju għal kuntratti ta' servizzi tekniċi li l-evalwazzjoni tagħhom hi partikolarment komplessa

    4. L-uffiċċjal li jawtorizza responsabbli jista' jwaqqaf għal xi żmien il-limitu tal-perjodu għall-ħlas billi jgħarraf lill-kredituri, f'kull waqt tul iż-żmien imsemmi fil-paragrafu 1, li t-talba għall-ħlas ma tistax tintlaqa', jew għax l-ammont mhux dovut jew għax ma ntwerewx id-dokumenti ta' sostenn li hemm bżonn. Jekk l-uffiċċjal li jawtorizza responsabbli jkollu tagħrif li jixħet dubju fuq l-eligibilta ta' nefqa fuq talba għal pagament, l-uffiċċjal li jawtorizza jista' jwaqqaf għal xi żmien il-limitu għall-perjodu tal-ħlas għal iktar verifiki, inkluż kontroll għal għarrieda, biex jaċċerta, qabel ma jsir il-pagament, li n-nefqa hi tassew eliġibbli. L-uffiċċjal li jawtorizza jgħarraf lil benefiċjarju malajr kemm jista' jkun.

    Iż-żmien għall-iskopijiet tal-fdal tal-perjodu ta' pagament ikompli jgħodd mid-data li tkun intlaqgħet it-talba għall-pagament ifformulata kif suppost.

    5. kif jagħlaq Iż-żmien preskritt fil-paragrafi 1 u 2, sa xahrejn wara li jkun irċieva l-pagament tard, il-kreditur jista' jitlob l-imgħax skond dawn id-dispożizzjonijet:

    (a) ir-rati ta' l-imgħax ikunu dawk imsemmijin fl-ewwel sottoparagrafu ta' l-Artikolu 86(2);

    (b) l-imgħax jitħallas għaż-żmien li jkun għadda mill-ġurnata kalendarja ta' fuq l-għeluq tal-limitu taż-żmien għall-ħlas sal-ġurnata tal-ħlas

    L-ewwel sottoparagrafu ma jgħoddx għall-Istati Membri.

    KAPITOLU 7

    Sistemi ta' IT

    Artikolu 107

    Deskrizzjoni ta' sistemi ta' IT(L-Artikolu 84tar-Regolament Finanzjarju)

    Fejn jintużaw sistemi u sottosistemi ta' kompjuters għall-ipproċessar ta' operazzjonijiet għall-implimentazzjoni tal-budget, hi meħtieġa deskrizzjoni sħiħa u aġġornata ta' kull sistema

    Kull deskrizzjoni trid tiddefinixxi l-kontenut ta' x'għandu jiddaħħal u fejn għandu jiddaħħal u trid tiddeskrivi kif is-sistema taħdem kull operazzjoni individwali. Trid turi fid-dettal kif is-sistema tiggarantixxi li kull operazzjoni tista' tkun ivverifikata mill-bidu sat-tmiem.

    Artikolu 109

    Arkivar Perjodiku(L-Artikolu 84 tar-Regolament Finanzjarju)

    It-tagħrif f'sistemi u sottosistemi ta' kompjuters irid ikun merfugħ perjodikament u miżmum f'post fejn ma jistax isirlu ħsara.

    KAPITOLU 8

    Awditur intern

    Artikolu 109

    Ħatra ta' l-awditur intern(L-Artikolu 85 tar-Regolament Finanzjarju)

    1. Kull istituzzjonijiet taħtar l-awditur intern tagħha skond l-arranġamenti għall-karatteristiċi u bżonnijiet speċifiċi tagħha. L-istituzzjoni tgħarraf lill-awtortita tal-budget dwar il-ħatra ta' l-awditur intern.

    2. Skond il-karatteristiċi u l-ħtiġiet speċifiċi tagħha, kull istituzzjoni tiddetermina l-għan tal-missjoni ta' l-awditur intern u tippreskrivi fid-dettal l-objettivi u l-proċeduri għal eserċitazzjoni tal-funzjoni ta' verifika interna b'attenzjoni mogħtija lil-livelli ta' verifiki interni internazzjonali.

    3. L-istituzzjoni tista' taħtar bħala awditur intern, uffiċċjal jew impjegat ieħor li hu ċittadin ta' l-Istati Membri u li jaqa' taħt ir-Regolamenti tal-Persunal, fuq is-saħħa tal-kompetenzi partikolari tiegħu.

    4. Jekk żewġ istituzzjonijiet jew iktar jaħtru lill-istess awditur intern iridu jagħmlu l-arranġamenti meħtieġa biex ikun iddikjarat responsabbli ta' l-azzjonijiet tiegħu kif preskritt fl-Artikolu 114.

    5. L-istituzzjoni trid tgħarraf lill-awtrorita tal-budget meta jintemmu d-dmirijiet ta' l-awditur intern.

    Artikolu 110

    Riżorsi Operattivi(L-Artikolu 86 tar-Regolament Finanzjarju)

    L-istituzzjoni tipprovdi r-riżorsi meħtieġa biex l-awditur intern jaqdi sew il-funzjoni tiegħu ta' verifikazzjoni interna u karta ta' missjoni li turi fid-dettali il-kompiti, d-dmirijiet u l-obbligi tiegħu.

    Artikolu 111

    Programm ta' xogħol(L-Artikolu 86 tar-Regolament Finanzjarju)

    1. L-awditur intern jaddotta l-programm tax-xogħol tiegħu u jgħaddih lill-istituzzjoni.

    2. L-istituzzjoni tista' titlob lill-awditur intern jagħmel verifiki li mhux qegħdin fil-programm ta' xogħol imsemmi fil-Paragrfau 1.

    Artikolu 112

    Rapporti ta' l-awditur intern.(L-Artikolu 86 tar-Regolament Finanzjarju)

    1. Kull sena l-awditur intern irid jagħti r-rapport ta' verifika interna previst fl-Artikolu 86(3) tar-Regolament Finanzjarju lill-istituzzjoni, dan ir-rapport irid jgħid l-għadd u t-tip ta' verifiki interni li jkunu saru, ir-rakkomandazzjonijiet ewlenin li jkunu saru u x'sar fuq dawk ir-rakkomandazzjonijiet.

    Dak ir-rapport ta' kullsena irid isemmi ukoll xi problemi sistemiċi li jkun ra l-grupp ta' nies imwaqqaf apposta skond l-Artikolu 66(4) tar-Regolament Finanzjarju.

    2. Kull istituzzjoni tara jekk ir-rakkomandazzjonijiet li saru fir-rapport ta' l-awditur intern tagħha humiex tajbin għal tpartit ta' prattika tajba ma' istituzzjonijiet oħrajn.

    Artikolu 113

    Indipendenza(L-Artikolu 87 tar-Regolament Finanzjarju)

    L-awditur intern għandu indipendenza totali meta jkun qed jagħmel il-verifiki. Ma jistax jingħata istruzzjonijiet u ma jistax ikun ristrett b'xi mod rigward il-funzjonijiet li, minħabba l-ħatra tiegħu, huma mogħtija lilu skond ir-Regolament Finanzjarju.

    Artikolu 114

    Responsabbilta' ta' l-awditur intern(L-Artikolu 87 tar-Regolament Finanzjarju)

    L-istituzzjoni biss, billi timxi skond dan l-Artikolu, tista tiċċaqlaq biex l-awditur intern, bħala uffiċċjal jew impjegat ieħor suġġett għar-Regolamenti tal-Persunal, ikun iddikjarat responsabbli għall-azzjonijiet tiegħu.

    L-istituzzjoni tista' tieħu deċiżjoni meqjusa biex tibda investigazzjoni. Dik id-deċiżjoni tkun mgħarrfa lill-parti interessata. L-istituzzjoni tista' tagħti l-investigazzjoni f'idejn uffiċċjal jew iktar, iwieġbu lilha direttament, ta' l-istess grad jew ogħla mill-membru tal-persunal imdaħħal. Il-fehmiet tal-parti interessata jinstemgħu matul l-investigazzjoni.

    Ir-rapport ta' investigazzjoni għandu jintbagħat lill-parti interessata, li għandha tinstema mill- istituzzjoni fuq is-suġġetta ta' dak ir-rapport.

    Skond ir-rapport u s-smigħ, l-istituzzjoni taddotta deċiżjoni meqjusa li ttemm id-diskussjonijiet jew deċiżjoni meqjusa skond l-Artikoli 22 u 86 u 89 tar-Regolament tal-Persunal. Deċiżjonijiet li jimponu miżuri dixxiplinarji jew pieni finanzjarji ikunu mgħarrfa lill-parti interessata u kkomunikati, għal skopijiet ta' tagħrif, lill-istituzzjonijiet l-oħrajn u lill-Qorti ta' l-Awdituri.

    Il-parti interessata tista' tressaq azzjoni għal deċiżjonijiet bħal din quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej, kif previst fir-Regolamenti tal-Persunal.

    Artikolu 115

    Azzjoni quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej(L-Artikolu 87tar-Regolament Finanzjarju)

    Bla ħsara għar-rimedji permessi mir-Regolamenti tal-Persunal, l-awditur intern jista' jressaq azzjoni direttament quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej għal kull att li għandu x'jaqsma mal-qadi ta' dmirijietu bħala awditur intern. Azzjoni bħal din trid tkun iddepożitata fi żmien tlett xhur mill-jum kalendarju meta jkun mgħarraf l-att involut.

    Tali azzjonijiet ikunu investigati u mismugħin kif previst fl-Artikolu 91(5) tar-Regolamenti tal-Persunal.

    TITOLU V

    KSIB

    KAPITOLU 1

    Dispożizzjonijiet ġenerali

    Taqsima 1

    Għan u prinċipji ta' konċessjoni

    Artikolu 116

    Definizzjonijiet u għan(L-Artikolu 88 tar-Regolament Finanzjarju)

    1. Xiri, kera fit-tul, kera jew ħlas bin-nifs bil-possibbilta' ta' xiri jew mingħajr, ta' art, bini lest jew proprjetà oħra kollha jiġu taħt kuntratti ta' bini.

    2. Xiri, kera jew ħlas bin-nifs bil-possibbilta ta' xiri jew mingħajr, ta' prodotti jiġu taħt kuntratti ta' fornitura. Il-kunsinna ta' prodotti tista' tinkludi wkoll li jitpoġġew fil-post, installazzjoni u manutenzjoni.

    3. Kuntratt ta' xogħlijiet ifisser jew l-eżekuzzjoni, jew l-eżekuzzjoni u d-disinn, ta' xogħlijiet jew li jsir, b'kull mod, xogħol li jaqbel mal-ħtiġiet speċifikati mill-awtorità ta' l-appalti. tfisser ir-riżultat ta' xogħlijiet ta' bini jew iġinerija ċivili li minnu nnifsu jista' jaqdi funzjoni tekonomika jew teknika.

    4. Kuntratti ta' servizz ikopru s-servizzi kollha intellettwali u mhux li ma jiġux taħt kuntratti ta' fornitura, kuntratti ta' xogħlijiet jew kuntratti ta' bini. Hemm lista ta' dawn is-servizzi fl-Annessi IA u IB tad-Direttiva tal-Kunsill 92/50/KEE.

    5. Kuntratt li jħaddan kemm prodotti kif ukoll servizzi jitqies bħala kuntratt ta' servizz meta l-valur tas-servizzi jkun ogħla mill-valur tal-prodotti inklużi fil-kuntratt.

    6. It-termini "fornitur", "kuntrattur" u "fornitur ta' servizzi" jirreferu għal tlett kategoriji ta' operatur ekonomiku, naturali jew persuni legali, li jfornixxu prodotti, jagħmlu xogħlijiet, u jipprovdu servizzi rispettivament. Operaturi ekonomiċi li ddepożitaw offerta għal xogħol bl-appalt jissejħu "li jitfgħu offerta". Dawk li talbu biex jitħallew jieħdu sehem fi proċedura nnegozjata jew ristretta jissejħu "kandidati".

    7. Dipartmenti ta' l-istituzzjonijiet tal-Komunità jitqiesu awtoritajiet ta' l-appalti.

    Artikolu 117

    Appalti ta' qafas u appalti speċifiċi(L-Artikolu 88 tar-Regolament Finanzjarju)

    1. Appalt ta' oqsfa hu kuntratt bejn awtorità ta' l-appalti u operatur ekonomiku għall-iskop li jitpoġġew it-termini essenzali li jirregolaw serje ta' appalti speċifiċi li jingħataw f'xi żmien, b'mod partikolari rigward it-tul, materja, prezzijiet, kondizzjonijiet tal-prestazzjoni u l-kwantitajiet maħsuba.

    L-awtortita ta' l-appalti tista' wkoll tagħmel appalti multipliċi ta' qafas, li huma appalti separati għall-istess ħwejjeġ mogħtija lil għadd ta' fornituri jew dawk li jipprovdu servizz. L-ispeċifikazzjonijiet imsemmijin fl-Artikolu 130 allura jridu jispeċifikaw l-ogħla numru ta' operaturi li l-awtorità ta' l-appalti tista' tagħmel kuntratti magħhom.

    Appalti ta' qafas ma jistgħux ikunu għal iktar minn erba' snin, ħlief f'każi eċċezzjonali ġustifikati b'mod partikolari bil-materja ta' l-appalt tal-qafas.

    Awtoritajiet ta' l-appalti ma jistgħux jużaw appalti tal-qafas iżżejjed jew jużawhom b'mod li l-iskop jew l-effett ikun li l-kompetizjoni tkun ristretta, mgħawġa jew ma titħalliex issir.

    2. Appalti speċifiċi ibbażati fuq l-appalti ta' qafas msemmija fil-paragrafu jingħataw skond it-termini preskritti fl-appalt tal-qafas.

    3. Rabta tal-budget tiġi qabel appalti speċifiċi li saru taħt appalti ta' qafas biss

    Taqsima 2

    Il-Pubblikazzjoni

    Artikolu 118

    Reklamar ta' kuntratti taħt id-direttivi ta' ksib pubbliku(L-Artikolu 90 tar-Regolament Finanzjarju)

    1. Il-pubblikazzjoni tkun magħmula minn nota ta' qabel it-tagħrif, nota ta' kuntratt u nota ta' għoti.

    2. L-avviż ta' qabel it-tagħrif ikun il-avviż li bih l-awtoritajiet ta' l-appalti jagħtu indikazzjoni, tal-valur totali stmat ta' l-appalti, skond il-kategorija tas-servizzi jew gruppi ta' prodotti, u l-karatteristiċi essenzali ta' appalti ta' xogħlijiet li bi ħsiebhom jagħtu matul sena tal-budget, fejn il-valur totali stmat hu daqs il-limiti jew ikbar mill-limiti preskritti fl-Artikolu 157.

    L-avviż ta' qabel it-tagħrif għandu jintbagħat lill-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet Uffiċċjali tal-Komunitajiet Ewropej malajr kemm jista' jkun u mhux iktar tard mill-31 ta' Marzu ta' kull sena tal-budget fil-każ ta' appalti ta' fornitura u servizzi, u fil-każ ta' kuntratt ta' xogħlijiet, malajr kemm jista' jkun wara li tkun saret id-deċiżjoni li tapprova l-programm għal dawk il-kuntratti.

    3. L-avviż ta' l-appalti tkun il-mezz li tuża l-awtorità ta' l-appalti biex tgħarraf l-intenzjoni tagħha li tibda proċedura ta' ksib. Din għandha tkun obbligatorja għall-appalti ta' valur stmat li hu daqs jew iktar mil-limiti preskritti fil-punti (a) u (ċ) ta' l-Artikolu 158(1).

    Fi proċedura miftuħa l-avviż ta' l-appalt jagħti d-data, l-ħin u l-post ta' fejn se jiltaqa' l-kumitat tal-ftuħ, li tkun miftuħa għal dawk li se jitfgħu l-offerti.

    L-awtoritajiet ta' l-appalti li jixtiequ jorganizzaw kompetizzjoni iridu joħorġu nota li xxandar l-intenzjoni tagħhom.

    4. L-avviż ta' l-għoti jagħti r-riżultat tal-proċedura tal-ksib. Fil-każ ta' appalti li l-valur tagħhom ikun daqs jew iktar mil-limiti preskritti, mhux obbligatorju li appalti speċifiċi jingħataw taħt appalti ta' qafas.

    L-avviż ta' l-għoti jintbagħat lill-Uffiċċju għal Pubblikazzjonijiet Uffiċċjali tal-Komunitajiet Ewropej mhux iktar tard minn tmienja u erbgħin jum kalendarju minn meta tingħalaq il-proċedura, jiġifieri minn meta jkun iffirmat il-kuntratt.

    5. L-avviżi jsiru skond il-kampjuni annessi mad-Direttiva 2001/78/KE.

    Artikolu 119

    Reklamar ta' appalti li ma jaqgħux taħt id-direttivi tal-ksib pubbliku(L-Artikolu 90tar-Regolament Finanzjarju)

    1. Appalti b'valur inqas mill-limiti previsti fl-Artikoli 157 u 158 u l-appalti ta' servizz imsemmijin fl-Anness IB tad-Direttiva tal-Kunsill 92/50/KEE ikunu rreklamati bil-mezzi xierqa biex ikun żgurat li s-sejħa għall-offerti tkun kompettitiva u jkun hemm imparzjalita' fil-ksib. Tali rreklamar jinvolvi:

    (a) jekk ma kienx ippubblikat avviż għall-appalt kif imsemmi fl-Artikolu 118(3), avviż għal sejħa ta' espressjoni ta' interess għall-appalti b'suġġett simili imma b'valur daqs jew ikbar mill-ammont imsemmi fl-Artikolu 128(1):

    (b) il-pubblikazzjoni ta' kull sena ta' lista ta' appaltaturi, bis-suġġett u l-valur ta' l-appalt mogħti.

    2. Kull sena tkun ippubblikata lista ta' appaltaturi li ngħatawlhom appalti ta' bini, bis-suġġett u l-valur ta' l-appalti mogħtija. Dik il-lista tintbagħat lill-awtorità tal-budget; fil-każ tal-Kummissjoni tkun annessa mar-rapport ta' l-attivita annwali msemmi fl-Artikolu 60(7) tar-Regolament Finanzjarju.

    3. Tagħrif dwar appalti b'valur daqs jew ikbar mill-ammont imsemmi fl-Artikolu 128(1) jintbagħat lill-Uffiċċju għal Pubblikazzjonijiet Uffiċċjali tal-Komunitajiet Ewropej; il-listi annwali ta' appaltaturi tintbagħat mhux iktar tard mill-31 ta' Marzu ta' fuq tmiem is-sena finanzjarja.

    Reklamar minn qabel u u l-pubblikazzjoni ta' kull sena tal-lista ta' l-appaltaturi għall-appalti l-oħrajn ikunu fuq is-siti ta' l-internet ta' l-istituzzjonijiet; pubblikazzjonijiet ta' wara iridu jsiru sa mhux iktar tard mill-31 ta' Marzu tas-sena finanzjarja ta' wara. Tista' ssir ukoll pubblikazzjoni fil-Ġurnal Uffiċċjali tal-Komuntajiet Ewropej.

    Artikolu 120

    Pubblikazzjoni ta' l-avviżi(L-Artikolu 90 tar-Regolament Finanzjarju)

    1. L-Uffiċċju għal Pubblikazzjonijiet Uffiċċjali tal-Komunitajiet Ewropej jippubblika l-avviżi msemmijin fl-Artikoli 118 u 119 fil-Ġurnal Uffiċċjali tal-Komunitajiet Ewropej mhux iktar tard minn tnax-il ġurnata kalendarja minn meta jinħarġu.

    Dak Iż-żmien jitnaqqas għal ħames ġranet kalendarji fil-każ tal-proċeduri mħaffin imsemmijin fl-Artikolu 142 u jekk l-avviżi kienu mħejjija u mibgħuta elettronikament.

    2. L-awtoritajiet ta' l-appalti jridu jkunu jistgħu jagħtu evidenza tad-data tal-ħruġ.

    Artikolu 121

    Forom oħrajn ta' reklamar(L-Artikolu 90 tar-Regolament Finanzjarju)

    Minbarra r-reklamar previst fl-Artikoli 118, 119 u 120, l-appalti jistgħu ikunu rreklamati b'kull mod ieħor, notabilment f'forma elettronika. Kull riklam ta' dan it-tip irid jirreferi għall-avviż maħruġ fil-Ġurnal Uffiċċjali tal-Komunitajiet Ewropej, kif previst fl-Artikolu 120, jekk kien ippubblikat, u ma jistax jiġi qabel il-pubblikazzjoni ta' l-avviż, li hu awtentiku waħdu.

    Tali rreklamar ma jistax jagħmel diskriminazzjoni bejnkandidati jew dawk li jitfgħu l-offerti, u lanqas ma jista' jkollu iktar dettalji milli hemm fl-avviż ta' l-appalti, jekk kien ippubblikat.

    Taqsima 3

    Proċeduri ta' Ksib

    Artikolu 122

    Tipi ta' proċeduri ta' ksib(L-Artikolu 91 tar-Regolament Finanzjarju)

    1. Kuntratti jingħataw billi ssir sejħa għall-offerti bil-proċeduri miftuħin, ristretti jew innegozjati wara l-pubblikazzjoni ta' avviż ta' appalt, jew bi proċedura nnegozjata mingħajr ma jkun ippubblikat qabel l-avviż ta' appalt, fejn xieraq wara kompetizzjoni.

    2. Sejħiet għall-offerti jkunu miftuħa, fejn l-operaturi ekonomiċi kollha interessati jistgħu jitfgħu offerta.

    Sejħiet għall-offerti ristretti huma meta l-operaturi ekonomiċi kollha jistgħu jitolbu li jieħdu sehem imma jistgħu jitfgħu offerta biss kandidati li jissodisfaw il-kriterji ta' għażla msemmijin fl-Artikolu 135 u jkunu mistiedna fl-istess ħin u bil-miktub mill-awtoritajiet ta' l-appalti.

    Il-fażi ta' l-għażla tista' terġa' ssir għal kull appaltatur individwali jew tista' tinvolvi li ssir lista ta' kandidati potenzjali skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 128.

    3. Fi proċedura innegozjata, l-awtoritajiet ta' l-appalti jikkonsultaw lil min jagħżlu minn dawk li tefgħu l-offerti li jkunu ssodisfaw il-kriterji ta' għażla preskritti fl-Artikolu 135, u tinnegozja t-termini ta' l-appalt ma' wieħed minnhom jew iktar.

    Fi proċeduri nnegozjati fejn ikun ippubblikat avviż, kif imsemmi fl-Artikolu 127, l-awtoritajiet ta' l-appalti jistiednu lill-kandidati magħżulin fl-istess żmien u bil-miktub biex jinnegozjaw.

    4. Kompetizzjonijiet huma proċeduri li bihom l-awtorità ta' l-appalti tkun tista' takkwista, l-iktar fl-oqsma ta' l-arkitettura u l-inġinerija ċivili jew l-ipproċessar ta' tagħrif, pjan jew disinn propost minn bord ta' għażla wara li dan ikun tqiegħed f'sejħa għall-offerti kompetittivi bil-premji jew mingħajr.

    Artikolu 123

    Għadd ta' kandidtai fi proċeduri ristretti jew innegozjati(L-Artikolu 91tar-Regolament Finanzjarju)

    1. Fi proċedura ristretta, inkluża l-proċedura imsemmija fl-Artikolu 128, l-għadd ta' kandidati mistiedna biex jitfgħu offerta ma jistax ikun iżgħar minn ħamsa, sakemm ikun hemm għadd biżżejjed ta' kandidati li jissodisfaw il-kriterji ta' l-għażla.

    L-awtortita ta' l-appalti tista' wkoll tagħmel limitu ta' għoxrin kandidat, skond is-suġġett ta' l-appalt u fuq bażi ta' kriterji ta' għażla oġġettivi u mhux diskriminatorji. F'każi hekk, il-firxa u l-kriterji jingħadu fl-avviż tal-kuntratt jew fis-sejħa għal espressjoni ta' interess imsemmijin fl-Artikoli 118 u 119.

    F'kull każ, l-għadd ta' kandidati mistiedna jrid ikun biżżejjed biex ikun hemm kompetizzjoni ġenwina.

    2. Fi proċeduri nnegozjati l-għadd ta' kandidati mistiedna biex jinnegozaw ma jistax ikun iżgħar minn tlieta, sakemm ikun hemm biżżejjed kandidati li jissodisfaw il-kriterji.

    F'kull każ, l-għadd ta' kandidati mistiedna biex jagħmlu offerta jrid ikun biżżejjed biex ikun hemm kompetizzjoni ġenwina.

    It-tieni sottoparagrafu ma jgħoddx għal appalti li jinvolvu ammonti żgħar ħafna, kif imsemmi fl-Artikolu 129(3).

    Artikolu 124

    Arranġamenti għal proċeduri nnegozjati(L-Artikolu 91 tar-Regolament Finanzjarju))

    L-awtoritajiet ta' l-appalti jinnegozjaw l-offerti mitfugħa ma' min ikun tefagħhom biex jadattawhom għall-ħtiġiet fl-avviż ta' l-appalt imsemmi fl-Artikolu 118 jew fl-ispeċifikazzjonijiet u kull dokument ieħor u biex isibu l-offerta li tagħti l-iktar għall-flus li jintefqu fiha.

    Matul it-taħditiet, l-awtoritajiet ta' l-appalti jridu jaraw li lil dwak li jkunu tefgħu l-offerta jistmawhom l-istess.

    Artikolu 125

    Kompetizzjonijiet(L-Artikolu 91 tar-Regolament Finanzjarju)

    1. Ir-regoli għall-organizzazzjoni ta' kompetizzjoni iridu jkunu mgħarrfa lil kull min hu interessat jieħu sehem.

    L-għadd ta' kandidati mistiedna biex jieħdu sehem irid ikun biżżejjed biex ikun hemm kompetizzjoni ġenwina.

    2. Il-bord ta' l-għażla jinħatar mill-uffiċċjal li jawtorizza responsabbli. Ikun magħmul biss minn persuni naturali li m'għandhomx x'jaqsmu ma' min qed jieħu sehem fil-kompetizzjoni. Meta biex dak li jkun jieħu sehem f'kompetizzjoni tinħtieġ kwalifika professjonali partikolari, mill-inqas terz mill-membri tal-bord ta' l-għażla irid ikollhom l-istess kwalifika jew oħra daqsha.

    Il-bord ta' l-għażla huwa awtonomu fil-fehmiet tiegħu. Il-fehmiet tal-bord jistgħu jibbażaw ruħhom fuq il-proġetti sottomessi anonimament mill-kandidati u dan biss skond il-kriterji preskritti fl-avviż tal-kompetizzjoni.

    3. Il-proposti u l-osservazzjonijiet tal-bord ta' l-għażla, ibbażati fuq il-merti ta' kull proġett għalih, ikunu rreġistrati f'rapport iffirmat mill-membri.

    Il-kandidati jibqgħu mhux magħrufa sakemm il-bord ta' l-għażla jagħti l-fehma tiegħu.

    4. L-awtorità ta' l-appalti tieħu deċiżjoni li fiha tagħti l-isem u l-indirizz tal-kandidat li ntgħażel u għalfejn intgħażel, b'referenza għall-kriterji mxandra fl-avviż tal-kompetizzjoni, speċjalment jekk ma taqbilx mal-proposti skond il-fehma tal-bord ta' l-għażla.

    Artikolu 126

    Proċedura nnegozjata mingħajr ma jkun ippublikat qabel avviż ta' l-appalt(L-Artikolu 91 tar-Regolament Finanzjarju)

    1. Awtoritajiet tal-kuntratti jistgħu jużaw proċedura nnegozjata mingħajr ma jkun ippublikat qabel avviż ta' appalt:

    (a) meta ma kienx hemm offerti jew l-offerti li saru ma kinux tajbin meta tkun saret proċedura miftuħa jew proċedura ristretta wara li tlestiet il-proċedura inizjali, u sakemm ma jinbidlux wisq it-termini oriġinali ta' l-appalt minn kif huma imniżżlin fid-dokumenti li għandhom x'jaqsmu ma' l-istedina biex isiru l-offeri msemmija fl-Artikolu 130;

    (b) meta għal raġunijiet tekniċi jew artistiċi, jew għal raġunijiet li għandhom x'jaqsmu mal-ħarsien ta' drittijiet esklusivi, l-appalt jista' jingħata biss lil operatur ekonomiku partikolari;

    (ċ) fejn ma jistax isir mod ieħor, għal raġunijiet ta' urġenza estrema ġejjin minn ċirkustanzi li ħadd ma seta' jobsor u li ma jistgħux jitwaħħlu fl-awtorità ta' l-appalti, u li ma jistgħux Iħarbtu l-interssi tal-Komunitajiet, ikun impossibbli li jinżammu l-limiti taż-żmien stabbiliti għall-proċeduri l-oħrajn u preskritti fl-Artikolu 140, 141 u 142;

    (d) meta appalt ta' servizz jingħata wara kuntratt u, skond ir-regoli applikati, irid jingħata lill-kandidat li ntgħażel jew lill-wieħed mill-kandidati li ntgħażlu; fil-każ ta' l-aħħar, il-kandidati kollha li ntgħażlu ikunu mistiedna biex jieħdu sehem fit-taħdidiet;

    (e) għal servizzi oħrajn u xogħlijiet mhux inklużi mill-bidu fil-proġett ikkunsidrat u lanqas fil-kuntratt kif kien mitmum imma li, minħabba ċirkustanzi imprevvisti li m'għandhomx x'jaqsmu ma' l-awtorità ta' l-appalti, saru meħtieġa biex isiru s-servizzi jew xogħlijiet, skond il-kondizzjonijiet preskritti fil-paragrafu 2;

    (f) għal kuntratti oħrajn li fihom ripetizzjoni ta' servizzi simili jew xogħlijiet mogħtija lill-appaltatur li qabel kien ingħata appalt ieħor mill-istess awtoritajiet ta' l-appalti, sakemm is-suġġett ta' l-appalt jaqbel ma' proġett bażiku u l-ewwel appalt ingħata bi proċedura miftuħa jew ristretta;

    (g) għal appalti ta' fornitura:

    (i) meta jkun hemm kunsinni oħrajn li huma maħsuba jew bħala bdil parzjali ta' fornitura normali jew installazzjonijiet jew bħala tkabbir tal-fornitura jew installazzjonijiet li diġa hemm, fejn jekk jinbidel il-fornitur l-awtorità ta' l-appalti tkun ikollha tieħu tagħmir b'karatteristiċi tekniċi differenti li jwasslu f'inkompatibbilta jew diffikultajiet tekniċi kbar fit-tħaddim u l-manutenzjoni; ma jistgħux isiru kuntratti ta' dan it-tip għal iktar minn tlett snin;

    (ii) meta l-prodotti jsiru purament għall-iskop ta' riċerka, esperimenti, studju jew żvilupp, ħlief għal testijiet ta' vijabilta kummerċjali u produzzjoni fuq skala kbira biex jinġabar l-infiq li sar fuq riċerka u żvilupp;

    (h) għal appalti ta' bini, wara stħarriġ tas-suq lokali;

    (i) għal appalti b'valur inqas mil-limitu stabbilit fl-Artikolu 129(2).

