This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 31995R1423
Commission Regulation (EC) No 1423/95 of 23 June 1995 laying down detailed implementing rules for the import of products in the sugar sector other than molasses
Ir-Regolament tal-Kummissijoni (KE) Nru 1423/95 tat-23 ta’ Ġunju 1995 li jistabbilixxi regoli ta’ implimentazzjoni dettaljati għall-importazzjoni ta’ prodotti fis-settur taz-zokkor minbarra molasses
Ir-Regolament tal-Kummissijoni (KE) Nru 1423/95 tat-23 ta’ Ġunju 1995 li jistabbilixxi regoli ta’ implimentazzjoni dettaljati għall-importazzjoni ta’ prodotti fis-settur taz-zokkor minbarra molasses
ĠU L 141, 24.6.1995, p. 16–18
(ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL)
No longer in force, Date of end of validity: 30/06/2006; Imħassar b' 32006R0951
Official Journal L 141 , 24/06/1995 P. 0016 - 0018
Ir-Regolament tal-Kummissijoni (KE) Nru 1423/95 tat-23 ta’ Ġunju 1995 li jistabbilixxi regoli ta’ implimentazzjoni dettaljati għall-importazzjoni ta’ prodotti fis-settur taz-zokkor minbarra molasses IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kunsidrat it-Trattat li jwaqqaf il-Komunità Ewropea, Wara li kunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1785/81 tat-30 ta’ Ġunju 1981 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq tas-settur taz-zokkor [1], skond l-aħħar emendi permezz tar-Regolament (KE) Nru 1101/95 [2], u b’mod partikolari l-Artikoli 14(2), 15 (4) 39 tiegħu, Billi, bħala riżultat tal-Ftehim dwar Agrikultura magħmul bħala parti mill-Uruguay Round ta’ negozjati kummerċjali multilaterali, hawn aktar ’il quddiem magħruf bħala "il-Ftehim", ċerti regoli tal-Komunità dwar importazzjonijiet fis-settur taz-zokkor jeħtieġu jkunu aġġustati mill-1 ta’ Lulju 1995; Billi, minħabba li l-Ftehim jikkonverti l-miżuri kollha li jirrestrinġu l-importazzjonijiet ta’ prodotti agrarji fi drittijiet doganali taħt it-tariffa doganali komuni, hawn aktar ’il quddiem imsejħa "imposti ta’ tariffa doganali", l-imposti variable import ipprovduti mill-organizzazzjoni komuni tas-swieq fis-settur taz-zokkor għandhom ikunu mneħħija; billi dan jinvolvi t-twaqqif ta’ regoli ta’ implimentazzjoni dettaljati speċjali, it-twaqqfi ta’ drittijiet ta’ importazzjoni addizzjonali, hawn aktar ’il quddiem magħrufa bħala "drittijiet addizzjonali", u l-għażla ta’ prezzijiet cif taz-zokkor; billi, f’dan ir-rigward, dawk id- dispożizzjonijiet li huma r-responsabbiltà ta’ l-Istati Membri għandhom ikunu applikati bl-ikbar grad possibbli ta’ ċentralizzazzjoni; Billi sabiex jiġi ffaċilitat l-aqwa maniġġjar possibbli u t-trasparenza meħtieġa għal operaturi fis-swieq taz- zokkor għandha ssir dispożizzjoni għal, l-ewwelnett, biex tiġi stabbilita u ffissata kull ġimgħa, skond ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 784/68 tas-26 ta’ Ġunju 1968 li jistabbilixxi regoli dettaljati biex jiġu kkalkulati l-prezzijiet cif għal zokkor abjad u zokkor mhux maħdum [3], il-prezzijiet cif għal zokkor abjad u zokkor mhux maħdum imsemmija fl-Artikolu 15(3) tar-Regolament (KEE) Nru 1785/81, hawn aktar ’il quddiem magħrufa bħala l- "prezzijiet rappresentattivi", fis-suq dinji taz-zokkor u, it-tieninett, li jistabbilixxi