Този документ е извадка от уебсайта EUR-Lex.
Документ 32023R0954
Commission Implementing Regulation (EU) 2023/954 of 12 May 2023 correcting Annexes XIII, XIV and XXII to Implementing Regulation (EU) 2021/404 as regards the lists of third countries, territories or zones thereof authorised for the entry into the Union of consignments of fresh meat of ungulates, poultry and game birds, and certain species and categories of animals, germinal products and products of animal origin for which the Union is not the final destination (Text with EEA relevance)
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/954 tat-12 ta’ Mejju 2023 li jikkoreġi l-Annessi XIII, XIV u XXII tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 fir-rigward tal-listi ta’ pajjiżi terzi, territorji jew żoni tagħhom awtorizzati għad-dħul fl-Unjoni ta’ kunsinni ta’ laħam frisk ta’ ungulati, ta’ pollam u ta’ għasafar tal-kaċċa u ta’ ċerti speċijiet u kategoriji ta’ annimali, prodotti ġerminali u prodotti li joriġinaw mill-annimali li għalihom l-Unjoni mhijiex id-destinazzjoni finali (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/954 tat-12 ta’ Mejju 2023 li jikkoreġi l-Annessi XIII, XIV u XXII tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 fir-rigward tal-listi ta’ pajjiżi terzi, territorji jew żoni tagħhom awtorizzati għad-dħul fl-Unjoni ta’ kunsinni ta’ laħam frisk ta’ ungulati, ta’ pollam u ta’ għasafar tal-kaċċa u ta’ ċerti speċijiet u kategoriji ta’ annimali, prodotti ġerminali u prodotti li joriġinaw mill-annimali li għalihom l-Unjoni mhijiex id-destinazzjoni finali (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
C/2023/3092
ĠU L 128, 15.5.2023г., стр. 84—88
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
В сила
15.5.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 128/84 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/954
tat-12 ta’ Mejju 2023
li jikkoreġi l-Annessi XIII, XIV u XXII tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 fir-rigward tal-listi ta’ pajjiżi terzi, territorji jew żoni tagħhom awtorizzati għad-dħul fl-Unjoni ta’ kunsinni ta’ laħam frisk ta’ ungulati, ta’ pollam u ta’ għasafar tal-kaċċa u ta’ ċerti speċijiet u kategoriji ta’ annimali, prodotti ġerminali u prodotti li joriġinaw mill-annimali li għalihom l-Unjoni mhijiex id-destinazzjoni finali
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2016 dwar il-mard trażmissibbli tal-annimali u li jemenda u jħassar ċerti atti fil-qasam tas-saħħa tal-annimali (“Liġi dwar is-Saħħa tal-Annimali”) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 230(1) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament (UE) 2016/429 jistipula, inter alia, ir-rekwiżiti tas-saħħa tal-annimali għad-dħul fl-Unjoni ta’ kunsinni ta’ annimali, ta’ prodotti ġerminali u ta’ prodotti li joriġinaw mill-annimali, u japplika mill-21 ta’ April 2021. Wieħed minn dawk ir-rekwiżiti tas-saħħa tal-annimali hu li dawk il-kunsinni jridu jkunu ġejjin minn pajjiż terz jew territorju, żona jew kompartiment tiegħu, elenkat f’konformità mal-Artikolu 230(1) ta’ dak ir-Regolament. |
(2) |
Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/692 (2) jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/429 rigward ir-rekwiżiti tas-saħħa tal-annimali għad-dħul fl-Unjoni ta’ kunsinni ta’ ċerti speċijiet u kategoriji ta’ annimali, ta’ prodotti ġerminali u ta’ prodotti li joriġinaw mill-annimali minn pajjiżi terzi jew mit-territorji, jew miż-żoni, jew mill-kompartimenti tagħhom. Ir-Regolament Delegat (UE) 2020/692 jipprevedi li l-kunsinni ta’ annimali, ta’ prodotti ġerminali u ta’ prodotti li joriġinaw mill-annimali li jidħlu fil-kamp ta’ applikazzjoni tiegħu jistgħu jingħataw permess jidħlu fl-Unjoni biss jekk jiġu minn pajjiż terz jew mit-territorju, miż-żona jew mill-kompartiment tiegħu li jkun elenkat għall-ispeċijiet u għall-kategoriji ta’ annimali, ta’ prodotti ġerminali u ta’ prodotti li joriġinaw mill-annimali, f’konformità mar-rekwiżiti tas-saħħa tal-annimali stabbiliti f’dak ir-Regolament Delegat. |