    2. Għal servizzi u xogħlijiet oħrajn imsemmija fil-punt (e) tal-paragrafu 1, l-awtorità ta' l-appalti tista' tuża l-proċedura nnegozjata mingħajr ma tkun ippubblikata qabel f'avviż ta' appalt bil-kondizzjoni li jingħata lill-appaltatur li qed jagħmel il-kuntratt:

    (a) meta kuntratti barranin ma jistgħux jinfirdu, teknikament jew ekonomikament, mill-kuntratt ewlieni mingħajr inkonvenjenza kbira għall-awtorità ta' l-appalti.

    (b) meta tali xogħlijiet jew servizzi, għalkemm jistgħu jinfirdu mill-appalt l-oriġinali, huma meħtieġa bil-fors biex jitlesta.

    Il-valur totali tal-kuntratti barranin ma jistax jaqbeż il-50 % ta' l-ammont tal-kuntratt inizjali.

    3. Fil-każi msemmija fil-punt (f) tal-paragrafu 1, il-possibbilta li tintuża l-proċedura nnegozjata tintwera malli l-ewwel kuntratt jinħareġ għall-offerti kompetittivi, u t-total ta' l-istima tal-kuntratti barranin jitqies meta jinħadmu l-limiti msemmija fl-Artikolu 158. Dik il-proċedura tista' tintuża biss waqt it-tlett snin wara li jagħlaq il-kuntratt l-oriġinali.

    Artikolu 127

    Proċedura nnegozjata użata wara li jkun ippublikat minn qabel avviż ta' l-appalt(L-Artikolu 91 tar-Regolament Finanzjarju)

    1. Awtoritajiet ta' l-appalti jistgħu jużaw il-proċedura nnegozjata wara li jkunu ppubblikaw avviż ta' l-appalt fil-każi li ġejjin:

    (a) meta l-offerti li jsiru jkunu irregolari jew mhux aċċettabbli, b'referenza partikolari għall-kriterji ta' l-għażla jew ta' l-għoti, li jkunu saru għal proċedura miftuħa jew ristretta li tlestiet, sakemm ma jinbidlux wisq it-termini oriġinali tal-kuntratt kif imniżżlin fid-dokument li għandhom x'jaqsmu mas-sejħa għall-offerti imsemmija fl-Artikolu 130;

    (b) għal appalti ta' xogħlijiet u servizzi, f'każi eċċezjonali fejn in-natura tas-servizzi jew tax-xogħlijiet jew ir-riskji tagħhom li minħabba fihom, min jagħmel l-offerta, ma jkunx jista' jagħti prezz ta' kollox;

    (ċ) fejn in-natura tas-servizzi li jridu jinkisbu, b'mod partikolari fil-każ ta' servizzi finanzjarji u servizzi intellettwali, hi tali li ma jistgħux isirulha speċifikazzjonijiet preċiżi biżżejjed li jħallu li tintagħżel l-aħjar offerta skond ir-regoli li jirregolaw proċeduri miftuħin jew ristretti;

    (d) għal appalti ta' xogħlijiet, fejn ix-xogħlijiet isiru biss għal skopi ta' riċerka, testijiet jew jew żvilupp u mhux biex isir profitt jew biex tinġabar in-nefqa fir-riċerka u l-iżvilupp;

    (e) għal appalti tas-servizzi msemmijin fl-Anness 1B tad-Direttiva tal-Kunsill 92/50/KEE, suġġetta għal punt (i) ta' l-Artikolu 126(1).

    2. Fil-każi msemmijin fil-punt (a) tal-paragrafu 1, l-awtoritajiet ta' l-appalti jistgħu ma jippubblikawx avviż ta' appalt jekk fil-proċedura nnegozjata jinkludu lil dawk kollha li tefgħu l-offerti u li kienu jissodisfaw il-kriterji ta' għażla u li, fil-proċedura ta' qabel, iddepożitaw offerti skond il-ħtiġiet formali tal-proċedura ta' ksib.

    Artikolu 128

    Proċedura ristretta li tinvolvi sejħa għal espressjonijiet ta' interess(L-Artikolu 91 tar-Regolament Finanzjarju)

    1. Sejħa għal espressjonijiet ta' interess hi mezz biex jingħażlu minn qabel kandidati li jkunu mistiedna jiddepożitaw offerti bħala tweġiba għal stediniet ristretti iktar ‘il quddiem biex jaitfgħu offerti għal appalti ta' valur ta' EUR 50000 jew iktar, bla ħsara għall-Artikoli 126 u 127.

    2. Il-lista mħejjija wara sejħa għal espressjonijiet ta' interess ma tkunx tgħodd għal iktar minn tlett snin minn meta l-avviż imsemmi fil-punt (a) ta' l-Artikolu 119 jintbgħat lill-Uffiċċju għal Pubblikazzjonijiet Uffiċċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

    Kull persuna interessata tista' tiddepożita applikazzjoni f'kull ħin matul iż-żmien ta' validita' tal-lista, ħlief għall-aħħar tliet xhur ta' dak iż-żmien.

    3. Meta għandu jingħata kuntratt speċifiku, l-awtorità ta' l-appalti tistieden jew lill-kandidati kollha fil-lista jew uħud minnhom, fuq bażi ta' kriterji ta' għażla speċifiċi għal dak il-kuntratt, oġġettivi u mhux diskriminatorji, biex jagħmlu offerta.

    Artikolu 129

    Appalti ta' valur baxx(L-Artikolu 91 tar-Regolament Finanzjarju)

    1. Proċedura ristretta li fiha kienu kkonsultati mill-inqas ħames kandidati mingħajr ma tkun saret sejħa għall-espressjoni ta' interess tista' tintuża għal appalti ta' inqas minn EUR 50000, bla ħsara għall-Artikoli 126 u 127.

    2. Il-proċedura nnegozjata b'mill-inqas tlett kandidati tista' tintuża għal appalti ta' inqas minn EUR 13800.

    3. Appalti li jiswew inqas minn EUR 1050 jistgħu jingħataw fuq offerta waħda bi proċedura nnegozjata.

    4. Pagamenti li jsiru minn kontijiet ta' flus akkont jew għal spejjeż li għandhom x'jaqsmu ma' attivitajiet ta' komunikazzjoni mill-istituzzjonijiet biex jitwasslu l-eventi tal-Komunità jistgħu isiru fuq il-fattura, mingħajr aċċettazzjoni minn qabel ta' offerti, meta l-ispiża tkun iżgħar minn EUR 200.

    Artikolu 130

    Dokumenti li għandhom x'jaqsmu mas-sejħa għal offerti għal xogħol bl-appalt(L-Artikolu 92 tar-Regolament Finanzjarju)

    1. Id-dokumenti li għandhom mas-sejħa biex isiru l-offerti, mill-inqas irid ikollha:

    (a) is-sejħa biex issir l-offerta jew biex isir;

    (b) l-ispeċifikazzjonijiet mehmużin, li magħhom ikunu annessi t-termini ġenerali u l-kundizzjonijiet li jgħoddu għall-appalti.

    (ċ) kampjun ta' l-appalt.

    Id-dokumenti li għandhom x'jaqsmu ma' l-istedina biex isiru l-offerti ikollhom referenza għall-miżuri għar-riklami fl-Artikoli 118 sa 121.

    2. Is-sejħa għal offerti għal xogħol bl-appalt mill-inqas trid:

    (a) tispeċifika r-regoli li jirregolaw l-iddepożitar u l-preżentazzjoni ta' l-offerti, inklużi b'mod partikolari id-data u l-ħin ta' meta jagħlaq iż-żmien li jistgħu jintlaqgħu, kull ħtieġa biex tintuża formola standard biex issir l-offerta, id-dokumenti li jridu jkunu mehmużin, inklużi dawk li jagħtu evidenza ta' kapaċitajiet finanzjarji, tekniċi u professjonali, imsemmijin fl-Artikolu 135, u l-indirizz li għandhom intbagħtu fih.

    (b) tiddikjara li meta tingħata offerta, din l-azzjoni timplika l-aċċettazzjoni ta' l-ispeċifikazzjonijiet u t-termini u l-kondizzjonijiet ġenerali msemmijin fil-paragrafu 1 li tgħodd għaliha l-offerta u li l-għoti ta' l-offerta torbot lill-appaltatur li jingħata l-appalt waqt li jkun qed isir l-appalt.

    (ċ) tispeċifika ż-żmien li fih jibqa' jgħodd l-appalt u ma jista jinbidel għal xejn.

    (d) tipprojbixxi kull kuntatt bejn l-awtorità ta' l-appalti u min jitfa' l-offerta matul il-proċedura, ħlief, eċċezjonalment, skond il-kondizzjonijiet preskritti fl-Artikolu 148, u, fejn isiru dispożizzjonijiet għal żjara għal għarrieda, jispeċifikaw l-arranġamenti għal żjara minn dawn.

    3. L-ispeċifikazzjonijiet mill-inqas iridu:

    (a) jispeċifikaw il-kriterji ta' għażla u għall-esklużjoni li jgħoddu għall-kuntratt, ħlief fil-proċedura ristretta u fil-proċeduri nnegozjati wara li jkun ippubblikat avviż imsemmija fl-Artikolu 127; f'każijiet bħal dawn, dawk il-kriterji jidhru biss fl-avviż ta' l-appalt jew fis-sejħa għal espressjonijiet ta' interess;

    (b) jispeċifika l-kriterji għall-għoti u x'importanza għandhom; jekk dan ma jkunx speċifikat fl-avviż ta' l-appalt;

    (ċ) tistabbilixxi l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi msemmijin fl-Artikolu 131;

    (d) tispeċifika l-ħtiġiet minimi li jridu jissodisfaw il-varjanti fil-proċeduri previsti fl-Artikolu 138(2) li skondu jingħata l-kuntratt li joffri l-aħjar valur għal prezzu, meta l-awtorità ta' l-appalti ma qalitx fl-avviż ta' l-appalt li varjanti bħal dawn m'humiex permessi;

    (e) tiddikjara li l-Protokoll fuq Privileġġi u Immunitajiet jew, fejn xieraq, il-Konvenzjoni ta' Vjenna fuq ir-Relazzjonijiet Diplomatiċi jew Relazzjonijiet Konsulari, jgħoddu;

    (f) tispeċifika l-evidenza ta' l-aċċess għall-kuntratti, kif preskritt fl-Artikolu 159.

    4. L-appalt kampjun irid, b'mod partikolari:

    (a) jispeċifika l-penali meta ma jitħarsux il-klawżoli tiegħu;

    (b) jispeċifika d-dettalji li jrid ikun hemm fil-fatturi jew fid-dokumenti ta' sostenn relevanti skond l-Artikolu 98;

    (ċ) jispeċifika l-liġi li tgħodd għall-appalt u l-qorti kompetenti għal tilwim.

    5. L-awtoritajiet ta' l-appalti jistgħu jitoldu tagħrif lil min qed jitfa' l-offerti fuq kull parti ta' l-appalt li min qed jitfa' l-offerta jista' jkollu f'moħħu li jgħaddi x-xoghol lil partijiet terzi u dwar l-identità ta' lil min jitgħadda x-xogħol.

    Artikolu 131

    Speċifikazzjonijiet tekniċi(L-Artikolu 92 tar-Regolament Finanzjarju)

    1. Speċifikazzjonijiet tekniċi iridu jagħtu aċċess ugwali lill-kandidati u lil min jitfa' l-offerti u mhux ikollhom l-effett li joħolqu xkiel mhux iġġustifikat biex ikun hemm offerti kompetittivi.

    Jiddefinixxu l-karatteristiċi meħtieġa minn prodott, servizz, materjal jew xogħol għall-iskop li huma meħtieġa mill-awtorità ta' l-appalti.

    2. Il-karatteristiċi msemmijin fil-paragrafu 1 jinkludu:

    (a) il-livelli ta' kwalità

    (b) prestazzjoni ambjentali;

    (ċ) disinn għall-ħtiġiet kollha (inkluża l-aċċessibbilta għal persuni b'diżabbilta);

    (d) il-livelli u l-proċeduri għall-valutazzjoni ta' konformita;

    (e) kemm hi xierqa għall-użu intiża għalih

    (f) sigurta jew dimensjonijiet, inklużi, għall-fornitura, l-isem li jinbiegħ bih, u l-istruzzjonijiet għal min jużah, u, għall-appalti kollha, terminoloġija, simboli, testijiet u metodi tat-testijiet, ippakkjar, marki u tikketti, metodi u proċeduri tal-produzzjoni;

    (g) għal appalti ta' xogħol, il-proċeduri li għandhom x'jaqsmu ma' assigurazzjoni tal-kwalità u r-regoli li għandhom x'jaqsmu mad-disinn u l-ipprezzar, il-kondizzjonijiet tat-testijiet, spezzjoni u aċċettazzjoni tax-xogħlijiet u metodi jew tekniċi ta' kif sar il-bini u l-kondizzjonijiet tekniċi l-oħrajn kollha li l-awtorità ta' l-appalti tista' timponi fir-regolamenti ġenerali jew speċifiċi għax-xogħlijiet lesti u għall-materjali jew partijiet li jinvolvu.

    3. L-ispeċifikazzjonijiet tekniċi ikunu fformolati kif ġej:

    (a) b'refernza għal standards Ewropej, jew approvazzjonijiet tekniċi Ewropej jew speċifikazzjonijiet tekniċi komuni, fejn dawn jeżistu, għal standards internazzjonali jew materjal ta' referenza tekniku maħruġ minn entitajiet ta' standards Ewropej jew, f'nuqqas ta' dan, l-ekwivalenti nazzjonali tagħhom. Kull referenza jkollha warajha l-espressjoni "jew ekwivalenti"; jew

    (b) rigward prestazzjoni jew ta' ħtiġiet funzjonali; irid ikun fihom biżżejjed dettalji biex min jitfa' l-offerti jkun jista' jiddetermina l-iskop ta' l-appalt u biex l-awtoritajiet ta' l-appalti jagħtu l-appalt; jew

    (ċ) taħlita ta' dawn iż-żewġ metodi ta' formulazzjoni.

    4. Meta l-awtoritajiet ta' l-appalti jużaw il-possibbilta li jirreferu għall-ispeċifikazzjonijiet imsemmijin fil-punt (a) tal-paragrafu 3, ma jistgħux ma jaċċettawx offerta fuq l-argument li ma jaqbilx ma' dawk l-ispeċifikazzjonijiet jekk min qed jitfa' l-offerta jew il-kandidat juri, għas-sodisfazzjon ta' l-awtorità ta' l-applat, b'kull mod xieraq, li l-offerta taqbel mal-ħtiġiet stabbiliti kollha b'mod ekwivalenti.

    5. Meta l-awtoritajiet ta' l-appalti jużaw il-possibbilta prevista fil-punt (b) tal-paragrafu 3, li jordnaw speċifikazzjonijet dwar il-prestazzjoni jew ħtiġiet funzjonali, ma jistgħux ma jaċċettawx offerta li taqbel ma' standard nazzjonali li qiegħed minflok standard Ewropew, approvazzjoni teknika Ewropea jew speċifikazzjoni teknika komuni, standard internazzjonali jew refernza teknika maħruġa minn entità ta' standards Ewropea, jekk dawk l-ispeċifikazzjonijiet jaqblu mal-ħtiġiet ta' prestazzjoni jew funzjonali meħtieġa.

    6. Ħlief f'każi eċċezjonali, fejn hu awtorizzat u mitlub mis-suġġett ta' l-appalt, dawn l-ispeċifikazzjonijiet ma jistgħux isemmu għamla speċifika jew sors speċifiku, jew marki tal-fabbrika, brevetti, tipi jew oriġini jew produzzjoni speċifiċi li jeliminaw jew jiffavorixxu xi prodotti jew operaturi ekonomiċi.

    Fejn mhux possibbli li tingħata deskrizzjoni iddettaljata biżżejjed u li tiftiehem tas-suġġett ta' l-appalt, ir-refernza għandu jkollha warajha l-espressjoni "jew ekwivalenti".

    Artikolu 132

    Reviżjoni tal-prezzijiet(L-Artikolu 92 tar-Regolament Finanzjarju)

    1. Id-dokumenti li għandhom x'jaqsmu ma' sejħa għal offerti għal xogħol bl-appalt iridu jiddikjaraw b'mod ċar jekk iridx jingħata prezz sod u li jkunx irrivedut.

    2. Jekk dan ma jkunx il-każ, id-dokumenti li għandhom x'jaqsmu ma' sejħa għal offerti għal xogħol bl-appalt jippreskrivu l-kondizzjonijiet u/jew il-formoli għar-reviżjoni ta' prezzijiet għal kemm idum jiswa' l-appalt. K'każi bħal dawn l-awtorità ta' l-appalti trid tqis b'mod partikolari:

    (a) għalfejn qed issir il-proċedura tal-ksib u l-qagħda ekonomika li qed issir fiha;

    (b) it-tipi ta' kompiti u ta' appalt u kemm idumu;

    (ċ) l-interessi finanzjarji.

    Artikolu 133

    Pieni Amministrattivi u Finanzjarji(L-Artikolu 93 sa 96 u 114 tar-Regolament Finanzjarju)

    1. Bla ħsara għall-applikazzjoni ta' pieni imniżżlin fil-kuntratt, kandidati jew min jitfa' l-offerti u appaltaturi li għamlu dikjarazzjoni foloz jew li nstabu li naqsu bil-kbir milli jaqdu d-dmirijiet kontrattwali tagħhom fi proċedura ta' ksib minn ta' qabel jitħallew barra mill-appalti kollha u għotjiet imħallsin mill-budget tal-Komunità għal żmien massimu ta' sentejn miż-żmien ta' meta tkun stabbilita l-infrazzjoni, kif ikkonfermat wara proċedura kuntrarja ma' l-appaltatur.

    Dak il-perjodu jista' jiġġebbed għal tliet snin fil-każ ta' offiża ripetuta fi żmien ħames snin mill-ewwel infrazzjoni.

    Dawk li jitfgħu l-offerti jew kandidati li għamlu dikjarazzjonijiet foloz jeħlu pieni finanzjarji ta' bejn 2 % u 10 % tal-valur totali ta' l-appalt mogħti.

    Appaltaturi li naqsu bil-kbir milli jaqdu d-dmirijiet kontrattwali jeħlu pieni finanzjarji ta' bejn 2 % u 10 % tal-valur totali ta' l-appalt mogħti.

    Dik ir-rata tista' tiżdied għal 4 % sa 20 % jekk isir offiża ripetuta fi żmien ħames snin ta' l-ewwel infrazzjoni.

    2. Fil-każi msemmijin fil-punti (a), (ċ) u (d) ta' l-Artikolu 93(1) tar-Regolament Finanzjarju, il-kandidati jew dawk li jitfgħu l-offerti jinqatgħu mill-appalti kollha u għotjiet għal massimu ta' sentejn minn meta tkun stabbilita l-infrazzjoni, kif ikkonfermat wara proċedura kuntrarja ma' l-appaltatur.

    Fil-każi msemmijin fil-punti (b) u (e) ta' l-Artikolu 93(1) tar-Regolament Finanzjarju, il-kandidati jew dawk li jitfgħu l-offerti jinqatgħu mill-appalti kollha u għotjiet għal minimu ta' sena u għal massimu ta' erba' snin mid-data tan-notifika tas-sentenza.

    Dawk il-perjodi jistgħu jiġġebdu għal ħames snin fil-każ ta' offiża ripetuta fi żmien ħames snin mill-ewwel infrazzjoni jew l-ewwel sentenza.

    3. Il-każijiet imsemmijin fil-punt (e) ta' l-Artikolu 93(1) tar-Regolament Finanzjarju ikunu li ġejjin:

    (a) każi ta' frodi kif imsemmijin fl-Artikolu 1 tal-Konvenzjoni dwar il-protezzjoni ta' l-interessi finanzjarji tal-Komunitajiet Ewropej, imħejji mill-Att tal-Kunsill tas-26 ta' Lulju 1995 [14];

    (b) każi ta' korruzzjoni kif imsemmijin fl-Artikolu 3 tal-Konvenzjoni dwar il-ġlieda kontra l-korruzzjoni li tinvolvi lill-uffiċċjali tal-Komunitajiet Ewropej jew uffiċċjali ta' Stati Membri ta' l-Unjoni Ewropea, imħejji mill-Att tal-Kunsill tas-26 ta' Mejju 1997 [15];

    (ċ) każi ta' parteċipazzjoni f'organizzazzjoni kriminali, kif iddefinit fl-Artikolu ta' Azzjoni Konġunta 98/733/JHA tal-Kunsill [16];

    (d) każi ta' ħasil ta' flus kif iddefinit fl-Artikolu 1 tad-Direttiva tal-Kunsill 91/308/KEE [17].

    Artikolu 134

    Evidenza(L-Artikolu 96 tar-Regolament Finanzjarju)

    1. L-awtorità ta' l-appalti taċċetta estratt riċenti minn rekord ġudizzjarju, jew fin-nuqqas ta' dan, dokument ekwivalenti riċenti maħruġ mill-awtorità ġudizzjarja jew amminstrattiva fil-pajjiż ta' l-oriġini jew tal-provenjenza, bħala evidenza soddisfaċenti li l-kandidat jew min qed jitfa' l-offerta ma jnsabx f'waħda mis-sitwazzjonijiet deskritti fil-punt (a), (b) jew (e) ta' l-Artikolu 93(1) tar-Regolament Finanzjarju, li juri li dawk il-ħtiġiet soddisfatti.

    2. L-awtorità ta' l-appalti taċċetta ċertifikat riċenti maħruġ mill-awtorità kompetenti ta' l-Istat ikkonċernat bħala evidenza li l-kandidat jew min qed jitfa' l-offerta ma jinsabx fis-sitwazzjoni deskritta fil-punt (d) ta' l-Artikolu 93(1) tar-Regolament Finanzjarju.

    Meta ċertifikat hekk ma jkunx inħareġ mill-pajjiż ikkonċernat, jista' jsir ġurament minfloku jew, fin-nuqqas ta' dak, dikjarazzjoni solenni mill-parti interessata quddiem awtorità ġudizzjarja jew amministrattiva, nutar jew entità professjonali ikkwalifikata fil-pajjiż ta' l-oriġini jew provenjenza tal-parti interessata.

    3. Skond il-leġislazzjoni nazzjonali tal-pajjiż li fih hu stabbilit min jitfa' l-offerti jew il-kandidat, id-dokumenti msemmijin fil-paragrafi 1 u 2 jirrelataw ma' persuni legali u/jew persuni naturali inklużi, fejn jitqies meħtieġ mill-awtorità ta' l-appalti, diretturi tal-kumpanija jew kwalunkwe persuna li għandha poteri ta' rappreżentazzjoni, li tieħdu deċiżjoni jew kontroll.

    Artikolu 135

    Kriterji ta' l-għażla(L-Artikolu 97(1) tar-Regolament Finanzjarju)

    1. L-awtoritajiet ta' l-appalti iħejju kriterji ta' selezzjoni ċari u mhux diskriminatorji.

    2. Il-kriterji ta' selezzjoni li ġejjin jgħoddu għal kull proċedura ta' ksib:

    (a) l-eligibbiltà ta' min qed jitfa' l-offerta jew tal-kandidat li jieħu sehem fil-proċedura, wara li jkunu saru l-kontrolli tal-punti msemmijin fl-Artikolu 93 u 94 tar-Regolament Finanzjarju li minħabba fihom jista' jitħalla barra.

    (b) kriterji biex issir stima tal-kapaċitajiet finanzjarji, ekonomiċi, tekniċi u professjonali tiegħu.

    L-awtorità ta' l-appalti tista' tippreskrivi l-livelli ta' kapaċità minima li inqas minnu ma tistax tagħżel kandidati.

    3. Kulħadd minn dawk li jagħmlu l-offerti jew kandidati jista' jkun mistoqsi biex juri li hu awtorizzat jagħmel l-appalt skond il-liġi nazzjonali, evidenzat bl-inklużjoni f'reġistru tas-sengħa jew tal-professjoni, jew ġurament jew ċertifikat, membru f'organizzazzjoni speċifika, awtorizzazzjoni speċifika, jew billi jkun fir-reġistru tat-taxxa tal-valur miżjud.

    4. L-awtoritajiet ta' l-appalti jispeċifikaw fil-kuntratt jew fis-sejħa għal espressjoni ta' interess jew fis-sejħa biex isiru l-offerti, ir-referenzi magħżulin biex jivverifikaw l-istat u l-kapaċità legali ta' dawk li jitfgħu l-offerti jew tal-kandidati.

    5. It-tagħrif mitlub mill-awtorità ta' l-appalti bħala prova tal-kapaċità finanzjarja, ekonomika, teknika u professjonali tal-kandidat jew ta' min qed jagħmel l-offerta ma tistax tmur iktar ‘l hinn mis-suġġett ta' l-appalt u tqis l-interessi leġittimi ta' l-operaturi ekonomiċi, b'mod partikolari, għall-protezzjoni tas-sigrieti tekniċi u tan-negozju tal-kumpanija.

    Artikolu 136

    Kapaċità ekonomika u finanzjarja.(L-Artikolu 97(1) tar-Regolament Finanzjarju)

    1. Prova tal-kapaċità ekonomika u finanzjarja tista' tingħata b'wieħed jew iktar mid-dokumenti li ġejjin:

    (a) rendikonti xierqa minn banek jew evidenza ta' assigurazzjoni għall-indemnita professjonali;

    (b) il-preżentazzjoni ta' karti ta' bilanċ jew estratti minn karti ta' bilanċ ta' mill-inqas l-aħħar sentejn li fihom ingħalqu kontijiet, fejn karta ta' bilanċi tkun meħtieġa skond il-liġi tal-kumpaniji fejn hu stabbilit l-operatur ekonomiku;

    (ċ) rendikont ta' dħul u nfiq globali u dħul u nfiq dwar xogħlijiet, fornitura jew servizzi li jaqgħu taħt il-kuntratt matul żmien li ma jistax ikun itwal minn tliet snin finanzjarji.

    2. Jekk, għal xi raġuni eċċezzjonali li l-awtorità ta' l-appalti tqis iġġustifikata, min qed jitfa' l-offerta jew il-kandidat ma jistax jagħti r-refernzi mitluba mill-awtorità tal-kuntratti, jista' jevidenza l-kapaċità finanzjarja u ekonomika tiegħu bi kwalunkwe mezz ieħor li l-awtorità ta' l-appalti tqis xieraq.

    3. Operatur ekonomiku jista', fejn jixraq u għal appalt partikolari, jiddependi fuq il-kapaċitajiet ta' entitajiet oħrajn, minkejja n-natura legali tar-rabtiet li għandha magħhom. F'dak il-każ irid juri lill-awtorità ta' l-appalti li għandu għad-dispożizzjoni tiegħu ir-riżorsi meħtieġa biex jaqdi l-appalt, billi per eżempju juri wegħda min-naħa ta' dawk l-entitajiet li se jpoġġu r-riżorsi tagħhom għad-dispożizzjoni tiegħu.

    Artikolu 137

    Kapaċità teknika u professjonali(L-Artikolu 97(1) tar-Regolament Finanzjarju)

    1. Il-kapaċità professjonali u teknika ta' l-operaturi ekonomiċi tkun evalwata u vverifikata skond il-paragrafi 2 u 3. Fil-proċeduri ta' ksib ta' fornitura li għandhom bżonn operazzjonijiet, servizzi u/jew xogħlijiet ta' tqegħid fil-post jew ta' installazzjoni, din il-kapaċità tkun evalwata partikolarment minn kemm jafu xogħolhom, l-effikaċja tagħhom, l-esperjenza u kemm ta' min wieħed joqgħod fuqhom.

