Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32023R1330

    Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/1330 tad-29 ta’ Ġunju 2023 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerta karta termali ħafifa li toriġina mir-Repubblika tal-Korea wara rieżami tal-iskadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

    C/2023/4311

    ĠU L 166, 30.6.2023, p. 76–97 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2023/1330/oj

    30.6.2023   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 166/76


    REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/1330

    tad-29 ta’ Ġunju 2023

    li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerta karta termali ħafifa li toriġina mir-Repubblika tal-Korea wara rieżami tal-iskadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Unjoni Ewropea (1) (ir-“Regolament bażiku”), u b’mod partikolari l-Artikolu 11(2) tiegħu,

    Billi:

    1.   PROĊEDURA

    1.1.   Investigazzjonijiet preċedenti u miżuri fis-seħħ

    (1)

    Permezz tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/763 (2), il-Kummissjoni Ewropea (“il-Kummissjoni”) imponiet dazji anti-dumping fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerta karta termali ħafifa li toriġina mir-Repubblika tal-Korea (“il-miżuri oriġinali”). L-investigazzjoni li wasslet għall-impożizzjoni tal-miżuri oriġinali minn hawn ’il quddiem se tissejjaħ “l-investigazzjoni oriġinali”. Il-miżuri ħadu l-forma ta’ rati fissi tad-dazju fil-livell ta’ EUR 104,46 għal kull tunnellata netta, kemm għall-uniku grupp esportatur li kkoopera kif ukoll għall-kumpaniji l-oħrajn kollha.

    (2)

    Is-sentenzi fil-Kawżi T-383/17 (3) u C-260/20 P (4) kienu jinvolvu l-annullament tal-miżuri għall-uniku grupp esportatur li kkoopera. Bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/593 (5), il-Kummissjoni Ewropea imponiet mill-ġdid id-dazji anti-dumping fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerta karta termali ħafifa li toriġina mir-Repubblika tal-Korea fil-livell rivedut ta’ EUR 103,16 għal kull tunnellata netta, kemm għall-uniku grupp esportatur li kkoopera kif ukoll għall-kumpaniji l-oħrajn kollha.

    1.2.   Talba għal rieżami ta’ skadenza

    (3)

    Wara l-pubblikazzjoni ta’ notifika ta’ skadenza imminenti (6), il-Kummissjoni rċeviet talba għal rieżami skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku.

    (4)

    It-talba għal rieżami tressqet fl-1 ta’ Frar 2022 mill-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Karta Termali (“l-applikant”) f’isem l-industrija tal-Unjoni ta’ ċerta karta termali ħafifa skont l-Artikolu 5(4) tar-Regolament bażiku. It-talba għal rieżami kienet ibbażata fuq ir-raġunijiet li l-iskadenza tal-miżuri x’aktarx li twassal għal kontinwazzjoni jew rikorrenza ta’ dumping u għal kontinwazzjoni jew rikorrenza ta’ ħsara għall-industrija tal-Unjoni.

    1.3.   Bidu ta’ rieżami ta’ skadenza

    (5)

    Wara li ddeterminat, wara konsultazzjoni mal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 15(1) tar-Regolament bażiku, li kienet teżisti biżżejjed evidenza għall-bidu ta’ rieżami ta’ skadenza, il-Kummissjoni, fit-3 ta’ Mejju 2022, bdiet rieżami ta’ skadenza dwar l-importazzjonijiet lejn l-Unjoni ta’ ċerta karta termali ħafifa li toriġina mir-Repubblika tal-Korea (“il-pajjiż ikkonċernat”) abbażi tal-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku. Din ippubblikat Notifika ta’ Bidu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (7) (“in-Notifika ta’ Bidu”).

    1.4.   Perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami u kkunsidrat

    (6)

    L-investigazzjoni ta’ kontinwazzjoni jew ta’ rikorrenza tad-dumping kopriet il-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2021 sal-31 ta’ Diċembru 2021 (“il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami”). L-eżaminazzjoni tax-xejriet rilevanti għall-valutazzjoni tal-probabbiltà ta’ kontinwazzjoni jew ta’ rikorrenza tad-dannu kopriet il-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2018 sa tmiem il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami (“il-perjodu kkunsidrat”).

    1.5.   Partijiet interessati

    (7)

    Fin-Notifika ta’ Bidu, il-partijiet interessati ġew mistiedna jikkuntattjaw lill-Kummissjoni sabiex jieħdu sehem fl-investigazzjoni. Barra minn hekk, il-Kummissjoni infurmat speċifikament lill-applikant, lill-produttur magħruf fir-Repubblika tal-Korea u lill-awtoritajiet tar-Repubblika tal-Korea, lill-importaturi, lill-utenti u lill-kummerċjanti magħrufa dwar il-bidu tal-iskadenza u stednithom jipparteċipaw.

    (8)

    Il-partijiet interessati kellhom l-opportunità li jikkummentaw dwar il-bidu tar-rieżami ta’ skadenza u li jitolbu seduta mal-Kummissjoni u/jew mal-Uffiċjal tas-Seduta fil-proċedimenti kummerċjali.

    1.6.   Kummenti dwar il-bidu

    (9)

    Il-Kummissjoni rċeviet kummenti dwar il-bidu minn Hansol Paper Co. Ltd. (“Hansol Paper”). Din il-parti ddikjarat li d-data fit-talba ma turix li l-industrija tal-Unjoni qiegħda ġġarrab dannu materjali.

    (10)

    Il-Kummissjoni fakkret li Hansol Paper kienet wettqet eżami tat-talba f’konformità mal-Artikolu 11(2) u ma’ paragrafi rilevanti oħrajn tal-Artikolu 11 tar-Regolament bażiku, u waslet għall-konklużjoni li r-rekwiżiti għall-bidu ta’ investigazzjoni ġew issodisfati, jiġifieri, li l-adegwatezza u l-akkuratezza tal-evidenza ppreżentata mill-applikanti kienu evidenza suffiċjenti li għandha t-tendenza li turi l-probabbiltà ta’ kontinwazzjoni jew rikorrenza ta’ dumping dannuż.

    (11)

    F’dan ir-rigward, din fakkret ukoll li fl-istadju tat-talba ma huwiex meħtieġ li l-Kummissjoni jkollha quddiemha l-istess evidenza ta’ probabbiltà ta’ kontinwazzjoni jew ta’ rikorrenza ta’ dumping u dannu ta’ kwantità u kwalità li jkunu meħtieġa għall-estensjoni tal-miżuri. Investigazzjoni tal-anti-dumping hija proċess fejn iċ-ċertezza dwar l-eżistenza tal-elementi meħtieġa biex tiġi adottata jew imtawla miżura jew biex jintemm proċediment tintlaħaq gradwalment hekk kif l-investigazzjoni tavvanza. Barra minn hekk, ma huwiex eskluż li ċerti żbalji jew ineżattezzi jistgħu jeżistu fl-applikazzjoni. Madankollu, l-eżistenza tagħhom mhux neċessarjament ikollha impatt fuq il-konklużjoni ġenerali li t-talba fiha biżżejjed evidenza ta’ probabbiltà ta’ kontinwazzjoni jew rikorrenza ta’ dumping dannuż, u li l-fajl jistħoqqlu investigazzjoni.

    (12)

    Barra minn hekk, l-istandard legali ta’ evidenza meħtieġ għal talba (biżżejjed evidenza) jagħmilha ċara li l-kwantità u l-kwalità tal-informazzjoni fit-talba ma humiex l-istess bħal ta’ dik disponibbli fi tmiem investigazzjoni. Ma huwiex eskluż li jsiru bidliet bejn l-istadju tat-talba u l-konklużjoni tal-investigazzjoni. Madankollu, tali bidliet mhux neċessarjament għandhom impatt fuq il-konklużjoni ġenerali li l-fajl jistħoqqlu investigazzjoni peress li hemm biżżejjed evidenza tal-probabbiltà ta’ kontinwazzjoni jew rikorrenza ta’ dumping dannuż.

    (13)

    Fir-rigward tal-pretensjoni li d-data fit-talba ma turix li l-industrija tal-Unjoni qiegħda ġġarrab dannu materjali, Hansol Paper issottomettiet li l-indikaturi ekonomiċi pprovduti fit-talba juru li l-importazzjonijiet mill-Korea huma f’livelli mhux dannużi, is-sehem mis-suq tal-Korea huwa negliġibbli u l-industrija tal-Unjoni qiegħda taħdem tajjeb f’termini ta’ volum ta’ bejgħ, sehem mis-suq, investimenti u effiċjenza operattiva. Skont Hansol Paper, it-talba rrikonoxxiet li l-prezzijiet tal-bejgħ tal-produtturi tal-Unjoni naqsu matul il-perjodu kkunsidrat iżda ssottomettiet li dan huwa dovut għal fatturi oħrajn fis-suq kollu li ma għandhom xejn x’jaqsmu mal-importazzjonijiet mill-Korea.

    (14)

    Il-Kummissjoni ċċarat li fit-talba, l-applikant allega l-probabbiltà ta’ kontinwazzjoni jew ta’ rikorrenza ta’ dannu mill-pajjiż ikkonċernat. Il-Kummissjoni tabilħaqq ikkunsidrat li, fit-talba, l-applikant ipprovda biżżejjed evidenza li turi li, wara perjodu inizjali ta’ rkupru, l-industrija tal-Unjoni ġarrbet dannu meta l-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat żdiedu bejn l-1 ta’ Ottubru 2020 u t-30 ta’ Settembru 2021. F’dan ir-rigward, hija fakkret li sejba ta’ dannu materjali tirrikjedi eżami, fost l-oħrajn, tal-fatturi rilevanti kif deskritti fl-Artikolu 5(2)(d) tar-Regolament bażiku. Fil-fatt, il-formulazzjoni tal-Artikolu 5(2) tar-Regolament bażiku tiddikjara li l-ilment għandu jkun fih informazzjoni dwar il-bidliet fil-volum ta’ importazzjonijiet li allegatament kienu oġġett ta’ dumping, l-effett ta’ dawk l-importazzjonijiet fuq il-prezzijiet tal-prodott simili fis-suq tal-Unjoni u l-impatt konsegwenti tal-importazzjonijiet fuq l-industrija tal-Unjoni, kif muri minn fatturi u indiċijiet rilevanti (mhux neċessarjament kollha) li jaffettwaw l-istat tal-industrija tal-Unjoni, bħal dawk elenkati fl-Artikoli 3(3) u 3(5). Dan huwa applikabbli mutatis mutandis għall-analiżi tal-probabbiltà f’rieżami ta’ skadenza. Bl-istess mod, mhux il-fatturi kollha jridu juru deterjorament sabiex jiġi stabbilit dannu materjali (u għalhekk, il-probabbiltà ta’ kontinwazzjoni jew rikorrenza tiegħu). Barra minn hekk, l-eżistenza ta’ fatturi oħrajn li jista’ jkollhom impatt fuq is-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni, ma timplikax neċessarjament li l-effett tal-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping fuq din l-industrija ma huwiex materjali (għal darb’oħra, dan huwa applikabbli b’mod simili għall-analiżi tal-probabbiltà). Dan huwa aktar minnu fil-każ ta’ rieżami ta’ skadenza fejn l-enfasi tkun fuq x’jiġri jekk il-miżuri jiġu revokati. Barra minn hekk, fil-każ ta’ rieżamijiet ta’ skadenza, il-miżuri anti-dumping jista’ jkollhom ċertu effett pożittiv anke jekk id-dannu jkompli b’mod ġenerali. Fi kwalunkwe każ, il-Kummissjoni nnotat ukoll li t-talba kien fiha biżżejjed evidenza dwar il-probabbiltà ta’ rikorrenza ta’ dannu. B’mod partikolari, din uriet li s-suq tal-Korea huwa kkaratterizzat minn kapaċità żejda sinifikanti fil-produzzjoni. Is-suq domestiku tal-Korea ma huwiex kapaċi jassorbi din il-produzzjoni żejda. Għalhekk, is-suq tal-Unjoni, li huwa globalment l-akbar suq tal-karta termali huwa attraenti għall-esportaturi Koreani f’termini tad-daqs. Barra minn hekk, swieq oħrajn tal-esportazzjoni huma diffiċli biex jiġu aċċessati għal diversi raġunijiet (8). Fuq din il-bażi, il-Kummissjoni kienet intitolata tibda l-investigazzjoni.

    (15)

    Fir-rigward tal-allegazzjonijiet ta’ Hansol Paper dwar l-iżvilupp pożittiv ta’ xi indikaturi tad-dannu fit-talba, eż., is-sehem mis-suq u l-volum ta’ bejgħ, il-Kummissjoni nnotat li l-miżuri anti-dumping spiss ikollhom effett pożittiv fuq l-istat tal-industrija tal-Unjoni — fattur li naturalment tqies fl-analiżi tal-Kummissjoni.