(3) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/404 (3) jistabbilixxi l-listi ta’ pajjiżi terzi jew territorji, jew żoni jew kompartimenti tagħhom, li minnhom huwa permess id-dħul fl-Unjoni tal-kunsinni ta’ dawk l-ispeċijiet u l-kategoriji ta’ annimali, prodotti ġerminali u prodotti li joriġinaw mill-annimali li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament Delegat (UE) 2020/692. Il-listi u ċerti regoli ġenerali li jikkonċernaw il-listi huma stabbiliti fl-Annessi I sa XXII ta’ dak ir-Regolament Delegat. Fiż-żmien tal-adozzjoni tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404, ġew stabbiliti listi simili f’bosta atti tal-Kummissjoni, inkluż fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 798/2008 (4) għall-kunsinni tal-pollam u tal-prodotti tal-pollam u fir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 206/2010 (5) għall-kunsinni ta’ ċerti annimali u laħam frisk. Ir-regolamenti (KE) Nru 798/2008 u (UE) Nru 206/2010 tħassru bir-Regolament Delegat (UE) 2020/692 b’effett mill-21 ta’ April 2021. |
(4) |
It-tabella fil-Parti 1 tal-Anness XIII tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 tistabbilixxi l-lista ta’ pajjiżi terzi, territorji jew żoni tagħhom awtorizzati għad-dħul fl-Unjoni ta’ konsenji ta’ laħam frisk tal-ungulati. Fit-titolu tal-kolonna 7 ta’ dik it-tabella, jenħtieġ li tiddaħħal nota f’qiegħ il-paġna biex tirrifletti n-nota f’qiegħ il-paġna stabbilita fit-titolu tal-kolonna 7 tat-tabella fil-Parti 1 tal-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 206/2010 li tipprevedi li laħam frisk miksub minn ungulati skarnati u ċertifikati qabel id-data tal-għeluq għandu jitħalla jidħol fl-Unjoni għal perjodu limitat biss. |
(5) |
Barra minn hekk, fil-kolonna 5 tat-tabella fil-Parti 1 tal-Anness XIII tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404, fl-entrata għaż-żona BR-2 fil-Brażil, jenħtieġ li tiddaħħal il-kundizzjoni speċifika “Ma sar l-ebda tilqim” biex tirrifletti l-garanzija supplimentari “H” fil-Parti 2 tal-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 206/2010 peress li f’dik iż-żona fil-Brażil ma jitwettaq l-ebda tilqim kontra l-marda tal-ilsien u d-dwiefer u għalhekk l-awtorità kompetenti tal-Brażil trid timplimenta sorveljanza seroloġika regolari biex turi n-nuqqas ta’ ċirkolazzjoni tal-virus tal-marda tal-ilsien u d-dwiefer fiha. Jenħtieġ għalhekk li t-tabella fil-Parti 1 tal-Anness XIII tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 tiġi kkoreġuta skont dan. |
(6) |
It-tabella fil-Parti 1 tal-Anness XIV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 tistabbilixxi l-lista ta’ pajjiżi terzi, territorji jew żoni tagħhom awtorizzati għad-dħul fl-Unjoni ta’ konsenji ta’ laħam frisk tal-ungulati. Jenħtieġ li fit-titolu tal-kolonna 6 ta’ dik it-tabella tiddaħħal nota f’qiegħ il-paġna biex tirrifletti n-nota f’qiegħ il-paġna stabbilita fit-titolu tal-kolonna 6 A tat-tabella fil-Parti 1 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 798/2008 li tipprevedi li laħam frisk miksub minn pollam u minn tjur tal-kaċċa skarnati u ċertifikati qabel id-data tal-għeluq għandu jitħalla jidħol fl-Unjoni għal perjodu limitat biss. Jenħtieġ għalhekk li t-tabella fil-Parti 1 tal-Anness XIV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 tiġi kkoreġuta skont dan. |
(7) |
It-tabella fil-Parti 1 tal-Anness XXII tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 fir-rigward tal-listi ta’ pajjiżi terzi, territorji jew żoni tagħhom awtorizzati għad-dħul fl-Unjoni ta’ konsenji ta’ ċerti speċijiet u kategoriji ta’ annimali, prodotti ġerminali u prodotti li joriġinaw mill-annimali li għalihom l-Unjoni mhijiex id-destinazzjoni finali. Fil-kolonna 5 ta’ dik it-tabella, fl-entrata għaż-żona RU-2 fir-Russja jenħtieġ li jiġi kkoreġut żball klerikali fir-rigward tal-isem taċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali “BOV-X” indikat għal dik iż-żona sabiex jindika “BOV-X-TRANSIT-RU” f’konformità mal-mudell taċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali għad-dħul fl-Unjoni ta’ annimali bovini maħsuba għat-tranżitu mir-reġjun ta’ Kaliningrad lejn reġjuni oħra tar-Russja mit-territorju tal-Litwanja stabbilit fil-Kapitolu 3 tal-Anness II tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/403 (6). Jenħtieġ għalhekk li t-tabella fil-Parti 1 tal-Anness XXII tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 tiġi kkoreġuta skont dan. |