    2. Evidenza tal-kapaċità teknika u professjonali ta' l-operaturi ekonomiċi, skond in-natura, kwantita jew daqs u skop tal-fornituri, servizzi jew xogħolijiet li se jingħataw, tista' tingħata fuq dawn id-dokumenti li ġejjin:

    (a) il-kwalifiki ta' tagħlim u professjonali ta' min qed jipprovdi s-servizz jew appaltatur u/jew ta' dawk mil-persunal tat-treġija tad-ditta, u b'mod partikolari, dawk tal-persuna jew persuni li se jagħtu s-servizz jew jagħmlu x-xogħlijiet;

    (b) lista:

    (i) tas-servizzi prinċipali mogħtija u provvisti kkonsinjati fl-aħħar tliet snin, bit-totali, dati u min irċevihom, kemm pubbliku kif ukoll privat;

    (ii) tax-xogħlijiet li saru tul l-aħħar ħames snin, bit-totali, dati u post. Il-lista ta' l-iktar xogħlijiet importanti jrid ikollha magħha ċertifikati ta' sodisfazzjon bix-xogħol li jkun sar, u jispeċifikaw jekk dawn sarux b'mod professjonali u li kienu tlestew għal kollox;

    (ċ) deskrizzjoni tat-tagħmir tekniku, għodda u mpjanti li se jintużaw mid-ditta biex jagħtu servizz jew jagħmlu appalt ta' xogħlijiet;

    (d) deskrizzjoni tal-miżżuri meħuda biex tkun żgurata l-kwalità tal-provvisti u tas-servizzi, u deskrizzjoni tal-faċilitajiet tad-ditta għal studju u riċerka;

    (e) indikazzjoni tat-tekniċi jew entitajiet tekniċi nvoluti, huma jew mhumiex tad-ditta, speċjalment dawk responsabbli għall-kontroll tal-kwalità

    (f) dwar provvisti: kampjuni, deskrizzjonijiet u/jew ritratti awtentiċi u/jew ċertifikati mħejjija minn istituzzjonijiet uffiċċjali dwar il-kontroll tal-kwalità jew aġenziji ta' kompetenza magħrufa li turi li l-prodott jaqbel ma' l-ispeċifikazzjonijiet jew standards li jkun qed jintużaw;

    (g) prospett tal-medja annwali ta' ħaddiema u l-għadd ta' persunal ta' treġija ta' min qed jipprovdi s-servizz jew ta' l-appaltatur tul l-aħħar tliet snin;

    (h) indikazzjoni tal-proporzjon ta' l-appalt li min jipprovdi s-servizz għandu mnejn jgħaddi lil ħaddieħor.

    Meta s-servizzi jew provvisti msemmijin fil-punt (b)(1) ta' l-ewwel sottoparagrafu jingħataw lil awtoritajiet ta' l-appalti, evidenza ta' prestazzjoni tingħata fl-għamla ta' ċertifikati maħruġa jew kontrofirmati mill-awtorità kompetenti.

    3. Meta s-servizzi jew prodotti li se jingħataw huma kumplessi jew, eċċezzjonalment, jinħtieġu għal skop partikolari, evidenza ta' kapaċità teknika u professjonali tista' tingħata billi jsir kontroll mill-awtorità ta' l-appalti jew, f'isimha, minn entità uffiċċjali kompetenti tal-pajjiż li stabbilit fih min qed jagħti s-servizz, sakemm taqbel l-entità. Kontrolli bħal dawn jaraw il-kapaċitajiet tekniċi u l-kapaċitajiet ta' produzzjoni tal-fornitur, u jekk ikun hemm bżonn, il-faċilitajiet ta' studju u riċerka u l-miżuri ta' kontroll ta' kwalità.

    4. Operatur ekonomiku, fejn xieraq u għal appalt partikolari, jista' jserraħ fuq il-kapaċitajiet ta' entitajiet oħrajn, minkejja n-natura legali li għandha magħhom. F'dak il-każ irid juri lill-awtorità ta' l-appalti li għandu għad-dispożizzjoni tiegħu ir-riżorsi meħtieġa biex jaqdi l-appalt, billi per eżempju juri wegħda min-naħa ta' dawk l-entitajiet li se jpoġġu r-riżorsi tagħhom għad-dispożizzjoni tiegħu.

    Artikolu 138

    Arranġamenti u kriterji għall-għoti(L-Artikolu 97(2) tar-Regolament Finanzjarju)

    1. Appalti jingħataw b'wieħed minn dawn iż-żewġ modi:

    (a) skond il-proċedura ta' għoti awtomatiku, li f'dan il-każ l-appalt jingħata lill-offerta, li filwaqt li tkun tajba u li tissodisfa l-kondizzjonijiet preskritti, tkun l-irħas;

    (b) skond il-proċedura ta' l-aħjar valur għall-flus li jkunu qed jintefqu.

    2. L-offerta li toffri l-aħjar valur għall-flus li jkunu qed jintefqu tkun dik bl-aqwa relazzjoni bejn prezz u kwalità, billi jitqiesu l-kriterji ġġustifikati mis-suġġett ta' l-appalt, bħalma huma' l-prezz mitlub, merti tekniċi, karatteristiċi funzjonali u estetiċi, karatteristiċi ambjentali, spejjeż biex jitħaddem, kemm idum biex iħalli qliegħ u dewmien ta' konsenja, servizzi ta' wara l-bejgħ u għajnuna teknika.

    3. L-awtorità ta' l-appalti tispeċifika, fl-avviż ta' l-appalt jew fl-ispeċifikazzjonijiet, l-importanza li se tagħti lil kull kriterju biex tiddetermina l-aqwa valur għall-flus li jkunu se jintefqu.

    L-importanza mogħtija lill-prezz f'relazzjoni mal-kriterji l-oħrajn m'għandhiex ixxejjen l-importanza tal-prezz fl-għażla ta' l-appaltatur.

    Jekk, f'każi eċċezzjonali, l-importanza ma tistax titqassam relattivament, partikolarment minħabba s-suġġett ta' l-appalt, l-awtorità ta' l-appalti kemm tispeċifika kif għandhom ikunu applikati l-kriterji mill-iktar importanti għall-inqas importanti.

    Artikolu 139

    Offerti baxxi abnormalment(L-Artikolu 97(2) tar-Regolament Finanzjarju)

    1. Jekk, għal xi appalt, l-offerti jidhru abnormalment baxxi, l-awtorità tal-kuntratti, qabel ma tirrifjuta dawn l-offerti fuq dan l-argument biss, titlob bil-miktub dettalji ta' l-elementi li minnhom magħmula l-offerta, li hi tqis li għandhom x'jaqsmu u tivverifika dawk l-elementi kostitwenti, wara li tkun semgħet sew il-partijiet, u tqis l-ispjegazzjonijiet li tkun irċeviet.

    L-awtorità ta' l-appalti tista', b'mod partikolari, tqis l-ispjegazzjonijiet dwar:

    (a) l-ekonomika tal-proċess ta' manifattura, tal-fornitura tas-servizz jew tal-metodu ta' kostruzzjoni;

    (b) is-soluzzjonijiet tekniċi magħżula jew il-kondizzjonijiet eċċezzjonalment favorevoli għal min qed jitfa' l-offerta;

    (ċ) l-oriġinalita ta' l-offerta.

    2. Meta l-awtorità ta' l-appalti tistabbilixxi li offerta hi abnormalment baxxa minħabba għajnuna ta' l-Istat, tista' tirrifjuta l-offerta fuq dak l-argument biss jekk min qed itfa' l-offerta ma jistax juri, fi żmien raġjonevoli iddeterminat mill-awtorità ta' l-appalti, li l-għajnuna ingħatat definittivament u skond il-proċeduri u d-deċiżjonijiet speċifikati fir-regoli tal-Komunità fuq għajnuna mill-Istat.

    Artikolu 140

    Limiti ta' żmien biex jintlaqgħu l-offerti u talbiet għall-parteċipazzjoni(L-Artikolu 98(1) tar-Regolament Finanzjarju)

    1. Il-limiti ta' żmien biex jintlaqgħu l-offerti u talbiet għall-parteċipazzjoni, preskritta f'jiem kalendarji mill-awtoritajiet ta' l-appalti, ikun twil biżżejjed biex jagħti żmien raġjonevoli u xieraq lill-partijiet interessati biex iħejju u jitfgħu l-offerti tagħhom, wara li jkunu qiesu l-kumplessita ta' l-appalt u l-ħtieġa ta' żjara jew konsulta fuq il-post tad-dokumenti annessi ma' l-ispeċifikazzjonijiet.

    2. Fi proċeduri miftuħin, il-limitu ta' żmien ma jkunx inqas minn tnejn u ħamsin jum mid-data li joħroġ l-avviż ta' l-appalt.

    3. Fi proċeduri ristretti u proċeduri nnegozjati fejn hu ppubblikat avviż, il-limitu ta' żmien biex jintlaqgħu talbiet għall-parteċipazzjoni ma jkunux inqas minn sebgħa u tletin jum mid-data li fiha jkun ħareġ l-avviż ta' l-appalt.

    Fi proċeduri ristretti għal appalti ogħla mil-limitu stabbilit fl-Artikolu 158, il-limitu ta' żmien biex jintlaqgħu l-offerti mhux se jkun inqas minn erbgħin jum mid-data li toħroġ is-sejħa għall-offerti.

    Fil-proċeduri ristretti msemmijin fl-Artikolu 128, il-limitu ta' żmien biex jintlaqgħu l-offerti ma jkunx inqas minn wieħed u għoxrin jum mid-data li toħroġ is-sejħa għall-offerti.

    4. Meta l-awtoritajiet ta' l-appalti, skond l-Artikolu 118, jibgħatu avviż għall-informazzjoni minn qabel li jkun fih it-tagħrif kollu meħtieġ fl-avviż ta' l-appalt, għall-pubblikazzjoni, mhux inqas minn tnejn u ħamsin jum u mhux iżjed minn tnax-il xahar qabel id-data li joħroġ l-avviż ta' l-appalt, il-limitu ta' żmien biex jintlaqgħu l-offerti ġeneralment jista' jitnaqqas għal sitta u tletin jum imma fl-ebda ċirkostanza ma jkun inqas minn tnejn u għoxrin jum mid-data ta' meta joħroġ fil-każ ta' proċeduri miftuħin, jew jitnaqqas għal sitta u għoxrin jum mid-data li toħroġ sejħa għall-offerti, fil-każ ta' proċeduri ristretti.

    Artikolu 141

    Żmien permess għall-aċċess għad-dokumenti ta' sejħiet għall-offerti(L-Artikolu 98(1) tar-Regolament Finanzjarju)

    1. Sakemm it-talba tkun saret fi żmien tajjeb qabel jagħlaq iż-zmien biex jintefgħu l-offerti, l-ispeċifikazzjonijiet u dokumenti oħrajn jintbagħtu lill-operaturi ekonomiċi kollha li kienu talbu l-ispeċifikazzjonijiet jew esprimew interess li jitfgħu offerta, fi żmien sitt ijiem kalendarji minn meta tintlaqa' t-talba.

    2. Sakemm jintalab fi żmien tajjeb, iktar tagħrif jingħata, fl-istess żmien, lill-operaturi kollha li talbu l-ispeċifikazzjonijiet jew esprimew interess li jitfgħu offerta, mhux iktar tard minn sitt ijiem kalendarji qabel jagħlaq iż-żmien li jintlaqgħu l-offerti, jew fil-każ ta' talbiet għat-tagħrif milqugħa inqas minn tmint ijiem kalendarji qabel jagħlaq iż-żmien li jintlaqgħu l-offerti, malajr kemm jista' jkun wara li tintlaqa' t-talba.

    3. Jekk għal raġuni, tkun liema tkun, l-ispeċifikazzjonijiet u d-dokumenti l-oħra jew tagħrif ma jistgħux jingħataw sal-limiti taż-żmien stabbiliti fil-paragrafi 1 u 2, jew fejn l-offerti jistgħu isiru biss wara żjara jew konsultazzjoni fil-post tad-dokumenti annessi ma' l-ispeċifikazzjonijiet il-limiti biex jintlaqgħu l-offerti msemmijin fl-Artikolu 140 ikunu estiżi biex l-operaturi ekonomiċi kollha jkunu jistgħu isiru jafu l-informazzjoni kollha meħtieġa biex iħejju l-offerti, bla ħsara għad-dispożizzjonijiet fl-Artikolu 240. Dik l-estensjoni tkun irreklamat bil-mod xieraq, skond l-arranġamenti preskritti fl-Artikoli 118 sa 121.

    4. Jekk id-dokumenti għas-sejħa għall-offerti jistgħu jinkisbu liberament, sħaħ u direttament permezz ta' mezzi elettroniċi, l-avviż ta' l-appalt imsemmi fl-Artikolu 118(3) jagħti l-indirizz ta' l-internet fejn dawn id-dokumenti jistgħu ikunu kkonsultati.

    F'każi hekk, kull dokument u tagħrif ieħor ikun jista' jinkiseb liberament, sħiħ u direttament hekk kif jingħataw lill-operaturi ekonomiċi kollha li talbu l-ispeċifikazzjonijiet jew li esprimew interess li jitfgħu offerta.

    Artikolu 142

    Limiti ta' żmien f'każi urġenti(L-Artikolu 98(1) tar-Regolament Finanzjarju)

    1. Fejn ikun hemm urġenza issostanzjata sew li minħabba fiha l-limiti ta' żmien stabbiliti fl-Artikolu 140(3) mhumiex prattikabbli, l-awtoritajiet ta' l-appalti tista' tpoġġi dawn il-limiti, espressi f'jiem kalendarji:

    (a) limitu biex jintlaqgħu talbiet għall-parteċipazzjoni li ma jistgħux ikunu inqas minn ħmistax-il jum minn meta joħroġ l-avviż;

    (b) limitu ta' żmien għal riċevuta ta' dawk li jagħmlu l-offerti li m'għandiex tkun anqas minn għaxart ijiem mid-data tas-sejħa għal offerti għal xogħol bl-appalt.

    2. Sakemm it-talba tkun saret fi żmien tajjeb, iktar tagħrif dwar l-ispeċifikazzjonijiet ikun ikkomunikat lill-kandidati kollha mhux iktar tard minn erbat ijiem kalendarji qabel ma jagħlaq iż-żmien biex jintlaqgħu l-offerti.

    Artikolu 143

    Metodi ta' komunikazzjoni(L-Artikolu 98(1) tar-Regolament Finanzjarju)

    1. Talbiet għall-parteċipazzjoni isiru permezz ta' ittra, fax jew posta elettronika; talbiet li jsiru permezz ta' fax jew posta elettronika ikunu ikkonfermati b'ittra qabel għeluq iż-żmien imsemmi fl-Artikoli 140 u 251.

    2. Dawk li jagħmlu l-offerti jistgħu jitfgħu l-offerti:

    (a) bil-posta, li għall-iskop tas-sejħa biex jitressqu d-dokumenti trid tispeċifika li d-data relevanti għandha tkun id-data ta' meta ntbagħtet l-ittra bil-posta rreġistrata, kif muri mit-timbru tal-posta; jew

    (b) billi titwassal bl-idejn s'għand l-istituzzjoni minn min qed jitfa' l-offerta nnifsu jew aġent, li jista' jkun servizz ta' messaġġiera; li għall-iskop tas-sejħa biex jitressqu d-dokumenti, minbarra t-tagħrif imsemmi fil-punt (a) ta' l-Artikolu 130(2), għandu jkun speċifikat id-dipartiment li jridu jitwasslulu l-offerti u li għalihom irid joħroġ riċevuta bid-data u ffirmata.

    3. Biex tinżamm segretezza u biex ma jkunx hemm diffikultajiet meta l-offerti jintbagħtu bl-ittri, is-sejħa għall offerti jrid ikollha dawn id-dispożizzjonijiet:

    "L-offerti iridu jingħataw f'envelopp issiġillat li jrid ikun, hu stess, f'envelopp ieħor issiġillat. L-envelopp ta' ġewwa, minbarra isem id-dipartiment li hu indirizzat għalih irid ikollu fis-sejħa biex isiru l-offerti, il-kliem "Sejħa għall-offerti". Ma jistax jinfetaħ mis-servizz postali. Jekk jintużaw enveloppi li jingħalqu minnhom infushom, irid jkunu ssiġillati b'tejp adeżiv u min jibagħtu jrid jiffirma fuq it-tejp"

    Artikolu 144

    Garanziji għall-offerti(L-Artikolu 98(2) tar-Regolament Finanzjarju)

    L-awtorità ta' l-appalti jistgħu jinħtieġu garanzija għall-offerta, mogħtija skond l-Artikolu 150, li tkun daqs 1 % sa 2 % mill-valur totali tal-kuntratt.

    Garanzija ta' l-offerta tinħall meta jingħata l-appalt. Jekk ma ssirx offerta sa l-għeluq jew jekk l-offerta tkun irtirata, il-garanzija ma tingħatax lura.

    Artikolu 145

    Ftuħ ta' l-offerti u talbiet għall-parteċipazzjoni(L-Artikolu 98(3) tar-Regolament Finanzjarju)

    1. It-talbiet għall-parteċipazzjoni kollha u offeri li jissodisfaw il-ħtiġiet ta' l-Artikolu 143(1) u (2) jinfetħu.

    2. Fejn il-valur ta' appalt jaqbeż il-limitu preskritt fl-Artikolu 129(2), l-uffiċċjal li jawtorizza responsabbli jaħtar kumitat biex jiftaħ l-offerti.

    Il-kumitat ikun magħmul mill-inqas minn tlett persuni li jkunu jirrapreżentaw mill-inqas żewġ entitajiet organizzattivi ta' l-istituzzjonijiet imdaħħlin, bl-ebda konnessjoni ġerarkika bejniethom. Biex ma jkunx hemm konflitti ta' interess, dawk il-persuni jkunu soġġetti għall-obbligi preskritti fl-Artikolu 52 tar-Regolament Finanzjarju.

    Fir-rapreżentazzjonijiet u l-unitajiet lokali msemmijin fl-Artikolu 252, jekk m'hemmx entitajiet separati, il-ħtieġa ta' entitajiet organizattivi mingħajr konnessjonijiet ġerarċiċi ma tibqax tgħodd.

    3. Membru jew iktar tal-kumitat tal-ftuħ jinizjalaw id-dokumenti b'hekk juru d-data u l-ħin ta' meta ntbagħtu l-offerti.

    Iridu jinizjalaw ukoll:

    (a) jew kull paġna ta' l-offerti kollha; jew

    (b) il-paġna ta' quddiem u l-paġni li jkun fihom id-dettalji finanzjarji ta' kull offerta, l-integrita' ta' l-offerta tal-bidu tkun iggarantita b'teknika xierqa użata minn dipartiment li m'għandux jaqsma mad-dipartiment li jawtorizza, ħlief fil-każi msemmijin fit-tielet sottoparagrafu tal-paragrfau 2.

    Meta l-kuntratt jingħata skond il-proċedura ta' għoti awtomatiku skond il-punt (a) ta' l-Artikolu 138(1), il-prezzijiet mogħtija fl-offerti li jissodisfaw il-ħtiġiet isiru pubbliċi.

    Il-membri tal-kumitat jiffirmaw ir-reġistru miktub tal-ftuħ ta' l-offerti milqugħa, b'hekk ikunu identifikati dawk l-offerti li jissodisfaw il-ħtiġiet u dawk li ma jissodisfawhomx, u li jagħtu bażi li fuqha jistgħu ikunu rrifjutati offerti għal nuqqas ta' qbil, b'referenza għall-metodi ta' kif jintefgħu l-offerti msemmijin fl-Artikolu 143.

    Artikolu 146

    Kumitat għall-evalwazzjoni ta' l-offerti u talbiet għall-parteċipazzjoni(L-Artikolu 98(4)tar-Regolament Finanzjarju)

    1. Kumitat ta' evalwazzjoni iqis u jqiegħed fi gradi t-talbiet għall-parteċipazzjoni u l-offerti ddikjarati li jissodisfaw il-ħtiġiet skond il-kriterji ta' esklużjoni, għażla u għoti imħabbra minn qabel.

    Dak il-kumitat jinħatar mill-uffiċċjal li jawtorizza responsabbli, biex jagħti fehma ta' parir dwar l-appalti ta' valur ogħla mil-limitu msemmi fl-Artikolu 129(2).

    2. Il-kumitat ta' evalwazzjoni ikun magħmul mill-inqas minn tlett persuni li jkunu jirrapreżentaw mill-inqas żewġ entitajiet organizzattivi ta' l-istituzzjonijiet imdaħħlin, bl-ebda konnessjoni ġerarkika bejniethom. Biex ma jkunx hemm konflitti ta' interess, dawk il-persuni jkunu soġġetti għall-obbligi preskritti fl-Artikolu 52 tar-Regolament Finanzjarju.

    Fir-rapreżentazzjonijiet u l-unitajiet lokali msemmijin fl-Artikolu 252, jekk m'hemmx entitajiet separati, il-ħtieġa ta' entitajiet organizattivi mingħajr konnessjonijiet ġerarċiċi ma tibqax tgħodd.

    Il-kumitat ta' evalwazzjoni jista' jkun magħmul mill-istess membri li jagħmlu l-kumitat tal-ftuħ ta' l-offerti.

    3. Talbiet għall-parteċipazzjoni u offerti li ma jissodisfawx il-ħtiġiet essenzali kollha stabbiliti fid-dokumentazzjoni ta' sostenn tas-sejħa biex isiru l-offerti jew il-ħtiġiet speċifiċi preskritti fihom ikunu eliminati.

    Madankollu il-kumitat ta' evalwazzjoni jista' jitlob lill-kandidati jew lil dawk li jagħmlu l-offerti biex jagħtu iktar materjal jew biex jikkjarifikaw id-dokumenti ta' sostenn mogħtija f'konnessjoni mal-kriterji ta' eskluzjoni u għażla, f'limitu ta' żmien speċifikat.

    4. F'każ ta' offerti abnormalment baxxi kif imsemmijin fl-Artikolu 139 ta' dan ir-Regolament, il-kumitat ta' evalwazzjoni titlob kull tagħrif li għandu x'jaqsam ma' kif inhi magħmula l-offerta.

    Artikolu 147

    Riżultati ta' l-evalwazzjoni(L-Artikoli 99 u 100 tar-Regolament Finanzjarju)

    1. Titħejja reġistrazzjoni bil-miktub ta' l-evalwazzjoni u l-gradazzjoni tat-talbiet għall-parteċipazzjoni u offerti iddikjarati li jkunu ssodisfaw it-talbiet u tkun iddatata. Tkun iffirmata mill-membri kollha tal-kumitat ta' l-evalwazzjoni. Tinżamm għar-referenza iktar ‘il quddiem.

    2. Ir-reġistrazzjoni bil-miktub mill-inqas irid ikun fiha:

    (a) l-isem u l-indirizz ta' l-awtorità ta' l-appalti, u s-suġġett u l-valur ta' l-appalt jew ta' l-appalt ta' qafas;

    (b) l-ismijiet tal-kandidati jew ta' dawk li jagħmlu l-offerti li ma ntagħżlux u għalfejn dawn ma ntagħżlux;

    (ċ) l-ismijiet tal-kandidati u ta' dawk li jitfgħu l-offerti li se jkunu eżaminati u għalfejn intagħżlu;

    (d) għalfejn ma ntagħżlux l-offerti li kienu abnormalment baxxi;

    (e) l-ismijiet tal-kandidati jew appaltatur propost u għalfejn saret dik l-għażla u, jekk magħrufa, il-proporzjon ta' l-appalt jew ta' l-appalt ta' qafas li l-appaltatur bi ħsiebu jgħaddi lil partijiet terzi.

    3. L-awtorità ta' l-appalti imbagħad tiddeċiedi u tagħti mill-inqas dawn li ġejjin:

    (a) l-isem u l-indirizz ta' l-awtorità ta' l-appalti, u s-suġġett u l-valur ta' l-appalt jew ta' l-appalt ta' qafas;

    (b) l-ismijiet tal-kandidati jew ta' dawk li tefgħu l-offerti li ma ntagħżlux u għalfejn ma ntagħżlux;

    (ċ) l-ismijiet tal-kandidati jew ta' dawk li tefgħu l-offerti li se jkunu eżaminati u għalfejn intagħżlu;

    (d) ir-raġunijiet għalfejn ma ntagħżlux l-offerti li kienu abnormalment baxxi;

    (e) l-ismijiet tal-kandidati jew appaltatur magħżul u għalfejn saret dik l-għażla b'referenza għall-kriterji ta' l-għażla u ta' l-għoti imħabbrin minn qabel u, jekk magħrufa, il-proporzjon ta' l-appalt jew ta' l-appalt ta' qafas li l-appaltatur bi ħsiebu jgħaddi lil partijiet terzi.

    (f) fil-każ tal-proċeduri nnegozjati, fiċ-ċirkostanzi msemmijin fl-Artikoli 126, 127, 242, 246 u 247 li jiġġustifikaw l-użu tagħhom;

    (g) fejn xieraq, għalfejn l-awtorità ta' l-appalti iddeċidiet li ma tagħtix appalt.

    Artikolu 148

    Kuntatti bejn awtoritajiet ta' l-appalti u dawk li jitfgħu l-offerti(L-Artikolu 99 tar-Regolament Finanzjarju)

    1. Kuntatt bejn l-awtorità ta' l-applati u dawk li jitfgħu l-offerti waqt il-proċedura ta' l-għoti ta' l-appalt jistgħu isiru b'eċċezzjoni skond il-kondizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafi 2 u 3.

    2. Qabel id-data ta' l-għeluq biex jintlaqgħu l-offerti, għal iktar dokumenti u tagħrif imsemmijin fl-Artikolu 141, l-awtorità ta' l-appalti tista':

    (a) fil-każ ta' min qed jitfa' l-offerti, tikkomunika iktar informazzjoni biss għall-iskop ta' kjarifika tan-natura tal-kuntratt; tagħrif hekk għandu jitgħarraf fl-istess data lill-dawk kollha li jkunu talbu għall-ispeċifikazzjonijiet;

    (b) fil-każ tagħha stess, jekk issib xi żball, nuqqas ta' preċiżjoni, ommissjoni jew kull tip ieħor ta' żball klerikali fit-test ta' l-avviż ta' l-appalt, sejħa għall-offerti jew speċifikazzjonijiet, tgħarraf lill-persuni kkonċernati fl-istess data u b'mod identiku għal dak li jghodd fis-sejħa oriġinali ta' meta ssir is-sejħa għall-offerti.

    3. Jekk wara li jinfetħu l-offerti tinħtieġ xi kjarifika f'konnessjoni ma' offerta, jew jekk iridu jkunu rranġati xi żbalji klerikali ovvji, l-awtorità ta' l-appalti tista' tikkuntattja lil min ikun tefa' l-offerta, għalkemm kuntatt ta' dan it-tip ma jibdel xejn mit-termini ta' l-appalt.

    4. F'kull każ li fejn ikun sar kuntatt, issir "nota għall-iskedarju".

    Artikolu 149

    Tagħrif għall-kandidati u għal min jitfa' l-offerti(L-Artikoli 100(2) u 101 tar-Regolament Finanzjarju)

    1. Kemm jista' jkun malajr, l-awtoritajiet ta' l-appalti jgħarrfu lill-kandidati u lil dawk li jitfgħu l-offerti dwar kull deċiżjoni li tkun saret dwar l-għoti ta' l-appalt, inkluż għalfejn tkun saret deċiżjoni biex ma jingħatax appalt li għalih kienu saru offerti f'kompetizzjoni ma' xulxin jew biex terġa tinbeda l-proċedura.

    2. Fi żmien ħmistax-il ġurnata kalendarja mid-data li tintlaqa' talba bil-miktub, tikkomunika t-tagħrif previt fl-Artikolu 100(2) tar-Regolament Finanzjarju.

    Taqsima 4

    Garanziji u kontroll

    Artikolu 150

    Garanziji bil-quddiem(L-Artikolu 102 tar-Regolament Finanzjarju)

    1. Meta fornituri, appaltaturi jew dawk li jipprovdu servizz huma meħtieġa li jagħtu garanzija bil-quddiem, din trid tkun għal ammont u perjodu ta' żmien li jkunu biżżejjed biex hi tkun attivata.

    2. Il-garanzija ssir minn bank jew istituzzjoni finanzjarja awtorizzata. Tista' tinbidel ma' garanzija konġunta ma' terza parti imma separati.

    Il-garanzija ssir bl-ewro.

    Din tpoġġi l-bank jew l-istituzzjoni finanzjarja jew it-terza parti bħala rahan kollaterali u irrevokabbli, jew l-ewwel garanti li jissejjaħ biex jagħmel tajjeb għall-obbligi ta' l-appaltatur.

    Artikolu 151

    Garanzija tal-prestazzjoni(L-Artikolu 102 tar-Regolament Finanzjarju)

    1. Bla ħsara għall-Artikolu 250, l-uffiċċjal li jawtorizza jista' jitlob garanzija għall-prestazzjoni bit-termini ekonomiċi tas-soltu ta' appalti għal fornitura u servizzi u skond l-ispeċifikazzjonijiet speċifiċi għall-appalti ta' xogħlijiet.

    Din il-garanzija obbligatorja ‘l fuq minn EUR 345000 għal appalti ta' xogħlijiet.

    2. Garanzija li tiswa daqs 10 % tal-valur totali ta' l-appalt tista' ssir bi tnaqqis mil-pagamenti meta u kif isiru.

    Tista' tinbidel ma' ammont miżmum mill-pagament finali biex jiswa ta' garanzija sa l-aċċettazzjoni finali tas-servizzi, provvisti jew xogħlijiet.

    3. Il-garanziji jinħallu skond it-termini ta' l-appalt, ħlief fejn l-appalt ma sarx jew sar ħażin jew tlesta tard. F'każi hekk, parti mill-garanzija tinżamm skond kemm ikun kbir id-dannu li sar.

    Artikolu 152

    Garanzija għall-finanzjament minn qabel(L-Artikolu 102 tar-Regolament Finanzjarju)

    Garanzija tkun meħtieġa għall-ħlas ta' finanzjament minn qabel li jaqbeż il-EUR 150000

    Il-garanzija tinħall kif u meta il-finanzjament minn qabel jitnaqqas mill-pagamenti temporanji jew ħlas ta' bilanċi lill-appaltatur skond it-termini ta' l-appalt.

    Artikolu 153

    Waqfien fil-każ ta' żbalji jew irregolaritajiet(L-Artikolu 103 tar-Regolament Finanzjarju)

    1. Appalti jitwaqqfu skond l-Artikolu 103 tar-Regolament Finanzjarju biex jaraw żbalji sostanzjali jew irregolaritajiet jew frodi preżunti sarux tassew. Jekk ma jkunux ikkonfermati, l-appalt għandu jitkompla malajr kemm jista' jkun.

    2. Żball sostanzjali jew irregolarita huma kull infrazzjoni ta' dispożizzjoni ta' appalt jew regolament li joħroġ minn att jew att ta' ommissjoni li jikkawża jew jista' jikkawża telf fil-budget tal-Komunità.