    (16)

    Fir-rigward tal-kumment dwar l-interess tal-Unjoni, il-Kummissjoni ma għandha l-ebda obbligu legali li teżamina l-interess tal-Unjoni fl-istadju tal-bidu.

    1.7.   Kampjunar

    (17)

    Fin-Notifika ta’ Bidu, il-Kummissjoni ddikjarat li tista’ tieħu kampjun tal-partijiet interessati f’konformità mal-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku.

    1.7.1.   Kampjunar tal-produtturi tal-Unjoni

    (18)

    Fin-Notifika ta’ Bidu, il-Kummissjoni ddikjarat li kienet għażlet kampjun tal-produtturi tal-Unjoni b’mod provviżorju. Il-Kummissjoni għażlet kampjun ta’ tliet produtturi tal-Unjoni. Il-kriterji użati għall-għażla tal-kampjun kienu l-akbar volum rappreżentattiv ta’ bejgħ u produzzjoni tal-prodott simili fl-UE bejn l-1 ta’ Jannar 2021 u l-31 ta’ Diċembru 2021. Il-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun kienu jirrappreżentaw 86 % tal-volum totali stmat ta’ produzzjoni u bejgħ fl-Unjoni. F’konformità mal-Artikolu 17(2) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni stiednet lill-partijiet interessati jikkummentaw dwar il-kampjun provviżorju. Wasal kumment wieħed mill-assoċjazzjoni tal-Unjoni li appoġġat il-kampjun provviżorju. Il-kampjun ġie kkonfermat fit-12 ta’ Mejju 2022. Il-kampjun huwa rappreżentattiv tal-industrija tal-Unjoni.

    1.7.2.   Kampjunar tal-importaturi

    (19)

    Sabiex tiddeċiedi jekk il-kampjunar kienx meħtieġ u, jekk iva, biex tagħżel kampjun, il-Kummissjoni talbet lil importaturi mhux relatati jipprovdu l-informazzjoni speċifikata fin-Notifika ta’ Bidu. Ma kien hemm l-ebda importatur mhux relatat li ssottometta l-informazzjoni mitluba. Konsegwentement, il-Kummissjoni ddeċidiet li l-kampjunar ma kienx meħtieġ.

    1.8.   Tweġibiet għall-kwestjonarju

    (20)

    Il-Kummissjoni stiednet lit-tliet produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun u lill-produttur esportatur ewlieni magħruf fil-Korea biex jimlew il-kwestjonarji rilevanti li saru disponibbli online (9) fil-jum tal-bidu.

    (21)

    Waslu tweġibiet għall-kwestjonarju mingħand it-tliet produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun, il-produttur esportatur ewlieni magħruf, Hansol Paper, u l-importaturi relatati tiegħu Hansol Europe B.V. u Hansol America Inc. Barra minn hekk, l-applikant ipprovda tweġiba għall-kwestjonarju bil-makrodata.

    1.9.   Verifika

    (22)

    Il-Kummissjoni fittxet u vverifikat l-informazzjoni kollha meqjusa meħtieġa għad-determinazzjoni tal-probabbiltà ta’ kontinwazzjoni jew ta’ rikorrenza ta’ dumping u dannu u tal-interess tal-Unjoni. Iż-żjarat ta’ verifika skont l-Artikolu 16 tar-Regolament bażiku twettqu fil-bini tal-kumpaniji li ġejjin:

    Produtturi tal-Unjoni

    Koehler Paper SE, Oberkirch, il-Ġermanja

    Mitsubishi HiTec Paper Europe GmbH, Bielefeld, il-Ġermanja.

    Jujo Thermal Oy, Kauttua, il-Finlandja.

    Produttur esportatur fir-Repubblika tal-Korea

    Hansol Paper Co. Ltd, Seoul and Seocheon-gun, Chungcheongnam-do, ir-Repubblika tal-Korea (“Hansol Paper”)

    Importaturi relatati

    Hansol Europe B.V., Hoofddorp, in-Netherlands (“Hansol Europe”)

    Hansol America Inc., Fort Lee, l-Istati Uniti tal-Amerka (“Hansol America”)

    1.10.   Proċedura sussegwenti

    (23)

    Fis-27 ta’ April 2023, il-Kummissjoni ddivulgat il-fatti u l-kunsiderazzjonijiet essenzjali li fuq il-bażi tagħhom kien biħsiebha żżomm fis-seħħ id-dazji anti-dumping. Fl-10 ta’ Mejju 2023, il-Kummissjoni bagħtet aġġornament tal-kalkolu tat-twaqqigħ tal-prezz lil Hansol Paper biss. Il-partijiet kollha ngħataw perjodu li fih setgħu jikkummentaw dwar id-divulgazzjoni. Waslu kummenti mingħand l-applikanti u mingħand Hansol Paper.

    (24)

    Il-kummenti li għamlu l-partijiet interessati ġew ikkunsidrati mill-Kummissjoni u ttieħdu inkunsiderazzjoni, fejn xieraq. L-ebda parti ma talbet seduta ta’ smigħ.

    1.11.   Preżentazzjoni tad-data

    (25)

    Minħabba l-għadd limitat ta’ partijiet li ssottomettew id-data, uħud miċ-ċifri ppreżentati hawn taħt kellhom ikunu fil-forma ta’ meded sabiex jiġi evitat ksur tal-kunfidenzjalità. Id-data mill-uniku produttur esportatur li kkoopera qiegħda tingħata f’meded peress li huwa l-unika kumpanija li kkooperat.

    2.   PRODOTT TAĦT RIEŻAMI, PRODOTT IKKONĊERNAT U PRODOTT SIMILI

    2.1.   Prodott taħt rieżami

    (26)

    Il-prodott taħt rieżami huwa l-istess bħal dak fl-investigazzjoni oriġinali, jiġifieri ċerta karta termali ħafifa li tiżen 65 g/m2 jew inqas; f’rombli ta’ wisa’ 20 cm jew aktar, piż tar-romblu (inkluża l-karta) ta’ 50 kg jew aktar u dijametru tar-romblu (inkluża l-karta) ta’ 40 cm jew aktar (“rombli jumbo”); b’kisja ta’ taħt fuq naħa waħda jew fuq iż-żewġ naħat jew mingħajrha; miksija b’sustanza termosensittiva fuq naħa waħda jew fuq iż-żewġ naħat; u b’kisja ta’ fuq jew mingħajrha (“il-prodott taħt rieżami”), li attwalment taqa’ taħt il-kodiċijiet NM ex 4809 90 00, ex 4811 90 00, ex 4816 90 00 u ex 4823 90 85 (il-kodiċijiet TARIC: 4809900010, 4811900010, 4816900010, 4823908520).

    (27)

    Il-karta termali ħafifa hija karta ta’ speċjalità. Għandha kisja attiva termali li tirreaġixxi biex tifforma immaġni meta s-sħana tiġi applikata minn stampaturi b’printheads termali. Il-karta termali ħafifa tintuża għal applikazzjonijiet fil-punt ta’ bejgħ bħall-irċevuti maħruġa mill-bejgħ bl-imnut, iżda wkoll għal tikketti awtoadeżivi għall-imballaġġ, il-biljetti u t-tikketti tal-kummerċ elettroniku.

    (28)

    Il-karta termali ħafifa tista’ tiġi prodotta b’diversi tipi ta’ żviluppaturi kimiċi. Din l-investigazzjoni tikkonċerna t-tipi kollha.

    2.2.   Prodott ikkonċernat

    (29)

    Il-prodott ikkonċernat minn din l-investigazzjoni huwa l-prodott taħt rieżami li joriġina mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina.

    2.3.   Prodott simili

    (30)

    Kif stabbilit fl-investigazzjoni oriġinali, din l-investigazzjoni tar-rieżami ta’ skadenza kkonfermat li l-prodotti li ġejjin għandhom l-istess karatteristiċi fiżiċi u tekniċi bażiċi kif ukoll l-istess użi bażiċi:

    il-prodott ikkonċernat meta jiġi esportat lejn l-Unjoni;

    il-prodott taħt rieżami prodott u mibjugħ fis-suq domestiku tar-Repubblika tal-Korea; u

    l-prodott taħt rieżami prodott u mibjugħ fl-Unjoni mill-industrija tal-Unjoni.

    (31)

    Għalhekk, dawn il-prodotti huma kkunsidrati bħala prodotti simili skont it-tifsira tal-Artikolu 1(4) tar-Regolament bażiku.

    2.4.   Pretensjonijiet rigward id-definizzjoni tal-prodott

    (32)

    F’sottomissjoni tal-1 ta’ Lulju 2022, il-produttur esportatur talab kjarifika dwar jekk tipi ta’ prodotti ġodda prodotti mill-industrija tal-Unjoni jiġux inklużi jew esklużi mill-ambitu tar-rieżami ta’ skadenza. Dawn it-tipi ġodda ta’ prodotti ma jużaw l-ebda żviluppatur kimiku u l-immaġni tiġi rilaxxata abbażi tal-fiżika minflok proċess kimiku. Nota għall-fajl datata d-19 ta’ Settembru 2022 iċċarat l-ambitu tal-investigazzjoni fis-sens li l-karta termali ħafifa bi żviluppatur kimiku biss hija koperta mill-proċediment.

    3.   DUMPING

    3.1.   Kummenti preliminari

    (33)

    Matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami, l-importazzjonijiet tal-karta termali ħafifa mir-Repubblika tal-Korea komplew, għalkemm f’livelli aktar baxxi milli fil-perjodu ta’ investigazzjoni tal-investigazzjoni oriġinali (jiġifieri mill-1 ta’ Jannar 2015 sal-31 ta’ Diċembru 2015). Skont it-tabella 2 ta’ hawn taħt, l-importazzjonijiet ta’ karta termali ħafifa mir-Repubblika tal-Korea ammontaw għal 2,7 % tas-suq tal-Unjoni fil-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami meta mqabbla ma’ 13,6 % tas-sehem mis-suq matul l-investigazzjoni oriġinali.

    (34)

    Hansol Paper ikkooperat fl-investigazzjoni. Dan kien jirrappreżenta (qrib) l-importazzjonijiet kollha tal-prodott taħt rieżami mir-Repubblika tal-Korea. L-ebda produttur esportatur ieħor ma ppreżenta ruħu. Is-sejbiet fir-rigward tal-kontinwazzjoni tad-dumping huma bbażati fuq id-data vverifikata ta’ Hansol Paper.

    3.2.   Kontinwazzjoni tad-dumping matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami

    3.2.1.   Valur normali

    (35)

    Il-Kummissjoni l-ewwel eżaminat jekk il-volum totali ta’ bejgħ domestiku tal-produttur esportatur li kkoopera kienx rappreżentattiv, f’konformità mal-Artikolu 2(2) tar-Regolament bażiku. Il-bejgħ domestiku jkun rappreżentattiv jekk it-total tal-volum ta’ bejgħ domestiku tal-prodott simili lill-klijenti indipendenti fis-suq domestiku għal kull produttur esportatur ikun jirrappreżenta mill-anqas 5 % tal-volum totali ta’ bejgħ għall-esportazzjoni tiegħu tal-prodott taħt rieżami lejn l-Unjoni matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami. Abbażi ta’ dan, il-bejgħ totali mill-produttur esportatur tal-prodott simili fis-suq domestiku, kien rappreżentattiv.

    (36)

    Il-Kummissjoni sussegwentement identifikat it-tipi ta’ prodotti mibjugħin fuq livell domestiku li kienu identiċi jew paragunabbli għat-tipi ta’ prodotti mibjugħin għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni għall-produttur esportatur b’bejgħ domestiku rappreżentattiv.

    (37)

    Il-Kummissjoni mbagħad eżaminat jekk il-bejgħ domestiku mill-produttur esportatur fis-suq domestiku tiegħu għal kull tip ta’ prodott li huwa identiku jew komparabbli ma’ tip ta’ prodott mibjugħ għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni kienx rappreżentattiv, f’konformità mal-Artikolu 2(2) tar-Regolament bażiku. Il-bejgħ domestiku ta’ tip ta’ prodott huwa rappreżentattiv jekk il-volum totali ta’ bejgħ domestiku ta’ dak it-tip ta’ prodott lil klijenti indipendenti matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami jirrappreżenta mill-anqas 5 % tal-volum totali ta’ bejgħ b’esportazzjoni tat-tip tal-prodott identiku jew komparabbli lejn l-Unjoni. Il-Kummissjoni stabbiliet li, għal xi tipi ta’ prodotti li ġew esportati lejn l-Unjoni matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami, ma kien hemm l-ebda bejgħ domestiku u għalhekk ma kienx rappreżentattiv.

