This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32022D1198
Commission Implementing Decision (EU) 2022/1198 of 16 June 2022 amending Implementing Decision (EU) 2019/570 as regards rescEU emergency energy supply capacities (notified under document C(2022) 4246) (Text with EEA relevance)
Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/1198 tas- 16 ta’ Ġunju 2022 li temenda d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/570 fir-rigward tal-provvista tal-enerġija ta’ emerġenza tar-rescEU (notifikata bid-dokument C(2022) 4246) (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/1198 tas- 16 ta’ Ġunju 2022 li temenda d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/570 fir-rigward tal-provvista tal-enerġija ta’ emerġenza tar-rescEU (notifikata bid-dokument C(2022) 4246) (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
C/2022/4246
ĠU L 185, 12.7.2022, p. 129–132
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
12.7.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 185/129 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/1198
tas- 16 ta’ Ġunju 2022
li temenda d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/570 fir-rigward tal-provvista tal-enerġija ta’ emerġenza tar-rescEU
(notifikata bid-dokument C(2022) 4246)
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 dwar Mekkaniżmu tal-Unjoni għall-Protezzjoni Ċivili (“il-Mekkaniżmu tal-Unjoni”) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 32(1)(g) tagħha,
Billi:
(1) |
Id-Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE tistabbilixxi r-rescEU bħala parti mill-Mekkaniżmu tal-Unjoni għall-Protezzjoni Ċivili (“Mekkaniżmu tal-Unjoni”). Hija ġiet emendata reċentement (2) biex jissaħħaħ il-Mekkaniżmu tal-Unjoni biex jingħelbu l-limitazzjonijiet meta bosta Stati Membri jiġu affettwati simultanjament minn emerġenza kumplessa u transsettorjali. |
(2) |
Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/570 (3) tistabbilixxi l-kompożizzjoni inizjali tar-rescEU f’termini ta’ kapaċitajiet u r-rekwiżiti ta’ kwalità tagħha. Ir-riżerva rescEU bħalissa tikkonsisti f’kapaċitajiet ta’ tifi tan-nar fil-foresti mill-ajru, kapaċitajiet ta’ evakwazzjoni medika mill-ajru, kapaċitajiet ta’ tim mediku ta’ emerġenza, kapaċitajiet fil-qasam tal-inċidenti kimiċi, bijoloġiċi, radjoloġiċi u nukleari, kenn, trasport u loġistika kif ukoll kapaċitajiet ta’ laboratorji mobbli u kapaċitajiet ta’ detezzjoni, kampjunar, identifikazzjoni u monitoraġġ CBRN. |
(3) |
F’konformità mal-Artikolu 12(2) tad-Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE, il-kapaċitajiet r-rescEU jenħtieġ li jkun jikkonsisti fihom iridu jiġu ddefiniti billi jitqiesu r-riskji identifikati u emerġenti, il-kapaċitajiet kumplessivi u l-lakuni fil-livell tal-Unjoni. |
(4) |
Analiżi tar-riskji identifikati u emerġenti kif ukoll tal-kapaċitajiet u l-lakuni fil-livell tal-Unjoni tiżvela l-ħtieġa li jiġu appoġġati l-attivitajiet tal-protezzjoni ċivili billi jiġu pprovduti kapaċitajiet ta’ emerġenza għall-provvista tal-enerġija biex jittaffew il-konsegwenzi negattivi li jirriżultaw minn nuqqasijiet ta’ enerġija li jista’ jkollhom oriġini differenti, naturali jew ikkawżati mill-bniedem. |
(5) |
B’mod partikolari, is-sitwazzjoni fl-Ukrajna reġgħet uriet il-vulnerabbiltà tal-infrastruttura kritika relatata mal-enerġija. Mill-bidu bikri tal-gwerra ta’ aggressjoni, l-Ukrajna identifikat il-provvista tal-enerġija ta’ emerġenza fil-forma ta’ fjuwil, ġeneraturi, tagħmir u spare parts bħala ħtieġa primarja f’ħafna oqsma. Barra minn hekk, il-Moldova attivat ukoll il-Mekkaniżmu tal-Unjoni u identifikat oġġetti għall-provvista tal-enerġija ta’ emerġenza fil-forma ta’ fjuwil, ġeneraturi u spare parts. |
(6) |
Bħalissa, ma hemm l-ebda kapaċità fil-qasam tal-provvista tal-enerġija ta’ emerġenza impenjata minn qabel mill-Istati Membri għar-Riżerva Ewropea ta’ Protezzjoni Ċivili. B’riżultat ta’ hekk u sabiex jiġu indirizzati r-riskji identifikati u emerġenti, jenħtieġ li l-provvista tal-enerġija ta’ emerġenza ssir parti mill-kapaċitajiet tar-rescEU msemmijin fl-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/570. |