    KAPITOLU 2

    Dispożizzjonijiet li jgħoddu għal appalti mogħtija minn istituzzjonijiet tal-Komunità minn jeddhom.

    Artikolu 154

    Identifikazzjoni tal-livell xieraq għall-kalkolu tal-limiti.(L-Artikolu 104 tar-Regolament Finanzjarju)

    Kull uffiċċjal b'delegazzjoni jew sottodelegazzjoni li jawtorizza f'kull istituzzjoni jrid jara jekk intlaħqux il-limiti preskritti fl-Artikolu 105 tar-Regolament Finanzjarju

    Artikolu 155

    Appalti separati u appalti bil-lottijiet(L-Artikolu 105 tar-Regolament Finanzjarju)

    1. Il-valur stmat ta' appalt ma jistax ikun iddeterminat bil-għan li jinħarbu l-limitu imposti f'dan ir-Regolament, u lanqas jista' jinqasam għalhekk.

    2. Fejn is-suġġett ta' appalt ta' servizzi jew ta' xogħlijiet jitqassam f'diversi lottijiet, kull wieħed minn dawn suġġett għal appalt għalih, il-valur ta' kull lott jitqies għall-evalwazzjoni globali tal-limitu li jkun jgħodd.

    Fejn il-valur totali hu daqs il-limiti preskritti fl-Artikolu 158 jew ikbar, id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikoli 90(1) u 91(1) u (2) tar-Regolament Finanzjarju ikunu jgħoddu għal kull wieħed mil-lottijiet, ħlief dawk stmati għal inqas minn EUR 80000 fil-każ ta' appalti ta' servizzi, jew inqas min EUR 1000000 fil-każ ta' appalti ta' xogħlijiet, sakemm l-ammont miġbur ta' dawk il-lottijiet ma jaqbiżx 20 % tal-valur totali tal-lottijiet kollha li jagħmlu l-appalt.

    3. Billi x-xiri ppjanat ta' provvisti standard jista' jwassal għal appalti fl-istess ħin f'lottijiet separati, l-istima ta' dawk il-lottijiet kollha tittieħed bħala l-bażi biex jinsab il-limitu li jkun jgħodd.

    Artikolu 156

    Arranġamenti biex issir stima ta' xi appalti(L-Artikolu 105 tar-Regolament Finanzjarju)

    1. Biex tinħadem stima ta' kuntratt, l-awtorità ta' l-appalti trid iżżid l-istima tal-ħlas totali ta' l-appaltatur.

    Fejn appalt iħalli li jkun hemm l-għażliet, il-bażi għall-kalkolu tkun l-ogħla ammont awtorizzat, inklużi l-klawsoli ta' l-għażliet.

    2. Għal appalti ta' servizzi iridu jitqiesu:

    (a) fil-każ ta' servizzi ta' assigurazzjoni, il-premium li jrid jitħallas;

    (b) fil-każi ta' servizzi finanzjarji jew bankarji, il-miżati, il-kummissjoni, imgħax u tipi oħrajn ta' ħlas;

    (ċ) fil-każ ta' appalti ta' disinn, il-miżati, premji jew Kummissjonijiet li jridu jitħallsu.

    3. Fil-każ ta' appalti ta' servizzi li ma speċifikawx prezz totali jew fil-każ ta' appalti ta' fornitura ta' kiri jew ħlas bin-nifs, il-valur li jittieħed biex tinħadem l-istima jkun:

    (a) fil-każ ta' appalti għal żmien fiss:

    (i) meta ż-żmien tagħhom ikun ta' tmienja u erbgħin xahar jew inqas għas-servizzi jew tnax-il xahar jew inqas fil-każ ta' provvisti, il-valur totali ta' l-appalt għal kemm idumu;

    (ii) meta ż-żmien tagħhom ikun iktar minn tnax-il xahar fil-każ ta' provvisti, il-valur totali inkluża l-istima tal-valur li jifdal

    (b) fil-każ ta' appalti għal żmien indefinit jew fil-każ ta' servizzi, għal żmien itwal minn tmienja u erbgħin xahar, il-valur ta' kull xahar immultiplikat għal tmienja u erbgħin.

    4. Fil-każ ta' appalti ta' servizz jew provvisti li jingħataw regolarment jew jiġġeddu kull ċertu żmien, il-valur ta' l-appalt ikun stabbilit fuq il-bażi ta':

    (a) jew il-prezz miġbur veru ta' appalti bħalhom għall-istess kategorija ta' servizzi jew provvisti mogħtija tul is-sena finanzjarja ta' qabel jew tnax-il xahar, irranġat, fejn jista' jkun, għal bidliet mistennija fil-kwantita jew valur tul it-tnax-il xahar wara l-kuntratt inizjali;

    (b) jew il-prezz miġbur stmat ta' kuntratti suċċessivi tul it-tnax-il xahar wara li jkun ingħata l-ewwelservizz jew tkun waslet l-ewwel konsenja jew tul iż-żmien ta' l-appalt, meta dan itwal minn tnax-il xahar.

    5. Fil-każ ta' kuntratti ta' xogħlijiet, irid jitqies mhux biss il-valur tax-xogħlijiet iżda jrid jitqies ukoll l-istima totali tal-provvisti meħtieġa biex ix-xogħlijiet isiru u dawn jingħataw mill-awtorità ta' l-appalti lill-appaltatur.

    Artikolu 157

    Limiti għal avviżi ta' tagħrif minn qabel(L-Artikolu 105 tar-Regolament Finanzjarju)

    Il-limiti previsti fl-Artikolu 118 għall-pubblikazzjoni ta' avviż ta' tagħrif minn qabel iridu jkunu:

    (a) EUR 750000 għall-appalti ta' fornitura u is-servizzi appalti fl-Anness IA tad-Direttiva 92/50/KEE;

    (b) EUR 6242028 għall-appalti ta' xogħlijiet.

    Artikolu 158

    Limiti għall-applikazzjoni tal-proċeduri li jiġu taħt id-direttivi tal-ksib pubbliku(L-Artikolu 105tar-Regolament Finanzjarju)

    1. Il-limiti msemmijin fl-Artikolu 105 tar-Regolament Finanzjarju ikunu:

    (a) EUR 162293 għall-appalti ta' fornitura u servizzi fl-Anness IA tad-Direttiva 92/50/KEE, ħlief għall-appalti ta' riċerka u żvilupp fil-kategorija 8 ta' dak l-Anness;

    (b) EUR 200000 għall-appalti ta' servizzi fl-Anness IB tad-Direttiva 92/50/KEE u għall-appalti ta' servizzi ta' riċerka u żvilupp fil-kategorija ta' l-Anness IA ta' dak ir-Regolament;

    (ċ) EUR 6242028 għal appalti ta' xogħlijiet.

    2. Il-limiti ta' żmien imsemmijin fl-Artikolu 105 tar-Regolament Finanzjarju ikunu dawk speċifikati fl-Artikoli 140, 141 u 142.

    Artikolu 159

    Evidenza ta' aċċess għall-appalti(L-Artikolu 106 u 107 tar-Regolament Finanzjarju)

    L-ispeċifikazzjonijiet ikunu jeħtieġu li dawk li jitfgħu l-offerti jgħidu f'liema Stat għandhom il-kwartieri ġenerali tagħhom jew id-domiċilju tagħhom u biex jippreżentaw evidenza li ssostni dan li normalment tkun aċċettata skond il-liġi tagħhom stess.

    TITOLU VI

    KONĊESSJONIJIET

    KAPITOLU 1

    Skop

    Artikolu 160

    Skop(L-Artikolu 108 tar-Regolament Finanzjarju)

    1. Il-proċedura għall-għoti ta' konċessjonijiet u biex il-Kummissjoni tilħaq ftehim ma' l-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 54 tar-Regolament Finanzjarju, għall-finanzjament konġunt ta' l-ispejjeż amministrattivi u biex l-appropjazzjonijiet operattivi li huma ddelegati li jmexxu ikunu disponibbli, u mal-benefiċjarji ta' ftehim ta' finanzjament kif imsemmi fl-Artikolu 166 ta' dak ir-Regolament mhux suġġetti għad-dispożizzjonijiet ta' dan it-Titolu.

    Min-naħa l-oħra, il-konċessjonijiet mħallsin minn dawn il-benefiċjarji skond dan il-ftehim huma rregolati minn dan it-Titolu.

    2. Id-dispożizzjonijiet ta' dan it-Titolu jirregolaw ukoll:

    (a) il-benefiċċji ġejjin minn sussidju ta' l-imgħax fuq ċertu self;

    (b) ishma f'ażjendi, ħlief dawk f'istituzzjonijiet finanzjarji internazzjonali bħall-Bank Ewropew għar-Rikostruzzjoni u Żvilupp (BERŻ), u konċessjonijiet li jerġgħu jitħallsu f'ċerti ċirkostanzi.

    3. Kontribuzzjonijiet imħallsin mill-Komunitajiet bħala abbonamenti f'entitajiet li huma membri tagħhom mhux irregolati mid-dispożizzjonijiet ta' dan it-Titolu.

    Artikolu 161

    Azzjonijiet li jistgħu jingħataw konċessjonijiet(L-Artikolu 108tar-Regolament Finanzjarju)

    Azzjoni li tista' tingħata konċessjoni fis-sens ta' l-Artikolu 108 tar-Regolament Finanzjarju trid tkun identifikata b'mod ċar.

    L-ebda azzjoni ma tista' tinqasam biex jinħarbu r-regoli ta' finanzjament preskritti f'dan ir-Regolament.

    Artikolu 162

    Entitajiet li għandhom tir ta' interess Ewropew ġenerali(L-Artikolu 108 tar-Regolament Finanzjarju)

    Entità li għandha għan ta' interess Ewropew ġenerali hi:

    (a) entità Ewropea involuta fl-edukazzjoni, taħriġ, tagħrif jew riċerka u studju fil-politika Ewropea jew entità ta' standards Ewropej; jew

    (b) qafas Ewropew li jirrapreżenta entitajiet li ma jagħmlux qliegħ attivi fl-Istati Membri jew fil-pajjiżi kandidati u jġibu ‘l quddiem prinċipji u politika konsistenti ma' l-għanijiet tat-Trattati.

    Artikolu 163

    Sħubija(L-Artikolu 108 tar-Regolament Finanzjarju)

    1. Ftehim speċifiku għall-konċessjonijiet jista' jkun parti minn strutturi ta' ftehim ta' sħubija.

    2. Ftehim strutturali ta' sħubija jista' tintlaħaq ma' benefiċjarji bit-tir li tkun stabbilita koperazzjoni fit-tul mal-Kummissjoni.

    Il-ftehim strutturali jispeċifika l-għanijiet komuni, in-natura ta' azzjonijiet ippjanati ta' darba jew bħala parti minn programm ta' xogħol ta' kull sena, il-proċedura ta' għoti ta' konċessjonijiet speċifiċi, skond il-prinċipji u regoli tal-proċedura f'dan it-Titolu, u d-drittijiet ġenerali u l-obbligi ta' kull parti skond il-ftehim speċifiku.

    Ftehim bħal dan ma jistax idum iktar minn erba' snin, ħlief f'każi eċċezjonali, ġġustifikat b'mod partikolari bis-suġġett tal-ftehim strutturali.

    Uffiċċjali li jawtorizzaw ma jistgħux jużaw l-iftehim strutturali mingħajr bżonn jew jużawha b'mod li l-iskop jew l-effett ikun kuntrarju għall-prinċipji ta' trasparenza jew trattament ugwali ta' l-applikanti.

    3. Strutturi ta' ftehim ta' sħubija ikunu magħduda bħala konċessjonijiet għall-iskopijiet tal-proċedura ta' l-għoti; ikunu suġġetti għar-reklamar minn qabel imsemmi fl-Artikolu 167.

    4. Konċessjonijiet speċifiċi mibnijin fuq l-istrutturi ta' ftehim ta' sħubija jingħataw skond il-proċeduri preskritti d'ak il-ftehim, skond il-prinċipji ta' dan it-Titolu.

    Ikunu suġġetti għall-proċeduri tal-pubblikazzjoni ta' wara preskritti fl-Artikolu 169.

    5. Rabta tal-budget issir biss qabel ftehim ibbażat fuq il-ftehim strutturali.

    Artikolu 164

    Kontenut ta' ftehim ta' konċessjonijiet(L-Artikolu 108 tar-Regolament Finanzjarju)

    1. Il-ftehim b'mod partikolari jippreskrivi:

    (a) is-suġġett;

    (b) il-benefiċjarju;

    (ċ) iż-żmien, jiġifieri:

    (i) meta jidħol fis-seħħ u meta jintemm;

    (ii) is-sena ta' meta jibda u kemm iddum l-azzjoni jew is-sena finanzjarja li tkun qed titħallas

    (d) l-ogħla fondi possibbli li jingħataw, fl-għamla ta':

    (i) l-ogħla ammont tal-konċessjoni; u

    (ii) l-ogħla rata ta' ħlas mill-ispejjeż eliġibbli ta' l-azzjoni jew il-programm approvatta' xogħol, ħlief fil-każ ta' l-ammonti b'rata fissa msemmijin fl-Artikolu 181(1);

    (e) deskrizzjoni ddettaljata ta' l-azzjoni jew, għal konċessjoni operattiva, tal-programm ta' xogħol approvat għal dik is-sena finanzjarja mill-uffiċċjal li jawtorizza;

    (f) it-termini u l-kondizzjonijiet ġenerali li jgħoddu għall-ftehim kollu ta' dan it-tip, bħal ma hi d-determinazzjoni tal-liġi applikabbli, il-qorti kompetenti għal tilwim u aċċettazzjoni mill-benefiċjarji ta' verifiki mill-Kummissjoni, OLAF u l-Qorti ta' l-Awdituri u tal-pubblikazzjoni ta' wara tar-regoli msemmijin fl-Artikolu 169, skond ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill [18]. Il-ftehim jista' jippreskrivi l-arranġamenti u l-limiti ta' żmien għal sospensjoni skond l-Artikolu 183;

    (g) il-budget totali mistenni u d-dettalji ta' l-ispejjeż eliġibbli ta' l-azzjoni jew programm approvat ta' xogħol, ħlief fil-każ ta' l-ammonti b'rata fissa msemmijin fl-Artikol 181(1);

    (h) meta l-implimentazzjoni ta' l-azzjoni tinvolvi l-ksib, il-prinċipji msemmijin fl-Artikolu 184 jew ir-regoli tal-ksib li jrid iħares il-benefiċjarju;

    (i) ir-responsabbiltajiet tal-benefiċjarju, b'mod partikolari rigward treġija finanzjarja tajba u li jagħti rapporti ta' attivita u finanzjarji;

    (j) l-arranġamenti u limiti ta' żmien biex dawk ir-rapporti ikunu approvati u tħallas il-Kummissjoni.

    2. Fil-każi msemmijin fl-Artikolu 163, il-ftehim strutturali jispeċifika t-tagħrif imsemmi fil-punti (a),(b), (ċ)(i), (d)(ii), (f), (h), (i) u (j) tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu.

    Il-ftehim speċifiku ikollu fih it-tagħrif imsemmi fil-punti (a), (b) (ċ), (d), (e), u (g) tal-paragrafu 1 u, fejn meħtieġ, il-punt (i) tiegħu.

    3. Ftehim ta' konċessjonijiet jistgħu ikunu emendati biss bi ftehim ieħor bil-miktub. Ftehim ieħor ta' dan it-tip ma jistax ikollhom l-iskop jew l-effett li jibdlu l-ftehim b'mod li jpoġġi dubju fuq id-deċiżjoni ta' l-għoti tal-konċessjoni jew li jkun kuntrarju għat-trattament ugwali ta' l-applikanti.

    KAPITOLU 2

    Prinċipji ta' l-għoti

    Artikolu 165

    Regola li ma jsirx qliegħ(L-Artikolu 109(2) tar-Regolament Finanzjarju)

    1. Il-konċessjoni ma jistax ikollha l-iskop jew l-effett li tħalli qliegħ għall-benefiċjarju. Qliegħ imfisser bħala:

    (a) id-dħul ikun iktar mill-ispejjeż ta' l-azzjoni meta ssir it-talba biex isir il-ħlas finali ta' konċessjoni għal azzjoni, bla ħsara għat-tieni sottoparagrafu

    (b) bilanċ żejjed fil-budget operattiv ta' entità li qed tirċievi konċessjoni operattiva.

    Fil-każ ta' azzjonijiet iddisinjati biex isaħħu l-kapaċità finanzjarja ta' benefiċjarju, fil-qasam ta' azzjonijiet esterni, li jitqassam id-dħul żejjed ġej mill-attivita tal-konċessjoni fost il-membri li jagħmlu l-entità benefiċjarja tal-konċessjoni għal azzjoni, li jwassal biex jistagħnew personalment, jitqies bħala profitt.

    2. Id-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 1 ma jgħoddux għal ħlas ta' studju, riċerka jew taħriġ għal persuni naturali, lanqas għal premji li jingħataw għall-kompetizzjonijiet, u lanqas għall-ammonti b'rata fissa msemmijin fl-Artikolu 181(1).

    Artikolu 166

    Ipprogrammar ta' kull sena(L-Artikolu 110(1) tar-Regolament Finanzjarju)

    1. Il-Kummissjoni taddotta il-programm ta' kull sena għall-konċessjonijiet. Ikun ippubblikat fuq is-sit ta' l-Internet għall-konċessjonijiet tal-Kummissjoni mhux iktar tard mil-31 ta' Jannar ta' kull sena finanzjarja.

    Il-programm ta' xogħol jispeċifika l-att bażiku, l-għanijiet, l-iskeda tas-sejħiet għall-proposti bl-ammonti indikattivi u r-riżultati mistennija.

    2. Bidliet sostanzjali fil-programm tal-konċessjonijiet ikunu ppubblikati ukoll kif speċifikat fil-paragrafu 1.

    Artikolu 167

    Kontenut tas-sejħiet għall-proposti(L-Artikolu 110(1) tar-Regolament Finanzjarju)

    1. Sejħiet għall-proposti jispeċifikaw:

    (a) l-għanijiet li jridu jintlaħqu

    (b) il-kriterji ta' l-eliġibbilta, għażla u għoti imsemmijin fl-Artikoli 114 u 115 tar-Regolament Finanzjarju, u d-dokumenti ta' sostenn relevanti;

    (ċ) l-arranġamenti għall-finanzjament mill-Komunità;

    (d) l-arranġamenti u d-data finali biex jingħataw il-proposti u d-data ta' meta jistgħu jibdew l-azzjonijiet u d-data li fiha ppjanat l-għeluq tal-proċedura ta' l-għoti.

    2. Sejħiet għall-proposti ikunu ppubblikati fis-sit ta' l-Internet ta' l-istituzzjonijiet Ewropej u b'kull mezz xieraq ieħor, inkluż il-Ġurnal Uffiċċjali tal-Komunitajiet Ewropej, biex isir l-iktar reklamar li jista' jsir fost benefiċjarji potenzali.

    Artikolu 168

    Eċċezzjonijiet għas-sejħiet għall-proposti(L-Artikolu 110(1) tar-Regolament Finanzjarju)

    1. Konċessjonijiet jistgħu jingħataw mingħajr sejħa għall-proposti fil-każi li ġejjin biss:

    (a) għal għajnuna umanitarja, fis-sens tar-Regolament tal-Kunsill Nru 1257/96 [19] u għajnuna għal sitwazzjonijiet ta' kriżi fis-sens tal-paragrafu 2;

    (b) f'emerġenzi eċċezzjonali oħrajn li jkunu ssostanzjati sew;

    (ċ) lill-entitajiet b'monopolju de jure jew de facto, li jkun issostanzjat sew fid-deċiżjoni ta' l-għoti tal-Kummissjoni;

    (d) lill-entitajiet identifikati b'att bażiku bħala riċevituri ta' għoti.

    2. Sitwazzjonijiet ta' kriżi għandha tinftiehem, għal pajjiżi terzi, bħala sitwazzjonijiet li jheddu l-liġi u l-ordni, is-sigurta u s-sigurezza ta' l-individwi, li hemm biża' li tista' tikber f'konflitt bl-armi jew li tiddestabilizza l-pajjiż u li tista' tagħmel ħsara serja lil:

    (a) il-protezzjoni tal-valuri komuni, l-interessi fondamentali, l-indipendenza u l-integrita' ta' l-Unjoni Ewropea;

    (b) is-sigurta' ta' l-Unjoni Ewropea, żamma tal-paċi u sigurta' internazzjonali, promozzjoni tal-koperazzjoni internazzjonali jew żvilupp u tisħIħ tad-demokrazija, l-istat tad-dritt, rispett għad-drittijiet umani u libertajiet fondamentali, skond l-Artikolu 11 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 3 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 381/2001/ [20].

    Artikolu 169

    Pubblikazzjoni ta' wara(L-Artikolu 110(2) tar-Regolament Finanzjarju)

    1. Il-konċessjonijiet kollha mogħtija tul sena finanzjarja, ħlief boroż ta' studju mħallsa lil persuni naturali, ikunu ppubblikati fuq is-sit ta' l-Internet ta' l-istituzzjonijiet tal-Komunità fl-ewwel nofs tas-sena ta' fuq l-għeluq tas-sena tal-budget li ngħataw fiha.

    Fil-każi fejn it-treġija hi ddelegata lill-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 54 tar-Regolament Finanzjarju, issir mill-inqas referenza għall-indirizz tas-sit fl-Internet fejn jinsab dan it-tagħrif jekk ma jkunx ippubblikat direttament fis-sit ta' l-Internet ta' l-istituzzjonijiet tal-Komunità.

    It-tagħrif jista' jkun ippubblikat b'kull mezz xieraq ieħor, inluż il-Ġurnal Uffiċċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

    2. Li ġej għandu jkun ippubblikat bil-qbil tal-benefiċjarju skond il-punt (f) ta' l-Artikolu 164(1):

    (a) l-isem u l-indirizz tal-benefiċjarji;

    (b) is-suġġett ta' l-għotja;

    (ċ) l-ammont mogħti u, barra l-każi ta' ammonti b'rata fissa msemmijin fl-Artikolu 181(1), ir-rata ta' finanzjament ta' l-ispejjeż ta' l-azzjoni jew programm ta' xogħol approvat.

    L-obbligi preskritti fl-ewwel sottoparagrafu jistgħu jitneħħew jekk il-pubblikazzjoni tat-tagħrif tista' thedded is-sigurta tal-benefiċjarji jew ikun ta' ħsara għall-interessi tan-negozju tagħhom.

    Artikolu 170

    Finanzjament Konġunt(L-Artikolu 111 tar-Regolament Finanzjarju)

    Azzjoni tista' tkun iffinanzjata minn linji ta' budget separati u minn għadd ta' uffiċċjali li jawtorizzaw.

    Artikolu 171

    Effett retroattiv għal treġija ta' għajnuna umanitarja u sitwazzjonijiet ta' kriżi(L-Artikolu 112 tar-Regolament Finanzjarju)

    Biex ikun żgurat li operazzjonijiet ta' għajnuna umanitarja u operazzjonijiet f'sitwazzjonijiet ta' kriżi fis-sens ta' l-Artikolu 168(2) jitmexxew effiċjentement, l-ispejjeż li jrid iħallas benefiċjarju qabel id-data li jitfa' l-applikazzjoni ikun eliġibbli għall-finanzjament tal-Komunità biss fil-każi li ġejjin:

    (a) meta n-nefqa għandha x'taqsam biex l-applikant jimla il-ħażniet tiegħu biex jintużaw f'konnessjoni ma' l-azzjoni li għaliha qed tingħata l-konċessjoni;

    (b) f'eċċezzjoni u għal raġunijiet issostanzjati sew, meta deċiżjoni ta' finanzjament u l-ftehim tal-konċessjoni jipprovdu għal dan espliċitament billi jagmlu d-data ta' l-eliġibbilta qabel id-data biex jintefgħu l-appliakzzjonijiet.

    Artikolu 172

    Finanzjament konġunt minn barra(L-Artikolu 113 tar-Regolament Finanzjarju)

    1. Il-benefiċjarju jagħti evidenza tal-finanzjament konġunt ipprovdut, jew mir-riżorsi tiegħu stess jew fl-għamla ta' trasferimenti finanzjarji minn partijiet terzi, jew bħalhom, ħlief fil-każ ta' l-ammonti b'rata fissa msemmijin fl-Artikolu 181(1).

    2. F'każi ssostanzjati sew, l-uffiċċjal li jawtorizza jista' jaċċetta finanzjament konġunt ta' l-istess tip. F'każi hekk, il-valur tal-kontribuzzjonijiet ma jistax jaqbeż:

    (a) jew l-ispejjeż li tassew tħallsu u dan sostnut sew b'dokumenti taż-żamm tal-kotba;

    (b) l-ispejjeż ġeneralment aċċettati fis-suq imdaħħal.

    Kontribuzzjonijiet li jinvolvu art jew proprjetà kif imsemmi fl-Artikolu 116(1) ma jitqisux meta jinħadem l-ammont ta' finanzjament konġunt.

    KAPITOLU 3

    Proċedura għall-għoti

    Artikolu 173

    Applikazzjonijiet ta' finanzjament.(L-Artikolu 114 tar-Regolament Finanzjarju)

    1. Applikazzjonijiet isiru fuq il-formola mqassma milll-uffiċċjali li jawtorizzaw responsabbli u skond il-kriterji preskritti fl-att bażiku u s-sejħa għall-proposti.

    2. L-applikazzjoni turi li l-applikant jeżisti bħala persuna legali u għandu l-kapaċitajiet finanzjarji u operattivi li jlesti l-azzjoni proposta jew il-programm ta' xogħol, bla ħsara għall-Artikolu 176(4).

    Għal dak l-iskop, l-uffiċċjal li jawtorizza jitlob dikjarazzjoni mingħand benefiċjarji potenzali fuq il-kelma tagħhom. Il-kont ta' qligħ u telf, il-karta tal-bilanċ għall-aħħar sena finanzjarja li fiha ngħalqu l-kontijiet u kull dokument ta' sostenn ieħor mitlub fis-sejħa għall-proposti ikun mehmuż ma' l-applikazzjoni, skond l-analiżi li jagħmel l-uffiċċjal li jawtorizza responsabbli dwar ir-riskji ta' treġija fuq responsabbilta' tiegħu stess.

    3. Il-budget għall-azzjoni jew il-budget operattiv mehmuż ma' l-applikazzjoni irid ikollu dħul u nfiq fil-bilanċ u juri b'mod ċar l-ispejjeż li huma eliġibbli għall-finanzjament mill-budget tal-Komunità, ħlief fil-każ ta' ammonti b'rata fissa msemmijin fl-Artikolu 181(1).

    4. Għal azzjonijiet fejn l-ispiża li trid tkun iffinanzjata taqbeż il-EUR 300000 u għal konċessjonijiet operattivi ikbar minn EUR 75000, l-applikazzjoni irid ikollha magħha rapport ta' verifika esterna magħmul minn awditur approvat. Dak ir-rapport jiċċertifika l-kontijiet li hemm għall-aħħar sena finanzjarja u jagħti evalwazzjoni tal-viabbilta finanzjarja ta' l-applikant, fis-sens ta' l-Artikolu 176(2).

    Id-dispożizzjonijiet fl-ewwel sottoparagrafu jgħoddu biss għall-ewwel applikazzjoni li benefiċjarju jagħmel lil uffiċċjal li jawtorizza f'sena ta' budget tkun liema tkun.

    Fil-każ ta' ftehim li jorbot lill-Kummissjoni u għadd ta' benefiċjarji, dawk il-limiti jkunu jgħoddu għal kull benefiċjarju.

    Fil-każi ta' sħubija msemmijin fl-Artikolu 163, verifika esterna li tkopri l-aħħar sentejn finanzjarji li hemm irid ikun sar qabel il-ftehim strutturali jitlesta.

    L-uffiċċjal li jawtorizza responsabbli, skond l-analiżi tiegħu tar-riskji tat-treġija, jista' jneħħi dik l-obbligazzjoni għal korpi pubbliċi, stabbilimenti ta' edukazzjoni sekondarja u ogħla, l-organizzazzjonijiet internazzjonali msemmijin fl-Artikolu 43 u benefiċjarji li aċċettaw piż flimkien imma separatament fil-każ ta' ftehim ma' għadd ta' benefiċjarji.

    5. L-applikant juri l-egħjun ta' u l-ammonti milqugħin minn kull finanzjament ieħor jew li kien applika għalih fl-istess sena finanzjarja għall-istess azzjoni jew għal kull azzjoni oħra u għal attivitajiet ta' rutina.

    Artikolu 174

    Evidenza ta' l-eġibbilta ta' l-applikanti.(L-Artikolu 114 tar-Regolament Finanzjarju)

    Applikanti jiddikjaraw fuq il-kelma tagħhom li ma jinsabux f'xi qagħda minn dawk li hemm lista tagħhom fl-Artikolu 93(1) tar-Regolament Finanzjarju. L-uffiċċjal li jawtorizza responsabbli, skond l-analiżi tar-riskji tat-treġija, jista' jitlob l-evidenza msemmija fl-Artikolu 134. L-applikanti marbuta li jagħtuha din l-evidenza, sakemm ma jkunx hemm impossibbilta materjali li jagħraf l-uffiċċjal li jawtorizza responsabbli.

    Artikolu 175

    Pieni finanzjarji u amministrattivi(L-Artikolu 114 tar-Regolament Finanzjarju)

    1. Applikanti li jinqabdu jagħmlu dikjarazzjoni falza jistgħu jeħlu pieni finanzjarji skond il-kondizzjonijiet preskritti fl-Artikolu 133, skond il-valur ta' l-għotjiet in kwistjoni.

    Benefiċjarji li nstabu li jkunu naqsu serjament milli jaqdu l-obbligi kontrattwali tagħhom jistgħu jeħlu pieni finanzjarji skond l-istess kondizzjonijiet.