    (38)

    Imbagħad, il-Kummissjoni ddefiniet il-proporzjon ta’ bejgħ profittabbli lil klijenti indipendenti fis-suq domestiku għal kull tip ta’ prodott matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami sabiex tiddeċiedi jekk tużax il-bejgħ domestiku effettiv għall-kalkolu tal-valur normali, f’konformità mal-Artikolu 2(4) tar-Regolament bażiku.

    (39)

    Il-valur normali huwa bbażat fuq il-prezz domestiku effettiv għal kull tip ta’ prodott, irrispettivament minn jekk dak il-bejgħ huwiex profittabbli jew le, jekk:

    (a)

    il-volum ta’ bejgħ tat-tip ta’ prodott, mibjugħ bi prezz ta’ bejgħ nett li huwa daqs jew ogħla mill-kost tal-input ikkalkolat, irrappreżenta aktar minn 80 % tal-volum totali ta’ bejgħ ta’ dan it-tip ta’ prodott; u

    (b)

    l-prezz ta’ bejgħ medju ponderat ta’ dak it-tip ta’ prodott ikun daqs jew ogħla mill-kost tal-unità tal-produzzjoni.

    (40)

    F’dan il-każ, il-valur normali huwa l-medja ponderata tal-prezzijiet ta’ bejgħ domestiku kollu ta’ dak it-tip ta’ prodott matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami.

    (41)

    Il-valur normali huwa l-prezz domestiku effettiv għal kull tip ta’ prodott ta’ bejgħ domestiku bi profitt tat-tipi ta’ prodotti biss matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami, jekk:

    (a)

    il-volum ta’ bejgħ profittabbli tat-tip ta’ prodott jirrappreżenta 80 % jew inqas mill-volum totali ta’ bejgħ ta’ dan it-tip: jew

    (b)

    il-prezz medju ponderat ta’ dan it-tip ta’ prodott ikun anqas mill-kost tal-unità tal-produzzjoni.

    (42)

    L-analiżi ta’ bejgħ domestiku wriet li, skont it-tip ta’ prodott, bejn 32 % u 100 % tal-bejgħ domestiku kollu ħalla profitt u li l-prezz ta’ bejgħ medju ponderat ta’ kull tip ta’ prodott kien ogħla mill-kost tal-produzzjoni. Għaldaqstant, skont it-tip ta’ prodott, il-valur normali ġie kkalkolat bħala medja ponderata tal-prezz tal-bejgħ domestiku kollu matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami jew medja ponderata ta’ bejgħ bi profitt biss.

    (43)

    Meta tip ta’ prodott ma nbiegħx fis-suq domestiku, u fin-nuqqas ta’ prezz ta’ bejgħ domestiku ta’ tali tip ta’ prodott minn kwalunkwe produttur esportatur ieħor, il-Kummissjoni bniet il-valur normali f’konformità mal-Artikolu 2(3) u (6) tar-Regolament bażiku.

    (44)

    Il-valur normali nħadem billi ngħadd dan li ġej mal-kost medju tal-produzzjoni tal-prodott simili tal-produttur esportatur li kkoopera matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami:

    (a)

    l-ispejjeż ta’ bejgħ medji ponderati, ġenerali u amministrattivi (“SG&A”) imġarrbin mill-produttur esportatur li kkoopera għall-bejgħ domestiku tal-prodott simili, matul il-perkors normali tan-negozju, matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami; u

    (b)

    l-profitt medju ponderat magħmul mill-prodottur esportatur li kkoopera għall-bejgħ domestiku tal-prodott simili, matul il-perkors normali tan-negozju, matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami.

    3.2.2.   Prezz tal-esportazzjoni

    (45)

    Hansol Paper esportat il-prodott taħt rieżami lejn l-Unjoni jew direttament lil klijenti indipendenti jew permezz tal-kumpanija relatata tagħha Hansol Europe.

    (46)

    Għall-bejgħ tal-produttur esportatur direttament lil klijenti indipendenti fl-Unjoni, il-prezz tal-esportazzjoni kien il-prezz li attwalment tħallas jew dak pagabbli għall-prodott taħt rieżami meta nbiegħ għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni, f’konformità mal-Artikolu 2(8) tar-Regolament bażiku.

    (47)

    Għall-bejgħ tal-prodottur esportatur lejn l-Unjoni permezz ta’ Hansol Europe li taġixxi bħala importatur, il-prezz tal-esportazzjoni ġie stabbilit fuq il-bażi tal-prezz li bih il-prodott importat reġa’ nbiegħ għall-ewwel darba lill-klijenti indipendenti fl-Unjoni, f’konformità mal-Artikolu 2(9) tar-Regolament bażiku. F’dan il-każ, saru aġġustamenti fil-prezz għall-kostijiet kollha mġarrba bejn l-importazzjoni u l-bejgħ mill-ġdid, inklużi l-ispejjeż SG&A, u għall-profitti akkumulati.

    (48)

    Fir-rigward tal-marġini tal-profitt użat, f’konformità mal-każistika stabbilita tal-qrati tal-Unjoni, (10) il-Kummissjoni ma użatx il-marġini tal-profitt tal-kumpanija relatata minħabba li dan ma huwiex ikkunsidrat affidabbli. Fin-nuqqas ta’ kwalunkwe informazzjoni oħra, din irrikorriet għall-marġni ta’ profitt ta’ 4,5 % li kien intuża wkoll fl-investigazzjoni oriġinali (11).

    3.2.3.   Tqabbil

    (49)

    Għal kull tip ta’ prodott, il-Kummissjoni qabblet il-valur normali u l-prezz tal-esportazzjoni tal-produttur esportatur fuq bażi ta’ kif joħroġ mill-fabbrika.

    (50)

    Fejn iġġustifikat mill-ħtieġa li jiġi żgurat tqabbil ġust, il-Kummissjoni aġġustat il-valur normali u/jew il-prezz tal-esportazzjoni għad-differenzi li jaffettwaw il-prezzijiet u l-komparabbiltà tal-prezzijiet, f’konformità mal-Artikolu 2(10) tar-Regolament bażiku. L-aġġustamenti għall-kostijiet tat-trasport, għall-kostijiet tal-immaniġġar u tat-tagħbija, għall-imposti bankarji, għad-dazji doganali tal-UE, għar-ribassi fi tmiem is-sena, għall-kummissjonijiet u għar-rifużjoni tad-dazju tnaqqsu mill-prezzijiet ta’ bejgħ domestiku u/jew tal-esportazzjoni, fejn dawn ġew irrapportati u nstabu li huma ġġustifikati. Il-Kummissjoni sabet li l-pretensjonijiet għal aġġustamenti relatati mal-kostijiet tal-ippakkjar u mal-kostijiet tal-kreditu ma humiex iġġustifikati.

    (51)

    L-ippakkjar għall-esportazzjoni u għall-bejgħ domestiku kien bażikament identiku, għalhekk ma kien hemm l-ebda raġuni biex tingħata l-pretensjoni ta’ aġġustament.

    (52)

    L-Artikolu 2(10)(g) tar-Regolament bażiku jipprevedi li meta l-kreditu jkun fattur meqjus fid-determinazzjoni tal-prezzijiet mitluba, aġġustament jista’ jkun iġġustifikat. Il-Kummissjoni ċaħdet l-aġġustament tal-kost ta’ kreditu abbażi tar-raġunament li, minħabba n-natura sensittiva tiegħu, ġie żvelat biss lill-produttur esportatur. Il-Kummissjoni kkonkludiet li l-kost tal-kreditu mogħti ma kienx fattur meqjus mill-parti fid-determinazzjoni tal-prezzijiet mitluba.

    3.2.4.   Marġni tad-dumping

    (53)

    Il-Kummissjoni qabblet il-valur normali medju ponderat ta’ kull tip ta’ prodott simili mal-prezz tal-esportazzjoni medju ponderat tat-tip korrispondenti tal-prodott taħt rieżami, f’konformità mal-Artikolu 2(11) u (12) tar-Regolament bażiku.

    (54)

    Abbażi ta’ dan, il-marġni tad-dumping medju ponderat espress bħala perċentwal tal-prezz CIF fil-fruntiera tal-Unjoni, bid-dazju mhux imħallas, kien ta’ 29 % għal Hansol Paper. Għalhekk ġie konkluż li d-dumping tkompla matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami.

    (55)

    Wara d-divulgazzjoni finali, Hansol Paper innotat li l-biċċa l-kbira tad-dumping idderivat minn karta termali għat-tikketti u indikat id-differenza f’termini ta’ taħlita tal-prodott bejn il-bejgħ tagħha fl-Unjoni fl-investigazzjoni oriġinali u l-investigazzjoni ta’ rieżami. Il-Kummissjoni tfakkar li l-valur normali u l-prezz tal-esportazzjoni tqabblu għal kull tip ta’ prodott, kif deskritt fit-taqsimiet ta’ hawn fuq, u li, fl-aħħar mill-aħħar, kellu jiġi stabbilit marġni tad-dumping wieħed biss għall-bejgħ tal-prodotti kollha koperti mill-miżuri fis-seħħ. Għalhekk, id-differenza fit-taħlita tal-prodott bejn l-investigazzjoni oriġinali u r-rieżami tqieset meta ġie stabbilit il-marġni tad-dumping.

    3.3.   Il-probabbiltà ta’ kontinwazzjoni ta’ dumping jekk il-miżuri jiġu revokati

    (56)

    Wara s-sejba tal-eżistenza ta’ dumping matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami, f’konformità mal-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni investigat il-probabbiltà ta’ kontinwazzjoni tad-dumping jekk il-miżuri jiġu revokati. Ġew analizzati l-elementi li ġejjin: il-kapaċità tal-produzzjoni u l-kapaċità ta’ riżerva fir-Repubblika tal-Korea u l-attraenza tas-suq tal-Unjoni kontra swieq oħrajn.

    3.3.1.   Kapaċità tal-produzzjoni u kapaċità ta’ riżerva fir-Repubblika tal-Korea

    (57)

    Skont l-intelliġenza tas-suq, Hansol Paper kienet bil-bosta l-akbar produttur tal-prodott taħt rieżami fir-Repubblika tal-Korea. Il-kapaċità tal-produzzjoni tiegħu varjat skont is-sors. Ir-Rapport ta’ Hansol tal-2019 dwar is-Sostenibbiltà tal-Karta stabbilixxa li dan kien ta’ 355 000 tunnellata fis-sena għad-diviżjoni inkluża l-karta termali ħafifa (12). Matul l-investigazzjoni, filwaqt li ammettiet li dik iċ-ċifra kienet il-kapaċità maħsuba ta’ kisi termali, Hansol Paper issottomettiet ċifri tal-kapaċità tal-produzzjoni fil-medda ta’ 250 000 – 300 000 tunnellata fis-sena. Matul il-verifika fuq il-post, il-kumpanija sostniet li ċ-ċifra kkwotata fir-Rapport tal-2019 ma kinitx akkurata. Il-kumpanija qieset li ċ-ċifri tal-kapaċità fl-Istudju tal-2019-2024 dwar is-Suq Dinji tal-Karta ta’ Laves Chemie Consulting kienu aktar akkurati. Dak l-istudju pprovda stima tal-kapaċità tal-produzzjoni tal-karta termali ta’ Hansol Paper għal 260 000 tunnellata fis-sena (13).

    (58)

    Skont l-istudju msemmi hawn fuq minn Laves Chemie Consulting, sa dan l-aħħar kien ikun hemm tliet produtturi oħrajn tal-karta termali fir-Repubblika tal-Korea b’kapaċità ta’ produzzjoni totali ta’ 45 000 tunnellata (14). Madankollu, għadu ma huwiex ċar sa liema punt din il-kapaċità tista’ tiġi attivata għal karta termali ħafifa jekk iċ-ċirkostanzi tas-suq jagħtu raġuni għal dan. Skont il-produtturi tal-Unjoni, l-uniku produttur addizzjonali tal-Korea li għadu qiegħed jimmanifattura l-karta termali huwa Donghwa Ind co. Ltd, b’kapaċità ta’ produzzjoni ta’ 15 000 tunnellata fis-sena (15).