drittijiet addizzjonali bis-saħħa tad-dispożizzjonijiet rilvenati tal-Ftehim; Billi r-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 837/68 [4], skond l-aħħar emendi permezz tar-Regolament (KEE) Nru 1428/78 [5], għandu għalhekk ikun imħassar b’effett mill-1 ta’ Lulju 1995; Billi l-miżuri li jinsabu f’dan ir-Regolament huma konformi ma’ l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għaz-Zokkor, ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 1. Id-drittijiet addizzjonali msemmija fl-Artikolu 15(1) tar-Regolament (KEE) Nru 1785/81 għandhom ikunu applikati għall-prodotti li huma koperti bil-kodiċi NM 17011110, 17011190, 17011210, 17011290, 17019100, 17019910, 17019990 u 17029099. 2. Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, prezzijiet rappreżentattivi għal zokkor abjad u zokkor mhux maħdum fis-suq dinji jew fis-suq ta’ importazzjoni tal-Komunità kif imsemmija fl-Artikolu 15(3) tar-Regolament (KEE) Nru 1785/81 ifissru prezzijiet cif ta’ importazzjoni għal dawk il-prodotti stabbiliti taħt ir-Regolament (KEE) Nru 784/68, hawn aktar ’il quddiem magħrufa bħala "prezzijiet rappreżentattivi". Dawn il-prezzijiet għandhom ikunu stabbiliti għal kull sena ta’ marketing skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 41 tar-Regolament (KEE) Nru 1785/81 u dawn jistgħu jiġu emendati matul dak il-perjodu mill-Kummissjoni jekk it-tibdiliet fl-elementi tal-kalkulazzjoni jipproduċu żieda jew waqgħa ta’ ECU 0,5 kull 100 kilogrammi jew aktar għar-rigward tal-prezzijiet rappreżentattivi stabbiliti qabel. 3. Il-prezz rappreżentattiv għall-prodotti li huma koperti bil-kodiċi NM 17029099 għandu jkun il-prezz rappreżentattiv stabbilit għaz-zokkor l-abjad applikat kull1 % ta’ kontenut ta’ sucrose kull 100 kilogrammi nett tal-prodott in kwistjoni. Artikolu 2 Għal 100 kilogrammi ta’ prodott nett, it-trigger price imsemmi fl-Artikolu 15(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1785/81 għandu jkun ekwivalenti għal: (a) ECU 53,10 għal zokkor abjad kopert bil-kodiċi NM 17019910 u 17019990 tal-kwalità standard imsemmija fl-Artikolu 1 tar-Regolament (KEE) Nru 793/72 [6]; (b) ECU 64,7 għal zokkor kopert bil-kodiċi NM 17019100; (ċ) ECU 54,10 għal zokkor tal-pitravi mhux maħdum koperti bil-kodiċi NM 17011290 tal-kwalità standard imsemmija fl-Artikolu 1 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 431/68 [7]; (d) ECU 41,30 għal zokkor tal-pitravi mhux maħdum kopert bil-kodiċi NM 17011210 tal-kwalità standard imsemmija fl-Artikolu 1 tar-Regolament (KEE) Nru 431/68; (e) ECU 55,20 għal zokkor tal-kannamieli mhux maħdum kopert bil-kodiċi NM 17011190 tal-kwalità standard imsemmija fl-Artikolu 1 tar-Regolament (KEE) Nru 431/68; (f) ECU 41,80ECU 55,20 għal zokkor tal-kannamieli mhux maħdum kopert bil-kodiċi NM 17011110 tal-kwalità standard imsemmija fl-Artikolu 1 tar-Regolament (KEE) Nru 431/68; (g) ECU 1,184 għal prodotti koperti bil-kodiċi NM 17029099 kull 1 % ta’ kontenut ta’ sucrose. Artikolu 3 1. L-imposti addizzjonali li jirriżultaw mill-applikazzjoni tal-prezz rappreżentattiv in kwistjoni għandhom ikunu stabbiliti u emendati għal kull wieħed mill-prodotti msemmija fl-Artikolu 1(1) fl-istess ħin li l-prezzijiet rappreżentattivi kif indikati fil-paragrafu 2. 