    2. Applikanti u benefiċjarji li jinsabu f'waħda mill-qagħdiet msemmijin fl-Artikoli 93 sa 96 tar-Regolament Finanzjarju jistgħu ukoll jitħallew barra minn għotjiet tal-Komunità u appalti, skond il-kondizzjonijiet preskritti fl-Artikolu 133.

    Artikolu 176

    Kriterji għall-għażla(L-Artikolu 115(1)tar-Regolament Finanzjarju)

    1. Il-kriterji ta' l-għażla jkunu ppubblikati fis-sejħa għall-proposti u jkunu magħmulin b'mod li tista' ssir evalwazzjoni tal-kapaċitajiet finanzjarji u operattivi ta' l-applikant biex dan ilesti l-azzjoni jew il-programm ta' xogħol li jkun qed jipproponi.

    2. L-applikant irid ikollu egħjun sodi u biżżejjed biex isostni l-attivita' tiegħu tul iż-żmien li fih se ssir l-azzjoni jew is-sena li għaliha qed tingħata l-konċessjoni u biex jieħu sehem fil-finanzjament tagħha. L-applikant irid ikollu l-kompetenzi u l-kwalifiki professjonali meħtieġa biex ilesti l-azzjoni proposta jew il-programm ta' xogħol, sakemm mhux previst mod ieħor fl-att bażiku.

    3. Il-kapaċitajiet finanzjarji u operattivi ikunu vverifikati l-iktar minn analiżi tad-dokumenti ta' sostenn msemmijin fl-Artikolu 173.

    4. Il-verifika tal-kapaċta finanzjarja ma tgħoddx għal persuni naturali li jirċievu boroż ta' studju u lanqas għal entitajiet pubbliċi, u lanqas għall-organizzazzjonijiet internazzjonali msemmijin fl-Artikolu 43.

    Fil-każijiet ta' sħubija msemmijin fl-Artikolu 163, dik il-verifika ssir qabel ma jintlaħaq il-ftehim strutturali

    Artikolu 177

    Kriterji għall-għoti(L-Artikolu 115(2) tar-Regolament Finanzjarju)

    1. Il-kriterji għall-għoti jkunu ppubblikati fis-sejħa għall-proposti.

    2. Il-kriterji għall-għoti jkunu b'mod li l-konċessjonijiet jistgħu jingħataw jew għall-azzjonijiet li jkabbru l-effikaċja tal-programm tal-Komunità li jkunu qed jimplimentaw jew ta' l-entitajiet li l-programm ta' xogħol tagħhom qiegħed biex jilħaq l-istess riżultat. Dawk il-kriterji jkunu ddefiniti b'mod li jiżgura li l-fondi tal-Komunità ikunu mmexxija sew.

    Dawn il-kriterji jkunu applikati b'mod li tista' ssir l-għażla ta' azzjonijiet jew programmi ta' xogħol ippjanati li l-Komunità tkun konfidenti li jaqbu ma' l-għanijiet u l-prioritajiet tagħha u li jiggarantixxu l-viżibbilta tal-finanzjament tal-Komunità.

    3. Il-kriterji ta' l-għoti jkunu ddefiniti b'mod li wara tkun tista' ssir evalwazzjoni.

    Artikolu 178

    Evalwazzjoni ta' l-applikazzjonijiet u l-għoti(L-Artikolu 116 tar-Regolament Finanzjarju)

    1. L-uffiċċjal li jawtorizza responsabbli jaħtar kumitat biex jiżen il-proposti, ħlief fejn ikun hemm deċiżjoni tal-kummissjoni fuq programm speċifiku għal xi qasam.

    Il-kumitat ikun magħmul mill-inqas minn tliet persuni li jirrapreżentaw mill-inqas żewġ entitajiet organizzattivi tal-Kummissjoni u mingħajr l-ebda rabta ġerarkika bejniethom. Biex ma jkunx hemm konflitt ta' interessi, dawk il-persuni jkunu suġġetti għall-obbligi preskritti fl-Artikolu 52 tar-Regolament Finanzjarju.

    Fir-rappreżentazzjonijiet u l-entitajiet lokali msemmijin fl-Artikolu 254 u l-entitajiet iddelegati msemmijin fl-Artikolu 160(1), jekk ma jkunx hemm entitajiet separati, ma tibqax il-ħtieġa li jkun hemm entitajiet organizzattivi bl-ebda rabta ġerarkika bejniethom.

    Esperti minn barra jistgħu jgħinu lill-kumitat jekk l-uffiċċjal li jawtorizza responsabbli jiddeċiedi li jista' jsir hekk.

    2. Il-kumitat ta' l-evalwazzjoni jista' jitlob applikant għal iktar evidenza jew biex jispjega aħjar id-dokumenti ta' sostenn li jistabbilixxu l-kapaċità finanzjarja u operattiva, f'limitu ta' żmien speċifikat.

    3. Kif il-kumitat ta' l-evalwazzjoni ilesti xogħlu, il-membri tal-kumitat jiffirmaw reġistru tal-proposti li jkunu eżaminaw, u li jkun fih stima tal-kwalità tal-proposti u jidentifikaw dawk li jstgħu jirċievu xi finanzjament. Fejn meħtieġ ir-reġistru jpoġġi l-proposti eżaminati fi gradi.

    Ir-reġistru jintrefa' għall-quddiem.

    4. L-uffiċċjal li jawtorizza responsabbli imbagħad jiddeċiedi, u mill-inqas irid jgħid:

    (a) is-suġġett u l-ammont totali tad-deċiżjoni.

    (b) l-isem tal-benefiċjarji, it-titolu ta' l-azzjonijiet, l-ammonti aċċettati u għalfejn saret dik l-għażla, inkluż fejn m'hemmx qbil mal-fehma tal-kumitat ta' l-evalwazzjoni;

    (ċ) l-ismijiet ta' applikanti li ma ntlaqgħux u għalfejn ma ntlaqgħux;

    5. Id-dispożizzjonijiet tal-paragrafi 1 sa 4 ma jgħoddux għal benefiċjarji ta' għotjiet li huma identifikati fl-att bażiku.

    Artikolu 179

    Tagħrif għall-applikanti(L-Artikolu 116 tar-Regolament Finanzjarju)

    Applikanti jitgħarrfu fi żmien ħmistax-il ġurnata kalendarja wara li d-deċiżjoni ta' l-għoti tintbagħat lill-benefiċjarji.

    KAPITOLU 4

    Ħlas u kontroll

    Artikolu 180

    Dokumenti ta' sostenn għal talba għall-pagamenti(L-Artikolu 117 tar-Regolament Finanzjarju)

    1. Għal kull konċessjoni, fejn il-finanzjament minn qabel hu maqsum, kull pagament ġdid ikun suġġett għal konsum ta' mill-inqas 70 % ta' l-ammont kollu ta' xi finanzjament minn qabel ieħor li jkun sar qabel. Ir-rendikont ta' xi nfiq tal-benefiċjarju jrid jingħata biex jappoġġa kull talba għal ħlas ġdid.

    2. L-uffiċċjal li jawtorizza responsabbli jista' jitlob verifika esterna tal-kontijiet magħmula minn awditur approvat, biex jappoġġa xi pagament li jkun sar skond l-analiżi tiegħu tar-riskji ta' treġija. Fil-każ ta' konċessjoni għal azzjoni jew konċessjoni operattiva, ir-rapport tal-verifika jkun mehmuż mat-talba għal pagament. L-iskop tiegħu hu li jiċċertifika li l-kontijiet mogħtija huma sinċieri, ta' min joqgħod fuqhom u ssostanzjati b'dokumenti ta' sostenn xierqa.

    Verifika esterna tkun obbligatorja:

    (a) fil-każ ta' konċessjonijiet għal azzjoni, għal dawn il-pagamenti:

    (i) finanzjament minn qabel jew pagamenti temporanji li jaqbżu l-EUR 750000 għal kull sena finanzjarja u għal kull ftehim;

    (ii) ħlas ta' bilanċi li jaqbżu l-EUR 150000;

    (b) fil-każ ta' konċessjonijiet operattivi, għal pagamenti li jaqbżu l-EUR 75000 għal kull sena finanzjarja.

    Madankollu, fil-każi msemmijin fil-punti (a) u (b), verifika ma tkunx meħtieġa għall-ewwel pagament ta' finanzjament minn qabel.

    L-uffiċċjal li jawtorizza responsabbli, skond l-analiżi li jkun għamel tar-riskji ta' treġija, jista' jneħħi l-obbligu ta' verifika fil-każ ta':

    (a) entitajiet pubbliċi u l-organizzazzjonijiet internazzjonali msemmijin fl-Artikolu 43;

    (b) il-benefiċjarji ta' konċessjonijiet għal għajnuna umanitarja u t-treġija ta' sitwazzjonijiet ta' kriżi, ħlief għal ħlas ta' bilanċi.

    Meta jkun hemm ftehim li jorbot lill-Kummissjoni ma' għadd ta' benefiċjarji, il-limiti msemmijin fil-punti (a) u (b) tat-tieni sottoparagrafu jgħoddu għal kull benefiċjarju.

    Artikolu 181

    Finanzjament b'rata fissa(L-Artikolu 117 tar-Regolament Finanzjarju)

    1. Minbarra l-każi ta' boroż ta' studju u premji, l-att bażiku jista' jawtorizza finanzjament b'rata fissa għal kontribuzzjonijiet inqas minn EUR 5000 jew l-użu ta' skali ta' prezzijiet ta' unit.

    Biex ikun żgurat li jitħarsu l-prinċipji tal-finanzjament konġunt, li ma jsirx qliegħ u treġija finanzjarja tajba, l-uffiċċjal li jawtorizza responsabbli irid jirrevedi dawk l-ammonti b'rata fissa u skali għall-inqas darba kull sentejn. Il-Kummissjoni trid tapprova l-ammonti.

    2. Il-ftehim tal-konċessjoni jista' jawtorizza rata fissa biex tkopri:

    (a) l-ispejjeż tal-benefiċjarju sa massimu ta' 7 % ta' l-ispejjeż kollha eliġibbli għall-azzjoni, ħlief fejn il-benefiċjarju qed jirċievi konċessjoni operattiva mħallsa mil-budget tal-Komunità;

    (b) xi spejjeż tal-missjoni fuq skala għal kull jum li tapprovaha kull sena l-Kummissjoni.

    Il-limiti previsti fil-punt (a) ta' l-ewwel sottoparagrafu jista' jinqabeż biss b'deċiżjoni rraġunata tal-Kummissjoni.

    Artikolu 182

    Garanziji bil-quddiem(L-Artikolu 118 tar-Regolament Finanzjarju)

    1. L-uffiċċjal li jawtorizza responsabbli jista' jitlob lill-benefiċjarju biex jagħti garanzjia bil-quddiem biex inaqqas il-limiti finanzjarji marbutin mal-ħlas tal-finanzjament minn qabel.

    2. Meta l-finanzjament minn qabel jirrapreżenta iktar minn 80 % ta' l-ammont kollu tal-konċessjoni, il-ħlas ma jistax isir sakemm il-benefiċjarju jagħti garanzija suġġetta għall-evalwazzjoni u l-aċċettazzjoni ta' l-uffiċċjal li jawtorizza responsabbli.

    Għal OMG li jaħdmu fil-qasam ta' azzjonijiet esterni, dik il-garanzija tintalab għal finanzjament minn qabel ta' iktar minn EUR 1000000 jew jirrapreżenta iktar minn 90 % ta' l-ammont kollu tal-konċessjoni.

    Il-garanzija tkun tgħodd għal żmien twil biżżejjed biex tilħaq tkun attivata.

    3. Il-garanzija tingħata minn bank approvat jew istituzzjoni finanzjarja stabbilita f'wieħed mill-Istati Membri.

    Il-garanzija tista' tinbidel ma' garanzija mogħtija ma' terza parti, imma separati, jew il-garanzija konġunta tal-benefiċjarji ta' azzjoni li għandhom sehem fl-istess ftehim ta' konċessjoni.

    Il-garanzija tkun bl-ewro.

    Din tpoġġi l-bank jew lill-istituzzjoni finanzjarja, lit-terza parti jew lill-benefiċjarji l-oħrajn bħala rahan kollaterali u irrevokabbli, jew l-ewwel garanti li jissejjaħ biex jagħmel tajjeb għall-obbligi tal-benefiċjarju tal-konċessjoni.

    4. Il-garanzija tinħall meta l-finanzjament minn qabel jibda jitħallas b'pagamenti temporanji jew bi ħlas ta' bilanċi skond il-kondizzjonijiet preskritti fil-ftehim tal-konċessjoni.

    5. L-uffiċċjal li jawtorizza responsabbli jista' jneħħi l-obbligu preskritt fil-paragrafu 2 għal entitajiet tas-settur pubbliku u l-organizzazzjonijiet internazzjonali msemmijin fl-Artikolu 43.

    L-uffiċċjal li jawtorizza responsabbli jista' jeżenta benefiċjarji li laħqu ftehim strutturali ta' sħubija skond l-Artikolu 163 minn dak l-obbligu.

    Artikolu 183

    Sospensjoni u tnaqqis tal-konċessjonijiet(L-Artikolu 119 tar-Regolament Finanzjarju)

    1. L-uffiċċjal li jawtorizza responsabbli jista' jwaqqaf il-pagamenti u, skond l-istat milħuq fil-proċedura, jew inaqqas il-konċessjoni jew jitlob ħlas lura pro rata mingħand il-benefiċjarju jew benefiċjarji:

    (a) meta l-azzjoni jew programm ta' xogħol mifthiema ma jsirx, jew ma jsirx sew, kollu jew fil-ħin;

    (b) meta l-ammonti jaqbżu l-limiti finanzjarji stabbiliti fil-ftehim ikunu tħallsu, b'mod partikolari jew l-azzjoni jew ix-xogħol miftiehem ikun sar irħas mill-prezz maħsub fil-bidu;

    (ċ) meta jkun għad fadal mill-budget għall-azzjoni jew mill-budget operattiv

    2. Pagamenti jistgħu ukoll jitwaqqfu wara infrazzjonijiet preżunti ta' klawsoli oħrajn tal-ftehim. L-iskop ta' sospensjoni hekk hu li jingħata ħin biex jaraw sarux tassew l-infrazzjonijiet preżunti u, fejn jixraq, biex jirranġawhom.

    KAPITOLU 5

    Implimentazzjoni

    Artikolu 184

    Appalti ta' implimentazzjoni(L-Artikolu 120 tar-Regolament Finanzjarju)

    1. Meta l-azzjoni megħjuna tkun teħtieġ li jingħataw appalti ta' ksib, jiġifieri, lill-offerta li għandha l-aqwa relazzjoni bejn prezz u kwalità, skond il-prinċipji tat-trasparenza u trattament ugwali ta' l-appaltaturi potenzali, b'attenzjoni li ma jkunx hemm konflitti ta' interessi.

    2. Għall-iskopijiet tal-Paragrfau 1, l-uffiċċjal li jawtorizza responsabbli jista' jitlob lill-benefiċjarji li jżommu ma' regoli speċjali, imfasslin b'konsiderazzjoni xierqa għall-valur ta' l-appalti, id-daqs tal-kontribuzzjoni tal-Komunità meta mqabbel mal-prezz totali ta' l-azzjoni u r-riskju ta' treġija.

    F'dak il-każ regoli hekk iridu jkunu inklużi fil-ftehim tal-konċessjoni.

    TITOLU VII

    PREŻENTAZZJONI TAL-KONTIJIET U ŻAMMA TAL-KOTBA

    KAPITOLU 1

    Preżentazzjoni tal-kontijiet

    Artikolu 185

    Rapport dwar it-treġija tal-budget u treġija finanzjarja matul is-sena.(L-Artikolu 122 tar-Regolament Finanzjarju)

    Ir-rapport dwar it-treġija tal-budget u treġija finanzjarja matul is-sena jrid jagħti deskrizzjoni eżatta ta':

    (a) l-għanijiet li ntlaħqu għas-sena, skond il-prinċipju tat-treġija finanzjarja tajba;

    (b) il-qagħda finanzjarja u l-eventi li kellhom effett qawwi fuq attivitajiet matul is-sena.

    Artikolu 186

    Eċċezzjoni għall-prinċipji taż-żamma tal-kotba(L-Artikolu 124 tar-Regolament Finanzjarju)

    Meta, f'każ speċifiku, l-uffiċċjali tal-kontijiet iqisu li għandha ssir eċċezzjoni fil-kontenut ta' wieħed mill-prinċipji ddefiniti fl-Artikoli 187 sa 1941, dik l-eċċezzjoni tkun issostanzjata sew u rrapurtata fl-anness tar-rendikonti finanzjarji msemmijin fl-Artikolu 203.

    Artikolu 187

    Prinċipju ta' negozju li jħalli qliegħ(L-Artikolu 124 tar-Regolament Finanzjarju)

    1. Il-prinċipju ta' negozju li jħalli qliegħ ifisser li għall-iskopijiet tat-tħejjija tar-rendikonti finanzjarji, l-istituzzjonijiet u l-entitajiet msemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament Finanzjarju ikunu meqjusin daqs li kieku kienu stabbiliti għal żmien indefinit.

    2. Fejn hemm indikazzjonijiet oġġettivi li istituzzjoni jew entità imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament Finanzjarju mhux se tibqa' taħdem, l-uffiċċjal tal-kontijiet jippreżenta dak it-tagħrif fl-anness, juri r-raġunijiet. L-uffiċjal tal-kontijiet japplika r-regoli taż-żamma tal-kotba bit-tir li jiddetermina l-valur tal-likwidazzjoni ta' l-istituzzjonijiet jew entità mdaħħlin.

    Artikolu 188

    Prinċipju ta' prudenza(L-Artikolu 124 tar-Regolament Finanzjarju)

    Il-prinċipju tal-prudenza jfisser li l-assi u d-dħul ma jitniżżlux ikbar milli huma u l-piżijiet u l-ispejjeż ma jitniżżlux inqas milli huma. Madankollu, il-prinċipju tal-prudenza ma jħallix li jinħolqu riservi moħbijin jew dispożizzjonijiet mingħajr bżonn.

    Artikolu 189

    Prinċipju ta' metodi taż-żamm tal-kotba konsistenti(L-Artikolu 124 tar-Regolament Finanzjarju)

    1. Il-prinċipju ta' metodi taż-żamm tal-kotba konsistenti ifisser li l-istruttura tal-komponenti tar-rendikonti finanzjarji u l-metodi taż-żamm tal-kotba u regoli għall-valutazzjoni ma jistgħux jinbidlu minn sena għall-oħra.

    2. L-uffiċjal tal-kontijiet tal-Kummissjoni ma jistax jitlaq il-prinċipju ta' metodi taż-żamm tal-kotba konsistenti ħlief f'ċirkostanzi eċċezzjonali, b'mod partikolari:

    (a) f'każ ta' bidla kbira fin-natura ta kif taħdem l-entità;

    (b) meta l-bidla ssir biex ikun hemm preżentazzjoni aħjar ta' l-operazzjoni tal-kontijiet.

    Artikolu 190

    Prinċipju li t-tagħrif ikun jista' jitqabbel(L-Artikolu 124 tar-Regolament Finanzjarju)

    1. Il-prinċipju li t-tagħrif ikun jista' jitqabbel ifisser li għal kull punt, ir-rendikonti finanzjarji jridu juru l-istess punt tas-sena l-oħra.

    2. Meta, skond il-Paragrafu 1, il-preżentżazzjoni jew il-klassifikazzjoni ta' wieħed mill-komponenti tar-rendikonti finanzjarji tinbidel, l-ammonti korrispondenti tas-sena ta' qabel jinġiebu jaqblu u jkunu kklassifikati mill-ġdid.

    Meta l-punti ma jistgħux ikunu kklassifikati mill-ġdid, dan irid ikun spjegat fl-anness imsemmi fl-Artikolu 203.

    Artikolu 191

    Prinċipju tal-Materjalita'(L-Artikolu 124 tar-Regolament Finanzjarju)

    1. Il-prinċipju tal-materjalita' ifisser li l-ħidmiet kollha li għandhom x'jaqsmu mat-tagħrif imfittex iridu jitqiesu fir-rendikonti finanzjarji. Il-materjalita' tkun stmata b'mod partikolari billi ssir referenza għan-natura tat-tranżazzjoni jew l-ammont.

    2. Tranżazzjonijiet jistgħu jinġabru meta:

    (a) t-tranżazzjonijiet ikunu ta' natura identika, ukoll jekk l-ammonti ikunu kbar;

    (b) l-ammonti tant ikunu żgħar li jistgħu ma jitqisux;

    (ċ) li t-tranżazzjonijiet jinġabru jgħin il-kjarifika tar-rendikonti finanzjarji.

    Artikolu 192

    Prinċipju li ma jsirx netting(L-Artikolu 124 tar-Regolament Finanzjarju)

    Il-prinċipju li ma jsirx netting ifisser li dak li għandu jinġabar u d-djun ma jistgħux jaqtgħu lil xulxin, u lanqas ma jistgħu spejjeż u dħul, ħlief meta l-ispejjeż u dħul ġejjin mill-istess tranżazzjoni, minn tranżazzjonijiet bħal xulxin jew minn operazzjonijiet ta' protezzjoni ta' investiment u sakemm ma jkunux individwalment materjali.

    Artikolu 193

    Prinċipju tar-realta qabel l-apparenza(L-Artikolu 124 tar-Regolament Finanzjarju)

    Il-prinċipju tar-realta qabel l-apparenza jfisser li l-accounting events reġistrati fir-rendikonti finanzjarji jkunu ppreżentati billi jkun hemm refernza għan-natura ekonomika tagħhom.

    Artikolu 194

    Prinċipju taż-żamma tal-kotba bbażat fuq l-akkumulazzjoni(L-Artikolu 125 tar-Regolament Finanzjarju)

    1. Il-prinċipju taż-żamma tal-kotba bbażat fuq l-akkumulazzjoni jfisser li t-tranżazzjonijiet u events jitniżżlu fil-kontijiet meta jiġru u mhux meta l-ammonti jiddaħħlu jew jinġabru tassew. Jitniżżlu taħt is-snin finanzjarji li marbutin magħhom.

    2. Il-metodi taż-żamma tal-kotba previsti fl-Artikolu 133 tar-Regolament Finanzjarju jispeċifikaw l-obligating event biex titniżżel tranżazzjoni fil-kontijiet.

    Artikolu 195

    Valutazzjoni ta' assi u piżijiet(L-Artikolu 125 tar-Regolament Finanzjarju)

    1. Assi u piżijiet ikunu stmati daqs meta jinxtraw jew kemm swew biex saru. Madankollu, il-valur ta' assi fissi li mhumiex finanzjarji u spejjeż ta' formazzjoni jitniżżlu għall-iżvalutazzjoni. Barra minn hekk irid jitniżżel ukoll jekk ikun hemm dispożizzjoni li tkopri meta l-valur ta' xi attiv jonqos u l-valur ta' piż jiżdied.

    2. Ir-regoli u l-metodi taż-żamma tal-kotba msemmija fl-Artikolu 133 tar-Regolament Finanzjarju jistgħu jippreskrivu li l-oġġetti kollha jew uħud minnhom biss ikunu stmati b'valur li mhux daqs kemm swew meta nxtraw.

    Artikolu 196

    Dispożizzjonijiet(L-Artikolu 125 tar-Regolament Finanzjarju)

    Dispożizzjoni issir biss meta il-kondizzjonijiet li ġejjin ikunu sodisfatti:

    (a) jeżisti obbligu ġej minn event minn qabel;

    (b) riżorsi li jirrapreżentaw benefiċċji ekonomiċi x'aktarx ikollhom jintużaw biex jaqtgħu l-obbligu;

    (ċ) l-ammont ta' l-obbligu jista' jkun stmat b'mod li wieħed jista' joqgħod fuqu.

    Artikolu 197

    Struttura tal-karta tal-bilanċ(L-Artikolu 126 tar-Regolament Finanzjarju)

    1. Il-karta tal-bilanċ tkun magħmula mill-oġġetti diversi kklassifikati bit-titoli u sotto-titoli

    2. Oġġetti fl-assi jkunu kklassifikati skond kemm jistgħu ikunu llikwidati, u oġġetti fil-piżijiet skond kemm jistgħu jintalbu malajr.

    Artikolu 198

    Preżentazzjoni tal-karta tal-bilanċ(L-Artikolu 126 tar-Regolament Finanzjarju)

    Għall-preżentazzjoni tal-karta tal-bilanċ, l-uffiċċjal tal-kontijiet irid juża għall-inqas waħda mill-intestaturi li ġejjin:

    Assi

    - Spejjeż ta' formazzjoni

    - Assi fissi mhux tanġibbli

    - Assi fissi tanġibbli

    - Assi fissi finanzjarji

    - Debituri: dovut f'iktar minn sena

    - Ħażniet

    - Debituri: dovut f'sena jew inqas

    - Kontanti u ekwivalenti

    - Pagamenti minn qabel u dħul akkumulat

    Piżijiet

    - Kapital (magħmul mir-riżultat ekonomiku għas-sena, ir-riżultat miġjub minn snin ta' qabel u riservi)

    - Dispożizzjonijiet

    - Kredituri: dovut f'iktar minn sena

    - Kredituri: dovut f'sena jew inqas

    - Akkumulazzjoni u dħul differit

    Artikolu 199

    Kontijiet tal-outturn ekonomiku(L-Artikolu 126 tar-Regolament Finanzjarju)

    Il-kontijiet tal-outturn ekonomiku iridu juru d-dħul u spejjeż għas-sena, ikklassifikati skond in-natura tagħhom.

    Artikolu 200

    Preżentazzjoni tal-kontijiet tal-outturn ekonomiku maħdumin(L-Artikolu 126 tar-Regolament Finanzjarju)

    Għall-preżentazzjoni tal-kontijiet tal-outturn ekonomiku maħdumin, l-uffiċċjal tal-kontijiet irid japplika it-tqassim minimu li ġej:

    Dħul operattiv

    - Spejjeż operattivi

    = Riżultat operattiv

    +/- Riżultat Finanzjarju

    = Riżultat minn attivitajiet normali

    +/- Riżultat eċċezzjonali

    = Riżultat għas-sena

    Artikolu 201

    Lista ta' dħul u nfiq(L-Artikolu 126 tar-Regolament Finanzjarju)

    Il-lista tad-dħul u nfiq trid turi l-moviment tat-teżor.

    It-teżor irid ikun magħmul minn dawn li ġejjin:

    (a) kontanti disponibbli;

    (b) kontijiet bankarji u depożiti li jitħallsu malli jkun hemm bżonn; u

    (ċ) assi disponibbli oħrajn li jistgħu jinbidlu f'kontanti malajr u li l-valur tagħhom ma jvarjax.

    Artikolu 202

    Klassifikazzjoni ta' dħul u nfiq(L-Artikolu 126 tar-Regolament Finanzjarju)

    1. Il-klassifikazzjoni tal-lista turi l-movimenti tat-teżor maqsum fi flussi ta' operazzjoni, flussi ta' investiment u flussi finanzjarji.

    2. Id-dħul u nfiq operattiv iridu juru l-movimenti tat-teżor ġejjin minn attivitajiet normali.

    3. Id-dħul u nfiq għall-investiment iridu juru l-movimenti tat-teżor jirriżultaw mill-akkwisti jew bejgħ ta' assi fissi.

    4. Id-dħul u nfiq finanzjarju jrid juri l-movimenti tat-teżor li jirriżultaw minn self u kull sors finanzjarju ieħor.

    Artikolu 203

    L-anness tar-rendikont finanzjarju(L-Artikolu 126 tar-Regolament Finanzjarju)

    L-anness imsemmi fl-Artikolu 126 tar-Regolament Finanzjarju jiffurmaw parti integrali mir-rendikonti finanzjarji. Irid ikollu mill-inqas it-tagħrif li ġej:

    (a) prinċipji, regoli u metodi għaż-żamma tal-kotba;

    (b) noti ta' spjegazzjoni, li jipprovdu iktar tagħrif li ma jinsabx fir-rendikonti finanzjarji meħtieġ għal stampa eżatta;

    (ċ) rabtiet li ma jidhrux fil-karta tal-bilanċ li juru intitolamenti u obbligi li mhux inklużi fil-karta tal-bilanċ li jista' jkollhom impatt materjali fuq l-assi u l-piżijiet, il-qagħda finanzjarja jew ir-riżultat ta' l-entità kkonċernata.

    Artikolu 204

    Noti ta' spjegazzjoni(L-Artikolu 126 tar-Regolament Finanzjarju)

    In-noti ta' spjegazzjoni jkunu ppreżentati b'referenzi għall-punti li huma marbutin magħhom fir-rendikont finanzjarju u fl-istess ordni ta' preżentazzjoni.

    Artikolu 205

    Il-kont tal-budget ta' kwantitajiet maħdumin(L-Artikolu 127 tar-Regolament Finanzjarju)

    1. Il-kont tal-budget ta' kwantitajiet maħdumin irid ikun fihom:

    (a) tagħrif dwar dħul, li jkun fih:

    (i) bidliet fl-istimi tad-dħul tal-budget;

    (ii) kwantitajiet maħdumin ta' dħul;

    (iii) intitolamenti stabbiliti;

    (b) tagħrif li juri bidliet fir-rabta totali u appropjazzjonijiet disponibbli ta' ħlas;

    (ċ) tagħrif li juri kif intużaw ir-rabtiet totali u appropjazzjonijiet disponibbli ta' ħlas;

    (d) tagħrif dwar rabtiet pendenti, dawk li saru tul is-sena ta' qabel u dawk li saru matul is-sena.

    2. Dwar tagħrif fuq dħul, jinhemeż rendikont li juri, għal kull Stat Membru, kif inhuma maqsumin ir-riżorsi proprji li għad iridu jinġabru fl-aħħar tas-sena finanzjarja u koperti b'ordni ta' rkupru.