    (59)

    Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, filwaqt li l-Kummissjoni ma setgħetx tikkwantifika l-kapaċità ta’ riżerva fil-Korea b’mod ġenerali, setgħet tistabbilixxi li l-kapaċità ta’ produzzjoni hija sinifikanti, li hija madwar 10 darbiet akbar mill-konsum domestiku fil-Korea u li tirrappreżenta kważi d-doppju tal-konsum tal-Unjoni. Barra minn hekk, Hansol Paper ħabbret ripetutament l-intenzjoni tagħha li tespandi n-negozju tagħha tal-karta termali, kif muri fir-rapport finanzjarju tagħha għall-ewwel nofs tal-2021 (16) u fir-rapporti finanzjarji sussegwenti (ukoll fl-2022 (17)). Tali espansjoni tkun tirrappreżenta żieda mal-kapaċità tal-produzzjoni tal-karta termali tal-Korea fil-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami, li diġà kienet ogħla b’mod sinifikanti mill-konsum tal-karta termali ħafifa fl-Unjoni (ara t-Tabella 1).

    (60)

    Wara d-divulgazzjoni finali, Hansol Paper iddikjarat li s-sejbiet tal-Kummissjoni dwar il-kapaċità fil-Korea kienu skorretti u ma kinux sostanzjati, jiġifieri minħabba li: (i) Hansol Paper kienet l-uniku produttur tal-prodott taħt rieżami fil-Korea, (ii) il-Kummissjoni kienet interpretat ħażin l-avviżi ta’ espansjoni ta’ Hansol Paper u (iii) il-Kummissjoni kienet eżaġerat meta stabbiliet li l-kapaċità tal-produzzjoni ta’ Hansol Paper kienet flessibbli b’mod sinifikanti.

    (61)

    Il-Kummissjoni ma qablitx. Fir-rigward ta’ Hansol Paper li allegatament hija l-uniku produttur tal-prodott taħt rieżami fil-Korea, il-Kummissjoni ġibdet l-attenzjoni li dan kien ikkontestat minn informazzjoni oħra fil-fajl inklużi dikjarazzjonijiet magħmula minn Hansol Paper innifisha matul l-investigazzjoni tar-rieżami ta’ skadenza (18). Filwaqt li l-Kummissjoni sostniet b’mod konsistenti li Hansol Paper kienet l-uniku produttur esportatur li kkoopera f’din l-investigazzjoni ta’ rieżami, il-Kummissjoni ma kinitx ikkonkludiet li Hansol Paper kienet l-uniku produttur ta’ karta termali ħafifa fir-Repubblika tal-Korea. Għall-kuntrarju, kif spjegat fil-premessa (58) hawn fuq, l-evidenza fil-fajl issuġġeriet li mill-inqas produttur wieħed ieħor tal-karta termali ħafifa fir-Repubblika tal-Korea, jiġifieri Donghwa Ind co. Ltd, jista’ jkun li qed jipproduċi l-prodott taħt rieżami. Il-Kummissjoni nnotat li s-sit web ta’ Donghwa Ind (19) kien jinkludi referenzi għall-produzzjoni tal-karta termali b’mod ġenerali u stampi ta’ prodotti bħal irċevuti fil-punt tal-bejgħ tipikament magħmula minn karta termali ħafifa. Il-Kummissjoni nnotat ukoll li, fid-dawl tal-evidenza kuntrarja, Hansol Paper naqset milli tippreżenta evidenza biex tissostanzja l-pretensjoni tagħha li hija l-uniku produttur ta’ karta termali ħafifa fir-Repubblika tal-Korea. Għalhekk, il-pretensjoni ma ntlaqgħetx.

    (62)

    Il-Kummissjoni ma qablitx li, kif iddikjarat minn Hansol, il-kapaċità żejda fil-Korea kienet żero. Pereżempju, Hansol Paper ipprovdiet ċifri tal-kapaċità tant baxxi li l-użu tal-kapaċità rrappurtat tagħha kien jaqbeż il-100 % f’xi snin tal-perjodu kkunsidrat.

    (63)

    F’dak kollu li jirrigwarda l-allegata interpretazzjoni żbaljata tal-avviżi ta’ espansjoni ta’ Hansol Paper u l-kwistjoni tal-kapaċità ta’ produzzjoni flessibbli, il-Kummissjoni ma qablitx. Hansol Paper innifisha kienet ripetutament ħabbret pubblikament fir-rapporti finanzjarji tagħha l-intenzjoni tagħha li tespandi n-negozju tal-karta termali tagħha (20). Il-fatt li l-pjanijiet ta’ investiment disponibbli fiż-żmien taż-żjara ta’ verifika ma kinux jinkludu investimenti mmirati lejn iż-żieda fil-kapaċità ma jipprekludix lil Hansol Paper milli ssegwi l-avviżi tagħha fi stadju aktar tard. Fi kwalunkwe każ, il-mezzi għal Hansol Paper biex tespandi n-negozju tal-karta termali tagħha huma diversi, inklużi l-kapaċitajiet ta’ bdil. Kif innotat mill-parti nnifisha fir-Rapport tal-2022 ta’ Sostenibbiltà ta’ Hansol Paper (21), mingħajr dubju, Hansol Paper għandha faċilitajiet ta’ produzzjoni flessibbli. Anki jekk il-kwantifikazzjoni tal-flessibbiltà ma kinitx disponibbli b’mod ċar, il-fatt li dehret fir-rapport jissuġġerixxi li l-flessibbiltà ma kinitx minuri u, għalhekk, ta’ min iħabbarha pubblikament. It-taħlita tal-prodott fil-pjan ta’ produzzjoni ta’ Hansol Paper għall-2023 ma waqqfitx lill-parti milli taqleb ammont mhux negliġibbli ta’ kapaċitajiet għall-prodott taħt rieżami meta meħtieġ.

    3.3.2.   L-attraenza tas-suq tal-Unjoni meta mqabbla ma’ swieq oħrajn

    (64)

    Is-suq domestiku tar-Repubblika tal-Korea huwa żgħir, b’konsum annwali li jvarja minn 20 000 sa 37 200 tunnellata (22). Il-produzzjoni annwali ta’ Hansol Paper waħedha hija bejn erba’ u disa’ darbiet akbar mill-konsum tal-prodott taħt rieżami fis-suq domestiku tiegħu. L-investigazzjoni stabbiliet li, f’termini ta’ volum, il-konsum domestiku qiegħed jonqos billi l-bejgħ domestiku tal-karta termali ħafifa ta’ Hansol Paper, il-produttur dominanti tal-pajjiż, naqas b’29 % matul il-perjodu kkunsidrat (23). Għalhekk, l-industrija tal-karta termali ħafifa tal-Korea hija orjentata lejn l-esportazzjoni. Fir-rigward tal-profittabbiltà ta’ bejgħ domestiku ta’ Hansol Paper, ara t-taqsima 3.2.1 hawn fuq.

    (65)

    Abbażi tad-data vverifikata ta’ Hansol Paper, il-Kummissjoni stabbiliet li l-volum tal-esportazzjonijiet Koreani lejn destinazzjonijiet għajr l-Unjoni żdied matul il-perjodu taħt rieżami (24). Din stabbiliet ukoll li l-esportazzjonijiet Koreani, b’mod partikolari lejn l-Istati Uniti, kienu sinifikanti (25). Madankollu, il-prezzijiet ta’ bejgħ tal-esportazzjonijiet Koreani lejn destinazzjonijiet għajr l-Unjoni naqsu matul il-perjodu taħt rieżami. Dan jidher b’mod ċar fis-suq tal-Istati Uniti (26). Barra minn hekk, l-awtoritajiet tal-Istati Uniti imponew miżuri anti-dumping fuq l-importazzjonijiet ta’ karta termali li toriġina, fost l-oħrajn, mir-Repubblika tal-Korea fis-27 ta’ Settembru 2021 (27). Għal dawk ir-raġunijiet, f’termini ta’ prezzijiet, is-suq tal-Istati Uniti sar inqas attraenti għall-esportazzjonijiet Koreani.

    (66)

    Is-suq tal-Unjoni huwa l-akbar suq għall-karta termali ħafifa fid-dinja, li jammonta għal madwar 25 % tal-konsum globali, u għandu potenzjal għoli ta’ tkabbir f’termini assoluti (28). L-investigazzjoni stabbiliet li s-suq tal-Unjoni huwa attraenti f’termini ta’ prezzijiet meta mqabbel ma’ swieq oħrajn. Wara l-impożizzjoni tal-miżuri anti-dumping fl-2017, l-importazzjonijiet mir-Repubblika tal-Korea naqsu b’mod sinifikanti u kienu jammontaw għal 1 000–2 500 tunnellata biss fl-2020. Madankollu, minn dak iż-żmien, u minkejja d-dazji anti-dumping fis-seħħ, il-bejgħ mill-Korea lejn l-Unjoni reġa’ żdied (29) u kien jammonta għal 4 500–6 000 tunnellata fil-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami, li jirrappreżenta sehem mis-suq ta’ 2,7 %.

    (67)

    Wara d-divulgazzjoni finali, Hansol Paper talbet lill-Kummissjoni tikkalkula marġni ta’ dumping għall-bejgħ ta’ Hansol Paper lil swieq ta’ pajjiżi terzi fuq il-bażi li tali kalkolu kien prattika konsistenti fir-rieżamijiet ta’ skadenza mwettqa mill-Kummissjoni u li l-Kummissjoni ma kinitx ivvalutat jekk il-prezzijiet tal-esportazzjoni ta’ Hansol Paper lejn swieq mhux tal-UE kinux jindikaw dumping. Il-Kummissjoni ċċarat li, l-għan ta’ rieżami ta’ skadenza kien li jiġi stabbilit jekk l-iskadenza tal-miżuri kinitx x’aktarx twassal għal kontinwazzjoni jew rikorrenza ta’ dumping u dannu. Minħabba s-sejba ta’ dumping sinifikanti matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami għall-bejgħ lejn l-Unjoni u l-konklużjoni sussegwenti dwar il-probabbiltà ta’ kontinwazzjoni ta’ dumping, il-Kummissjoni ma kinitx meħtieġa twettaq xi determinazzjoni ulterjuri ta’ dumping fl-investigazzjoni preżenti. Fir-rigward tal-prezzijiet tal-esportazzjoni ta’ Hansol Paper lejn swieq mhux tal-UE, dawn ġew analizzati fil-premessa (65) hawn fuq. Dawn huma analizzati aktar fil-premessi ta’ hawn taħt.

    (68)

    Wara d-divulgazzjoni finali, Hansol Paper allegat li l-Kummissjoni kien messha sabet li s-suq tal-karta termali ħafifa tal-Unjoni ma kienx għadu attraenti fid-dawl tal-informazzjoni diġà sottomessa minn Hansol paper (u, li allegatament, ma kienx indirizzat biżżejjed mill-Kummissjoni) u, b’mod partikolari, il-pretensjonijiet li Hansol Paper ma tibqax tikkonċentra fuq is-suq tal-Unjoni, l-importanza tas-suq tal-Istati Uniti għal Hansol Paper, il-livell tal-miżuri anti-dumping tal-Istati Uniti fuq il-karta termali u li l-Kummissjoni ma ddeskrivietx f’dan ir-Regolament l-attivitajiet ta’ Hansol Paper fi swieq terzi oħra.

