EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32023D0614

Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (PESK) 2023/614 tal-14 ta’ Marzu 2023 dwar il-ħatra tal-Kmandant tal-Forza tal-Missjoni tal-UE għall-missjoni ta’ sħubija militari tal-Unjoni Ewropea fin-Niġer (EUMPM Niger) (EUMPM Niger/1/2023)

ST/7198/2023/INIT

ĠU L 80, 20.3.2023, p. 93–93 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 18/09/2023; Imħassar b' 32023D1789

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2023/614/oj

20.3.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 80/93


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT POLITIKU U TA’ SIGURTÀ (PESK) 2023/614

tal-14 ta’ Marzu 2023

dwar il-ħatra tal-Kmandant tal-Forza tal-Missjoni tal-UE għall-missjoni ta’ sħubija militari tal-Unjoni Ewropea fin-Niġer (EUMPM Niger) (EUMPM Niger/1/2023)

IL-KUMITAT POLITIKU U TA’ SIGURTÀ,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 38 tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2022/2444 tat-12 ta’ Diċembru 2022 dwar missjoni ta’ sħubija militari tal-Unjoni Ewropea fin-Niġer (EUMPM Niger) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 5(1) tagħha,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 5(1) tad-Deċiżjoni (PESK) 2022/2444, il-Kunsill awtorizza lill-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (KPS) biex jieħu d-deċiżjonijiet rilevanti dwar, inter alia, il-ħatra tal-Kmandant tal-Forza tal-Missjoni għall-missjoni ta’ sħubija militari tal-Unjoni Ewropea fin-Niġer (EUMPM Niger) (il-“Kmandant tal-Forza tal-Missjoni tal-UE”).

(2)

Fit-2 ta’ Frar 2023, l-awtoritajiet militari Taljani pproponew il-ħatra tal-Kurunell Antonio D’AGOSTINO bħala l-ewwel Kmandant tal-Forza tal-Missjoni tal-UE mill-1 ta’ Marzu 2023.

(3)

Fis-7 ta’ Frar 2023, il-Kmandant tal-Missjoni għal EUMPM Niger appoġġa din in-nomina.

(4)

Fl-10 ta’ Frar 2023, il-Kumitat Militari tal-Unjoni Ewropea qabel li jirrakkomanda li l-KPS jaħtar lill-Kurunell Antonio D’AGOSTINO bħala l-Kmandant tal-Forza tal-Missjoni tal-UE mill-1 ta’ Marzu 2023.

(5)

Għandha tittieħed deċiżjoni dwar il-ħatra tal-Kurunell Antonio D’AGOSTINO.

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Kurunell Antonio D’AGOSTINO huwa b’dan maħtur bħala l-Kmandant tal-Forza tal-Missjoni tal-UE tal-missjoni ta’ sħubija militari tal-Unjoni Ewropea fin-Niġer (EUMPM Niger) mill-1 ta’ Marzu 2023.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Għandha tapplika mill-1 ta’ Marzu 2023.

Magħmul fi Brussell, l-14 ta’ Marzu 2023.

Għall-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà

Il-President

D. PRONK


(1)  ĠU L 319, 13.12.2022, p. 86.


Top