    Artikolu 206

    L-anness tal-kont tal-budget ta' kwantitajiet maħdumin(L-Artikolu 127 tar-Regolament Finanzjarju)

    L-Anness tal-kont tal-budget ta' kwantitajiet maħdumin imsemmi fl-Artikolu 127 tar-Regolament Finanzjarju irid ikun fih mill-inqas:

    (a) tagħrif fuq il-prinipji tal-budget, tipi ta' appropjazzjonijiet u l-istruttura tal-budget;

    (b) tagħrif fuq rabtiet pendenti;

    (ċ) it-tagħrif meħtieġ biex wieħed ikun jista' jifhem sew il-kwantitajiet maħdumin tal-budget.

    KAPITOLU 2

    (Kapitolu 3 tar-Regolament Finanzjarju)

    Żamm tal-Kotba

    Taqsima 1

    Organizzazzjoni tal-kontijiet

    Artikolu 207

    Organizzazzjoni tal-kontijiet(L-Artikolu 132 tar-Regolament Finanzjarju)

    1. L-uffiċjal tal-kontijiet ta' kull istituzzjoni u entità msemmija fl-Artikolu 185 tar-Regolament Finanzjarju iħejju dokumenti li jiddeskrivu l-organizzazzoni tal-kontijiet u l-proċeduri taż-żamma tal-kotba ta' l-istituzzjoni tiegħu u jżommhom aġġornati.

    2. Ftit li xejn tagħrif għandu jintuża tagħrif li mhux ġej mill-kontijiet għat-tħejjija tar-rendikonti finanzjarji.

    3. Dħul u nfiq tal-budget jiddaħħal ġos-sistema kkompjuterizzata msemmija fl-Artikolu 208, skond in-natura ekonomika tal-proċedura, bħala dħul jew infiq kurrenti jew bħala kapital.

    Artikolu 208

    Sistemi kkompjuterizzati(L-Artikolu 132 tar-Regolament Finanzjarju)

    1. Iż-żamm tal-kotba jsir bl-għajnuna ta' sistema kkompjuterizzata integrata.

    2. Meta ż-żamm tal-kotba jsir permezz ta' sistemi u sottosistemi kkompjuterizzati, sistemi u sottosistemi hekk ikunu iridu jkunu deskritti kompletament.

    Dik id-deskrizzjoni tiddefinixxi l-kontenut ta' x'għandu jiddaħħal u fejn u x'tagħmel is-sistema bl-operazzjonijiet individwali. Trid turi kif is-sistema tiggarantixxi li kull operazzjoni tista' tkun ivverifikata mill-bidu sat-tmiem u li kull bidla li ssir fis-sistemi u sottosistemi jistgħu ikunu magħrufin in-natura tagħha u min għamilha.

    Id-deskrizzjoni tas-sistemi u sottosistemi kkompjuterizzati għaż-żamm tal-kotba trid tgħid fejn ikollhom x'jaqsmu mas-sistema ċċentralizzata taż-żamm tal-kotba, b'mod partikolari rigward it-trasferiment tat-tagħrif u r-rikonċiljazzjoni tal-bilanċi.

    3. L-aċċess għas-sistemi u sottosistemi għandu jkun ristrett għal nies li jkunu mniżżlin f'lista ta' nies awtorizzati li jużaw is-sistemi, li tkun għand kull istituzzjoni u jżommuha aġġornata.

    Taqsima 2

    Reġistri tal-kontijiet

    Artikolu 209

    Reġistri tal-kontijiet(L-Artikolu 135 tar-Regolament Finanzjarju)

    1. Kull istituzzjoni u kull entità msemmija fl-Artikolu 18 tar-Regolament Finanzjarju iżżomm ġurnal, reġistru ġenerali u inventarju.

    2. Ir-reġistri tal-kontijiet ikun fihom dokumenti elettroniċi identifikati mill-uffiċċjal tal-kontijiet u joffru garanzija sħiħa biex jintużaw bħala evidenza.

    3. Annotazzjonijiet fil-ġurnal ikunu ttrasferiti fir-reġistru ġenerali, kull waħda skond il-karta tal-kontijiet msemmija fl-Artikolu 212.

    4. Il-ġurnal u r-reġistru ġenerali jistgħu jinqasmu f'ġurnali speċjali u reġistri speċjali daqs kemm ikun meħtieġ biex ilaħħqu mal-bżonn.

    5. Annotazzjonijiet imniżżlin f'ġurnali speċjali u reġistri speċjali ikunu ċċentralizzati fil-ġurnal u r-reġistru ġenerali mill-inqas darba fix-xahar.

    Artikolu 210

    Bilanċ ta' prova(L-Artikolu 135 tar-Regolament Finanzjarju)

    Kull istituzzjoni u entità msemmija fl-Artikolu 185 tar-Regolament Finanzjarju jistabbilixxu bilanċ ta' prova li jkopri l-kontijiet kollha tal-kontijiet ġenerali, inklużi l-kontijiet mgħoddija matul dik is-sena, f'kull każ bi:

    (a) numru tal-kont;

    (b) deskrizzjoni;

    (ċ) debiti totali;

    (d) krediti totali;

    (e) bilanċ.

    Artikolu 211

    Inventarju(L-Artikolu 135 tar-Regolament Finanzjarju)

    1. L-inventarju hu rendikont ta' l-assi u l-piżijiet u r-rabtiet kollha ta' kull tip, fejn juri għal kull oġġett il-kwantita u l-valur fid-data ta' l-inventarju.

    2. It-tagħrif fl-inventarju għandu jinżamm u organizzat b'mod li jiġġustifika l-kontenut ta' kull kont, inkluż il-bilanċ ta' prova.

    3. Rigward l-inventarju ta' assi fissi, ikunu jgħoddu d-dispożizzjonijiet ta' l-Artikoli 220 sa 227.

    Taqsima 3

    Karta tal-kontijiet

    Artikolu 212

    Karta tal-kontijiet(L-Artikolu 135 tar-Regolament Finanzjarju)

    1. L-uffiċċjal tal-kontijiet tal-Kummissjoni jaddotta l-karta tal-kontijiet.

    2. Il-karta tal-kontijiet taqsam il-kontijiet fi klassijiet.

    Kull klassi tista' terġa' tinqasam fi gruppi jew sottogruppi skond il-ħtieġa.

    3. Il-karta tal-kontijiet irid ikun fiha mill-inqas dawn il-klassijiet:

    (a) għall-kontijiet fuq il-karta tal-bilanċ:

    (i) klassi 1: kontijiet għall-kapital, dispożizzjonijiet u kredituri dovuti f'iktar minn sena;

    (ii) klassi 2: kontijiet għal spejjeż ta' formazzjoni, assi fissi u debituri dovuti f'iktar minn sena;

    (iii) klassi 3: kontijiet ta' stokk;

    (iv) klassi 4: kontijiet ta' debituri u kredituri dovuti f'sena jew inqas;

    (v) klassi 5: kontijiet finanzjarji;

    (b) għal kontijiet ta' dħul u spejjeż:

    (i) klassi 6: kontijiet ta' spejjeż;

    (ii) klassi 7: kontijiet ta' dħul;

    (ċ) għall-kontijiet speċjali:

    klassijiet 8 u 9: kontijiet speċjali;

    (d) għal tranżazzjonijiet li mhux fuq il-karta tal-bilanċ:

    klassi 0: tranżazzjonijiet mhux fuq il-karta tal-bilanċ

    4. Il-kontenut ta' kull kont u klassi u l-operazzjoni tiegħu trid tkun preskritta fil-karta tal-kontijiet.

    Taqsima 4

    Registrazzjoni

    Artikolu 213

    Annotazzjonijiet fil-kontijiet(L-Artikolu 135 tar-Regolament Finanzjarju)

    1. L-annotazzjonijiet isiru bil-metodu tal-partita doppja, fejn kull moviment jew varjazzjoni mniżżla fil-kontijiet ikunu rrapreżentati b'annotazzjoni li tistabbilixxi ekwivalenza bejn l-amont iddebitat u l-ammont ikkreditat fil-kontijiet diversi milqutin b'dik l-annotazzjoni.

    2. Il-kontroparti bl-ewro ta' tranżazzjoni li tkun saret b'munita oħra li mhux ewro tinħadem u tiddaħħal fil-kontijiet.

    Tranżazzjonijiet f'muniti barranin f'kontijiet li jistgħu ikunu rrivalutati, iridu jkunu rrivalutati mill-inqas kull darba li jingħalqu l-kontijiet.

    Dik ir-rivalutazzjoni tkun mibnija fuq ir-rati preskritti skond l-Artikolu 8.

    Ir-rata li għandha tintuża biex jinqalbu bejn l-ewro u munita oħra biex titħejja l-karta tal-bilanċ fil-31 ta' Diċembru tas-sena N rkun dik ta' l-aħħar ġurnata tax-xogħol tas-sena N-1.

    Artikolu 214

    Reġistrazzjonijiet tal-kontijiet(L-Artikolu 135 tar-Regolament Finanzjarju)

    Ir-reġistrazzjonijiet kollha tal-kontijiet jispeċifikaw l-oriġini, kontenut u referenza biex jitniżżel kull oġġett ta' tagħrif u r-referenzi u r-referenzi tad-dokumenti ta' sostenn relevanti.

    Artikolu 215

    Dokumenti ta' Sostenn(L-Artikolu 135 tar-Regolament Finanzjarju)

    1. Kull annotazzjoni tkun ibbażata fuq dokument ta' sostenn bid-data u innumerat, magħmul fuq il-karta jew fuq mezz li wieħed jista' joqgħod fuqu u li jiggarantixxi li l-kontenut tiegħu ikun protett għaż-żmien preskritt fl-Artikolu 49.

    2. Operazzjonijiet ta' l-istess tip, li jkunu saru fl-istess post u fl-istess jum jistgħu jinġabru f'dokument ta' sostenn wieħed.

    Artikolu 216

    Reġistrazzjoni fil-ġurnal(L-Artikolu 135 tar-Regolament Finanzjarju)

    Operazzjonijiet taż-żamma tal-kotba jitniżżlu fil-ġurnal b'wieħed mill-metodi li ġejjin, li ma jeskludux lil xulxin:

    (a) jum b'jum, operazzjoni b'operazzjoni;

    (b) fl-għamla ta' sommarju ta' kull xahar tat-totali involuti fl-operazzjonijiet, sakemm jinżammu dokumenti li minnhom tista' ssir verifikazzjoni ta' operazzjonijiet individwali jum b'jum.

    Artikolu 217

    Validazzjoni ta' l-annotazzjonijiet(L-Artikolu 135 tar-Regolament Finanzjarju)

    1. Annotazzjonijiet fil-ġurnal u f'reġistru ta' inventarju ikunu ffinalizzati permezz ta' proċedura ta' validazzjoni li ma tippermettix li tinbidel jew titħassar l-annotazzjoni.

    2. Proċedura ta' l-għeluq maħsuba biex tiffriża l-kronoloġija tar-reġistrazzjonijiet u li tiggarantixxi li ma jistgħux jintmessu trid tkun implimentata qabel ma jkunu ppreżentati r-rendikonti finanzjarji finali l-iktar tard.

    Taqsima 5

    Rikonċiljazzjoni u verifikazzjoni

    Artikolu 218

    Rikonċiljazzjoni tal-kontijiet(L-Artikolu 135 tar-Regolament Finanzjarju)

    1. Il-bilanċ tal-kontijiet fil-bilanċ ta' prova ikun irrikonċiljat perjodikament, u mill-inqas fl-għeluq annwali, bit-tagħrif mis-sistemi ta' treġija użati mill-uffiċċjali li jawtorizzaw għat-treġija ta' l-assi u l-piżijiet u biex jiddaħħlu kuljum fis-sistema tal-kontijiet.

    2. Perjodikament, u mill-inqas kull meta jingħalqu l-kontijiet, l-uffiċċjal tal-kontijiet jara li t-tagħrif fir-reġistru ta' l-inventarju msemmi fl-Artikolu 209 jaqbel mal-qagħda attwali, b'mod partikolari rigward:

    (a) flus il-bank, b'rikonċiljazzjoni tar-rendikonti tal-kontijiet mill-istituzzjonijiet finanzjarji;

    (b) flus fl-uffiċċji tal-flus, bir-rikonċiljazzjoni mat-tagħrif fil-ktieb tal-flus.

    Il-kontijiet ta' l-assi fissi jkunu rriveduti skond l-Artikolu 224.

    3. Il-kontijiet ta' assoċċjazzjonijet istituzzjonali jridu jkunu rrikonċiljati u mgħoddija kull xahar.

    4. Il-kontijiet ta' sospensjoni iridu jkunu rriveduti mill-uffiċċjal tal-kontijiet biex jgħaddu malajr kemm jista' jkun.

    Taqsima 6

    Kontijiet tal-budget

    Artikolu 219

    Kontenut u żamm tal-kontijiet tal-budget(L-Artikolu 137 tar-Regolament Finanzjarju)

    1. Għal kull sottodiviżjoni tal-budget, il-kontijiet tal-budget iridu juru:

    (a) fil-każ ta' nfiq:

    (i) l-appropjazzjonijiet awtorizzati fil-budget inizjali, l-appropjazzjonijiet mdaħħlin f'budgets li jemendaw, l-appropjazzjonijiet ġejjin minn qabel, l-appropjazzjonijiet disponibbli wara li jinġabar id-dħul assenjat, trasferimenti ta' appropjazzjonijiet u l-appropjazzjonijiet kollha disponibbli b'hekk;

    (ii) l-impenni u pagamenti għall-aħħar sena finanzjarja;

    (b) fil-każ ta' dħul:

    (i) l-istimi mniżżlin fil-budget inizjali, l-istimi mniżżlin f'budgets li jemendaw, dħul assenjat u l-ammonti totali ta' stimi ddeterminati hekk;

    (ii) l-intitolamenti stabbiliti u l-ammonti rċevuti għas-sena finanzjarja in kwistjoni;

    (ċ) l-impenni li għad iridu jitħallsu u d-dħul li għad irid jinġabar li ġejjin minn snin finanzjarji ta' qabel.

    L-appropjazzjonijiet ta'impenji u appropjazzjonijiet ta' pagamenti msemmijin fil-punt (a) ta' l-ewwel sottoparagrafu iridu jiddaħħlu u jintwerew separatament.

    L-impenni provviżorji globali li għandhom x'jaqsmu mal-FAEGG taqsima tal-Garanziji u l-pagamenti korrispondenti iridu jkunu rreġistrati wkoll fil-kontijiet tal-budget.

    Dawk l-impenni jkunu ppreżentati għall-appropjazzjonijiet totali tat-Taqsima tal-Garanziji tal-FAEGG.

    2. Il-kontijiet tal-budget iridu juru separatament:

    (a) l-użu ta' appropjazzjonijiet ġejjin minn qabel u l-appropjazzjonijiet għas-sena;

    (b) l-għeluq ta' impenji pendenti.

    Fuq in-naħa tad-dħul, ammonti li jridu jinġabru minn snin finanzjarji ta' qabel iridu jintwerew separatament.

    3. Il-kontijiet tal-budget jistgħu organizzati b'mod li minnhom tista' tinħareġ sistema ta' kontabilità ta' l-ispejjeż.

    4. Il-kontijiet tal-budget jinżammu permezz ta' sistemi ta' kompjuter, f'kotba jew fuq karti ta' l-iskedar.

    KAPITOLU 3

    (Kapitolu 4 tar-Regolament Finanzjarju)

    Inventarji tal-Proprjetà

    Artikolu 220

    Inventarji tal-Proprjetà(L-Artikolu 138 tar-Regolament Finanzjarju)

    Is-sistema ta' inventarji ta' proprjetà tkun stabbilita mill-uffiċċjal li jawtorizza b'għajnuna teknika mill-uffiċċjal tal-kontijiet. Dik is-sistema ta' inventarju trid tagħti t-tagħrif kollu meħtieġ biex jinżammu l-kotba u għas-salvagwardja ta' l-assi.

    Artikolu 221

    Salvagwardja tal-proprjetà(L-Artikolu 138 tar-Regolament Finanzjarju)

    Kull istituzzjoni trid taddotta dispożizzjonijiet dwar is-salvagwardja tal-proprjetà li hemm fil-karti tal-bilanċi rispettivi u tiddeċiedi liema dipartimenti amministrattivi huma responsabbli għas-sistema ta' inventarju.

    Artikolu 222

    Id-dħul ta' oġġetti fl-inventarju(L-Artikolu 138 tar-Regolament Finanzjarju)

    L-oġġetti kollha miksuba li biex inxtraw jew biex saru swew EUR 420 jew iktar, bi żmien ta' użu iktar minn sena, u li mhumiex oġġetti tal-konsum jiddaħħlu fl-inventarju u jitniżżlu fil-kontjiet ta' l-assi fissi.

    Artikolu 223

    Kontenut ta' l-inventarju għal kull oġġett(L-Artikolu 138 tar-Regolament Finanzjarju)

    L-inventarju jkun fih deskrizzjoni xierqa ta' kull oġġett u jispeċifika fejn qiegħed, meta nkiseb u kemm jiswa.

    Artikolu 224

    Kontrolli ta' l-inventarju(L-Artikolu 138 tar-Regolament Finanzjarju)

    Kontrolli ta' l-inventarju li jagħmluhom l-istituzzjonijiet iridu jsiru b'mod li jiżgura li kull oġġett jeżisti fiżikament u jaqbel ma' l-annotazzjoni rilevanti fl-inventarju. Kontrolli hekk isiru skond programm ta' verifikazzjoni ta' kull sena, ħlief għal assi fissi tanġibbli u le, li jridu jkunu kkontrollati mill-inqas kull tliet snin.

    Artikolu 225

    Bejgħ mill-ġdid ta' proprjetà(L-Artikolu 138 tar-Regolament Finanzjarju)

    Membri, uffiċjali jew impjegati oħrajn u kull persunal ieħor ta' l-istituzzjonijiet u entitajiet msemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament Finanzjarju ma jistgħux jiksbu oġġetti li dawn l-istituzzjonijiet u entitajiet ibiegħu mill-ġdid, ħlief dawk l-oġġetti li jerġgħu jinbiegħu bi proċedura pubblika ta' offerti.

    Artikolu 226

    Proċedura għall-bejgħ ta' assi fissi(L-Artikolu 138 tar-Regolament Finanzjarju)

    1. Bejgħ ta' assi fissi jkun irreklamat lokalment b'mod xieraq jekk l-oġġett jiswa iktar minn EUR 8100 jew iktar. Iż-żmien bejn il-pubblikazzjoni ta' l-aħħar notifikazzjoni u l-għeluq tal-kuntratt ta' bejgħ ma jistax ikun inqas minn erbatax-il jum kalendarju.

    Dak il-bejgħ ikun suġġett ta' avviż ta' bejgħ ipubblikat fil-Ġurnal Uffiċċjali tal-Komunitajiet Ewropej, jekk il-valur ta' xiri jkun EUR 391100 jew iktar. Jista' jitpoġġa reklamar xieraq ukoll fl-istampa ta' l-Istati Membri. Iż-żmien bejn id-data tal-pubblikazzjoni ta' l-avviż fil-Ġurnal Uffiċċjali tal-Komunitajiet Ewropej u l-għeluq tal-kuntratt ta' bejgħ m'għandux ikun inqas minn xahar.

    2. L-istituzzjonijiet jistgħu ma jagħmlux riklami meta l-ispejjeż għar-riklami jkunu ogħla mid-dħul mistenni mill-operazzjoni.

    3. L-istituzzjonijiet għandhom dejjem jaħdmu biex iġibu l-aħjar prezz mill-bejgħ ta' l-assi fissi.

    Artikolu 227

    Proċeduri biex jitneħħew l-assi fissi(L-Artikolu 138 tar-Regolament Finanzjarju)

    L-uffiċċjal li jawtorizza jagħmel rendikont jew reġistrazzjoni kull meta tinbiegħ xi proprjetà fl-inventarju, tingħata b'xejn, tintrema, tinkera jew tonqos għax tintilef, tinsteraq jew għal xi raġuni oħra.

    Ir-rendikont jew ir-reġistrazzjoni b'mod partikolari jridu jgħidu jekk l-oġġett iridx jitħallas minn xi uffiċjal jew impjegat ieħor tal-Kummissjoni jew xi ħadd ieħor.

    Meta proprjetà fissa jew stallazzjonijiet kbar jingħataw b'xejn, irid isir kuntratt u l-każ jiġi mgħarraf f'rapport annwali li jintbgħat lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill meta jkun ippreżentat l-abbozz tal-budget.

    IT-TIENI PARTI

    DISPOŻIZZJONIJIET SPEĊJALI

    TITOLU I

    (TITOLU II TAR-REGOLAMENT FINANZJARJU)

    FONDI STRUTTURALI

    Artikolu 228

    Ħlas lura ta' pagamenti akkont(L-Artikolu 157 tar-Regolament Finanzjarju)

    Skond ir-regolamenti dwar il-Fondi Strutturali u l-Fond ta' Koeżjoni, il-ħlas lura sħiħ jew f' parti minn pagamenti akkont għal xi operazzjoni ma jnaqqasx il-kontribuzzjoni mill-Fond għall-operazzjoni kkonċernata.

    Ammonti li jerġgħu jitħallsu jikkostitwixxu dħul assenjat skond il-punt (f) ta' l-Artikolu 18(1) tar-Regolament Finanzjarju.

    TITOLU II

    (TITOLU III TAR-REGOLAMENT FINANZJARJU)

    RIĊERKA

    Artikolu 229

    Tipi ta' operazzjonijiet(L-Artikolu 160 tar-Regolament Finanzjarju)

    1. L-appropjazzjonijiet għar-riċerka u l-iżvilupp teknoloġiku jintużaw biex issir azzjoni diretta, azzjoni indiretta taħt il-programm ta' struttura għar-riċerka msemmi fl-Artikolu 166 tat-Trattat tal-KE, u l-azzjoni msemmija fl-Artikolu 165 ta' dak it-Trattat bil-parteċipazzjoni fi programmi u attivitajiet kompetittivi mmexxija miċ-Ċentru tar-Riċerka Kontġunta (JRC)

    2. Azzjoni diretta ssir mill-istabbilimenti tal-JRC u skond il-prinċpju għandha titħallas mill-budget. Tkun magħmula minn:

    (a) programmi ta' riċerka;

    (b) attivitajiet ta' riċerka esploratorji;

    (ċ) attivitajiet ta' appoġġ xjentifiku u tekniku ta' natura istituzjonali.

    3. Azzjoni indiretta tkun magħmula minn programmi li jkunu saru taħt appalti ma' partijiet terzi. Il-JRC tista' tieħu sehem f'dawk l-attivitajiet fuq l-istess bażi bħal partijiet terzi.

    4. Biex ikun żgurat li l-politika ta' riċerka nazzjonali u l-politika tar-riċerka tal-Komunità jaqblu ma' xulxin, il-Kummissjoni tista' tieħu inizjattivi skond l-Artikolu 165 tat-Trattat tal-KE u spejjeż esklussivament amministrattivi tħallashom mill-budget.

    5. Minbarra l-programmi speċifiċi msemmijin fl-Artikolu 166(3) tat-Trattat tal-KE, il-Komunità tista' taddotta:

    (a) programmi supplimentari li jieħdu sehem fihom biss xi Stati Membri, skond l-Artikolu 168 tat-Tratta tal-KE;

    (b) programmi li jkunu qed isiru minn diversi Stati Membri, inkluża l-parteċipazzjoni fl-istrutturi maħluqin biex isiru dawk il-programmi, skond l-Artikolu 169 tat-Trattat tal-KE;

    (ċ) koperazzjoni ma' pajjiżi terzi jew organizzazzjonijiet internazzjonali skond l-Artikolu 170 tat-Trattat tal-KE;

    (d) xogħol konġunt, skond l-Artikolu 171 tat-Trattat tal-KE.

    6. L-attivitajiet ta' natura kompetittiva mmexxija mill-JRC jkunu magħmulin minn:

    (a) attivitajiet ta' appoġġ xjentifiku u tekniku taħt il-programmi strutturali ta' riċerka u żvilupp tekonoloġiku, li fil-prinċipju titħallas kompletament mill-budget;

    (b) is-servizzi għal partijiet terzi.

    Artikolu 230

    Regoli li jgħoddu għall-JRC(L-Artikolu 161 tar-Regolament Finanzjarju)

    1. L-istimi ta' l-ammonti li għandhom jittieħdu msemmijin fl-Artikolu 161(2) tar-Regolament Finanzjarju jintbgħatu lill-uffiċċjal tal-kontijiet biex jirreġistrahom.

    2. Meta l-attivitajiet li jagħmlu l-JRC għal partijiet terzi jinvolvu l-ksib, il-proċedura tal-ksib għandha tħares il-prinċipju tat-trasparenza u trattament ugwali.

    TITOLU III

    (TITOLU IV TAR-REGOLAMENT FINANZJARJU)

    AZZJONIJIET ESTERNI

    KAPITOLU I

    DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

    Artikolu 231

    Azzjonijiet li jistgħu jitħallsu(L-Artikolu 162 tar-Regolament Finanzjarju)

    Appropjazzjonijiet għall-azzjonijiet imsemmijin fit-Titolu IV, Kapitolu I tat-Tieni Parti tar-Regolament Finanzjarju jistgħu b'mod partikolari iħallsu appalti ta' ksib, konċessjonijiet, inklużi sussidji bl-imgħax, self speċjali, garanziji fuq self u għajnuna finanzjarja, appoġġ għall-budget u forom speċifiċi oħra ta' għajnuna għall-budget.

    KAPITOLU 2

    Implimentazzjoni ta' azzjonijiet

    Artikolu 232

    Ftehim ta' finanzjament fi treġija ċċentralizzata(L-Artikolu 166 tar-Regolament Finanzjarju)

    1. Qabel ma jintlaħaq ftehim ta' finanzjament għal azzjoni li se ssir minħabba treġija ddeċentralizata, l-uffiċċjal li jawtorizza responsabbli irid jiżgura permezz ta' dokumenti u kontrolli għal għarrieda, li s-sistema ta' treġija stabbilita mill-pajjiż terz benefiċjarju tħares l-Artikolu 164(1) tar-Regolament Finanzjarju.

    2. Kull ftehim ta' finanzjament milħuq fil-kuntest ta' treġija ddeċentralizzata trid, fis-sħiħ jew f'parti, skond il-grad ta' deċentralizzazzjoni miftiehem, tippreskrivi espliċitament dispożizzjonijiet:

    (a) li jiżguraw ħarsien tal-kriterji preskritti fl-Artikolu 164(1) tar-Regolament Finanzjarju;

    (b) li jiddikjaraw li, jekk ma jibqgħux jitħarsu l-kriterji preskritti fl-Artikolu 164(1) tar-Regolament Finanzjarju, il-Kummissjoni tista' twaqqaf għal xi żmien l-implimentazzjoni tal-ftehim;

    (ċ) li jiddefinixxu l-proċedura kuntrarja biex jgħaddu l-kontijiet, kif previst fl-Artikolu 53(5) tar-Regolament Finanzjarju, li jista' jintuża biex jidentifika r-responsabbilta' tal-pajjiż terz;

    (d) li jistabbilixxu mekkaniżmi ta' korrezzjoni finanzjarja msemmijin fl-Artikolu 53(5) tar-Regolament Finanzjarju u speċifikati fl-Artikolu 42, b'mod partikolari rigward irkupru permezz ta' kumpens.

    Artikolu 233

    Self Speċjali(L-Artikolu 166 tar-Regolament Finanzjarju)

    Kuntratt ta' self isir bejn il-Kummissjoni, waqt li taġixxi għal Komunità, u min qed jissellef għal kull proġett ta' investiment imħallas minn self speċjali.

    Artikolu 234

    Kontijiet Bankarji(L-Artikolu 166 tar-Regolament Finanzjarju)

    1. Għal pagamenti fil-munita ta' l-Istat riċevitur, kontijiet bl-ewro jinfetħu ma' istituzzjoni finanzjarja fl-Istat riċevitur f'isem il-Kummissjoni jew, bi qbil, tar-riċevitur. Il-fondi jridu jkunu jistgħu jintgħarfu mit-titoli ta' dawk il-kontijiet.

    2. Il-kontijiet imsemmijin fil-Paragrafu 1 ikollhom biżżejjed biex ilaħħqu mal-ħtiġiet attwali ta' flus. Trasferimenti jsiru bl-ewro u maqlubin, fejn meħtieġ, għall-munita ta' l-Istat riċevitur u meta jrid isir pagament, skond l-Artikoli 7 u 8.

    KAPITOLU 3

    Ksib

    Artikolu 235

    Kiri ta' bini(L-Artikolu 167 tar-Regolament Finanzjarju)

    L-uniċi kuntratti ta' bini li jistgħu jitħallsu minn appropjazzjonijiet operattivi għal azzjonijiet esterni huma dawk li għandhom x'jaqsmu ma' kiri ta' bini li jkun diġa mibni meta ssir il-kera. Dawn il-kuntratti jkunu ppubblikati kif preskritt fl-Artikolu 119.

    Artikolu 236

    Definizzjonijiet(L-Artikolu 167 tar-Regolament Finanzjarju)

    1. Appalti ta' servizzi jkun fihom appalti ta' studju u għajnuna teknika.

    Appalt ta' studju hu appalt ta' servizz bejn fornitur u l-awtorità ta' l-appalti li jinkludi studji għall-identifikazzjoni u t-tħejjija ta' proġetti, kemm hu ta' min jagħmel il-proġett, studji ekonomiċi u tas-suq, studji tekniċi u verifiki.

    Appalt ta' għajnuna teknika hu meta l-fornitur jintalab jagħti sehmu permezz ta' parir, biex imexxi jew jissorvelja proġett jew biex jipprovdi l-konsulenti speċifikati fl-appalt.

    2. Meta pajjiż terz ikollu persunal ta' treġija kkwalifikat fid-dipartimenti tiegħu jew entitajiet b'parteċipazzjoni fis-settur pubbliku, l-appalti jistgħu isiru direttament minn dawn id-dipartimenti jew entitajiet permezz ta' xogħol dirett.