    (69)

    Il-Kummissjoni ma qablitx mal-allegat nuqqas ta’ attraenza tas-suq tal-Unjoni għall-esportazzjonijiet Koreani. Il-fatti li matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami ma kienx is-suq ewlieni ta’ Hansol Paper f’termini ta’ volum u li Hansol Paper kellha bejgħ sinifikanti lejn l-Istati Uniti ma jdgħajfux l-attraenza tas-suq tal-Unjoni. Barra minn hekk, il-Kummissjoni sostniet li s-sempliċi eżistenza ta’ miżuri anti-dumping fl-Istati Uniti tagħmel is-suq tal-Istati Uniti inqas attraenti minn qabel ma ġiet imposta kwalunkwe miżura, anki jekk il-livell tal-miżuri ma jkunx projbittiv. Fir-rigward tal-bejgħ ta’ Hansol Paper fi swieq oħra, il-Kummissjoni ma setgħetx tiżvela l-volumi tal-bejgħ u l-prezzijiet tagħha fi swieq oħra għal kull pajjiż f’dan ir-Regolament sal-punt li tali informazzjoni kienet tqieset bħala sensittiva mill-parti (jiġifieri l-uniku sors tad-data inkwistjoni). Madankollu, il-Kummissjoni qieset l-istrateġija tal-bejgħ u tal-prezzijiet ta’ Hansol Paper fi swieq oħra, kif kondiviż mal-parti permezz tar-rapporti ta’ verifika. F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni sabet li, madwar id-dinja, hemm produzzjoni termali tal-karta f’għadd żgħir ta’ pajjiżi, kif muri fid-Dokument Termali 2019-2024 fl-Istudju tas-Suq Dinji ta’ Laves Chemie. Għalhekk, il-produtturi tal-prodott taħt rieżami jiffaċċjaw kompetizzjoni mill-produtturi lokali fi ftit żoni tad-dinja biss. L-Amerka t’Isfel u l-Amerka Ċentrali, l-Afrika, l-Awstralja u l-biċċa l-kbira tal-pajjiżi Asjatiċi kienu għalhekk importaturi netti ta’ karta termali (30), prinċipalment mill-Korea. Anki jekk, fil-prinċipju, is-swieq mingħajr produzzjoni domestika (sinifikanti) jidhru aktar attraenti mal-ewwel daqqa t’għajn, il-Kummissjoni sabet li, f’termini wiesgħa, il-prezzijiet tal-bejgħ ta’ Hansol Paper tal-prodott taħt rieżami lil swieq tal-esportazzjoni mhux tal-UE, inklużi l-Istati Uniti, naqsu matul il-perjodu kkunsidrat b’livell simili bħall-prezzijiet lejn l-Unjoni. Tqabbil tal-prezzijiet tal-bejgħ ta’ Hansol Paper għas-swieq kollha tal-esportazzjoni mhux tal-UE u l-prezzijiet tal-bejgħ ta’ Hansol Paper lejn l-Unjoni żvela li, matul il-perjodu kkunsidrat, il-prezzijiet tal-UE kienu ġeneralment ogħla b’mod konsistenti mill-prezzijiet tal-bejgħ ta’ Hansol Paper lill-bqija tad-dinja. Għalhekk, il-Kummissjoni kkonfermat li s-suq tal-Unjoni, l-akbar suq tal-karta termali ħafifa fid-dinja u suq b’potenzjal għoli ta’ tkabbir f’termini assoluti, kien suq attraenti għall-esportazzjonijiet Koreani f’termini ta’ volum u prezz, irrispettivament mill-bidliet fin-netwerk tal-bejgħ ta’ Hansol Paper mill-investigazzjoni oriġinali.

    3.3.3.   Konklużjoni dwar il-probabbiltà tal-kontinwazzjoni tad-dumping

    (70)

    Fid-dawl tas-sejbiet tagħha dwar il-kontinwazzjoni tad-dumping matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami kif stabbilit fil-premessa (54), l-eżistenza ta’ kapaċità ta’ produzzjoni flessibbli sinifikanti fir-Repubblika tal-Korea, l-interess tal-Korea li reġa’ beda jikber fis-suq kbir tal-Unjoni bi prezzijiet attraenti u l-miżuri anti-dumping imposti dan l-aħħar fis-suq tal-esportazzjoni ewlieni attwali tiegħu (31), tista’ tkun mistennija żieda ulterjuri fl-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping tal-prodott ikkonċernat jekk il-miżuri jitneħħew. Għalhekk, il-Kummissjoni kkonkludiet li hemm probabbiltà kbira li l-iskadenza tal-miżuri anti-dumping fuq l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat tirriżulta fil-kontinwazzjoni tad-dumping.

    4.   DANNU

    4.1.   Definizzjoni tal-industrija tal-Unjoni u tal-produzzjoni tal-Unjoni

    (71)

    Il-prodott simili kien immanifatturat minn ħames produtturi fl-Unjoni matul il-perjodu kkunsidrat. Dawn jikkostitwixxu l-“industrija tal-Unjoni” skont it-tifsira tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament bażiku.

    (72)

    Il-produzzjoni totali tal-Unjoni matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami kienet stabbilita għal madwar 360 727 tunnellata. Il-Kummissjoni stabbiliet iċ-ċifra abbażi tal-informazzjoni kollha disponibbli dwar l-industrija tal-Unjoni, bħat-tweġiba għall-kwestjonarju sottomessa mill-applikant, kontroverifikata mat-tweġibiet għall-kwestjonarju individwali tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun. Kif indikat fil-premessa (18), fil-kampjun intgħażlu tliet produtturi tal-Unjoni li jirrappreżentaw 86 % tal-produzzjoni totali tal-Unjoni tal-prodott simili.

    4.2.   Konsum tal-Unjoni

    (73)

    Il-Kummissjoni stabbiliet il-konsum tal-Unjoni abbażi: (a) id-data tal-applikant dwar il-bejgħ mill-industrija tal-Unjoni tal-prodott simili, kontroverifikata parzjalment mal-volumi ta’ bejgħ irrapportati mill-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun (32); u (b) l-importazzjonijiet tal-prodott taħt rieżami mill-pajjiżi terzi kollha kif irrapportati fil-Eurostat u l-analiżi tad-data dwar l-esportazzjoni tal-produttur esportatur li kkoopera.

    (74)

    Il-konsum tal-Unjoni żviluppa kif ġej:

    Tabella 1

    Konsum tal-Unjoni (tunnellati)

     

    2018

    2019

    2020

    PIR

    Konsum totali tal-Unjoni

    179 500 – 184 000

    170 000 – 174 500

    165 500 – 170 000

    177 000 – 181 500

    Indiċi

    100

    94

    92

    98

    Sors:Eurostat, Tweġibiet għall-kwestjonarju u Talba.

    (75)

    Il-konsum tal-Unjoni naqas bi 8 % mill-2018 sal-2020. Il-konsum tal-Unjoni ġie affettwat fl-2020 minħabba l-pandemija globali tal-COVID, madankollu, il-konsum tal-Unjoni reġa’ lura matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami u hemm tnaqqis ġenerali ta’ 2 % matul il-perjodu kkunsidrat.

    4.3.   Importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat

    4.3.1.   Il-volum u s-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat

    (76)

    Il-Kummissjoni stabbiliet il-volum tal-importazzjonijiet abbażi tat-tweġiba għall-kwestjonarju ppreżentata mill-produttur esportatur li kkoopera u mill-istatistika tal-Eurostat. Is-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet kien stabbilit fuq il-bażi tal-konsum tal-Unjoni.

    (77)

    L-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat żviluppaw kif ġej:

    Tabella 2

    Volum tal-importazzjonijiet (tunnellati) u sehem mis-suq

     

    2018

    2019

    2020

    PIR

    Volum tal-importazzjonijiet mill-pajjiż (tunnellati)

    2 500 – 4 000

    1 500 – 3 000

    1 000 – 2 500

    4 500 – 6 000

    Indiċi

    100

    64

    48

    165

    Sehem mis-suq

    1,6 %

    1,1  %

    0,9  %

    2,7  %

    Indiċi

    100

    68

    53

    167

    Sors:Kwestjonarju dwar id-dumping u Eurostat.

    (78)

    Il-volum tal-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat naqas mill-2018 sal-2020. Madankollu, il-volum żdied b’mod sinifikanti matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami u huwa 65 % ogħla miċ-ċifra tal-2018. Is-sehem mis-suq żdied matul il-perjodu kkunsidrat u żdied minn 1,6 % fl-2018 għal 2,7 % fIl-PIR.

    (79)

    Sabiex jiġu stabbiliti l-volumi u l-valuri tal-importazzjoni fil-perjodu kkunsidrat, il-Kummissjoni analizzat id-data dwar l-esportazzjoni rrapportata minn Hansol Paper, l-uniku produttur esportatur li koopera fil-pajjiż ikkonċernat, fid-dawl tal-istatistika dwar l-importazzjoni rreġistrata fil-Eurostat. Il-Kummissjoni sabet diskrepanzi bejn l-esportazzjonijiet irrapportati ta’ Hansol Paper lejn id-Danimarka, l-Estonja, il-Finlandja u l-Litwanja u l-importazzjonijiet f’dawk l-Istati Membri rreġistrati fil-Eurostat. Abbażi tal-informazzjoni sottomessa mill-kumpanija, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-prodott taħt rieżami esportat minn Hansol Paper lejn id-Danimarka, l-Estonja, il-Finlandja u parzjalment ukoll lejn il-Litwanja, ma ddaħħalx fit-territorju doganali tal-Unjoni. Dak il-bejgħ x’aktarx baqa’ fi tranżitu u/jew kien destinat għal pajjiżi barra mill-Unjoni. Għalhekk, fir-rigward tal-importazzjonijiet lejn l-erba’ Stati Membri msemmija hawn fuq, il-Kummissjoni bbażat fuq l-istatistika rreġistrata fil-Eurostat.

    4.3.2.   Il-prezzijiet tal-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat u t-twaqqigħ tal-prezz

    (80)

    Il-Kummissjoni stabbiliet il-prezzijiet tal-importazzjonijiet abbażi tat-tweġiba għall-kwestjonarju sottomessa mill-produttur esportatur u l-istatistika tal-Eurostat.

    (81)

    Il-prezzijiet medji tal-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat żviluppaw kif ġej:

    Tabella 3

    Prezzijiet tal-importazzjoni (EUR/tunnellata)

     

    2018

    2019

    2020

    PIR

    Prezz medju tal-importazzjonijiet mir-Repubblika tal-Korea

    1 800 – 2 000

    1 550 – 1 750

    1 450 – 1 650

    1 450 – 1 650

    Indiċi

    100

    91

    82

    81

    Sors:Kwestjonarju dwar id-dumping u Eurostat.

    (82)

    Il-prezz medju tal-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat naqas bi 19 % matul il-perjodu kkunsidrat.

    (83)

    Il-Kummissjoni ddeterminat it-twaqqigħ tal-prezz matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami billi qabblet:

    il-prezzijiet tal-bejgħ medji ponderati għal kull tip ta’ prodott tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun miġbura mingħand klijenti mhux relatati fis-suq tal-Unjoni, aġġustati fuq livell ta’ kif joħroġ mill-fabbrika; u

    l-prezzijiet medji ponderati korrispondenti għal kull tip ta’ prodott tal-importazzjonijiet mill-prodottur li kkoopera lill-ewwel klijent indipendenti fis-suq tal-Unjoni, stabbilit fuq il-bażi ta’ Kost, assigurazzjoni, nol (CIF), b’aġġustamenti xierqa għall-kostijiet ta’ wara l-importazzjoni.

    (84)

    It-tqabbil tal-prezzijiet sar fuq bażi ta’ tip b’tip għat-tranżazzjonijiet fl-istess livell ta’ kummerċ, b’aġġustament dovut meta kien meħtieġ, u wara tnaqqis tar-ribassi u tal-iskontijiet. Ir-riżultat tat-tqabbil ġie espress bħala perċentwal tal-fatturat teoretiku (il-kwantitajiet esportati tal-produttur esportatur ivvalutati bil-prezz tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni) għal kull mudell ta’ kull produttur esportatur fejn instab PCN identiku għall-industrija tal-Unjoni.

    (85)

    Dan wera marġni ta’ tnaqqis medju ponderat ta’ 13,7 % mill-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat fis-suq tal-Unjoni. Instab li madwar 83 % tal-volumi tal-importazzjoni kienu qegħdin iraħħsu l-prezz.

    (86)

    Wara d-divulgazzjoni finali, Hansol Paper sostniet li l-maġġoranza tat-twaqqigħ tal-prezz ikkonċernat karta termali għat-tikketti li ma tirrigwardax il-prodotti koperti mill-investigazzjoni oriġinali. Il-Kummissjoni kkalkulat il-marġni tat-twaqqigħ tal-prezz fuq it-tqabbil tat-tip ta’ prodott bħal fl-investigazzjoni oriġinali. Għalhekk, din il-pretensjoni ma ntlaqgħetx.

    4.4.   Importazzjonijiet minn pajjiżi terzi għajr ir-Repubblika tal-Korea.

    (87)

    L-importazzjonijiet ta’ ċerta karta termali ħafifa minn pajjiżi terzi għajr ir-Repubblika tal-Korea kienu prinċipalment mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u mill-Istati Uniti tal-Amerka.

