Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32023D1810

    Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/1810 tad-19 ta’ Settembru 2023 dwar talba għal akkumulazzjoni estiża bejn il-Kambodja u l-Vjetnam, skont l-Artikolu 56(1) tar-Regolament Delegat (UE) 2015/2446, fir-rigward tar-regoli tal-oriġini użati għall-finijiet tal-iskema ta’ preferenzi tariffarji ġeneralizzati skont ir-Regolament Delegat (UE) 2015/2446 għal ċerti materjali jew partijiet użati fil-produzzjoni tar-roti

    C/2023/6167

    ĠU L 234, 22.9.2023, p. 190–195 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2023/1810/oj

    22.9.2023   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 234/190


    DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/1810

    tad-19 ta’ Settembru 2023

    dwar talba għal akkumulazzjoni estiża bejn il-Kambodja u l-Vjetnam, skont l-Artikolu 56(1) tar-Regolament Delegat (UE) 2015/2446, fir-rigward tar-regoli tal-oriġini użati għall-finijiet tal-iskema ta’ preferenzi tariffarji ġeneralizzati skont ir-Regolament Delegat (UE) 2015/2446 għal ċerti materjali jew partijiet użati fil-produzzjoni tar-roti

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Ottubru 2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 64(3) tiegħu,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2015/2446 tat-28 ta’ Lulju 2015 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ regoli dettaljati li jikkonċernaw uħud mid-dispożizzjonijiet tal-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 56 tiegħu,

    Billi:

    (1)

    L-Artikolu 56(1) tar-Regolament Delegat (UE) 2015/2446 jipprevedi li l-pajjiżi benefiċjarji tal-iskema ġeneralizzata ta’ preferenzi (SĠP) tal-Unjoni Ewropea jistgħu jitolbu akkumulazzjoni estiża ma’ pajjiż li miegħu l-Unjoni għandha ftehim ta’ kummerċ ħieles (FTA) skont l-Artikolu XXIV tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ (GATT) fis-seħħ.

    (2)

    L-Artikoli 56(1) u 56(2) tar-Regolament Delegat (UE) 2015/2446 jistabbilixxu l-kundizzjonijiet li taħthom il-pajjiżi benefiċjarji tas-SĠP jistgħu jitħallew jużaw, taħt akkumulazzjoni estiża, materjali minn pajjiż li miegħu l-Unjoni għandha ftehim ta’ kummerċ ħieles skont l-Artikolu XXIV tal-GATT fis-seħħ. B’mod partikolari, l-Artikolu 56(1) jipprevedi li tali akkumulazzjoni tista’ tiġi applikata biss wara li l-pajjiżi involuti f’akkumulazzjoni estiża jkunu impenjaw ruħhom li jikkonformaw jew jiżguraw il-konformità mar-regoli tal-oriġini tas-SĠP, ir-regoli tal-oriġini stabbiliti fl-FTA bejn l-UE u l-Vjetnam u d-dispożizzjonijiet l-oħra kollha li jikkonċernaw l-implimentazzjoni tar-regoli tal-oriġini, u li jipprovdu l-kooperazzjoni amministrattiva meħtieġa biex tiġi żgurata l-implimentazzjoni korretta ta’ dawn ir-regoli kemm fir-rigward tal-Unjoni kif ukoll bejniethom.

    (3)

    Il-Kummissjoni għandha tieħu deċiżjoni dwar talba bħal din f’konformità mal-proċeduri interni tagħha.

    (4)

    Permezz ta’ ittra datata t-2 ta’ Diċembru 2022, il-Kambodja ressqet talba għal akkumulazzjoni estiża mal-Vjetnam skont l-Artikolu 56(1) tar-Regolament Delegat (UE) 2015/2446. It-talba tikkonċerna ċerti materjali jew partijiet użati fil-produzzjoni ta’ roti li joriġinaw fil-Vjetnam biex jintużaw bħala materjali oriġinarji fil-Kambodja sabiex jipproduċu u jesportaw lejn l-Unjoni Ewropea skont ir-rati preferenzjali SĠP tar-roti taħt l-intestaturi 87.11, 87.12 u 95.03 tas-Sistema Armonizzata (SA).