(8) |
Jenħtieġ għalhekk li l-Annessi XIII, XIV u XXII tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 jiġu emendati skont dan. |
(9) |
Billi r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 japplika mill-21 ta’ April 2021, fl-interess taċ-ċertezza legali, u għall-faċilitazzjoni tan-negozju, jenħtieġ li l-korrezzjonijiet li jridu jsiru fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 b’dan ir-Regolament isiru effettivi b’urġenza. |
(10) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Annessi XIII, XIV u XXII tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 huma emendati f’konformità mal-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-12 ta’ Mejju 2023.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(2) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/692 tat-30 ta’ Jannar 2020 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-regoli għad-dħul fl-Unjoni, u l-moviment u l-immaniġġjar wara d-dħul ta’ konsenji ta’ ċerti annimali, prodotti ġerminali u prodotti li joriġinaw mill-annimali (ĠU L 174, 3.6.2020, p. 379).
(3) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/404 tal- 24 ta’ Marzu 2021 li jistabbilixxi l-listi ta’ pajjiżi terzi, territorji jew żoni tagħhom li minnhom huwa permess id-dħul fl-Unjoni ta’ annimali, prodotti ġerminali u prodotti li joriġinaw mill-annimali f’konformità mar-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 114, 31.3.2021, p. 1).
(4) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 798/2008 tat-8 ta’ Awwissu 2008 li jistabbilixxi lista ta’ pajjiżi terzi, territorji, żoni jew kompartimenti li minnhom jistgħu jiġu impurtati u jsir tranżitu ta’ tjur u prodotti tat-tjur fil-Komunità u r-rekwiżiti ta’ ċertifikazzjoni veterinarja (ĠU L 226, 23.8.2008, p. 1).
(5) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 206/2010 tat-12 ta’ Marzu 2010 li jistabbilixxi listi ta’ pajjiżi terzi, territorji jew partijiet minnhom awtorizzati għall-introduzzjoni fl-Unjoni Ewropea ta’ annimali partikulari u laħam frisk u r-rekwiżiti relatati maċ-ċertifikazzjoni veterinarja (ĠU L 73, 20.3.2010, p. 1).
(6) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/403 tal-24 ta’ Marzu 2021 li jistabbilixxi r-regoli għall-applikazzjoni tar-Regolamenti (UE) 2016/429 u (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward il-mudelli taċ-ċertifikati tas-saħħa tal-annimali u l-mudelli taċ-ċertifikati tas-saħħa tal-annimali/uffiċjali, għad-dħul fl-Unjoni u l-movimenti bejn l-Istati Membri ta’ kunsinni ta’ ċerti kategoriji ta’ annimali terrestri u tal-prodotti ġerminali tagħhom, iċ-ċertifikazzjoni uffiċjali fir-rigward ta’ tali ċertifikati u li jħassar id-Deċiżjoni 2010/470/UE (ĠU L 113, 31.3.2021, p. 1).
ANNESS
(1) |
L-Anness XIII tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 huwa kkoreġut kif ġej:
|
(2) |
fl-Anness XIV, fil-Parti 1, it-titoli tal-kolonni tat-tabella huma sostitwiti b’dan li ġej:
|
(3) |
fl-Anness XXII, fil-Parti 1, l-entrata għaż-żona RU-2 fir-Russja hija sostitwita b’dan li ġej:
|
(1) Il-kunsinni ta’ laħam frisk tal-ungulati skarnati u ċertifikati qabel id-data stabbilita fil-kolonna 7 għandhom jitħallew jidħlu fl-Unjoni matul il-perjodu ta’ 90 jum minn dik id-data.”
(2) Il-kunsinni ta’ laħam frisk tal-pollam u tat-tjur tal-kaċċa skarnati u ċertifikati qabel id-data stabbilita fil-kolonna 6 għandhom jitħallew jidħlu fl-Unjoni matul il-perjodu ta’ 90 jum minn dik id-data.”