    (88)

    Il-volum tal-importazzjonijiet kif ukoll is-sehem mis-suq u x-xejriet tal-prezzijiet għall-importazzjonijiet ta’ ċerta karta termali ħafifa minn pajjiżi terzi oħrajn żviluppaw kif ġej:

    Tabella 4

    Importazzjonijiet minn pajjiżi terzi

    Pajjiż

     

    2018

    2019

    2020

    PIR

    RPĊ

    Volum (tunnellati)

    6 000 -7 500

    4 500 -6 000

    3 500 -5 000

    3 500 -5 000

     

    Indiċi

    100

    80

    62

    48

     

    Sehem mis-suq

    3,5 %

    3,0 %

    2,4 %

    1,7 %

     

    Indiċi

    100

    85

    67

    49

     

    Prezz medju (EUR/tunnellata)

    1 500 -1 650

    1 600 -1 750

    1 500 -1 650

    1 500 -1 650

     

    Indiċi

    100

    104

    96

    96

    L-Istati Uniti tal-Amerka

    Volum (tunnellati)

    2 850 -3 000

    2 350 -2 500

    2 850 -3 000

    3 000 -3 150

     

    Indiċi

    100

    84

    100

    105

     

    Sehem mis-suq

    1,6 %

    1,4 %

    1,7 %

    1,7 %

     

    Indiċi

    100

    89

    109

    107

     

    Prezz medju (EUR/tunnellata)

    2 400 -2 550

    2 950 -3 100

    2 950 -3 100

    2 800 -2 950

     

    Indiċi

    100

    122

    120

    115

    Total tal-pajjiżi terzi kollha minbarra l-pajjiż ikkonċernat

    Volum (tunnellati)

    10 000 -11 500

    9 500 - 11 000

    9 000 - 10 500

    9 000 -10 500

     

    Indiċi

    100

    93

    87

    90

     

    Sehem mis-suq

    5,8 %

    5,7 %

    5,5 %

    5,3 %

     

    Indiċi

    100

    98

    95

    91

     

    Prezz medju (EUR/tunnellata)

    1 950 – 2 150

    2 250 –2 450

    2 250 –2 450

    2 450 – 2 650

     

    Indiċi

    100

    115

    118

    126

    Sors:Eurostat.

    (89)

    L-importazzjonijiet miċ-Ċina naqsu b’aktar minn 50 % matul il-perjodu kkunsidrat, filwaqt li l-importazzjonijiet mill-Istati Uniti żdiedu b’5 %. Is-sehem mis-suq ta’ pajjiżi terzi oħrajn naqas b’mod stabbli minn 5,8 % fl-2018 għal 5,3 % fIl-PIR.

    4.5.   Sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni

    4.5.1.   Rimarki ġenerali

    (90)

    F’konformità mal-Artikolu 3(5) tar-Regolament bażiku, l-eżami tal-impatt tal-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping fuq l-industrija tal-Unjoni kien jinkludi evalwazzjoni tal-indikaturi ekonomiċi kollha li kellhom effett fuq l-istat tal-industrija tal-Unjoni matul il-perjodu kkunsidrat.

    (91)

    Sabiex tiddetermina d-dannu, il-Kummissjoni għamlet distinzjoni bejn l-indikaturi tad-dannu makroekonomiċi u dawk mikroekonomiċi. Il-Kummissjoni evalwat l-indikaturi makroekonomiċi abbażi tad-data li tinsab fit-tweġiba għall-kwestjonarju tal-applikant, kontroverifikata kif xieraq mal-informazzjoni fit-talba u mal-istatistika tal-Eurostat. Id-data kienet relatata mal-produtturi kollha tal-Unjoni. Il-Kummissjoni evalwat l-indikaturi mikroekonomiċi fuq il-bażi ta’ data inkluża fit-tweġiba tal-kwestjonarju sottomessi mill-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun. Iż-żewġ settijiet ta’ data nstabu li kienu rappreżentattivi tas-sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni.

    (92)

    L-indikaturi makroekonomiċi huma: il-produzzjoni, il-kapaċità tal-produzzjoni, l-użu tal-kapaċità, il-volum ta’ bejgħ, is-sehem mis-suq, it-tkabbir, l-impjiegi, il-produttività, id-daqs tal-marġni tad-dumping u l-irkupru minn dumping tal-passat.

    (93)

    L-indikaturi mikroekonomiċi huma: il-prezzijiet medji ta’ bejgħ, il-kost ta’ unità, il-kostijiet lavorattivi, l-inventarji, il-profittabilità, il-fluss ta’ flus, l-investimenti, ir-redditu fuq l-investimenti, u l-kapaċità li jiġi ġġenerat il-kapital.

    4.5.2.   Indikaturi makroekonomiċi

    4.5.2.1.   Produzzjoni, kapaċità tal-produzzjoni u użu tal-kapaċità

    (94)

    Il-produzzjoni totali tal-Unjoni, il-kapaċità tal-produzzjoni u l-użu tal-kapaċità żviluppaw kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat:

    Tabella 5

    Produzzjoni, kapaċità ta’ produzzjoni u użu tal-kapaċità

     

    2018

    2019

    2020

    PIR

    Volum tal-produzzjoni (tunnellati)

    399 607

    392 619

    348 216

    360 727

    Indiċi

    100

    98

    87

    90

    Kapaċità tal-produzzjoni (tunnellati)

    563 021

    581 338

    640 533

    633 474

    Indiċi

    100

    103

    114

    113

    Użu tal-kapaċità

    71 %

    68 %

    54 %

    57 %

    Indiċi

    100

    95

    77

    80

    Sors:Kwestjonarju dwar id-dannu u Talba.

    (95)

    Matul il-perjodu kkunsidrat, il-volum tal-produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni naqas b’10 %. Kien hemm tnaqqis ta’ 13 % fil-volum tal-produzzjoni fl-2020 fir-rigward tal-2018, minħabba l-impatt tal-pandemija tal-COVID-19.

    (96)

    Il-kapaċità tal-produzzjoni żdiedet matul il-perjodu kkunsidrat u baqgħet relattivament stabbli matul l-2020 u l-PIR.

    (97)

    Ir-rata tal-użu tal-kapaċità naqset bi 23 % bejn l-2018 u l-2020. Kien hemm żieda żgħira fir-rata ta’ utilizzazzjoni bi tliet punti perċentwali bejn l-2020 u l-PIR.

    4.5.2.2.   Volum ta’ bejgħ u sehem mis-suq

    (98)

    Il-volum ta’ bejgħ u s-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni żviluppaw kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat:

    Tabella 6

    Volum ta’ bejgħ u sehem mis-suq

     

    2018

    2019

    2020

    PIR

    Volum ta’ bejgħ fis-suq tal-Unjoni (tunnellati)

    168 151

    159 905

    156 357

    164 118

    Indiċi

    100

    95

    93

    98

    Sehem mis-suq

    92,6 %

    93,2 %

    93,7 %

    92,0 %

    Indiċi

    100

    101

    101

    99

    Sors:Kwestjonarju dwar id-dannu, Talba u Eurostat.

    (99)

    Il-volum ta’ bejgħ tal-industrija tal-Unjoni fis-suq tal-Unjoni naqas bi 2 % matul il-perjodu kkunsidrat. Għal darba oħra, kien hemm tnaqqis sinifikanti fil-bejgħ fl-2020, marbut mal-kriżi tal-COVID. Kien hemm żieda fil-bejgħ fIl-PIR li hija simili għax-xejra għall-konsum murija fit-Tabella 1.

    (100)

    Is-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni baqa’ relattivament stabbli matul il-perjodu kkunsidrat, bi 92 % fil-PIR.

    4.5.2.3.   Tkabbir

    (101)

    Matul il-perjodu kkunsidrat, il-konsum tal-Unjoni naqas bi 2 %. Fl-istess ħin, kien hemm tnaqqis simili fil-bejgħ tal-industrija fis-suq tal-UE. Is-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni naqas biss bi ftit, minn 92,6 % għal 92 %.

    4.5.2.4.   Impjiegi u produttività

    (102)

    L-impjiegi u l-produttività żviluppaw kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat:

    Tabella 7

    Impjiegi u produttività

     

    2018

    2019

    2020

    PIR

    Għadd ta’ impjegati

    1 080

    1 057

    951

    870

    Indiċi

    100

    98

    88

    81

    Produttività (tunnellati/impjegat)

    370

    371

    366

    415

    Indiċi

    100

    100

    99

    112

    Sors:Kwestjonarju dwar id-dannu u Talba.

    (103)

    Matul il-perjodu kkunsidrat, kien hemm tnaqqis sinifikanti fl-għadd ta’ impjegati, impjegati mill-industrija tal-Unjoni, li naqas bi 19-il punt perċentwali b’mod ġenerali.

    (104)

    Il-produttività tal-forza tax-xogħol tal-industrija tal-Unjoni kienet stabbli matul il-perjodu mill-2018 sal-2020 u żdiedet bi 13 % mill-2020.

    4.5.2.5.   Daqs tal-marġni tad-dumping u rkupru minn dumping fil-passat

    (105)

    Matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami, il-marġni tad-dumping individwali li nstab għall-produttur esportatur li kkoopera kien għadu sostanzjali (ara l-premessa (54) hawn fuq).

    (106)

    Madankollu, minkejja l-fatt li kien għad hemm dumping mill-pajjiż ikkonċernat, l-analiżi tal-indikaturi tad-dannu turi li l-miżuri fis-seħħ kellhom impatt pożittiv fuq l-industrija tal-Unjoni.

    4.5.3.   Indikaturi mikroekonomiċi

    4.5.3.1.   Prezzijiet u fatturi li jaffettwaw il-prezzijiet

    (107)

    Il-prezzijiet medji ponderati ta’ bejgħ ta’ unità tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun lil klijenti mhux relatati fl-Unjoni żviluppaw kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat:

    Tabella 8

    Prezzijiet ta’ bejgħ u kost tal-produzzjoni fl-Unjoni (EUR/tunnellata)

     

    2018

    2019

    2020

    PIR

    Prezz medju ta’ bejgħ ta’ unità fl-Unjoni fis-suq totali

    1 721

    1 729

    1 525

    1 518

    Indiċi

    100

    100

    89

    88

    Kost unitarju tal-produzzjoni

    1 557

    1 504

    1 377

    1 453

    Indiċi

    100

    97

    88

    93

    Sors:Kwestjonarju dwar id-dannu.

    (108)

    Matul il-perjodu kkunsidrat, il-prezz medju ta’ bejgħ tal-industrija tal-Unjoni naqas bi 12 %. Il-kost tal-produzzjoni naqas bejn l-2018 u l-PIR b’7 %. L-ewwel naqas bi 12 % bejn l-2018 u l-2020, iżda mbagħad żdied b’5,5 % bejn l-2020 u l-PIR. Dan kien dovut għal żieda fil-kost tal-materja prima, b’mod partikolari l-kost tal-polpa tal-injam, u l-kostijiet tal-enerġija.

    4.5.3.2.   Kostijiet lavorattivi

    (109)

    Il-kostijiet lavorattivi medji tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun żviluppaw kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat:

    Tabella 9

    Kostijiet lavorattivi medji għal kull impjegat

     

    2018

    2019

    2020

    PIR

    Kostijiet lavorattivi medji għal kull impjegat (EUR)

    61 576

    68 809

    74 604

    75 027

    Indiċi

    100

    112

    121

    122

    Sors:Kwestjonarju dwar id-dannu.

    (110)

    Matul il-perjodu kkunsidrat, il-kostijiet lavorattivi żdiedu bi 22 %. Fl-istess ħin kien hemm tnaqqis fl-għadd ta’ impjegati. Din iż-żieda fil-kostijiet lavorattivi kienet ferm ogħla minn dik taż-żieda ġenerali fil-kostijiet għall-industrija tal-Unjoni minħabba l-inflazzjoni.

    4.5.3.3.   Inventarji

    (111)

    Il-livelli tal-istokkijiet tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun żviluppaw kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat:

    Tabella 10

    Inventarji

     

    2018

    2019

    2020

    PIR

    Stokks tal-għeluq (tunnellati)

    17 878

    18 452

    15 810

    16 082

    Indiċi

    100

    103

    88

    90

    Stokkijiet tal-għeluq bħala perċentwal tal-produzzjoni

    5,3 %

    5,5 %

    5,2 %

    5,0 %

    Indiċi

    100

    105

    100

    96

    Sors:Kwestjonarju dwar id-dannu.

    (112)

    L-istokks tal-għeluq bħala perċentwal tal-produzzjoni juru bażi stabbli matul il-perjodu kkunsidrat. Il-produzzjoni tal-prodott taħt rieżami normalment issir skont l-ordni u għalhekk l-istokks tal-għeluq għandhom it-tendenza li jkunu stabbli. Madankollu, il-livell tal-istokk tal-għeluq naqas b’10 % matul il-perjodu kkunsidrat, li jikkoinċidi ma’ tnaqqis fil-produzzjoni matul l-istess perjodu.

    4.5.3.4.   Profittabilità, fluss ta’ flus, investimenti, redditu fuq l-investimenti u kapaċità li jiġi ġġenerat kapital

    (113)

    Il-profittabilità, il-fluss ta’ flus, l-investimenti u r-redditu fuq l-investimenti tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun żviluppaw kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat:

    Tabella 11

    Profittabilità, fluss ta’ flus, investimenti u redditu fuq l-investimenti

     

    2018

    2019

    2020

    PIR

    Profittabilità ta’ bejgħ fl-Unjoni lil klijenti mhux relatati (% tal-fatturat mill-bejgħ)

    11,3 %

    14,8 %

    12,2 %

    6,6 %

    Indiċi

    100

    131

    108

    59

    Fluss ta’ flus (EUR)

    87 661 559

    87 198 733

    67 116 931

    41 474 900

    Indiċi

    100

    99

    77

    47

    Investimenti (EUR)

    34 123 041

    58 784 540

    61 376 912

    6 839 111

    Indiċi

    100

    172

    180

    20

    Redditu fuq l-investimenti

    104 %

    50 %

    25 %

    24 %

    Indiċi

    100

    49

    24

    24

    Sors:Kwestjonarju dwar id-dannu.