    (5)

    B’appoġġ għat-talba tagħha, il-Kambodja fakkret li, peress li l-Vjetnam tneħħa mil-lista ta’ pajjiżi benefiċjarji tal-arranġament ġenerali tas-SĠP mill-1 ta’ Jannar 2023, il-materjali jew il-partijiet Vjetnamiżi użati fil-produzzjoni tar-roti jitqiesu bħala mhux oriġinarji, u b’riżultat ta’ dan, il-produtturi tar-roti tal-Kambodja ma jistgħux jibbenefikaw mill-aċċess mingħajr dazju tas-SĠP għar-roti Kambodjani fl-Unjoni. Fl-istess ħin, sabiex tiddiversifika l-ekonomija tagħha u tkompli tipprovdi impjiegi u għajxien għal eluf ta’ persuni, l-industrija tar-roti tal-Kambodja jeħtieġ li tkompli jkollha aċċess għal ċerti materjali jew partijiet użati fil-produzzjoni tar-roti li joriġinaw fil-Vjetnam taħt akkumulazzjoni estiża kif previst fl-Artikolu 56(1) tar-Regolament Delegat (UE) 2015/2446.

    (6)

    It-talba hija akkumpanjata minn Impriża Konġunta bejn il-Kambodja u l-Vjetnam dwar il-kooperazzjoni amministrattiva fil-qafas tal-Artikolu 56(1)(a) tar-Regolament Delegat (UE) 2015/2446, biex tiġi żgurata minn naħa l-konformità mar-regoli rilevanti tal-oriġini skont l-FTA bejn l-UE u l-Vjetnam għall-materjali oriġinarji Vjetnamiżi li għandhom jintużaw fil-manifattura tar-roti fil-Kambodja u r-regoli tal-oriġini skont is-SĠP fir-rigward tal-prodotti esportati mill-Kambodja lejn l-Unjoni, u min-naħa l-oħra biex tiġi pprovduta l-kooperazzjoni amministrattiva kemm fir-rigward tal-Unjoni kif ukoll bejniethom.

    (7)

    L-Impriża Konġunta msemmija hawn fuq fiha, f’annessi, lista tal-materjali jew tal-partijiet użati fil-produzzjoni ta’ roti ta’ oriġini Vjetnamiża kkonċernati mill-akkumulazzjoni estiża, taħt il-kapitoli 32, 38, 39, 40, 48, 49, 73, 74, 76, 83, 85 u 87 tas-SA, kif ukoll il-lista ta’ indirizzi u d-dettalji ta’ kuntatt tal-awtoritajiet tal-gvern tal-Kambodja u tal-Vjetnam responsabbli għall-ħruġ u l-verifika tal-prova tal-oriġini.

    (8)

    Il-Kummissjoni eżaminat it-talba mill-Kambodja, inkluża l-Impriża Konġunta bejn il-Kambodja u l-Vjetnam dwar il-kooperazzjoni amministrattiva u l-annessi tagħha, u kkonkludiet li l-kundizzjonijiet relatati mal-għoti tal-akkumulazzjoni estiża għall-materjali jew il-partijiet użati fil-produzzjoni tar-roti li joriġinaw fil-Vjetnam biex jintużaw bħala materjali oriġinarji fil-Kambodja għall-manifattura u l-esportazzjoni ta’ roti lejn l-Unjoni skont s-SĠP huma ssodisfati. Bħalissa l-Kambodja hija pajjiż benefiċjarju tas-SĠP fis-sens tal-Artikolu 2(d) tar-Regolament (UE) Nru 978/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3). Barra minn hekk, ir-roti ma jidhrux fil-lista ta’ prodotti li fir-rigward tagħhom il-preferenzi tariffarji mogħtija lill-Kambodja skont l-arranġament ġenerali msemmi fil-punt 1(a) tal-Artikolu 1(2) tar-Regolament SĠP ġew irtirati temporanjament bir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/550 (4).

    (9)

    Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, jenħtieġ li tingħata l-possibbiltà għall-Kambodja li tapplika akkumulazzjoni estiża għal ċerti materjali jew partijiet użati fil-produzzjoni tar-roti taħt il-Kapitoli 32, 38, 39, 40, 48, 49, 73, 74, 76, 83, 85 u 87 tas-SA ta’ oriġini Vjetnamiża, għall-manifattura tar-roti taħt l-intestaturi 87.11, 87.12 tas-SA. Madankollu, minħabba l-fatt li l-prodotti mitluba koperti bl-intestatura 95.03 diġà huma ħielsa mid-dazju, l-intestatura 95.03 ma għandhiex tiġi inkluża f’din id-Deċiżjoni.