2. Meta d-differenza bejn it-trigger price rilevanti msemmi fl-Artikolu 2 u l-prezz cif ta’ importazzjoni li għandha tiġi kkunsidrata meta tiġi stabbilita l-imposta addizzjonali skond l-Artikolu 4: (a) tkun 10 % jew anqas tat-trigger price, l-imposta addizzjonali għandha tkun żero; (b) hi aktar minn 10 % iżda ma teċċedix 40 % tat-trigger price, l-imposta addizzjonali għandha tkun ta’ 30 % ta’ l-ammont ’il fuq minn10 %; (ċ) hi aktar minn 40 % iżda ma teċċedix 60 % tat-trigger price, l-imposta addizzjonali għandha tkun 50 % ta’ l-ammont ’il fuq minn 40 %, li miegħu għandha tiżdied l-imposta addizzjonali msemmija taħt (b); (d) hi aktar minn 60 % iżda ma teċċedix 75 % tat-trigger price, l-imposta addizzjonali għandha tkun 70 % ta’ l-ammont ’il fuq minn 60 %, li miegħu għandhom jiżdiedu d-drittijiet addizzjonali taħt (b) u (ċ); (e) hi aktar minn 75 % tat-trigger price, id-dritt addizzjonali għandu jkun 90 % ta’ l-ammont ’il fuq minn 75 %, li miegħu għandhom jiżdiedu l-imposti addizzjonali msemmija taħt (b), (ċ) u (d). Artikolu 4 1. Fin-nuqqas ta’ talba kif imsemmi fil-paragrafu 2 jew meta l-prezz cif ta’ importazzjoni tal-kunsinna in kwistjoni kif imsemmi fil-paragrafu 2 ikun anqas mill-prezz rappreżentattiv rilevanti stabbilit mill-Kummissjoni, il-prezz cif ta’ importazzjoni tal-kunsinna in kwistjoni li għandu jiġi kunsidrat għall-impożizzjoni ta’ imposta addizzjonali għandu jkun il-prezz rappreżentattiv imsemmi fl-Artikolu 1(2) jew (3). 2. Meta l-prezz cif tal-kunsinna in kwistjoni jkun akbar mill-prezz rappreżentattiv rilevanti kif imsemmi fl-Artikolu 1(2) jew (3), l-importatur jista’, fuq talba magħmula lill-awtorità kompetenti ta’ l-Istat Membru importatur fil-ħin ta’ l-aċċettazzjoni tad-dikjarazzjoni ta’ importazzoni, jkun applikat għall-finijiet li tiġi stabbilita l-imposta addizzjonali jew il-prezz cif tad-dikjarazzjoni ta’ importazzjoni tal-kunsinna in kwistjoni ta’ zokkor abjad jew zokkor mhux maħdum ikkonvertit fil-kwalità standard kif imfisser, rispettivament, fl-Artikolu 1 tar-Regolament (KEE) Nru 793/72 u l-Artikolu 1 tar-Regolament (KEE) Nru 431/68, jew il-prezz ekwivalenti għall-prodott kopert bil-kodiċi NM 17029099, skond il-każ. Il-prezz cif ta’ importazzjoni tal-kunsinna in kwistjoni għandu jkun konvertit fil-prezz taz-zokkor tal-kwalità standard permezz ta’ aġġustament bis-saħħa tad-dispożizzjonijiet rilevanti ta’ l-Artikolu 5 tar-Regolament (KEE) Nru 784/68. F’dawk il-każijiet il-prezz cif ta’ importazzjoni tal-kunsinna in kwistjoni japplika għall-finijiet li jiġi stabbilit id-dritt addizzjonali, sakemm il-parti interessata tissottometti lill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat Membru li jimporta mill-inqas ix-xhieda li ġejja: - il-kuntratt tax-xiri jew xhieda ekwivalenti, - il-kuntratt ta’ l-assigurazzjoni, - il-fattura, - il-kuntratt ta’ trasport (meta jkun applikabbli), - iċ-ċertifikat ta’ oriġini, - u fil-każ ta’ trasport bil-baħar, il-bill of lading, fi żmien tletin jum mid-data li fiha d-dikjarazzjoni ta’ importazzjoni kienet aċċettata. L-Istat Membru in-kwistjoni jista’ jeħtieġ kull informazzjoni oħra u dokumenti b’appoġġ tat-talba. Malli ssir