Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32023R1505

    Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2023/1505 tal-20 ta’ Lulju 2023 li jimplimenta l-Artikolu 2(3) tar-Regolament (KE) Nru 2580/2001 dwar miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet bil-għan li jiġi miġġieled it-terroriżmu, u li jħassar ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2023/420

    ST/11280/2023/INIT

    ĠU L 184, 21.7.2023, p. 1–4 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 15/01/2024; Imħassar b' 32024R0329

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2023/1505/oj

    21.7.2023   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 184/1


    REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2023/1505

    tal-20 ta’ Lulju 2023

    li jimplimenta l-Artikolu 2(3) tar-Regolament (KE) Nru 2580/2001 dwar miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet bil-għan li jiġi miġġieled it-terroriżmu, u li jħassar ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2023/420

    IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2580/2001 tas-27 ta' Diċembru 2001 dwar miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet bil-għan li jiġi miġġieled it-terroriżmu (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 2(3) tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,

    Billi:

    (1)

    Fl-24 ta' Frar 2023, il-Kunsill adotta r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2023/420 (2), li jistabbilixxi lista aġġornata ta' persuni, gruppi u entitajiet li għalihom japplika r-Regolament (KE) Nru 2580/2001 (il-“lista”).

    (2)

    Il-Kunsill ipprovda, fejn kien possibbli fil-prattika, dikjarazzjonijiet tar-raġunijiet lill-persuni, lill-gruppi u lill-entitajiet kollha bi spjegazzjoni għaliex iddaħħlu fil-lista.

    (3)

    B'avviż ippubblikat f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, il-Kunsill informa lill-persuni, lill-gruppi u lill-entitajiet fuq il-lista li kien iddeċieda li jżommhom fuqha. Il-Kunsill informa wkoll lil dawk il-persuni, il-gruppi u l-entitajiet li kien possibbli li tintalab dikjarazzjoni tar-raġunijiet tal-Kunsill talli ddaħħlu fil-lista fejn tali dikjarazzjoni ma kinitx diġà ġiet ikkomunikata lilhom.

    (4)

    Il-Kunsill għamel rieżami tal-lista kif meħtieġ mill-Artikolu 2(3) tar-Regolament (KE) Nru 2580/2001. Meta għamel dak ir-rieżami, il-Kunsill qis l-osservazzjonijiet ippreżentati lilu minn dawk ikkonċernati kif ukoll l-informazzjoni aġġornata li waslet mingħand l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti dwar l-istatus tal-individwi u l-entitajiet elenkati fil-livell nazzjonali.

    (5)

    Il-Kunsill ivverifika li l-awtoritajiet kompetenti, kif imsemmi fl-Artikolu 1(4) tal-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2001/931/PESK (3), ħadu deċiżjonijiet fir-rigward tal-persuni, il-gruppi u l-entitajiet kollha fil-lista fejn irriżulta li huma kienu involuti f'atti terroristiċi skont it-tifsira tal-Artikolu 1(2) u (3) tal-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK. Il-Kunsill ikkonkluda wkoll li jenħtieġ li l-persuni, il-gruppi u l-entitajiet li għalihom japplikaw l-Artikoli 2, 3 u 4 tal-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK jibqgħu soġġetti għall-miżuri restrittivi speċifiċi previsti fir-Regolament (KE) Nru 2580/2001.

    (6)

    Jenħtieġ li l-lista tiġi aġġornata skont dan, u jenħtieġ li r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2023/420 jitħassar,

    ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Il-lista prevista fl-Artikolu 2(3) tar-Regolament (KE) Nru 2580/2001 hija stabbilita fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

    Artikolu 2

    Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2023/420 huwa b'dan imħassar.

    Artikolu 3

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, l-20 ta’ Lulju 2023.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    J. BORRELL FONTELLES


    (1)  ĠU L 344, 28.12.2001, p. 70.

