Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32022D0637

    Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2022/637 tat-13 ta’ April 2022 li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2022/339 dwar miżura ta’ assistenza taħt il-Faċilità Ewropea għall-Paċi biex tappoġġa l-Forzi Armati Ukreni

    ST/8046/2022/INIT

    ĠU L 117, 19.4.2022, p. 36–37 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2022/637/oj

    19.4.2022   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 117/36


    DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2022/637

    tat-13 ta’ April 2022

    li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2022/339 dwar miżura ta’ assistenza taħt il-Faċilità Ewropea għall-Paċi biex tappoġġa l-Forzi Armati Ukreni

    IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 28(1) u 41(2) tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,

    Billi:

    (1)

    Fit-28 ta’ Frar 2022, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2022/339 (1), li stabbiliet miżura ta’ assistenza b’ammont ta’ referenza finanzjarja ta’ EUR 50 000 000 maħsub biex ikopri l-finanzjament tal-forniment ta’ tagħmir u provvisti mhux imfassla biex iwasslu forza letali, bħal tagħmir ta’ protezzjoni personali, kaxex għall-ewwel għajnuna u fjuwil, lill-Forzi Armati Ukreni.

    (2)

    Fit-23 ta’ Marzu 2022, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2022/472 (2) li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2022/339, li żiedet l-ammont ta’ referenza finanzjarja għal EUR 100 000 000.

    (3)

    Fid-dawl tal-aggressjoni armata li għaddejja mill-Federazzjoni Russa kontra l-Ukrajna, jenħtieġ li l-ammont ta’ referenza finanzjarja jiżdied b’EUR 50 000 000 addizzjonali maħsub biex ikopri l-finanzjament tal-forniment ta’ tagħmir u provvisti mhux imfassla biex iwasslu forza letali, bħal tagħmir ta’ protezzjoni personali, kaxex għall-ewwel għajnuna u fjuwil, lill-Forzi Armati Ukreni. Jenħtieġ li d-durata tal-miżura ta’ assistenza tiġi estiża wkoll b’24 xahar.

    (4)

    Id-Deċiżjoni (PESK) 2022/339 jenħtieġ li tiġi emendata skont dan,

    ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI

    Artikolu 1

    Id-Deċiżjoni (PESK) 2022/339 hija emendata kif ġej:

    (1)

    fl-Artikolu 1, il-paragrafu 4 huwa sostitwit b’dan li ġej:

    “4.   Id-durata tal-Miżura ta’ Assistenza għandha tkun ta’ 60 xahar mill-adozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni.”;

    (2)

    fl-Artikolu 2, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:

    “1.   L-ammont ta’ referenza finanzjarja maħsub biex ikopri n-nefqa relatata mal-Miżura ta’ Assistenza għandu jkun ta’ EUR 150 000 000.”;

    (3)

    fl-Artikolu 2, il-paragrafu 3 huwa sostitwit b’dan li ġej:

    “3.   F’konformità mal-Artikolu 29(5) tad-Deċiżjoni (PESK) 2021/509, l-amministratur għall-miżuri ta’ assistenza jista’ jagħmel sejħa għal kontribuzzjonijiet wara l-adozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni, sa EUR 150 000 000. Il-fondi li għalihom għamel sejħa l-amministratur għall-miżuri ta’ assistenza għandhom jintużaw biss biex titħallas in-nefqa fil-limiti approvati mill-Kumitat stabbilit bid-Deċiżjoni (PESK) 2021/509 fil-baġit emendatorju tal-2022 u fil-baġits għas-snin sussegwenti li tikkorrispondi għall-Miżura ta’ Assistenza.”;

    (4)

    fl-Artikolu 2, il-paragrafu 4 huwa sostitwit b’dan li ġej:

    “4.   In-nefqa relatata mal-implimentazzjoni tal-Miżura ta’ Assistenza għandha tkun eliġibbli mill-1 ta’ Jannar 2022 u sa data li għandha tiġi ddeterminata mill-Kunsill. Mill-inqas 66 fil-mija tal-ammont ta’ referenza finanzjarja għandu jkopri n-nefqa mġarrba mill-11 ta’ Marzu 2022.”.

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

    Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ April 2022.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    J.-Y. LE DRIAN


    (1)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2022/339 tat-28 ta’ Frar 2022 dwar miżura ta’ assistenza taħt il-Faċilità Ewropea għall-Paċi biex tappoġġa l-Forzi Armati Ukreni (ĠU L 61, 28.2.2022, p. 1).

    (2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2022/472 tat-23 ta’ Marzu 2022 li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2022/339 dwar miżura ta’ assistenza taħt il-Faċilità Ewropea għall-Paċi biex tappoġġa l-Forzi Armati Ukreni (ĠU L 96, 24.3.2022, p. 45).


    Top