it-talba, id-dritt addizzjonali in kwistjoni kif stabbilit mill-Kummissjoni għandu jkun applikat. Iżda, id-differenza bejn id-dritt addizzjonali in kwistjoni stabbilit mill-Kummissjoni u l-imposta addizzjonali stabbilita abbażi tal-prezz cif ta’ importazzjoni tal-kunsinna in kwistjoni għandha twassal, fuq talba tal-parti interessata, għall-għemil minn dan ta’ l-aħħar ta’ garanzija bis-saħħa ta’ l-Artikolu 248 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 [8]. Il-garanzija għandha tkun rilaxxata malli l-awtorità kompetenti ta’ l-Istat Membru li jimporta jaċċetta t-talba abbażi tax-xhieda mogħtija mill-parti interessata. L-awtorità kompetenti ta’ l-Istat Membru għandu jirrifjuta t-talba jekk jiġġudika li x-xhieda mogħtija ma tiġġustifikahiex. Jekk l-awtorità ma taċċettax it-talba, il-garanzija tintilef. 3. Kull ġimgħa, għar-rigward tal-ġimgħa preċedenti, l-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni bl-importazzjonijiet li jirriżultaw mill-aċċettazzjoni tat-talbiet kif imsemmi taħt paragrafu 2, fejn jispeċifikaw il-kwantitajiet tal-prodott u drittijiet. Artikolu 5 1. Jekk il-prodott taz-zokkor mhux maħdum importat, kif stabbilit skond l-Artikolu 1 tar-Regolament (KEE) Nru 431/68, jiddifferixxi mill-prodott stabbilit għall-kwalità standard, l-imposta tat-tariffa doganali li għandha tintalab kull100 kilogrammi taz-zokkor mhux maħdum imsemmi għandha tkun ikkalkulata billi tiġi mmultiplikata l-imposta korrispondenti stabbilita għal zokkor mhux maħdum tal-kwalità standard bil- coefficient ta’ korrezzjoni. Il-coefficient ta’ korrezzjoni għandu jinkiseb billi jiġi diviż il-perċentwali tal-prodott taz-zokkor mhux maħdum importat bi 92. 2. Il-kontenut sucrose, inklużi zokkor oħrajn espressi bħala sucrose, kif imsemmija fl-Artikolu 2(1)(ġ), għandu jiġi stabbilit bl-applikazzjoni tal-metodu Land and Eynon (copper reduction method) għas-solution invertita skond Clerget-Herzfeld. Il-kontenut kollu ta’ zokkor hekk stabbilit għandu jkun espress bħala sucrose billi jiġi mmultiplikat b’ 0,95. Minkejja s-subparagrafu ta’ qabel dan, il-kontenut ta’ sucrose, inklużi zokkor oħrajn espressi bħala sucrose, ta’ prodotti li jkollhom anqas minn 85 % sucrose u invert sugar espressi bħala sucrose għandhom ikunu stabbiliti billi jiġi aċċertat id-dry matter content. Id-dry matter content għandu jkun stabbilit skond l-ispecific gravity tas-solution iddilwita fi proporzjoni ta’ 1 b’ 1 permezz tal-piż u, għal prodotti solidi, permezz ta’ tnixxif. Id-dry matter content għandu jkun espress bħala sucrose billi jiġi multiplikat bil-coefficient 1. Artikolu 6 Ir-Regolament (KEE) Nru 837/68 hu b’dan imħassar. Artikolu 7 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Lulju 1995. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussel, fit-23 ta’ Ġunju 1995. Għall-Kummissjoni Franz Fischler Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 177, tas-1.7.1981, p. 4 [2] ĠU L 110, tas-17.5.1995, p. 1 [3] ĠU L 145, tas-27.6.1968, p. 10 [4] ĠU L 151, tas-30.6.1968, p. 42 [5] ĠU L 171, tas-28.6.1978, p. 34 [6] ĠU L 94, tas-21.4.1972, p. 1 [7] ĠU L 89, tas-10.4.1968, p. 3 [8] ĠU L 253, tas-11.10.1993, p. 1 --------------------------------------------------