    (10)

    Id-dikjarazzjonijiet dwar l-oriġini magħmula b’rabta mal-prodotti manifatturati bl-użu tal-akkumulazzjoni jenħtieġ li jkun fihom referenza speċifika biex jiġi identifikat meta tiġi applikata l-akkumulazzjoni f’konformità mal-Anness 22-07 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2447 (5).

    (11)

    Jenħtieġ li l-kumulazzjoni mogħtija b’din id-Deċiżjoni tapplika sad-data stabbilita fl-Artikolu 43(3) tar-Regolament (UE) Nru 978/2012.

    (12)

    Il-Kummissjoni Ewropea se timmonitorja l-evoluzzjoni tal-importazzjonijiet li jirriżultaw mill-akkumulazzjoni skont din id-Deċiżjoni,

    ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Il-Kambodja hija b’dan intitolata li tuża, f’konformità mal-Artikolu 56(1) tar-Regolament Delegat (UE) 2015/2446, materjali jew partijiet użati fil-produzzjoni tar-roti elenkati fl-Anness I, li joriġinaw mill-Vjetnam f’konformità mal-Anness II tal-Protokoll 1 tal-FTA bejn l-UE u l-Vjetnam, taħt akkumulazzjoni estiża ta’ oriġini, sabiex tipproduċi u tesporta lejn l-Unjoni taħt id-dazji doganali preferenzjali tas-SĠP ir-roti elenkati fl-Anness II, dment li l-Kambodja tibqa’, fil-mument tal-esportazzjoni tal-prodott lejn l-Unjoni, pajjiż benefiċjarju tas-SĠP fis-sens tal-Artikolu 2(d) tar-Regolament (UE) Nru 978/2012, u l-arranġamenti preferenzjali msemmija fl-Artikolu 1(2) tal-istess Regolament għar-roti elenkati fl-Anness II ma jiġux irtirati temporanjament skont l-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 978/2012, u li japplikaw ir-regoli tal-oriġini stabbiliti fis-Subtaqsima 2 tat-Taqsima 2 tal-Kapitolu 1 tat-Titolu II tar-Regolament Delegat (UE) 2015/2446.

    Artikolu 2

    Id-dikjarazzjonijiet dwar l-oriġini magħmula mill-esportaturi fil-Kambodja fir-rigward tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 1 għandhom jinkludu r-referenza “kumulazzjoni estiża mal-Vjetnam” fin-numru tal-ispazju riżervat (6d) għall-kriterju tal-oriġini fl-Anness 22-07 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/2447.

    Artikolu 3

    L-awtoritajiet kompetenti tal-Kambodja għandhom jibagħtu lill-Kummissjoni, sal-aħħar tax-xahar wara kull tliet xhur kalendarji, rapport trimestrali dwar l-applikazzjoni tal-akkumulazzjoni msemmija fl-Artikolu 1. Tali rapport għandu jipprovdi l-lista ta’ dikjarazzjonijiet dwar l-oriġini magħmula matul l-aħħar perjodu għall-prodotti msemmija fl-Artikolu 1, l-esportaturi kkonċernati identifikati bin-numru REX tagħhom, il-kwantitajiet u l-intestatura SA ta’ materjali jew partijiet użati fil-produzzjoni ta’ roti użati li joriġinaw fil-Vjetnam, u l-kwantitajiet ta’ roti esportati lejn l-Unjoni.

    Artikolu 4

    Il-prodotti manifatturati taħt akkumulazzjoni msemmija fl-Artikolu 1 għandhom jibbenefikaw mill-arranġament ġenerali msemmi fil-punt 1(a) tal-Artikolu 1(2) tar-Regolament (UE) Nru 978/2012 meta jiġu importati fl-Unjoni sad-data stabbilita fl-Artikolu 43(3) ta’ dak ir-Regolament.

    Artikolu 5

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Magħmul fi Brussell, id-19 ta’ Settembru 2023.

    Għall-Kummissjoni

    Il-President

    Ursula VON DER LEYEN


    (1)   ĠU L 269, 10.10.2013, p. 1.

    (2)   ĠU L 343, 29.12.2015, p. 1.

    (3)  Ir-Regolament (UE) Nru 978/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 li japplika skema ta’ preferenzi tariffarji ġeneralizzati u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 732/2008 (ĠU L 303, 31.10.2012, p. 1).

    (4)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/550 tat-12 ta’ Frar 2020 li jemenda l-Annessi II u IV tar-Regolament (UE) Nru 978/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-irtirar temporanju tal-arranġamenti msemmija fl-Artikolu 1(2) tar-Regolament (UE) Nru 978/2012 fir-rigward ta’ ċerti prodotti li joriġinaw mir-Renju tal-Kambodja (ĠU L 127, 22.4.2020, p. 1).

