EUR-Lex L'accès au droit de l'Union européenne

Retour vers la page d'accueil d'EUR-Lex

Ce document est extrait du site web EUR-Lex

Document 32023D1513

Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà (PESK) 2023/1513 tad-19 ta' Lulju 2023 dwar l-aċċettazzjoni tal-kontribut ta' Stat terz għall-Missjoni tal-Unjoni Ewropea fl-Armenja (EUMA) (EUMA/2/2023)

ST/11857/2023/INIT

ĠU L 184, 21.7.2023, p. 32–32 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Statut juridique du document En vigueur

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2023/1513/oj

21.7.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 184/32


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT POLITIKU U TA' SIGURTÀ (PESK) 2023/1513

tad-19 ta' Lulju 2023

dwar l-aċċettazzjoni tal-kontribut ta' Stat terz għall-Missjoni tal-Unjoni Ewropea fl-Armenja (EUMA) (EUMA/2/2023)

IL-KUMITAT POLITIKU U TA' SIGURTÀ,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 38, it-tielet paragrafu, tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2023/162 tat-23 ta' Jannar 2023 dwar missjoni tal-Unjoni Ewropea fl-Armenja (EUMA) (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 9(3) tagħha,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 9(3) tad-Deċiżjoni (PESK) 2023/162, il-Kunsill awtorizza lill-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà (KPS) jieħu d-deċiżjonijiet rilevanti dwar l-aċċettazzjoni tal-kontributi proposti għall-EUMA minn Stati terzi.

(2)

B'segwitu għar-rakkomandazzjoni tal- Kmandant tal-Operazzjonijiet Ċivili dwar il-kontribut propost tal-Kanada għall-EUMA, jenħtieġ li l-kontribut mill-Kanada jiġi aċċettat u kkunsidrat bħala sinifikanti,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

1.   Il-kontribut mill-Kanada għall-Missjoni tal-Unjoni Ewropea fl-Armenja (EUMA) huwa aċċettat u jitqies bħala sinifikanti.

2.   Il-Kanada hija eżentata minn kontribuzzjonijiet finanzjarji għall-baġit tal-EUMA.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, id-19 ta’ Lulju 2023.

Għall-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà

Il-President

D. PRONK


(1)  ĠU L 22, 24.1.2023, p. 29.


Haut