Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32023R0952

    Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/952 tat-12 ta’ Mejju 2023 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 1321/2013 fir-rigward tal-isem tad-detentur tal-awtorizzazzjoni għall-prodott primarju ta’ taħwir bl-affumikazzjoni “TradismokeTM A MAX” (kodiċi uniku SF-007) (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

    C/2023/3068

    ĠU L 128, 15.5.2023, p. 79–80 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2023/952/oj

    15.5.2023   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 128/79


    REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/952

    tat-12 ta’ Mejju 2023

    li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 1321/2013 fir-rigward tal-isem tad-detentur tal-awtorizzazzjoni għall-prodott primarju ta’ taħwir bl-affumikazzjoni “TradismokeTM A MAX” (kodiċi uniku SF-007)

    (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 2065/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Novembru 2003 dwar it-taħwir bl-affumikazzjoni użat jew intiż għall-użu fl-ikel jew fuq l-ikel (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 11 tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Fis-17 ta’ Marzu 2022 tressqet applikazzjoni f’isem Nactis (“l-applikant”) f’konformità mal-Artikolu 11(1) tar-Regolament (KE) Nru 2065/2003, titlob bidla fl-isem tad-detentur tal-awtorizzazzjoni għall-prodott primarju ta’ taħwir bl-affumikazzjoni “TradismokeTM A MAX” elenkat fit-tabella fl-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1321/2013 (2).

    (2)

    Fl-applikazzjoni, l-applikant iddikjara li l-awtorizzazzjoni għall-prodott primarju ta’ taħwir bl-affumikazzjoni “TradismokeTM A MAX” kellha tiġi trasferita lil JRS, J. Rettenmaier & Söhne GmbH & Co. KG. B’appoġġ għad-dikjarazzjoni tiegħu, l-applikant ipprovda evidenza tal-kunsens tal-partijiet għat-trasferiment fir-rigward tal-prodott primarju ta’ taħwir bl-affumikazzjoni “TradismokeTM A MAX”.

    (3)

    Il-bidla proposta tad-detentur tal-awtorizzazzjoni għandha natura purament amministrattiva u għalhekk ma teħtieġx valutazzjoni ġdida tal-prodott ikkonċernat.

    (4)

    Għaldaqstant, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 1321/2013 jenħtieġ li jiġi emendat skont dan.

    (5)

    Biex tkun żgurata tranżizzjoni bla xkiel, jixraq jiġi previst li l-prodott primarju ta’ taħwir bl-affumikazzjoni “TradismokeTM A MAX”, it-taħwiriet bl-affumikazzjoni derivati minnu u l-ikel li fih il-prodott primarju ta’ taħwir bl-affumikazzjoni jew it-taħwiriet bl-affumikazzjoni derivati minnu, li jkunu konformi mar-regoli li japplikaw qabel id-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, jistgħu jibqgħu jitqiegħdu fis-suq u jintużaw sakemm jispiċċaw il-ħażniet eżistenti.

    (6)

    Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Emenda għar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 1321/2013

    Fit-tabella fl-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 1321/2013, l-entrata dwar il-prodott primarju ta’ taħwir bl-affumikazzjoni “TradismokeTM A MAX” (kodiċi uniku SF-007) hija emendata kif ġej:

    (1)

    fit-tielet ringiela “isem id-detentur tal-awtorizzazzjoni”, il-kelma “Nactis” hija sostitwita bil-kliem “JRS, J. Rettenmaier & Söhne GmbH & Co. KG”;

    (2)

    fir-raba’ ringiela “indirizz tad-detentur tal-awtorizzazzjoni”, il-kliem “36, rue Gutenberg – ZI La Marinière, 91070 Bondoufle, FRANCE” huwa sostitwit bil-kliem “Holzmühle 1, 73494 Rosenberg, GERMANY”.

    Artikolu 2

    Miżuri tranżizzjonali

    Il-prodott primarju ta’ taħwir bl-affumikazzjoni “TradismokeTM A MAX” elenkat fit-tabella fl-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 1321/2013, it-taħwiriet bl-affumikazzjoni derivati minnu u l-ikel li fih il-prodott primarju ta’ taħwir bl-affumikazzjoni jew it-taħwiriet bl-affumikazzjoni derivati minnu, li jiġu prodotti u tikkettati qabel l-4 ta’ Ġunju 2023 f’konformità mar-regoli applikabbli qabel l-4 ta’ Ġunju 2023 jista’ jibqgħu jitqiegħdu fis-suq u jintużaw sakemm jispiċċaw il-ħażniet eżistenti.

    Artikolu 3

    Dħul fis-seħħ

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, it-12 ta’ Mejju 2023.

    Għall-Kummissjoni

    Il-President

    Ursula VON DER LEYEN


    (1)  ĠU L 309, 26.11.2003, p. 1.

    (2)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1321/2013 tal-10 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi l-lista tal-Unjoni ta’ prodotti primarji awtorizzati ta’ taħwir bl-affumikazzjoni għall-użu bħala tali fl-ikel jew fuq l-ikel u/jew għall-produzzjoni ta’ taħwir bl-affumikazzjoni derivati (ĠU L 333, 12.12.2013, p. 54).


    Top