    Artikolu 237

    Dispożizzjonijiet speċjali dwar limiti u arranġamenti biex jingħataw appalti esterni(L-Artikolu 167(1)(a) u (b) tar-Regolament Finanzjarju)

    1. L-Artikoli 118 sa 121, ħlief id-definizzjonijiet, l-Artikolu 122(3) u (4), l-Artikoli 123, 126 sa 129, 131 (3) sa (6), l-Artikolu 139(2), l-Artikoli 140 sa 146, l-Artikolu 148 u l-Artikoli 151 u 152 ma jgħoddux għal appalti ta' ksib li jsiru f'isem l-awtoritajiet ta' l-appalti msemmijin fil-punti (a) u)b) ta' l-Artikolu 167(1) ter-Regolament Finanzjarju.

    Implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-ksib skond dan il-Kapitolu ikunu deċiżi mill-Kummissjoni.

    2. Fin-nuqqas ta' ħarsien tal-proċeduri msemmijin fil-paragrafu 1, infiq fuq l-operazzjonijiet in kwistjoni mhux eliġibbli għal finanzjament mill-Komunità.

    3. Appalti mogħtija għal għajnuna ta' ikel ikunu koperti bl-arranġamenti speċifiċi tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2519/97 [21].

    4. Dan il-Kapitolu ma jgħoddx għall-awtoritajiet ta' l-appalti msemmijin fil-punt (b) ta' l-Artikolu 167(1) tar-Regolament Finanzjarju, fejn, wara l-kontrolli msemmijin fl-Artikolu 35, il-Kummissjoni tkun awtorizzathom jużaw il-proċeduri tal-ksib tagħhom stess skond treġija iddeċentralizzata.

    Artikolu 238

    Ksib mill-awtoritajiet ta' l-appalti msemmijin fl-Artikolu 167(1) (ċ) tar-Regolament Finanzjarju(L-Artikolu 167(1)(ċ) tar-Regolament Finanzjarju)

    1. Id-dispożizzjonijiet ta' dan il-Kapitolu ma jgħoddux għal ksib mill-awtoritajiet ta' l-appalti msemmijin fil-punt (ċ) ta' l-Artikolu 167(1) tar-Regolament Finanzjarju.

    2. Id-dispożizzjonijiet ta' dan il-Kapitolu ma jgħoddux għal azzjonijiet skond ir-Regolament (KE) Nru 1257/96.

    3. Il-proċeduri speċifiċi ta' ksib li għandhom jintużaw fil-każi msemmijin fil-paragrafi 1 u 2 tiddeċidihom il-Kummissjoni skond il-prinċipji msemmijin fl-Artikolu 184.

    4. Fin-nuqqas ta' ħarsien tal-proċeduri msemmijin fil-paragrafu 3, l-infiq fuq l-operazzonijiet in kwistjoni ma jkunx eliġibbli biex jitħallas mill-Komunità.

    Artikolu 239

    Irreklamar u non-diskriminazzjoni(L-Artikoli 167 u 168 tar-Regolament Finanzjarju)

    Il-Kummissjoni tieħu l-miżuri implimentattivi meħtieġa biex tiggarantixxi parteċipazzjoni vasta kemm jista' jkun, fuq termini ugwali, f'offerti kompettitivi għall-appalti mħallsin mill-Komunità. Għal dak il-għan, trid tingħata attenzjoni biex:

    (a) tkun żgurata pubblikazzjoni xierqa minn qabel, b'biżżejjed żmien, ta' l-avviżi ta' tagħrif minn qabel, avviżi ta' appalti u avviżi ta' għoti;

    (b) tkun eliminata kull prattika jew speċifikazzjoni teknika diskriminatorja li tista' ttellef milli jkun hemm parteċipazzjoni vasta fuq termini ugwali ta' persuni naturali jew legali msemmijin fl-Artikolu 168 tar-Regolament Finanzjarju.

    Artikolu 240

    Irreklamar(L-Artikolu 167 tar-Regolament Finanzjarju)

    1. L-avviż ta' tagħrif minn qabel għall sejħiet internazzjonali għall-offerti jintbagħtu fl-Uffiċċju tal-Ġurnal Uffiċċjali tal-Komunitajiet Ewropej kmieni kemm jista' jkun, u dejjem qabel il-31 ta' Marzu ta' kull sena għal appalti ta' fornitura u servizzi u malajr kemm jista' jkun wara li tittieħed id-deċiżjoni li tawtorizza l-programm għal appalti ta' xogħlijiet.

    2. Għall-iskopijiet ta' dan il-Kapitolu, l-avviż ta' l-appalt tkun ippubblikata:

    (a) mill-inqas fil-Ġurnal Uffiċċjali tal-Komunitajiet Ewropej u fl-internet għal sejħiet internazzjonali għall-offerti;

    (b) mill-inqas fil-gazzetta uffiċċjali ta' l-Istat riċevitur jew f'pubblikazzjoni ekwivalenti għal sejħiet lokali għall-offerti.

    Meta l-avviż ta' l-appalt tkun ippubblikat lokalment ukoll, irid ikun identiku bħall-dak ippublikat fil-Ġurnal Uffiċċjali tal-Komunitajiet Ewropej u fuq l-internet u jridu jkunu ppubblikati flimkien. Il-Kummissjoni għandha r-responsabbilta' li tippubblika fil-Ġurnal Uffiċċjali tal-Komunitajiet Ewropej u fuq l-internet. Jekk l-avviż ikun ippubblikat lokalment, dan jista' jsir mill-benefiċjarju.

    3. L-avviż ta' l-għoti jintbagħat meta jkun iffirmat l-appalt.

    Artikolu 241

    Limiti u proċeduri għall-għoti ta' appalt ta' servizzi(L-Artikolu 167 tar-Regolament Finanzjarju)

    1. Il-limiti u l-proċeduri msemmijin fl-Artikolu 167 tar-Regolament Finanzjarju ikunu kif ġej għal appalti ta' servizzi:

    (a) għal appalti li jiswew EUR 200000 jew iktar: stedina restritta internazzjonali biex isiru l-offerti fis-sens ta' punt (b) ta' l-Artikolu 122(2) u punt (a) ta' l-Artikolu 240(2);

    (b) għal appalti li jiswew inqas minn EUR 200000: proċedura ta' kompetizzjoni nnegozjata fis-sens ta' paragrafu 3, sakemm ma jistax jintuża appalt strutturali li diġa' jeżisti jew meta ntuża', ma rnexxiex.

    Appalti li jiswew inqas minn EUR 5000 jistgħu jingħataw minn fuq offerta waħda.

    2. Fil-proċedura internazzjonali ristretta msemmija fil-punt (a) tal-paragrafu 1, l-avviż ta' l-appalt irid jgħid l-għadd ta' kandidati li jkunu mistiednin biex jitfgħu l-offerti. Għal appalti ta' servizzi l-għadd ta' dawk li jitfgħu l-offerti jkun bejn erbgħa u tmienja. L-għadd ta' kandidati li jistgħu jitfgħu l-offerti jrid ikun biżżejjed biex jiżgura kompetizzjoni ġenwina.

    Il-lista ta' kandidati magħżula tkun ippubblikata fuq is-sit ta' l-internet tal-Kummissjoni.

    3. Skond il-proċedura nnegozjata msemmija fil-punt (b) tal-paragrafu 1, l-awtorità ta' l-appalti tagħmel lista ta' mill-inqas tliet fornituri li tkun għażlet. Il-proċedura tinvolvi offerti kompetittivi, mingħajr ma jkun ippubblikat avviż u tissejjaħ proċedura kompetittiva nnegozjata mhux koperta mill-Artikolu 124.

    L-offerti jinfetħu u jkunu evalwati minn bord ta' għażla bil-kompetenza teknika u amministrattiva meħtieġa. Il-membri tal-bord ta' l-għażla jridu jiffirmaw dikjarazzjoni ta' imparzjalita.

    Jekk l-awtorità ta' l-appalti ma tilqax mill-inqas tlett offerti validi, il-proċedura trid titħassar u terġa' tinbeda.

    4. L-offerti jintbagħtu f'pakkett jew envelop li jkun fih żewġ enveloppi separati u ssiġillati, wieħed bil-kliem envelop A - Offerta Teknika u l-ieħor bil-kliem Envelop B - Offerta finanzjarja. L-envelop ta' barra jkollu:

    (a) l-indirizz fejn iridu jintbagħtu l-offerti kif muri fid-dokument ta' l-offerti;

    (b) ir-referenza għas-sejħa għall-offerti li qed twieġeb għaliha din l-offerta;

    (ċ) fejn jixraq, in-numri tal-lottijiet li qed tintefa' l-offerta għalihom;

    (d) il-frażi "M'għandux jinfetaħ qabel is-sessjoni tal-ftuħ ta' l-offerti", fl-ilsien tad-dokumenti ta' l-offerta.

    Jekk fid-dokumenti ta' l-offerti kienu mistennija xi intervisti, il-bord ta' l-għażla jista' jintervista lill-membri prinċipali ta' l-iskwadra ta' l-esperti proposta fl-offerti li kienu teknikament aċċettabbli, wara li jkun stabbilixxa bil-miktub il-konklużjonijiet provviżorji tiegħu u qabel ma jikkonkludi definittivament l-evalwazzjoni ta' l-offerti tekniċi. F'każi hekk il-bord ta' l-għażla jintervista lill-esperti, preferibbilment flimkien jekk huma parti minn skwadra, u qrib biżżejjed biex ikunu jistgħu isiru xi paraguni. L-intervisti jsiru skond disinn standard li l-bord ta' l-għażla jkun qabel fuqu minn qabel u jkun applikat fuq l-esperti jew skwadri kollha msejħa għal intervista. Id-data u l-ħin ta' l-intervista jrid ikun mgħarraf lil dawk li tefgħu l-offerti mill-inqas għaxart ijiem kaledarji minn qabel. F'każ ta' forza maġġuri, li ma tħallix dawk li jagħmlu l-offerti imorru għall-intervista, irid jintbagħtilhom data u ħin ġdid.

    5. Il-kriterji ta' l-għoti ta' l-appalt iridu jidentifikaw l-offerta li tagħti l-aħjar valur għal prezzha.

    L-offerta li tagħti l-aqwa valur għal prezzha tintgħażel skond tqassim ta' 80/20 fuq kwalità teknika u prezz. Għal dak l-iskop:

    (a) il-punteġġ mogħti għal offerti tekniċi ikun immoltiplikat b' 0.80;

    (b) il-punteġġ mogħti għall-prezzijiet ikun immoltiplikat b'0.20.

    Artikolu 242

    Proċedura nnegozjata għal appalti ta' servizzi(L-Artikolu 167 tar-Regolament Finanzjarju)

    1. Għal appalti ta' servizzi, l-awtoritajiet ta' l-appalti tista' tuża l-proċedura nnegozjata ma' offerta waħda, wara lil-Kummissjoni tkun qablet, sakemm mhux hi l-awtorità ta' l-appalti, fil-każi li ġejjin:

    (a) meta għal raġunijiet ta' urġenza estrema maħluqa minn eventi li l-awtoritajiet ta' l-appalti ma setgħux raw minn qabel u li mhux minħabba fihom, il-limitu ta' żmien għall-proċeduri msemmi fil-punti (a),(b) u (ċ) ta' l-Artikolu 91(1) tar-Regolament Finanzjarju ma jistax jinżamm;

    (b) meta s-servizzi jingħataw f'idejn entitajiet tas-settur pubbliku jew lill-istituzzjonijiet li ma jagħmlux profitt u għandhom x'jaqsmu ma' attivitajiet ta' natura istituzzjonali jew maħsubin biex jagħtu għajnuna lill-ġnus f'qasam soċjali;

    (ċ) għal servizzi li huma estensjoni ta' servizzi mibdijin, bla ħsara għall-kondizzjonijiet preskritti fil-paragrafu 2;

    (d) meta l-proċedura ta' l-appalti ma tkunx irnexxiet, jiġifieri, meta ma tkun intlaqgħet l-ebda offerta siewja kemm finanzjarjament kif ukoll teknikament, f'dak il-każ, wara li titħassar il-proċedura għall-offerti, l-awtorità ta' l-appalti tista' tinnegozja ma' wieħed minn dawk li tefgħu l-offerti jew iktar, milli tkun għażlet hi fost dawk li ħadu sehem fis-sejħa għall-offerti, sakemm it-termini oriġinali ta' l-appalt ma jinbidlux sostanzjalment;

    (e) meta l-appalt ikkonċernat isegwi kompetizzjoni u, skond ir-regoli li jkunu jgħoddu, irid jingħata lill-kandidat li rnexxa jew lill-wieħed mill-kandidati li rnexxew, f'dak il-każ il-kandidati kollha li rnexxew ikunu misteidna biex jieħdu sehem fin-negozjati;

    (f) meta, għal raġunijiet tekniċi, jew minħabba raġunijiet marbutin mal-protezzjoni ta' drittijiet esklusivi, l-applt jista' jingħata biss lill-fornitur ta' servizz partikolari.

    Għall-iskopijiet ta' punt (a) ta' l-ewwel sottoparagrafu, il-ħidmiet magħmulin f'sitwazzjonijiet ta' kriżi kif imsemmi fl-Artikolu 168(2) jingħaddu daqs li jissodisfaw il-prova ta' urġenza estrema. L-uffiċċjal bid-delegazzjoni li jawtorizza, fejn jixraq, flimkien ma' l-uffiċċjali bid-delegazzjoni li jawtorizzaw l-oħrajn, jistabbilixxi li teżisti sitwazzjoni ta' urġenza estrema u jirrevedi d-deċiżjoni tiegħu regolarment rigward il-prinċipju ta' treġija finanzjarja tajba.

    2. Servizzi fejn diġa nbdiet estensjoni ta' servizzi, kif imsemmi fil-punt (a) tal-paragrafu 1, huma kif ġej:

    (a) servizzi oħrajn li ma jaqgħux taħt l-appalt ewlieni imma li, minħabba ċirkustanzi imprevvisti, saru meħtieġa għall-appalt, sakemm is-servizz l-ieħor ma jistax jinfired mill-appalt ewlieni teknikament u ekonomikament mingħajr inkonvenjent serju għall-awtorità ta' l-appalti u l-ammont totali ma jaqbiżx il-50 % tal-valur ta' l-appalt prinċipali;

    (b) servizzi oħrajn magħmula minn ripetizzjoni ta' servizzi simili mogħtija f'idejn l-appaltatur li qed jagħti s-servizz ta' l-ewwel appalt, sakemm kien ippubblikat avviż għall-provediment ta' l-ewwel servizz, u l-possibbilta li tintuża proċedura nnegozjata għal servizzi ġodda għall-proġett u l-prezz stmat kienu indikati b'mod ċar fl-avviż ta' l-appalt ippubblikat għall-ewwel servizz.

    Estensjoni waħda ta' l-appalt tista' ssir għal valur u żmien li ma jkunx iktar mill-valur u ż-żmien ta' l-appalt oriġinali.

    Artikolu 243

    Limiti u proċeduri għall-għoti ta' appalti ta' fornitura(L-Artikolu 167 tar-Regolament Finanzjarju)

    1. Għal appalti ta' fornitura, il-limiti u l-proċeduri msemmijin fl-Artikolu 167 tar-Regolament Finanzjarju ikunu kif ġej:

    (a) għal appalti li jiswew EUR 150000 jew iktar: sejħa internazzjonali għall-offerti miftuħa fis-sens tal-punt (a) ta' l-Artikolu 122(2) u punt (a) ta' l-Artikolu 240(2);

    (b) għal appalti li jiswew EUR 30000 jew iktar iżda inqas minn EUR 150000: sejħa lokali għall-offerti miftuħa fis-sens tal-punt (a) ta' l-Artikolu 122(2) u punt (b) ta' l-Artikolu 240(2);

    (ċ) għal appalti li jiswew inqas minn EUR 30000: Proċedura nnegozjata kompettitiva fis-sens tal-paragrafu 2.

    Appalti li jiswew inqas minn EUR 5000 jistgħu jingħataw fuq bażi ta' offerta waħda.

    2. Skond il-proċedura nnegozjata msemmija fil-punt (ċ) tal-paragrafu 1, l-awtorità ta' l-appalti tagħmel lista ta' mill-inqas tliet fornituri li tagħżel hi. Il-proċedura tinvolvi offerti limitati f'kompetizzjoni, mingħajr il-pubblikazzjoni ta' avviż, u tissejjaħ proċedura nnegozjata kompetittiva mhux koperta mill-Artikolu 124.

    L-offerti jinfetħu u jkunu evalwati minn bord ta' għażla bil-kompetenza teknika u amministrattiva meħtieġa. Il-membri tal-bord ta' l-għażla jridu jiffirmaw dikjarazzjoni ta' imparzjalita.

    Jekk l-awtorità ta' l-appalti ma tilqax mill-inqas tlett offerti validi, il-proċedura trid titħassar u terġa' tinbeda.

    3. Kull offerta teknika u finanzjarja trid titpoġġa f'envelop wieħed u ssiġillat, hu nnifsu impoġġi f'pakkett jew envelop ieħor. L-envelop ta' ġewwa jrid ikollu:

    (a) l-indirizz fejn iridu jintbagħtu l-offerti kif muri fid-dokument ta' l-offerti;

    (b) ir-referenza għas-sejħa għall-offerti li qed twieġeb għaliha din l-offerta;

    (ċ) fejn jixraq, in-numri tal-lottijiet li qed tintefa' l-offerta għalihom;

    (d) il-frażi "M'għandux jinfetaħ qabel is-sessjoni tal-ftuħ ta' l-offerti", fl-ilsien tad-dokumenti ta' l-offerta.

    Fil-post u l-ħin stabbiliti fid-dokumenti ta' l-offerti, l-offerti jifetħu fil-pubbliku mill-kumitat ta' evalwazzjoni. Fil-ftuħ pubbliku ta' l-offerti, l-ismijiet ta' min tefa' l-offerti, il-prezzijiet ikkwotati, il-provediment tal-garanzija meħtieġa għall-offerta u kull formalita oħra li l-awtorità ta' l-appalti tqis meħtieġ li xxandar.

    4. Fil-każ ta' appalt ta' fornitura li ma jinvolvix servizz wara l-bejgħ, l-uniku kriterju għall-għoti jkun il-prezz.

    Meta l-proposti għas-servizz ta' wara l-bejgħ ikunu jgħoddu partikolarment, l-offerta li tagħti l-aħjar valur għall-prezzha tista' tintgħażel, b'konsidrazzjoni xierqa għall-kwalità tas-servizz offrut u l-prezz ikkwotat.

    Artikolu 244

    Proċeduri nnegozjati għal appalti ta' fornitura(L-Artikolu 167 tar-Regolament Finanzjarju)

    1. Kuntratti ta' fornitura jistgħu jingħataw bi proċedura nnegozjata ma' offerta waħidha, wara l-l-Kummissjoni tkun qablet, sakemm mhux hi l-awtorità ta' l-appalti, fil-każi li ġejjin:

    (a) meta għal raġunijiet ta' urġenza estrema maħluqa minn eventi li l-awtoritajiet ta' l-appalti ma setgħux raw minn qabel u li mhux minħabba fihom, il-limitu ta' żmien għall-proċeduri msemmi fil-punti (a), (b) u (ċ) ta' l-Artikolu 91(1) tar-Regolament Finanzjarju ma jistax jinżamm;

    (b) meta meħtieġ min-natura jew karatteristiċi partikolari tal-provvisti, per eżempju, fejn il-kuntratt jista' jsir biss minn min għandu l-brevetti jew liċenzji li juża l-brevetti;

    (ċ) għal iktar konsinni tal-fornitur oriġinali maħsubin bħala bdil parzjali ta' provvisti normali jew installazzjonijiet jew bħala estensjoni ta' provvisti installazzjonijiet li diġa hemm, meta bidla ta' fornitur iġġiegħel lill-awtorità ta' l-appalti tikseb tagħmir b'karatteristiċi tekniċi li jwaslu għal inkompatibbilità jew diffikultajiet tekniċi kbar fit-tħaddim u l-manutenzjoni;

    (d) meta l-proċedura ta' l-appalti ma tkunx irnexxiet, jiġifieri, meta ma tkun intlaqgħet l-ebda offerta siewja kemm finanzjarjament kif ukoll teknikament. F'dak il-każ, wara li titħassar il-proċedura għall-offerti, l-awtorità ta' l-appalti tista' tinnegozja ma' wieħed minn dawk li tefgħu l-offerti jew iktar, milli tkun għażlet hi fost dawk li ħadu sehem fis-sejħa għall-offerti, sakemm it-termini oriġinali ta' l-appalt ma jinbidlux sostanzjalment

    2. Għall-iskopijiet ta' punt (a) tal-paragrafu 1, il-ħidmiet li jsiru f'sitwazzjonijiet ta' kriżi kif imsemmi fl-Artikolu 168(2) jitqiesu li jissodisfaw il-prova ta' urġenza estrema. L-uffiċċjal b'delegazzjoni li jawtorizza, fejn jixraq flimkien ma' l-uffiċċjali bid-delegazzjoni li jawtorizzaw ikkonċernati, jistabbilixxu li teżisti sitwazzjoni ta' urġenza estrema u jirrevedi d-deċiżjoni tiegħu regolarment b'konsiderazzjoni għall-prinċipju ta' treġija finanzjarja tajba.

    Artikolu 245

    Limiti u proċeduri għall-għoti ta' appalti ta' xogħlijiet(L-Artikolu 167 tar-Regolament Finanzjarju)

    1. Il-limiti u l-proċeduri msemmijin fl-Artikolu 167 tar-Regolament Finanzjarju ikunu kif ġej għal appalti ta' xogħlijiet:

    (a) għal appalti li jiswew EUR 5000000 jew iktar:

    (i) fil-prinċipju stedina internazzjonali miftuħa biex jintefgħu l-offerti fis-sens tal-punt (a) ta' l-Artikolu 122(2) u l-punt (a) ta' l-Artikolu 240(2);

    (ii) eċċezzjonalment, minħabba l-karatteristiċi ta' ċerti xogħlijiet u wara l-qbil tal-Kummissjoni, stedina internazzjonali ristretta għall-offerti fis-sens tal-punt (b) ta' l-Artikolu 122(2) u punt (a) ta' l-Artikolu 240(2);

    (b) għal appalti li jiswew EUR 300000 jew iktar imma inqas minn EUR 5000000: stedina lokali miftuħa għall-offerti fis-sens tal-punt (b) ta' l-Artikolu 122(2) u l-punt (a) ta' l-Artikolu 240(2);

    (ċ) għal appalti li jiswew inqas minn EUR 300000: proċedura nnegozjata kompetittiva fis-sens tal-paragrafu 2;

    Appalti li jiswew inqas minn EUR 5000 jistgħu jingħataw fuq bażi ta' offerta waħda.

    2. Skond il-proċedura nnegozjata msemmija fil-punt (ċ) tal-paragrafu 1, l-awtorità ta' l-appalti tagħmel lista ta' mill-inqas tliet appaltaturi li tagħżel hi. Il-proċedura tinvolvi offerti kompetittivi limitati, mingħajr pubblikazzjoni ta' avviż, u tissejjaħ proċedura kompetittiva nnegozjata mhux koperta minn l-Artikolu 124.

    L-offerti jinfetħu u jkunu evalwati minn bord ta' għażla bil-kompetenza teknika u amministrattiva meħtieġa. Il-membri tal-bord ta' l-għażla jridu jiffirmaw dikjarazzjoni ta' imparzjalita.

    Jekk l-awtorità ta' l-appalti ma tilqax mill-inqas tlett offerti validi, il-proċedura trid titħassar u terġa' tinbeda.

    3. Il-kriterji ta' l-għażla jridu jinkludu l-ħila ta' min jitfa' l-offerta li jagħmel appalti simili, b'mod partikolari b'referenza għal xogħlijiet li saru fi snin riċenti. Meta l-għażla ssir b'dan il-mod u minħabba li offerti inammissibbli jkunu diga sfaw eliminati, l-uniku kriterju ta' għażla jkun il-prezz.

    4. Kull offerta teknika u finanzjarja trid titpoġġa f'envelop wieħed u ssiġillat, hu nnifsu impoġġi f'pakkett jew envelop ieħor. L-envelop ta' ġewwa jrid ikollu:

    (a) l-indirizz fejn iridu jintbagħtu l-offerti kif muri fid-dokument ta' l-offerti;

    (b) ir-referenza għas-sejħa għall-offerti li qed twieġeb għaliha din l-offerta;

    (ċ) fejn jixraq, in-numri tal-lottijiet li qed tintefa' l-offerta għalihom;

    (d) il-frażi "M'għandux jinfetaħ qabel is-sessjoni tal-ftuħ ta' l-offerti", fl-ilsien tad-dokumenti ta' l-offerta.

    L-offerti jinfetħu fil-pubbliku mill-kumitat ta' evalwazzjoni fil-post u l-ħin stabbiliti fid-dokumenti ta' l-offerti. Fil-ftuħ pubbliku ta' l-offerti, l-ismijiet ta' min tefa' l-offerti, il-prezzijiet ikkwotati, il-provediment tal-garanzija meħtieġa għall-offerta u kull formalita oħra li l-awtorità ta' l-appalti tqis meħtieġ li xxandar.

    Artikolu 246

    Użu tal-proċedura nnegozjata għal appalti ta' xogħlijiet(L-Artikolu 167 tar-Regolament Finanzjarju)

    1. Appalti ta' xogħlijiet jistgħu jingħataw bi proċedura nnegozjata b'offerta waħda, wara li l-Kummisjoni tagħti l-qbil tagħha jekk ma tkunx l-awtorità ta' l-appalt, fil-każi li ġejjin:

    (a) meta għal raġunijiet ta' urġenza estrema maħluqa minn eventi li l-awtoritajiet ta' l-appalti ma setgħux raw minn qabel u li mhux minħabba fihom, il-limitu ta' żmien għall-proċeduri msemmi fil-punti (a),(b) u (ċ) ta' l-Artikolu 91(1) tar-Regolament Finanzjarju ma jistax jinżamm;

    (b) għal xogħlijiet oħra mhux inklużi fl-appalt inizjali imma, li minħabba ċirkustanzi imprevvisti, saru meħtieġa biex isir ix-xogħol deskritt fihom, Bla ħsara għall-kondizzjonijiet preskritti fil-paragrafu 2;

    (ċ) meta l-proċedura ta' l-appalti ma tkunx irnexxiet, jiġifieri, meta ma tkun intlaqgħet l-ebda offerta siewja kemm finanzjarjament kif ukoll teknikament. F'każi hekk, wara li titħassar il-proċedura għall-offerti, l-awtorità ta' l-appalti tista' tinnegozja ma' wieħed minn dawk li tefgħu l-offerti jew iktar, milli tkun għażlet hi fost dawk li ħadu sehem fis-sejħa għall-offerti, sakemm it-termini oriġinali ta' l-appalt ma jinbidlux sostanzjalment.

    Għall-iskopijiet tal-punt (a) ta' l-ewwel sottoparagrafu, ħidmiet li jkunu saru f'sitwazzjonijiet ta' kriżi kif imsemmi fl-Artikolu 168(2) jitqiesu li jissodisfaw il-prova ta' urġenza estrema. L-uffiċċjal bid-delegazzjoni li jawtorizza, fejn jixraq, flimkien ma' l-uffiċċjali bid-delegazzjoni li jawtorizzaw l-oħrajn, jistabbilixxi li teżisti sitwazzjoni ta' urġenza estrema u jirrevedi d-deċiżjoni tiegħu regolarment rigward il-prinċipju ta' treġija finanzjarja tajba.

    2. Ix-xogħlijiet imsemmijin fil-punt (b) tal-paragrafu 1 jingħata jingħata lill-appaltatur li diġa' jkun qed jagħmel ix-xogħol:

    (a) meta xogħlijiet hekk ma jistgħux jinfirdu teknikament jew ekonomikament mill-kuntratt ewlieni mingħajr inkonvenjent serju għall-awtorità ta' l-appalti;

    (b) meta xogħlijiet hekk, għalkemm jistgħu jinfirdu mill-prestazzjoni ta' l-appalt l-oriġinali, huma meħtieġa bil-fors biex dan jitlesta;

    (ċ) meta l-valur totali ta' l-appalti mogħtija għal xogħol ieħor mhux iktar minn 50 % tal-valur ta' l-appalt ewlieni.

    Artikolu 247

    Użu tal-proċedura nnegozjata għal appalti ta' bini(L-Artikolu 167 tar-Regolament Finanzjarju)

    Appalti ta' bini kif imsemmi fl-Artikolu 225 jistgħu jingħataw bi proċedura nnegozjata wara li saret tfittxija fis-suq lokali u wara li l-Kummissjoni tat il-qbil tagħha jekk hi ma tkunx l-awtorità ta' l-appalti.

    Artikolu 248

    Għażla tal-proċedura ta' ksib għal appalti mħalltin(L-Artikolu 167 tar-Regolament Finanzjarju)

    Fil-każ ta' kuntratti li jinvolvu fornitura ta' servizzi u fornitura ta' provvisti jew li jridu jsiru xi xogħlijiet, l-awtorità ta' l-appalti, wara li l-Kummissjoni tagħti l-qbil tagħha sakemm ma tkunx l-awtorità ta' l-appalti, tiddetermina l-limiti u l-proċeduri li jgħoddu b'refernza għall-aspett predominanti stmat fuq il-bażi ta' valur relattiv u xi jfissru l-komponenti diversi fit-tħaddim ta' l-appalt.

    Artikolu 249

    Dokumenti ta' l-offerti(L-Artikolu 167 tar-Regolament Finanzjarju)

    1. Id-dokumenti ta' l-offerti msemmijin fl-Artikolu 130 isiru fuq il-bażi ta' l-aħjar prattika internazzjonali u skond id-dispożizzjonijiet ta' dan il-Kapitolu rigward irreklamar u kuntatti bejn l-awtorità ta' l-appalti u min jitfa' l-offerti.