    (2)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2023/420 tal-24 ta' Frar 2023 li jimplimenta l-Artikolu 2(3) tar-Regolament (KE) Nru 2580/2001 dwar miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet bil-għan li jiġi miġġieled it-terroriżmu, u li jħassar ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2022/1230 (ĠU L 61, 27.2.2023, p. 37).

    (3)  Il-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2001/931/PESK tas-27 ta' Diċembru 2001 dwar l-applikazzjoni ta' miżuri speċifiċi fil-ġlieda kontra t-terroriżmu (ĠU L 344, 28.12.2001, p. 93).


    ANNESS

    LISTA TA' PERSUNI, GRUPPI U ENTITAJIET IMSEMMIJIN FL-ARTIKOLU 1

    I.   PERSUNI

    1.

    ABDOLLAHI Hamed (magħruf ukoll bħala Mustafa Abdullahi), imwieled fil-11.8.1960 fl-Iran. Numru tal-passaport: D9004878.

    2.

    AL-NASSER Abdelkarim Hussein Mohamed, imwieled f'Al Ihsa (l-Arabja Sawdija), ċittadin tal-Arabja Sawdija.

    3.

    AL-YACOUB Ibrahim Salih Mohammed, imwieled fis-16.10.1966 f'Tarut (l-Arabja Sawdija), ċittadin tal-Arabja Sawdija.

    4.

    ARBABSIAR Manssor (magħruf ukoll bħala Mansour Arbabsiar), imwieled fis-6.3.1955 jew fil-15.3.1955 fl-Iran. Nazzjonal Iranjan u tal-Istati Uniti; numru tal-passaport: C2002515 (Iran); numru tal-passaport: 477845448 (USA). Numru tal-identità nazzjonali: 07442833, data ta' skadenza 15.3.2016 (liċenzja tas-sewqan tal-Istati Uniti tal-Amerka).

    5.

    ASSADI Assadollah (magħruf ukoll bħala Assadollah Asadi), imwieled fit-22.12.1971 f'Tehran (l-Iran), nazzjonal Iranjan. Numru tal-passaport diplomatiku Iranjan: D9016657.

    6.

    BOUYERI Mohammed (magħruf ukoll bħala Abu Zubair, magħruf ukoll bħala Sobiar, magħruf ukoll bħala Abu Zoubair), imwieled fit-8.3.1978 f'Amsterdam (in-Netherlands).

    7.

    HASSAN EL HAJJ Hassan, imwieled fit-22.3.1988 f'Zaghdraiya, Sidon, il-Libanu, ċittadin Kanadiż. Numru tal-passaport: JX446643 (Canada).

    8.

    HASHEMI MOGHADAM Saeid, imwieled fis-6.8.1962 f'Tehran (l-Iran), nazzjonal Iranjan. Numru tal-passaport: D9016290, validu sal-4.2.2019.

    9.

    AL-DIN Hasan Izz (magħruf ukoll bħala Garbaya Ahmed, magħruf ukoll bħala Sa'id, magħruf ukoll bħala Salwwan Samir), il-Libanu, imwieled fl-1963 fil-Libanu, ċittadin tal-Libanu.

    10.

    MELIAD Farah, imwieled fil-5.11.1980 f'Sydney (l-Awstralja), ċittadin Awstraljan. Numru tal-passaport: M2719127 (Australia).

    11.

    MOHAMMED Khalid Shaikh (magħruf ukoll bħala Ali Salem, magħruf ukoll bħala Bin Khalid Fahd Bin Abdallah, magħruf ukoll bħala Henin Ashraf Refaat Nabith, magħruf ukoll bħala Wadood Khalid Abdul), imwieled fl-14.4.1965 jew fl-1.3.1964 fil-Pakistan, numru tal-passaport 488555.

    12.