    (5)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2447 tal-24 ta’ Novembru 2015 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (ĠU L 343, 29.12.2015, p. 558).


    ANNESS I

    Materjali jew partijiet użati fil-produzzjoni tar-roti, li joriġinaw fil-Vjetnam f’konformità mar-regoli stabbiliti mill-Protokoll 1 tal-FTA bejn l-UE u l-Vjetnam, li għandhom jiġu akkumulati fil-manifattura tar-roti fil-Kambodja taħt akkumulazzjoni estiża

    Kodiċi SA2022

    Deskrizzjoni tal-prodotti

    3208 90

    -

    Oħrajn

    3209 90

    -

    Oħrajn

    3814 00

    -

    Solventi u thinners organiċi kompożiti, mhux speċifikati jew inklużi banda oħra; neħħejja ppreparati taż-żebgħa jew tal-verniċ.

    3923 50

    -

    Tappijiet, għotjien, kapsuli u sistemi tal-għeluq oħrajn

    3923 90

    -

    Oħrajn

    4011 50

    -

    Li jintużaw fuq ir-roti

    4012 90

    -

    Oħrajn

    4013 20

    -

    Li jintużaw fuq ir-roti

    4016 99

    - -

    Oħrajn

    4819 10

    -

    Kartun, kaxxi u cases, ta’ karta jew kartun ikkorrugati

    4819 20

    -

    Kartun, kaxxi u cases, ta’ karta jew kartun mhux ikkorrugat, li jintnew

    4821 10

    -

    Stampati

    4823 90

    -

    Oħrajn

    4908 90

    -

    Oħrajn

    4911 99

    - -

    Oħrajn

    7303 00

    Tubi, pajpijiet u profili vojta, tal-ħadid fondut.

    7304 90

    -

    Oħrajn

    7307 99

    - -

    Oħrajn

    7315 11

    - -

    Ktajjen bir-rombli

    7318 22

    - -

    Washers oħrajn

    7318 24

    - -

    Kavilji u ċavi

    7326 90

    -

    Oħrajn

    7415 33

    - -

    Viti; boltijiet u skorfini

    7601 20

    -

    Ligi tal-aluminju

    7606 92

    - -

    Ta’ ligi tal-aluminju

    7608 10

    -

    Ta’ aluminju, mhux illigat

    7608 20

    -

    Ta’ ligi ta’ aluminju

    7616 10

    -

    Imsiemer, taċċi, staples (għajr dawk tal-intestatura 8305 ), viti, boltijiet, skorfini, ganċijiet bil-kamin, rivets, kavilji, ċovi, washers u oġġetti simili;

    8302 50

    -

    Dniedel tal-kpiepel, witet tal-kpiepel, brackets u fixtures simili

    8311 30

    -

    Vireg miksijin u wajer bil-qalba, ta’ metall komuni, għall-issaldjar, ibbrejżjar jew iwweldjar bi fjamma

    8507 60

    -

    Jone tal-litju

    8528 72

    - -

    Oħrajn, tal-kulur

    8537 10

    -

    Għal vultaġġ mhux ogħla minn 1 000  V

    8714 10

    -

    Ta’ muturi (inklużi mopeds)

    8714 91

    - -

    Frames u frieket, u partijiet tagħhom

    8714 92

    - -

    Rimmijiet u spokes tar-roti

    8714 93

    - -

    Btaten, ħlief btaten għall-ibbrejkjar fuq ir-rota ta’ wara u brejkijiet tal-buttun kif ukoll free-wheel sprocket wheels

    8714 94

    - -

    Brejkijiet, inklużi btaten għall-ibbrejkjar fuq ir-rota ta’ wara u brejkijiet tal-buttun u partijiet tagħhom

    8714 95

    - -

    Sedili

    8714 96

    - -

    Pedali u crank gears, u partijiet tagħhom

    8714 99

    - -

    Oħrajn


    ANNESS II

    Roti lesti prodotti fil-Kambodja taħt akkumulazzjoni estiża mal-Vjetnam

    Kodiċi SA2022

    Deskrizzjoni tal-prodotti

    8711 60

    -

    B’mutur elettriku għall-propulsjoni

    8712 00

    Biċikletti u roti oħrajn (inklużi triċikletti għat-tqassim), mhux immotorizzati.


    Top