(7) |
Jenħtieġ li dawk il-kapaċitajiet ikunu stabbiliti biex jirrispondu għal riskji ta’ probabbiltà baxxa b’impatt għoli, f’konformità mal-kategoriji msemmijin fl-Artikolu 3d(e) tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/570. |
(8) |
Jenħtieġ li l-kompitu ewlieni tal-kapaċitajiet tal-provvista tal-enerġija ta’ emerġenza tar-rescEU jkun li jipprovdu enerġija ta’ riżerva ta’ emerġenza istantanjament meta s-sors ewlieni tal-enerġija jieqaf jaħdem jew jekk il-vultaġġ jonqos għal livell insuffiċjenti jew jitla’ f’salt u jikkawża qtugħ. Tali kapaċitajiet jistgħu jinkludu ġeneraturi standby, batteriji, tagħmir tal-ħsad tal-enerġija, tagħmir ta’ konnettività u sinkronizzazzjoni, fjuwil, tipi oħrajn ta’ apparati u servizzi relatati. |
(9) |
L-għajnuna prevista trid tikkonforma mal-kundizzjonijiet u l-proċeduri stabbiliti mill-miżuri restrittivi (4) adottati skont l-Artikolu 215 TFUE. |
(10) |
Għaldaqstant jenħtieġ li d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/570 tiġi emendata kif xieraq. |
(11) |
Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma f’konformità mal-opinjoni tal-kumitat imsemmi fl-Artikolu 33(1) tad-Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/570 hija emendata kif ġej:
(1) |
L-Artikolu 2 huwa emendat kif ġej:
|
(2) |
L-Artikolu 3a huwa sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 3a Il-kostijiet eliġibbli tal-kapaċitajiet tar-rescEU għal evakwazzjoni medika bl-ajru, tat-tim mediku ta’ emerġenza tat-tip 2 u tat-tip 3, tal-kumulazzjoni ta’ riżerva medika, tad-dekontaminazzjoni CBRN, tal-ħażna CBRN, tal-kenn temporanju, tat-trasport, tal-loġistika, tad-detezzjoni, it-teħid ta’ kampjuni, l-identifikazzjoni u l-monitoraġġ CBRN, u tal-kapaċitajiet ta’ provvista tal-enerġija ta’ emerġenza Il-kategoriji tal-kostijiet kollha msemmijin fl-Anness Ia tad-Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE għandhom jitqiesu fil-kalkolu tal-kost eliġibbli totali tal-kapaċitajiet tar-rescEU.”; |
(3) |
fl-Artikolu 3e, il-paragrafi 3 u 4 huma sostitwiti b’dan li ġej: “3. Il-kapaċitajiet tar-rescEU msemmijin fl-Artikolu 2(2)(c) sa (m) għandhom jiġu stabbiliti bl-għan li jimmaniġġjaw riskji ta’ probabbiltà baxxa b’impatt għoli. 4. Meta l-kapaċitajiet tar-rescEU msemmijin fl-Artikolu 2(2)(c) sa (m) jiġu skjerati skont il-Mekkaniżmu tal-Unjoni, l-assistenza finanzjarja tal-Unjoni għandha tkopri 100 % tal-kostijiet operazzjonali, f’konformità mal-Artikolu 23(4b), it-tieni subparagrafu, tad-Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE.”; |
(4) |
l-Anness huwa emendat f’konformità mal-Anness ta’ din id-Deċiżjoni. |
Artikolu 2
Destinatarji
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, is-16 ta’ Ġunju 2022.
Għall-Kummissjoni
Janez LENARČIČ
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 347, 20.12.2013, p. 924.
(2) Ir-Regolament (UE) 2021/836 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Mejju 2021 li jemenda d-Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE dwar Mekkaniżmu tal-Unjoni għall-Protezzjoni Ċivili (ĠU L 185, 26.5.2021, p. 1).
(3) Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/570 tat-8 ta’ April 2019 li tistabbilixxi r-regoli għall-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni 1313/2013/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-kapaċitajiet tar-rescEU u li temenda d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/762/UE (ĠU L 99, 10.4.2019, p. 41).
(4) www.sanctionsmap.eu. Innota li l-mappa tas-sanzjonijiet hija għodda tal-IT għall-identifikazzjoni tar-reġimi tas-sanzjonijiet. Is-sors tas-sanzjonijiet jirriżulta minn atti legali ppubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (ĠU). F’każ ta’ diskrepanza, il-ĠU jipprevali.
ANNESS
Fl-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/570, tiżdied it-Taqsima 13 li ġejja:
“13. |
Kapaċitajiet ta’ provvista tal-enerġija ta’ emerġenza
|
(1) L-awtosuffiċjenza trid tiġi garantita mill-inqas matul l-ewwel 96 siegħa ta’ skjerament, inkluż permezz ta’ faċilitajiet u tagħmir adegwati għall-ħżin tal-fjuwil fuq il-post.”