Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32022D1259

    Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2022/1259 tat-18 ta’ Lulju 2022 li taħtar membru propost mill-Gran Dukat tal-Lussemburgu, fil-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

    ST/10465/2022/INIT

    ĠU L 191, 20.7.2022, p. 68–68 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2022/1259/oj

    20.7.2022   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 191/68


    DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2022/1259

    tat-18 ta’ Lulju 2022

    li taħtar membru propost mill-Gran Dukat tal-Lussemburgu, fil-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

    IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 302 tiegħu,

    Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2019/853 tal-21 ta’ Mejju 2019 li tiddetermina l-kompożizzjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),

    Filwaqt li kkunsidra l-proposta mill-Gvern Lussemburgiż,

    Wara li kkonsulta lill-Kummissjoni Ewropea,

    Billi:

    (1)

    Skont l-Artikolu 300(2) tat-Trattat, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew għandu jikkonsisti minn rappreżentanti ta’ organizzazzjonijiet tal-impjegaturi, tal-impjegati, u ta’ partijiet oħra li jirrappreżentaw is-soċjetà ċivili, b’mod partikolari fl-oqsma soċjoekonomiċi, ċiviċi, professjonali u kulturali.

    (2)

    Fit-2 ta’ Ottubru 2020, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (UE) 2020/1392 (2), li taħtar il-membri tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew għall-perjodu mill-21 ta’ Settembru 2020 sal-20 ta’ Settembru 2025.

    (3)

    Konsegwentement għar-riżenja tas-Sa Claudine OTTO, sar vakanti s-siġġu ta’ membru fil-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew.

    (4)

    Il-Gvern Lussemburgiż ippropona lis-Sa Christel CHATELAIN, Directrice des Affaires Économiques – Chambre de Commerce du Grand-Duché de Lussemburgu, bħala membru fil-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew għall-bqija tal-mandat attwali, li jintemm fl-20 ta’ Settembru 2025,

    ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Is-Sa Christel CHATELAIN, Directrice des Affaires Économiques – Chambre de Commerce du Grand-Duché de Lussemburgu, hija b’dan maħtura membru fil-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew għall-bqija tal-mandat attwali, li jintemm fl-20 ta’ Settembru 2025.

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

    Magħmul fi Brussell, it-18 ta’ Lulju 2022.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    Z. NEKULA


    (1)   ĠU L 139, 27.5.2019, p. 15.

    (2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2020/1392 tat-2 ta’ Ottubru 2020 li taħtar il-membri tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew għall-perjodu mill-21 ta’ Settembru 2020 sal-20 ta’ Settembru 2025, u li tħassar u tissostitwixxi d-Deċiżjoni tal-Kunsill li taħtar il-membri tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew għall-perjodu mill-21 ta’ Settembru 2020 sal-20 ta’ Settembru 2025 adottata fit-18 ta’ Settembru 2020 (ĠU L 322, 5.10.2020, p. 1).


    Top