    (114)

    Il-Kummissjoni stabbiliet il-profittabilità tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun billi esprimiet il-profitt nett qabel it-taxxa ta’ bejgħ tal-prodott simili lil klijenti mhux relatati fl-Unjoni bħala perċentwal tal-fatturat ta’ dak il-bejgħ.

    (115)

    Il-profittabbiltà kienet pożittiva matul il-perjodu kkunsidrat kollu. Madankollu, wara żieda fil-kostijiet tal-produzzjoni, il-profittabbiltà naqset matul l-PIR, u naqset għal 6,6 %, ferm taħt il-profitt fil-mira ta’ 11,5 % stabbilit fl-investigazzjoni oriġinali. Dan it-tnaqqis fil-profittabbiltà huwa parzjalment dovut għaż-żieda fil-kostijiet bejn l-2020 u l-PIR iddokumentata fil-premessa (108), u t-tnaqqis jikkoinċidi maż-żieda sinifikanti fl-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat fl-istess perjodu.

    (116)

    Il-fluss ta’ flus nett huwa l-kapaċità tal-produtturi tal-Unjoni li jiffinanzjaw l-attivitajiet tagħhom stess. Ix-xejra fil-fluss ta’ flus nett żviluppat ’l isfel matul il-perjodu kkunsidrat bi tnaqqis ta’ 53 %. Din hija simili għas-sitwazzjoni li seħħet fl-investigazzjoni oriġinali.

    (117)

    L-industrija tal-Unjoni kompliet l-investiment matul il-perjodu mill-2018 sal-2020. Madankollu, dan l-investiment naqas b’mod drammatiku matul l-PIR.

    (118)

    Ir-redditu fuq l-investimenti huwa l-profitt f’perċentwal tal-valur kontabilistiku nett tal-investimenti. Dan żviluppa f’xejra ’l isfel matul il-perjodu kkunsidrat bi tnaqqis ta’ 76 %. Dan it-tnaqqis fir-redditu fuq l-investimenti huwa f’konformità at-tnaqqis fil-profittabbiltà.

    (119)

    Il-kapaċità li jiżdied il-kapital mill-industrija tal-Unjoni ġiet affettwata mit-tnaqqis fil-profittabbiltà, kif jista’ jitqies mit-tnaqqis sinifikanti fl-investiment matul l-PIR.

    4.6.   Konklużjoni dwar id-dannu

    (120)

    Matul il-perjodu kkunsidrat, is-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni baqa’ għoli u stabbli, bi 92 % jew aktar. Il-volumi ta’ bejgħ fis-suq tal-Unjoni naqsu bi ftit, b’mod parallel ma’ tnaqqis simili fil-konsum.

    (121)

    F’termini ta’ indikaturi finanzjarji, il-profittabbiltà tal-industrija tal-Unjoni kienet pożittiva matul il-perjodu kkunsidrat, u aktar jew madwar il-profitt fil-mira ta’ 11,5 % stabbilit fl-investigazzjoni oriġinali għall-biċċa l-kbira tal-perjodu kkunsidrat. B’mod partikolari, l-industrija tal-Unjoni għamlet profitti ta’ aktar minn 11,3 %, 14,8 % u 12,2 % fis-snin 2018, 2019, u 2020 rispettivament. Madankollu, il-kostijiet żdiedu b’5,5 % mill-2020 għall-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami, filwaqt li l-prezzijiet baqgħu stabbli, u dan wassal biex il-profittabbiltà tonqos għal 6,6 %. Dan ikkoinċida wkoll ma’ żieda fl-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping, minn sehem mis-suq ta’ 0,9 % fl-2020 għal sehem mis-suq ta’ 2,7 % fil-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami.

    (122)

    L-indikaturi eżaminati juru li l-miżuri anti-dumping kienu kisbu r-riżultat maħsub tagħhom li jneħħu d-dannu mġarrab mill-produtturi tal-Unjoni. Fil-fatt, l-impożizzjoni tal-miżuri oriġinali fl-2017 ippermettiet lill-industrija tal-Unjoni tirkupra, u żżomm, ishma tas-suq għoljin fl-Unjoni u tagħmel profitti matul il-perjodu kkunsidrat. Madankollu, il-profittabbiltà tal-industrija tal-Unjoni naqset taħt il-profitt fil-mira fil-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami, minħabba l-pressjoni fuq il-prezzijiet mill-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping li impedixxew lill-industrija tal-Unjoni milli żżid il-prezzijiet tagħha f’konformità maż-żieda fil-kost tal-produzzjoni tagħha.

    (123)

    Abbażi ta’ dan ta’ hawn fuq, is-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni vverifikata matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami kienet dannuża. Irrispettivament minn jekk dak id-dannu kienx diġà jikkwalifika bħala materjali skont it-tifsira tal-Artikolu 3(5) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni ddeċidiet li tanalizza l-probabbiltà ta’ rikorrenza ta’ dannu.

    (124)

    Wara d-divulgazzjoni, Hansol Paper sostniet li s-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni ma kinitx dannuża matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami.

    (125)

    Kif iddikjarat fil-premessa (83), il-Kummissjoni stabbiliet marġni ta’ twaqqigħ tal-prezz ta’ 13,7 %. Il-Kummissjoni nnotat ukoll fil-premessa (114) li kien hemm tnaqqis drammatiku fl-investiment għall-industrija tal-Unjoni matul il-perjodu kkunsidrat, bi tnaqqis ta’ 80 %. Matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami, il-profittabbiltà tal-industrija tal-Unjoni kienet ferm inqas minn dik tal-profitt fil-mira ta’ 11,5 % stabbilit fl-investigazzjoni oriġinali. Dawn il-kwistjonijiet kollha juru sitwazzjoni dannuża tal-industrija tal-Unjoni matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami. Għalhekk, din il-pretensjoni ma ntlaqgħetx.

    5.   PROBABBILTÀ TA’ RIKORRENZA TAD-DANNU

    (126)

    Il-Kummissjoni vvalutat ulterjorament, f’konformità mal-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku, jekk ikunx hemm probabbiltà ta’ rikorrenza ta’ dannu kkawżat oriġinarjament mill-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping mir-Repubblika tal-Korea, jekk il-miżuri jitħallew jiskadu.

    (127)

    F’dan ir-rigward, ġew analizzati l-elementi li ġejjin mill-Kummissjoni: il-kapaċità tal-produzzjoni u l-kapaċità ta’ riżerva fil-pajjiż ikkonċernat, l-attraenza tas-suq tal-Unjoni u l-impatt tal-volum potenzjali tal-importazzjoni u l-prezzijiet tal-importazzjoni fuq is-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni jekk il-miżuri jitħallew jiskadu.

    (128)

    Kif deskritt fil-premessi (57) sa (59), il-produttur esportatur fil-pajjiż ikkonċernat għandu l-kapaċità li jżid l-allokazzjoni tiegħu tal-kapaċità tal-produzzjoni biex jibbenefika l-produzzjoni ta’ karta termali ħafifa. Tabilħaqq, ir-rapport dwar is-sostenibbiltà ta’ Hansol Paper innota l-possibbiltà ta’ kapaċitajiet varjanti li jippermettu l-produzzjoni ta’ tipi differenti ta’ karta skont is-sitwazzjoni tas-suq. Barra minn hekk, kif innotat fil-premessa (59), il-kapaċità tal-produzzjoni fil-Korea hija sinifikanti, u hija madwar 10 darbiet akbar mill-konsum domestiku fil-pajjiż u kważi d-doppju tal-konsum tal-Unjoni.

    (129)

    It-tieni, kif deskritt fil-premessa (66), is-suq tal-Unjoni huwa l-akbar suq għall-karta termali ħafifa fid-dinja, li jammonta għal madwar 25 % tal-konsum globali. Barra minn hekk, kif deskritt fil-premessa (65), l-awtoritajiet tal-Istati Uniti dan l-aħħar imponew miżuri anti-dumping fuq il-prodott ikkonċernat, u dan is-suq ewlieni sar inqas attraenti għall-esportazzjonijiet Koreani. Barra minn hekk, dawn l-esportazzjonijiet, f’ċerti perjodi tul il-perjodu kkunsidrat, inbigħu bi prezzijiet ogħla fis-suq tal-Unjoni meta mqabbla mas-suq tal-Istati Uniti. Dan jagħmel lis-suq tal-Unjoni attraenti kemm f’termini ta’ prezz kif ukoll ta’ aċċessibbiltà u hemm probabbiltà kbira li l-iskadenza tal-miżuri anti-dumping tirriżulta f’żieda sinifikanti ta’ importazzjonijiet oġġett ta’ dumping.

    (130)

    It-tielet, kif muri fit-tabelli 2 u 3, matul il-perjodu kkunsidrat, il-volumi tal-importazzjoni mill-pajjiż ikkonċernat żdiedu, filwaqt li l-prezzijiet tal-importazzjoni naqsu. Dawn il-prezzijiet tal-importazzjoni huma aktar baxxi minn dawk tal-industrija tal-Unjoni. Tabilħaqq, kif deskritt fil-premessi minn (83) sa (85), l-analiżi tat-twaqqigħ tal-prezz imwettqa mill-Kummissjoni wriet marġni ta’ twaqqigħ tal-prezz mingħajr dazji ta’ 13,7 % fil-PIR. Dan juri li, jekk il-miżuri jitħallew jiskadu, l-esportaturi Koreani jkollhom inċentiv li jesportaw lejn l-Unjoni f’livelli ta’ prezzijiet dannużi. Dan jikkawża pressjoni fuq il-prezzijiet fuq l-industrija tal-Unjoni li mbagħad titlef il-volumi ta’ bejgħ u/jew tkun obbligata tnaqqas il-livelli tal-prezzijiet tagħha, bl-impatt konsegwenti fuq il-profittabbiltà.

    (131)

    Abbażi ta’ dan, huwa konkluż li n-nuqqas ta’ miżuri x’aktarx li jirriżulta f’żieda sinifikanti fl-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping mir-Repubblika tal-Koroea u li x’aktarx jerġa’ jseħħ dannu materjali.

    6.   INTERESS TAL-UNJONI

    (132)

    F’konformità mal-Artikolu 21 tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni eżaminat jekk iż-żamma tal-miżuri anti-dumping eżistenti tmurx kontra l-interess tal-Unjoni b’mod ġenerali. Id-determinazzjoni tal-interess tal-Unjoni kienet ibbażata fuq apprezzament tad-diversi interessi kollha involuti, inklużi dawk tal-industrija, tal-importaturi u tal-utenti tal-Unjoni.

    (133)

    Il-partijiet interessati kollha ngħataw l-opportunità li jesprimu l-fehmiet tagħhom skont l-Artikolu 21(2) tar-Regolament bażiku.

    (134)

    Abbażi ta’ dan, il-Kummissjoni eżaminat jekk, minkejja l-konklużjonijiet dwar il-probabbiltà ta’ kontinwazzjoni ta’ dumping u ta’ rikorrenza tad-dannu, kinux jeżistu raġunijiet konvinċenti li jwasslu għall-konklużjoni li ma kienx fl-interess tal-Unjoni li jinżammu l-miżuri eżistenti.

    6.1.   Interess tal-industrija tal-Unjoni

    (135)

    L-industrija tal-Unjoni tikkonsisti f’ħames produtturi li jinsabu fi tliet Stati Membri (il-Ġermanja, Spanja u l-Finlandja). Il-ħames produtturi kollha kienu favur ir-rieżami ta’ skadenza.

    (136)

    Kif konkluż fil-premessa (123), is-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami kienet dannuża. Madankollu, kif ġie konkluż fil-premessa (130) l-industrija tal-Unjoni ma tkunx tista’ tlaħħaq mat-tneħħija tal-miżuri, billi dan x’aktarx jirriżulta f’żieda qawwija fl-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping. Għalhekk, jekk il-miżuri jitħallew jiskadu, il-vijabbiltà finanzjarja fit-tul tal-industrija titqiegħed f’periklu.

    (137)

    Il-Kummissjoni kkonkludiet li l-kontinwazzjoni tal-miżuri għalhekk hija fl-interess tal-industrija tal-Unjoni.