    2. Għal appalti ta' servizzi, l-iskeda ta' l-offerta jrid ikollha dawn id-dokumenti:

    (a) istruzzjonijiet għal min jitfa' l-offerti, li jrid ikollhom:

    (i) it-tip ta'appalt;

    (ii) il-kriterji għall-għoti u kemm huma importanti

    (iii) il-possibbilta ta' intervisti u meta jsiru;

    (iv) jekk humiex permessi varjanti;

    (v) kemm mix-xogħol jista' jitgħadda lil ħaddieħor;

    (vi) l-ogħla budget li hemm għall-appalt;

    (vii) il-munita ta' l-offerti;

    (b) lista ta' l-appaltaturi li ntgħażlu mill-appaltaturi kollha (fejn tissemma' l-projbizzjoni għall-assoċjazzjoni);

    (ċ) kondizzjonijiet ġenerali għal appalti ta' servizzi;

    (d) kondizzjonijiet speċifiċi li jsaħħu, jissuplimentaw jew inaqqsu mill-kondizzjonijiet ġenerali;

    (e) termini ta' referenza li jindikaw iż-żmien kif għandu jitqassam il-proġett u d-dati meta l-esperti prinċipali jridu jkunu disponibbli;

    (f) skeda tal-prezzijiet (irid jimliha min qed jitfa' l-offerta);

    (g) formola ta' l-offerta;

    (h) formola ta' l-appalt;

    (i) formoli għall-garanziji bankarji (jew bħalhom) biex jitħallas il-finanzjament minn qabel.

    3. Għal appalti ta' fornitura, l-iskeda ta' l-offerta jrid ikollha id-dokumenti li ġejjin:

    (a) istruzzjonijiet għal min jitfa' l-offerti, li jrid ikollhom:

    (i) il-kriterji ta' l-għażla u ta' l-għoti;

    (ii) jekk humiex permessi varjanti;

    (iii) il-munita ta' l-offerti;

    (b) kondizzjonijiet ġenerali għal appalti ta' fornitura;

    (ċ) kondizzjonijiet speċifiċi li jsaħħu, jissuplimentaw jew inaqqsu mill-kondizzjonijiet ġenerali;

    (d) annessi tekniċi li jkun fihom pjanijiet, speċifikazzjonijiet tekniċi u kif inhu ppjanat li jsir l-appalt;

    (e) skeda tal-prezzijiet (irid jimliha min qed jitfa' l-offerta);

    (f) formola ta' l-offerta;

    (g) formola għall-appalt;

    (h) formoli tal-garanziji tal-bank (jew bħalhom) għal:

    (i) l-offerta;

    (ii) il-ħlas bil-quddiem, u

    (iii) prestazzjoni kif suppost

    4. Għal appalti ta' xogħlijiet, l-iskeda ta' l-offerta jrid ikun fiha d-dokumenti li ġejjin:

    (a) struzzjonijiet għal min jitfa' l-offerti, li jrid ikollhom:

    (i) il-kriterji ta' l-għażla u ta' l-għoti;

    (ii) jekk humiex permessi varjanti; u

    (iii) il-munita ta' l-offerti;

    (b) kondizzjonijiet ġenerali għal appalti ta' xogħlijiet;

    (ċ) kondizzjonijiet speċifiċi li jsaħħu, jissuplimentaw jew inaqqsu mill-kondizzjonijiet ġenerali;

    (d) annessi tekniċi li jkun fihom pjanijiet, speċifikazzjonijiet tekniċi u kif inhu ppjanat li jsir l-appalt;

    (e) skeda ta' prezzijiet (jimliha min qed jitfa' l-offerta) u kif huma mqassmin il-prezzijiet;

    (f) il-formola ta' l-offerta;

    (g) il-formola ta' l-appalt;

    (h) formoli tal-garanziji tal-bank (jew bħalhom) għal:

    (i) l-offerta;

    (ii) il-ħlas bil-quddiem;

    (iii) prestazzjoni kif suppost.

    5. Fil-każ ta' kontradizzjoni, il-kondizzjonijiet imsemmijin fil-punt (d) tal-paragrafu 2, punt (ċ) tal-paragrafu 3 u punt (ċ) tal-paragrafu 4 jirbħu lill-kondizzjonijiet ġenerali.

    Artikolu 250

    Garanziji(L-Artikoli 102 u 167 tar-Regolament Finanzjarju)

    1. Permezz tad-deroga mill-Artikolu 150, garanziji bil-quddiem iridu jkunu bl-ewro jew bil-munita ta' l-appalt li qed ikopru.

    2. L-awtorità ta' l-appalti tista' titlob garanzija għall-offerta, fis-sens ta' dan il-Kapitolu, li tkun tirrapreżenta minn 1 % sa 2 % tal-valur totali ta' l-appalt għal fornitura u appalti ta' xogħlijiet; ikun jaqbel mad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 150. Tinħall meta jingħata l-appalt. Tinżamm meta offerta li ssir sad-data ta' l-għeluq tkun irtirata sussegwentement.

    3. Meta jsir ħlas ta' finanzjament bil-quddiem ta' iktar minn EUR 150000 tkun meħtieġa garanzija. Din tinħall meta l-finanzjament minn qabel jitnaqqas minn pagamenti temporanji jew ħlas ta' bilanċi li jsiru lill-appaltatur skond it-termini tal-kuntratt.

    4. Min jagħmel l-offerta jrid jagħti garanzija għall-prestazzjoni li tikkorrispondi għal mhux iktar minn 10 % tal-valur totali ta' l-appalt meta jiffirma kuntratti għall-fornitura u xogħlijiet Din tibqa' tgħodd għallinqas sal-aċċettazzjoni finali tal-provvisti u tax-xogħlijiet. Jekk l-appalt ma jkunx sar sew tinżamm il-garanzija kollha kemm hi.

    Artikolu 251

    Limiti ta' żmien għall-proċeduri(L-Artikolu 167 tar-Regolament Finanzjarju)

    1. L-offerti jridu jkunu għand l-awtorità ta' l-appalti fl-indirizz mogħti fl-istedina għall-offeri u mhux iktar tard mid-data u l-ħin murija fuq l-istess dokument. Il-limitu ta' żmien biex jintlaqgħu l-offerti u talbiet għall-parteċipazzjoni, preskritti mill-awtoritajiet ta' l-appalti, jkunu twal biżżejjed biex il-partijiet interessati jkollhom żmien raġonevoli u xieraq biex iħejju u jitfgħu l-offerti tagħhom.

    Għal appalti ta' servizzi, iż-żmien minimu bejn id-data li tintbagħat l-istedina biex isiru l-offerti u d-data finali li fiha jintlaqgħu l-offerti irid ikun ta' ħamsin jum. Madankollu, f'każi urġenti u bl-awtorizzazzjoni minn qabel tal-Kummissjoni, jistgħu ikunu awtorizzati limiti ta' żmien oħrajn.

    2. Dawk li jitfgħu l-offerti jistgħu jagħmlu mistoqsijiet bil-miktub sa wieħed u għoxrin jum qabel id-data ta' l-għeluq biex jintlaqgħu l-offerti. L-awtorità ta' l-appalti trid tagħti t-tweġibiet sa ħdax-il jum qabel id-data ta' l-għeluq biex jintbagħtu l-offerti.

    3. Fi proċeduri internazzjonali ristretti, il-limitu għaż-żmien biex jintlaqgħu l-offerti ma jkunx inqas minn tletin jum mid-data li jkun ippubblikat fiha l-avviż ta' l-appalt. Il-perjodu bejn id-data li fiha ntbagħtet l-istedina u d-data finali biex jintlaqgħu l-offerti ma jkunx inqas minn ħamsin jum. Madankollu, f'xi każi eċċezzjonali u bl-awtorizzazzjoni minn qabel tal-Kummissjoni, jistgħu ikunu awtorizzati limiti ta' żmien oħrajn.

    4. Fi proċeduri internazzjonali miftuħin, il-limiti ta' żmien biex jintlaqgħu l-offerti, li jibda mid-data li fiha ntbagħat l-avviż ta' l-appalt, ikun mill-inqas:

    (a) 90 jum għal appalti ta' xogħlijiet,

    (b) 60 jum għal appalti ta' fornitura.

    Madankollu, f'xi każi eċċezzjonali u bl-awtorizzazzjoni minn qabel tal-Kummissjoni, jistgħu ikunu awtorizzati limiti ta' żmien oħrajn.

    5. Fi proċeduri lokali miftuħin, il-limiti ta' żmien biex jintlaqgħu l-offerti, li jibda mid-data li fiha ntbagħat l-avviż ta' l-appalt, ikun mill-inqas:

    (a) 60 jum għal appalti ta' xogħlijiet;

    (b) 30 jum għal appalti ta' fornitura.

    Madankollu, f'xi każi eċċezzjonali u bl-awtorizzazzjoni minn qabel tal-Kummissjoni, jistgħu ikunu awtorizzati limiti ta' żmien oħrajn.

    6. Għall-proċeduri kompetittivi nnegozjati msemmijin fil-punt (b) ta' l-Artikolu 241(1), punt (ċ) ta' l-Artikolu 243(1) u l-punt (ċ) ta' l-Artikolu 245(1), il-kandidati jingħataw mill-inqas tletin jum minn meta tintbagħat l-istedina għall-offerti biex jagħmlu l-offerti tagħhom.

    7. Għal appalti ta' servizz, il-perjodu ta' validita' ta' l-offerti jkun disgħin ġurnata kalendarja mid-data ta' l-għeluq biex jintefgħu l-offerti. F'każi eċċezzjonali, qabel ma jiskadi ż-żmien ta' validita', l-awtorità ta' l-appalti tista' ssaqsi li dawk li jkunu tefgħu l-offerti biex itawwlu ż-żmien b'għadd speċifiku ta' ġranet sa mhux iktar minn erbgħin ġurnata kalendarja. Min tintagħżillu l-offerta irid iżomm il-validita' ta' l-offerta għal sittin ġurnata kalendarja oħra mid-data tan-notifika ta' l-għoti ta' l-appalt.

    8. Għal appalti ta' fornitura, il-perjodu ta' validita' ta' l-offerti jkun disgħin ġurnata kalendarja mid-data ta' l-għeluq biex jintefgħu l-offerti. F'każi eċċezzjonali, qabel ma jiskadi l-perjodu tal-validita', l-awtorità ta' l-appalti tista' ssaqsi lil dawk li tefgħu l-offerti biex itawwlu ż-żmien b'għadd speċifiku ta' ġranet sa mhux iktar minn erbgħin ġurnata kalendarja. Min tintagħżillu l-offerta irid iżomm il-validita' ta' l-offerta għal sittin ġurnata kalendarja oħra mid-data tan-notifika ta' l-għoti ta' l-appalt.

    9. Għal appalti ta' xogħlijiet, il-perjodu ta' validita' ta' l-offerti jrid ikun disgħin ġurnata mid-data ta' l-għeluq biex jintefgħu l-offerti. F'każi eċċezzjonali, qabel ma jiskadi l-perjodu tal-validita', l-awtorità ta' l-appalti tista' ssaqsi lil dawk li tefgħu l-offerti biex itawwlu ż-żmien b'għadd speċifiku ta' ġranet sa mhux iktar minn erbgħin ġurnata kalendarja. Min tintagħżillu l-offerta irid iżomm il-validita' ta' l-offerta għal sittin ġurnata kalendarja oħra mid-data tan-notifika ta' l-għoti ta' l-appalt.

    10. Il-limiti ta' żmien speċifikati fil-paragrafi 1 sa 9 huma mogħtija fi ġranet kalendarji.

    Artikolu 252

    Kumitat ta' l-evalwazzjoni(L-Artikolu 167 tar-Regolament Finanzjarju)

    1. It-talbiet kollha għall-parteċipazzjoni u l-offerti ddikjarati li jissodisfaw il-ħtiġiet ikunu evalwati u ggradati minn kumitat ta' evalwazzjoni skond il-kriterji ta' esklużjoni, għażla u għoti mħabbra minn qabel. Dan il-kumitat ikollu għadd ta' membri bil-fard, mill-inqas tlieta, bil-kompetenza teknika u amministrattiva meħtieġa biex iqisu l-offerti.

    2. Jekk il-Kummissjoni mhix l-awtorità ta' l-appalti, trid tkun informata sistematikament. Dejjem tkun mistiedna bħala osservatur għall-ftuħ u l-evalwazzjoni ta' l-offerti u tingħata kopja ta' kull wieħed minnhom. L-awtorità ta' l-appalti tibgħat ir-riżultati ta' l-evalwazzjoni ta' l-offerti u proposta għall-għoti ta' l-appalt, lill-Kummissjoni, biex ikun hemm il-qbil tagħha. Ladarba jintlaqa' dan il-qbil, tiffirma' l-kuntratti u tibgħathom lill-Kummissjoni.

    3. L-offerti li ma jkunx fihom l-oġġetti l-essenzali kollha mitluba fid-dokumenti ta' l-offerta jew li ma jaqblux mal-ħtiġiet speċifiċi preskritti ikunu eliminati.

    4. Fil-każ ta' offerti li jkunu abnormalment baxxi kif imsemmi fl-Artikolu 139, il-kumitat jitlob il-kjarifiki meħtieġa dwar kif inhi magħmula l-offerta.

    KAPITOLU 4

    Konċessjonijiet

    Artikolu 253

    Finanzjament sħiħ(L-Artikolu 169 tar-Regolament Finanzjarju)

    1. Permezz tad-deroga mill-ħtiġiet tal-finanzjament konġunt f'konessjoni ma' konċessjonijiet, msemmi fl-Artikolu 109 tar-Regolament Finanzjarju, il-finanzjament sħiħ ta' azzjoni jista' jkun awtorizzat fil-każi li ġejjin, ħlief meta dan ikun ipprojbit mill-att bażiku:

    (a) għajnuna umanitarja, inkluża għajnuna għar-refuġjati, persuni mneħħija minn arthom, riabilitazzjoni u tneħħija ta' mini;

    (b) għajnuna f'sitwazzjonijiet ta' kriżi fis-sens ta' l-Artikolu 168(2);

    (ċ) azzjonijet għall-ħarsien tas-saħħa jew drittijiet fundamentali tal-ġnus;

    (d) azzjonijiet ġejjin mill-implimentazzjoni ta' ftehim ta' finanzjament ma' pajjiżi terzi jew azzjonijiet ma' organizzazzjonijiet internazzjonali fis-sens ta' l-Artikolu 43.

    2. Fil-każ ta' deroga mill-finanzjament konġunt, tingħata bażi għad-deċiżjoni ta' l-għoti rigward l-azzjoni mdaħħla, kif previst fil-Paragrafu 1.

    L-uffiċċjal li jawtorizza irid ikun jista' juri li finanzjament sħiħ hu meħtieġ biex issir l-azzjoni mdaħħla.

    KAPITOLU 5

    Kontijiet ta' flus akkont u inventarji

    Artikolu 254

    Ħolqien ta' kontijiet ta' flus akkont(L-Artikolu 63 tar-Regolament Finanzjarju)

    Biex isir ħlas f'xi kategoriji ta' nfiq, jistgħu jinfetaħ kont ta' flus akkont, jew iktar minn wieħed, f'kull unit lokali ‘il barra mil-Komunità, skond l-Artikolu 63 tar-Regolament Finanzjarju. Unit lokali jista' jkun, per eżempju, delegazzjoni, uffiċċju jew fergħa tal-Komunità f'pajjiż terz.

    Id-deċiżjoni li tistabbilixxi kont tal-flus akkont tippreskrivi t-termini ta' kif titħaddem skond l-Artikolu 67 u skond il-ħtiġiet speċifiċi ta' kull unit lokali.

    Artikolu 255

    Persuni li jistgħu jamministraw il-kontijiet(L-Artikolu 62 tar-Regolament Finanzjarju)

    Kull istituzzjoni tippreskrivi l-kondizzjonijiet li skondhom il-persunal awtorizzat, li tkun innominat hi stess, biex jamministraw il-kontijiet fil-units lokali msemmijin fl-Artikolu 254 ikunu jistgħu jikkomunikaw l-ismijiet u kampjuni ta' firem lill-istituzzjonijiet finanzjarji lokali.

    Artikolu 256

    Inventarju u rreklamar ta' bejgħ(L-Artikolu 138 tar-Regolament Finanzjarju)

    1. Fil-każ tad-delegazzjonijiet, l-inventarji permanenti ta' proprjetà li tista' tinġarr tal-Komunitajiet jinżammu lokalment. Jintbagħtu regolarment lid-dipartimenti ċentrali skond ir-regoli addottati minn kull istituzzjoni.

    Proprjeta li tista' tinġarr li tkun sejra għand id-delegazzjonijiet titniżżel f'lista provviżorja qabel ma titniżżel fl-inventarji permanenti.

    2. L-arranġamenti għall-irreklamar ta' bejgħ tal-proprjetà li tista' tinġarr tad-delegazzjonijiet isiru skond l-użanzi lokali.

    TITOLU IV

    (TITOLU V TAR-REGOLAMENT FINANZJARJU)

    UFFIĊĊJI EWROPEJ

    Artikolu 257

    Skop(L-Artikolu 171 tar-Regolament Finanzjarju)

    L-uffiċċji msemmijin fl-Artikolu 171 tar-Regolament Finanzjarju huma kif ġej:

    (a) L-Uffiċċju għall-Pubblikazzjonijiet Uffiċċjali;

    (b) L-Uffiċċju Ewropew għal Kontra l-Frodi;

    (ċ) l-Uffiċċju għall-għażla tal-persunal tal-Komunitajiet Ewropej;

    (d) L-uffiċċju għall-Amministrazzjoni u Ħlas ta' Intitolamenti Individwali;

    (e) L-uffiċċju għall-Infrastruttura u l-Loġistika fi Brussel u l-Uffiċċju għall-Infrastruttura u l-Loġistika fil-Lussemburgu.

    Istituzzjoni jew iktar jistgħu jiftħu uffiċċji oħrajn sakemm dan jista' jkun iġġustifikat bi studju ta' benefiċċju li jittieħed għall-prezzu u jiggarantixxi l-viżibbilta ta' l-azzjoni tal-Komunità.

    Artikolu 258

    Regoli Speċifiċi għall-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijet Uffiċċjali(L-Artikolu 171 tar-Regolament Finanzjarju)

    Rigward l-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijet Uffiċċjali, kull istituzzjoni tibqa' żżomm il-poteri ta' awtorizzazzjoni għall-infiq li jitħallas mill-appropjazzjonijiet għall-pubblikazzjoni tax-xogħol kollu fdat mill-Uffiċċju lil entitajiet barranin. Il-qliegħ nett mil-bejgħ tal-pubblikazzjonijiet jerġa jintuża bħala dħul assenjat mill-istituzzjonijiet li tkun kitbet dawk il-pubblikazzjonijiet, skond l-Artikolu 18 tar-Regolament Finanzjarju.

    Artikolu 259

    Delegazzjoni mill-uffiċċjal tal-kontijiet ta' xi kompiti(L-Artikolu 172 tar-Regolament Finanzjarju)

    L-uffiċċjal tal-kontijiet tal-Kummissjoni, fuq proposta mill-kumitat ta' treġija ta' l-Uffiċċju kkonċernat, jista' jiddelega xi kompiti minn tiegħu dwar ġbir ta' dħul u l-ħlas ta' nfiq li jsir direttament mill-Uffiċċju kkonċernat, lil xi membru tal-persunal ta' l-Uffiċċju.

    Artikolu 260

    Teżor - kontijiet bankarji(L-Artikolu 172 tar-Regolament Finanzjarju)

    Biex jintlaħqu l-ħtiġiet ta' uffiċċju bejn l-istituzzjonijiet, kontijiet bankarji jew ġiro f'uffiċċju postali jistgħu jinfetħu mill-Kummissjoni f'isimha, fuq proposta mill-kumitat ta' treġija.

    Il-kontijiet jerġgħu jimtlew regolarment bi ħlas mill-Kummissjoni hekk kif din tirċievi domanda għall-ħlas mill-Uffiċċju kkonċernat. Pagamenti hekk ma jistgħux jaqbżu l-ammont totali għall-appropjazzjonijiet mdaħħlin għal dak l-iskop fil-budget tal-Kummissjoni għas-sena kurrenti.

    Il-pożizzjoni finali tal-flus għal kull sena tkun irrikonċiljata u rranġata bejn l-uffiċċju kkonċernat u l-Kummissjoni f'għeluq is-sena finanzjarja.

    Artikolu 261

    Regoli ta' Implimentazzjoni(L-Artikolu 175(1) tar-Regolament Finanzjarju)

    Ir-regoli ta' implimentazzjoni preskritti mill-kumitat ta' treġija ta' kull uffiċċju skond l-Artikolu 175(1) tar-Regolament Finanzjarju iridu jaqblu għal kollox ma' dan ir-Regolament.

    TITOLU V

    (TITOLU VI TAR-REGOLAMENT FINANZJARJU)

    APPROPJAZZJONIJIET AMMINISTRATTIVI

    Artikolu 262

    Skop(L-Artikolu 177 tar-Regolament Finanzjarju)

    L-appropjazzjonijiet amministrattivi li jaqgħu taħt dan it-titolu huma dawk iddefiniti fl-Artikolu 27.

    Artikolu 263

    Bini(L-Artikolu 179(3) tar-Regolament Finanzjarju)

    Qabel jitlestew l-appalti msemmijin fl-Artikolu 179(3) tar-Regolament Finanzjarju, kull istituzzjoni trid tagħti kommunikazzjoni lill-awtorità tal-budget li jkun fiha t-tagħrif rilevanti kollu fuq il-ħidma ppjanata, kemm se tiswa lill-budget fis-sena finanzjarja kurrenti u għal snin li ġejjin, kemm hi ġġustifikata mill-prinċipju ta' treġija finanzjarja tajba u l-impatt li se jkollha fuq il-perspettiva finanzjarja.

    L-istituzzjoni kkonċernata fl-istess ħin tgħarraf lill-awtorità tal-budget dwar l-iskeda ta' proġetti ta' bini tagħha.

    Artikolu 264

    Garanzija għall-Kera(L-Artikolu 177 tar-Regolament Finanzjarju)

    Garanziji għall-kera li tagħti l-Kummissjoni jkunu garanziji bankarji jew depożitu fuq kont bankarju miżmum f'isem il-Kummissjoni u f'isem il-kerrej, bl-ewro, ħlief f'każi ssostanzjati sew.

    Artikolu 265

    Avvanzi lil persunal u membri ta' l-istituzzjonijiet(L-Artikolu 177 tar-Regolament Finanzjarju)

    Avvanzi jistgħu jitħallsu, skond il-kondizzjonijiet preskritti fir-regolamenti tal-persunal, lil persunal u lill-membri tal-persunal.

    IT-TIELET PARTI

    DISPOŻIZZJONIJIET TEMPORANJI U FINALI

    TITOLU I

    DISPOŻIZZJONIJIET TRANSIZZJONALI

    Artikolu 266

    Trasferiemnti ta' appropjazzjonijiet għal riċerka(L-Artikolu 160 tar-Regolament Finanzjarju)

    Għal azzjoni diretta jew indiretta fil-qasam tar-riċerka, msemmija fl-Artikolu 229(2) sa (5), il-proċedura għat-trasferiment ta' appropjazzjonijiet għas-sena finanzjarja 2003 tkun irregolata mill-ewwel u t-tieni paragrafi ta' l-Artikolu 95 tar-Regolament Finanzjarju tal-21 ta' Diċembru 1977.

    Artikolu 267

    Likwidazzjoni tal-kont tal-garanzija

    1. Il-kreditu tal-bilanċ tal-kont tal-garanzija miżmum fil-kontijiet ġenerali f'isem kull uffiċċjal tal-kontijiet jew assistent uffiċċjal tal-kontijiet u kkreditat bil-konċessjonijiet speċjali skond l-Artikolu 75 tar-Regolament Finanzjarju tal-21 Diċembru 1977 iridu jitħallsu lill-persuni kkonċernati jew lil dawk intitolati warajhom b'deċiżjoni ta' l-istituzzjonijiet, wara li jkunu nħallu għas-snin finanzjarji 2001 u 2002 skond il-fehma ta' l-uffiċċjal tal-kontijiet meta ma jkollux x'jaqsam personalment.

    2. Il-kreditu tal-bilanċ tal-kont tal-garanzija miżmum fil-kontijiet ġenerali f'isem kull amministratur tal-flus akkont ikkreditat bil-konċessjonijiet speċjali skond l-Artikolu 75 tar-Regolament Finanzjarju tal-21 Diċembru 1977 iridu jitħallsu lill-persuni kkonċernati jew lil dawk intitolati warajhom bil-qbil ta', u wara li jkunu vverifikaw, l-uffiċċjal tal-kontijiet u l-uffiċċjal li jawtorizza ikkonċernati.

    3. Il-kont tal-garanzija jkun ikkreditat b'imgħax li jaqbel mal-medja annwali tar-rati mensili li l-Bank Ċentrali Ewropew japplika fl-operazzjonijiet prinċipali tiegħu ta' rifinanzjament, bl-ewro, kif ippubblikat fis-serje Ċ tal-Ġurnal Uffiċċjali tal-Komunitajiet Ewropej, sad-data tal-likwidazzjoni.

    Artikolu 268

    Qlib ta' rabtiet jew stimi ta' ammonti dovuti minn qabel l-1 ta' Jannar 2003 għall-ewro(L-Artikolu 16 tar-Regolament Finanzjarju)

    Ir-rabtiet tal-budget u l-istimi dovuti msemmijin fl-Artikolu 161(2) tar-Regolament Finanzjarju li saru qabel l-1 ta' Jannar f'munita li mhux l-ewro ikunu kkalkulati bl-ewro mhux iktar tard mill-1 ta' Ġunju 2003 bir-rata msemmija fl-Artikolu 7, li tgħodd fl-1 ta' Jannar 2003.

    Artikolu 269

    Treġija ddeċentralizzata ta' għajnuna ta' qabel l-adeżjoni(L-Artikolu 53 tar-Regolament Finanzjarju)

    Marbutin ma' l-għajnuna ta' qabel l-adeżjoni msemmija fir-Regolament tal-konsill (KEE) Nru 3906/89 [22] u Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 555/2000 [23], ir-regoli li jikkonċernaw kontrolli minn qabel preskritti fl-Artikolu 35 ma jaffettwawx it-treġija ddeċentralizzata li tkun qed titaħdem diġa fil-pajjiżi kandidati kkonċernati.

    TITOLU II

    DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

    Artikolu 270

    Entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament Finanzjarju.(L-Artikolu 185 tar-Regolament Finanzjarju)

    Entitajiet li tassew jirċievu konċessjonijiet li jitħallsu mill-budget tal-Komunità u li huma inklużi fil-lista magħmula mil-Kummissjoni u mehmuża ma' l-abbozz preliminari tal-budget għal kull sena finanzjarja jkunu suġġetti għall-obbligi msemmija fl-Artikoli 14(2), punt (3)(d) ta' l-Artikolu 46(1) u l-Artikolu 185 tar-Regolament Finanzjarju.

    Artikolu 271

    Aġġornament ta' limiti u ammonti

    1. Il-limiti u l-ammonti preskritti fl-Artikoli 67, 128, 129, 151, 152, 173, 180, 181, 222 u 226 ikunu aġġornati kull tlett snin, mal-movimenti ta' l-indiċi għall-prezz tal-konsumatur fil-Komunità.

    2. Il-limiti msemmijin fil-punt(b) ta' l-Artikolu 157 u l-punti (a) u (ċ) ta' l-Artikolu 158(1) għall-appalti ta' ksib ikunu rranġati kull sentejn skond il-punt (b) ta' l-Artikolu 7(1) tad-Direttiva 92/50/KEE, punt (a) ta' l-Artikolu 6(2) tad-Direttiva 93/37/KEE u l-punt (ċ) ta' l-Artikolu 5(1) tad-Direttiva 93/36/KEE.

    3. Il-Kummissjoni, li tistabbilixxi l-ammonti u l-limiti l-ġodda skond l-iskeda u l-kriterji preskritti fil-paragrafi 1 u 2, jgħarrfu lill-istituzzjonijiet l-oħrajn u jippubblikaw dawk l-ammonti u l-limiti fil-Ġurnal Uffiċċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

    Artikolu 272

    Tħassar

    Regolament (Euratom, KEFA, KE) Nru 3418/93 tħassar.

    Ir-riferenzi għar-Regolament imħassar għandhom jinftiehmu bħala riferenza għal dan ir-Regolament.

    Artikolu 273

    Dħul fis-seħħ

    Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 2003.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussel, fit-23 ta' Diċembru 2002.

    Għall-Kummissjoni

    Michaele Schreyer

    Membru tal-Kummissjoni

    [1] ĠU L 248, 16.09.02, p. 1.

    [2] ĠU L 315, 16.12.93, p. 1.

    [3] ĠU L 228, 24.08.01, p. 8.

    [4] ĠU L 130, 31.05.00, p. 1.

    [5] ĠU L 200, 08.08.00, p. 35.

    [6] ĠU L 209, 24.07.92, p. 1.

    [7] ĠU L 199, 09.08.93, p. 1.

    [8] ĠU L 199, 09.08.93, p. 54.

    [9] ĠU L 285, 29.10.01, p. 1.

    [10] SEC(1999) 1801.

    [11] ĠU L 39, 17.02.96, p. 5.

    [12] ĠU L 209, 02.08.97, p. 6.

    [13] Entscheidung jew Beschluss.

    [14] ĠU C 316, tas-27.11.1995, p. 48.

    [15] ĠU C 195, tal-25.6.1997, p. 1.

    [16] ĠU L 315, 29.12.98, p. 1.

    [17] ĠU L 166 tat-28.6.1991, p. 77.

    [18] ĠU L 8, 12.01.01, p. 1.

    [19] ĠU L 163, 02.07.96, p. 1.

    [20] ĠU L 57, 27.02.01, p. 5.

    [21] ĠU L 346, 17.12.97, p. 23.

    [22] ĠU L 375, 23.12.89, p. 11.

    [23] ĠU L 68, 16.03.00, p. 3.

    --------------------------------------------------

    Top