    SHAHLAI Abdul Reza (magħruf ukoll bħala Abdol Reza Shala'i, magħruf ukoll bħala Abd-al Reza Shalai, magħruf ukoll bħala Abdorreza Shahlai, magħruf ukoll bħala Abdolreza Shahla'i, magħruf ukoll bħala Abdul-Reza Shahlaee, magħruf ukoll bħala Hajj Yusef, magħruf ukoll bħala Haji Yusif, magħruf ukoll bħala Hajji Yasir, magħruf ukoll bħala Hajji Yusif, magħruf ukoll bħala Yusuf Abu-al-Karkh), imwieled bejn wieħed u ieħor fl-1957 fl-Iran. Indirizzi: (1) Kermanshah, Iran, (2) Mehran Military Base, Ilam Province, Iran.

    13.

    SHAKURI Ali Gholam, imwieled bejn wieħed u ieħor fl-1965 f'Tehran, l-Iran.

    II.   GRUPPI U ENTITAJIET

    1.

    "Abu Nidal Organisation" — "ANO" (magħrufa wkoll bħala "Fatah Revolutionary Council", magħrufa wkoll bħala "Arab Revolutionary Brigades", magħrufa wkoll bħala "Black September", magħrufa wkoll bħala "Revolutionary Organisation of Socialist Muslims").

    2.

    "Al-Aqsa Martyrs' Brigade".

    3.

    "Al-Aqsa e.V".

    4.

    "Babbar Khalsa".

    5.

    "Communist Party of the Philippines", inkluż "New People's Army" — "NPA", Philippines.

    6.

    Directorate for Internal Security of the Iranian Ministry for Intelligence and Security.

    7.

    "Gama'a al-Islamiyya" (magħruf ukoll bħala "Al-Gama'a al-Islamiyya") ("Islamic Group" — "IG").

    8.

    "İslami Büyük Doğu Akıncılar Cephesi" — "IBDA-C" ("Great Islamic Eastern Warriors Front").

    9.

    "Hamas", inkluż "Hamas-Izz al-Din al-Qassem".

    10.

    "Hizballah Military Wing" (magħrufa wkoll bħala "Hezbollah Military Wing", magħrufa wkoll bħala "Hizbullah Military Wing", magħrufa wkoll bħala "Hizbollah Military Wing", magħrufa wkoll bħala "Hezballah Military Wing", magħrufa wkoll bħala "Hisbollah Military Wing", magħrufa wkoll bħala "Hizbu'llah Military Wing" magħrufa wkoll bħala "Hizb Allah Military Wing", magħrufa wkoll bħala "Jihad Council" (u l-unitajiet kollha li jirrappurtaw lilha, inkluż l-External Security Organisation)).

    11.

    "Hizbul Mujahideen" — "HM".

    12.

    "Khalistan Zindabad Force" — "KZF".

    13.

    "Kurdistan Workers' Party" — "PKK" (magħruf ukoll bħala "KADEK", magħruf ukoll bħala "KONGRA-GEL").

    14.

    "Liberation Tigers of Tamil Eelam" — "LTTE".

    15.

    "Ejército de Liberación Nacional" (l-"Armata għal-Liberazzjoni Nazzjonali").

    16.

    "Palestinian Islamic Jihad" — "PIJ".

    17.

    "Popular Front for the Liberation of Palestine" — "PFLP".

    18.

    "Popular Front for the Liberation of Palestine — General Command" (magħruf ukoll bħala. "PFLP — General Command").

    19.

    "Devrimci Halk Kurtuluș Partisi-Cephesi" — "DHKP/C" (magħruf ukoll bħala "Devrimci Sol" ("Revolutionary Left"), magħruf ukoll bħala "Dev Sol") ("Revolutionary People's Liberation Army/Front/Party").

    20.

    "Sendero Luminoso" — "SL" ("Shining Path").

    21.

    "Teyrbazen Azadiya Kurdistan" — "TAK" (magħruf ukoll bħala l-"Kurdistan Freedom Falcons", magħruf ukoll bħala l-"Kurdistan Freedom Hawks").


    Top