    6.2.   Interess ta’ importaturi u ta’ utenti mhux relatati

    (138)

    L-importaturi u l-utenti magħrufa kollha mhux relatati ġew infurmati dwar il-bidu tar-rieżami. Madankollu, il-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda kooperazzjoni minn importaturi u utenti mhux relatati.

    (139)

    Għalhekk, ma kien hemm l-ebda indikazzjoni li ż-żamma tal-miżuri jkollha impatt negattiv fuq l-utenti u/jew l-importaturi li jegħleb l-impatt pożittiv tal-miżuri.

    6.3.   Konklużjoni dwar l-interess tal-Unjoni

    (140)

    Abbażi ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet li ma kienx hemm raġunijiet konvinċenti tal-interess tal-Unjoni kontra ż-żamma tal-miżuri eżistenti fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerta karta termali ħafifa li toriġina mir-Repubblika tal-Korea.

    7.   MIŻURI ANTI-DUMPING

    (141)

    Abbażi tal-konklużjonijiet milħuqa mill-Kummissjoni dwar il-probabbiltà ta’ rikorrenza ta’ dumping, il-probabbiltà ta’ rikorrenza ta’ dannu u l-interess tal-Unjoni, il-miżuri anti-dumping fuq ċerta karta termali ħafifa li toriġina mir-Repubblika tal-Korea jenħtieġ li jinżammu.

    (142)

    Il-partijiet interessati kollha ġew informati bil-fatti u bil-kunsiderazzjonijiet essenzjali li abbażi tagħhom kien maħsub li jiġi rrakkomandat li jinżammu l-miżuri eżistenti. Il-partijiet kollha ngħataw ukoll perjodu sabiex jagħmlu rappreżentazzjonijiet wara dan l-iżvelar u sabiex jitolbu smigħ mal-Kummissjoni u/jew mal-Uffiċjal tas-Smigħ fil-proċedimenti kummerċjali. Is-sottomissjonijiet u l-kummenti ttieħdu inkunsiderazzjoni kif xieraq.

    (143)

    Fid-dawl tal-Artikolu 109 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (33) meta jkollu jiġi rrimborżat ammont wara sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, l-imgħax li għandu jitħallas jenħtieġ li jkun ir-rata applikata mill-Bank Ċentrali Ewropew għall-operazzjonijiet ta’ rifinanzjament tal-kapital tiegħu, kif ippubblikata fis-serje C ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea fl-ewwel jum kalendarju ta’ kull xahar.

    (144)

    Il-miżuri previsti f’dan ir-regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat stabbilit mill-Artikolu 15(1) tar-Regolament (UE) 2016/1036,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    1.   Huwa impost dazju anti-dumping definittiv fuq importazzjonijiet ta’ ċerta karta termali ħafifa li tiżen 65 g/m2 jew inqas; f’rombli ta’ wisa’ 20 cm jew aktar, piż tar-romblu (inkluża l-karta) ta’ 50 kg jew aktar u dijametru tar-romblu (inkluża l-karta) ta’ 40 cm jew aktar (“rombli jumbo”); b’kisja ta’ taħt fuq naħa waħda jew fuq iż-żewġ naħat jew mingħajrha; miksija b’sustanza termosensittiva fuq naħa waħda jew fuq iż-żewġ naħat; u b’kisja ta’ fuq jew mingħajrha, li attwalment taqa’ taħt il-kodiċijiet NM ex 4809 90 00, ex 4811 90 00, ex 4816 90 00 u ex 4823 90 85 (Kodiċijiet TARIC: 4809900010, 4811900010, 4816900010, 4823908520), li toriġina mir-Repubblika tal-Korea.

    2.   Ir-rata tad-dazju anti-dumping definittiv applikabbli għall-prodott deskritt fil-paragrafu 1 għandha tkun ammont fiss ta’ EUR 103,16 għal kull tunnellata netta.

    3.   Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet fis-seħħ dwar id-dazji doganali.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, id-29 ta’ Ġunju 2023.

    Għall-Kummissjoni

    Il-President

    Ursula VON DER LEYEN


    (1)  ĠU L 176, 30.6.2016, p. 21.

    (2)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/763 tat-2 ta’ Mejju 2017 li jimponi dazju antidumping definittiv u jiġbor b’mod definittiv id-dazju proviżorju impost fuq importazzjonijiet ta’ ċerta karta termali ħafifa li toriġina mir-Repubblika tal-Korea (ĠU L 114, 3.5.2017, p. 3).

    (3)  ECLI:EU:T:2020:139.

    (4)  ECLI:EU:C:2022:370.

    (5)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/593 tas-16 ta’ Marzu 2023 li jimponi mill-ġdid dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerta karta termali ħafifa li toriġina mir-Repubblika tal-Korea fir-rigward tal-Grupp Hansol u li jemenda d-dazju residwu (ĠU L 79, 17.3.2023, p. 54).

    (6)  ĠU C 314, 6.8.2021, p. 9.

    (7)  In-Notifika ta’ bidu ta’ rieżami ta’ skadenza tal-miżuri anti-dumping applikabbli għall-importazzjonijiet ta’ ċerta karta termali ħafifa li toriġina mir-Repubblika tal-Korea (ĠU C 180, 3.5.2022, p. 4).

    (8)  Talba t-taqsima 10.3, paġni 26-28.

    (9)  https://tron.trade.ec.europa.eu/investigations/case-view?caseId=2596

    (10)  Ara pereżempju l-punt 68 tas-Sentenza tal-Qorti Ġenerali (it-Tieni Awla),17 ta’ Marzu 2015 fil-Kawża T-466/12, RFA International, LP vs Il-Kummissjoni Ewropea.

    (11)  Għad-dettalji, ara l-premessa (40) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/2005 tas-16 ta’ Novembru 2016 li jimponi dazju proviżorju antidumping fuq importazzjonijiet ta’ ċerta karta termali ħafifa li joriġinaw mir-Repubblika tal-Korea (ĠU L 310, 17.11.2016, p. 1)

    (12)  Talba, il-paragrafi 99 sa 101 (paġni 23-24).

    (13)  Laves Chemie Consulting: Studju tal-2019-2024 dwar is-Suq Dinji tal-Karta Termali, l-Anness 6 tat-talba (t22.002094).

    (14)  Laves Chemie Consulting: Studju tal-2019-2024 dwar is-Suq Dinji tal-Karta Termali, l-Anness 6 tat-talba, paġna 19.

    (15)  Verżjoni miftuħa tat-tweġibiet għall-kwestjonarju f’t22.003621 (Koehler), t22.003615 (Jujo) u t22.003616 (Mitshubishi).

    (16)  Għal silta, ara, fost l-oħrajn, il-paġna 24 tat-talba.

    (17)  Għar-rapport finanzjarju ta’ Hansol Paper li jkopri l-ewwel tliet trimestri tal-2022, ara https://dart.fss.or.kr/dsaf001/main.do?rcpNo=20221111000618 (bil-Korean).

    (18)  Fl-10 ta’ Mejju 2022 (t22.002756) Hansol Paper irreferiet għaliha nnifisha bħala “il-produttur esportatur ewlieni tal-karta termali ħafifa fil-Korea”.

    (19)  Sit web tal-kumpanija: http://www.donghwaind.co.kr

    (20)  Ara n-noti 16 u 17 f’qiegħ il-paġna.

    (21)  Ir-Rapport tal-2022 ta’ Sostenibbiltà ta’ Hansol Paper huwa disponibbli fuq https://www.hansolpaper.co.kr/m/eng/management/data. Il-paġna 10 tar-rapport taqra: “Janghang Mill... għandha sistema ta’ faċilità flessibbli li tista’ tħawwad karta ta’ materjal speċjali bħal karta tal-istampar ta’ kwalità għolja, karta termali u karta tat-tikketta skont il-kundizzjonijiet tas-suq... Shintanjin Mill... għandha sistema ta’ faċilitajiet flessibbli biex tipproduċi karta tal-istampar u karta termali...”.

    (22)  Laves Chemie Consulting: L-Istudju tal-2019-2024 dwar is-Suq Dinji tal-Karta Termali, l-Anness 6 tat-talba, it-tabella “Bilanċ tal-Provvista u d-Domanda f’Tunnellati Metriċi”, il-paġna 22, stabbilixxa li l-konsum tal-karta termali fil-Korea kien jammonta għal 60 000 tunnellata fl-2019. Il-verżjoni miftuħa tat-tweġibiet għall-kwestjonarju f’t22.003621 (Koehler), t22.003615 (Jujo) u t22.003616 (Mitshubishi) stmat il-konsum annwali tal-karta termali ħafifa fil-Korea għal 37 200 tunnellata.

    (23)  It-tweġiba għall-kwestjonarju ta’ Hansol Paper (t22.003569), it-tabella C.2 (kwantità ta’ bejgħ).

    (24)  Ibid.

    (25)  Talba, l-Anness 6, il-paġna 21 (“il-Korea tesporta 78 % tal-produzzjoni lejn l-Amerka ta’ Fuq u dik Ċentrali u t’Isfel, kif ukoll lejn pajjiżi Asjatiċi oħrajn. …”).

    (26)  It-tweġiba għall-kwestjonarju ta’ Hansol Paper (t22.003569), it-tabelli K.3 tal-fajl “R768 Tables K-L-M (HAI) - OPEN.pdf”, li fid-dawl tagħhom, matul il-perjodu taħt rieżami, il-fatturat tal-prodott taħt rieżami ta’ Hansol America naqas bi 13 % filwaqt li l-volum ta’ bejgħ żdied bi 2 %. Ta’ min jinnota li, skont l-Uffiċċju taċ-Ċensiment tal-Istati Uniti, il-prezzijiet tal-karta termali Koreana fl-2018 naqsu minn USD 2 223/tunnellata għal USD 1 645/tunnellata fl-2020 (ara l-“istatistika dwar l-importazzjoni” fis-sit web li ġej tal-Amministrazzjoni tal-Kummerċ Internazzjonali tal-Istati Uniti: https://www.trade.gov/faq/final-determinations-antidumping-duty-investigations-thermal-paper-germany-japan-south-korea).

    (27)  Ara s-sit web uffiċjali tal-Amministrazzjoni Internazzjonali tal-Kummerċ tal-Istati Uniti, jiġifieri https://www.trade.gov/faq/final-determinations-antidumping-duty-investigations-thermal-paper-germany-japan-south-korea.

    (28)  Talba, l-Anness 6, tabelli “Konsum skont il-Grad u ż-Żona Ġeografika 2020”, “Konsum skont iż-Żona Ġeografika f’Tunnellati Metriċi 2022-2024” u “Konsum skont il-Grad u ż-Żona Ġeografika 2024”.

    (29)  It-tweġiba għall-kwestjonarju ta’ Hansol Paper (t22.003569), it-tabelli K.3 tal-fajl “R768 Tables K-L-M (HEB) - OPEN.pdf”.

    (30)  Talba, l-Anness 6, il-paġna 21 (“il-Korea tesporta 78 % tal-produzzjoni l-aktar lejn l-Amerka ta’ Fuq u dik Ċentrali u t’Isfel, kif ukoll lejn pajjiżi Ażjatiċi oħrajn. (...) L-esportazzjonijiet tal-Amerka Ċentrali u t’Isfel huma insinifikanti. L-importazzjonijiet (lejn l-Amerka Ċentrali u t’Isfel) huma 50 % tal-konsum prinċipalment mill-Ewropa, mill-Amerka ta’ Fuq, miċ-Ċina u mill-Korea. Il-pajjiżi konsekuttivi f’dan il-kuntest jinkludu l-Ażja (għajr iċ-Ċina, il-Ġappun, il-Korea), l-Afrika, u l-Awstralja. L-esportazzjonijiet (mill-pajjiżi ROW) huma insinifikanti iżda l-pajjiżi ROW jimportaw 80 % tal-konsum prinċipalment mill-Korea, miċ-Ċina u mill-Ewropa...”).

    (31)  Fid-dawl tal-Uffiċċju taċ-Ċensiment tal-Istati Uniti, l-importazzjonijiet tal-karta termali mill-Korea kienu jammontaw għal 54 337 tunnellata fl-2020 (ara “statistika dwar l-importazzjoni” fis-sit web li ġej tal-Amministrazzjoni Internazzjonali tal-Kummerċ tal-Istati Uniti: https://www.trade.gov/faq/final-determinations-antidumping-duty-investigations-thermal-paper-germany-japan-south-korea).

    (32)  Sors: it-tweġiba għall-kwestjonarju sottomessa mill-applikant u t-tweġibiet għall-kwestjonarju individwali vverifikati tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun.

    (33)  Ir-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1).


    Top