This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32021D0076
Commission Implementing Decision (EU) 2021/76 of 26 January 2021 on harmonised standards for lifts and safety components for lifts drafted in support of Directive 2014/33/EU of the European Parliament and of the Council (Text with EEA relevance)
Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzojni tal-Kummissjoni (UE) 2021/76 tas-26 ta’ Jannar 2021 dwar standards armonizzati għal-liftijiet u għall-komponenti ta’ sikurezza għal-liftijiet abbozzati b’appoġġ għad-Direttiva 2014/33/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Test b’ rilevanza għaż-ŻEE)
Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzojni tal-Kummissjoni (UE) 2021/76 tas-26 ta’ Jannar 2021 dwar standards armonizzati għal-liftijiet u għall-komponenti ta’ sikurezza għal-liftijiet abbozzati b’appoġġ għad-Direttiva 2014/33/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Test b’ rilevanza għaż-ŻEE)
C/2021/412
ĠU L 27, 27.1.2021, p. 20–24
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force: This act has been changed. Current consolidated version: 12/01/2024
27.1.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 27/20 |
ID-DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZOJNI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/76
tas-26 ta’ Jannar 2021
dwar standards armonizzati għal-liftijiet u għall-komponenti ta’ sikurezza għal-liftijiet abbozzati b’appoġġ għad-Direttiva 2014/33/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
(Test b’ rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1025/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar l-Istandardizzazzjoni Ewropea, li jemenda d-Direttivi tal-Kunsill 89/686/KEE u 93/15/KEE u d-Direttivi 94/9/KE, 94/25/KE, 95/16/KE, 97/23/KE, 98/34/KE, 2004/22/KE, 2007/23/KE, 2009/23/KE u 2009/105/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kunsill 87/95/KEE u d-Deċiżjoni Nru 1673/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 10(6) tiegħu,
Billi:
(1) |
F’konformità mal-Artikolu 14 tad-Direttiva 2014/33/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), il-liftijiet u l-komponenti ta’ sikurezza għal-liftijiet li jkunu konformi ma’ standards armonizzati jew ma’ partijiet minnhom, li r-referenzi tagħhom ikunu ġew ippubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, iridu jkunu preżunti konformi mar-rekwiżiti essenzjali tas-saħħa u tas-sikurezza stabbiliti fl-Anness I ta’ dik id-Direttiva koperti minn dawk l-istandards jew minn partijiet minnhom. |
(2) |
Permezz tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni C(2016) 5884 (3), il-Kummissjoni għamlet talba lill-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni (CEN) għall-abbozzar u r-reviżjoni tal-istandards armonizzati b’appoġġ għad-Direttiva 2014/33/UE biex jiġi żgurat li dawn ikomplu jirriflettu l-ogħla livell ta’ żvilupp tekniku rikonoxxut b’mod ġenerali sabiex jiġu ssodisfati r-rekwiżiti essenzjali tas-saħħa u tas-sikurezza tal-Anness I tad-Direttiva 2014/33/UE u, fejn rilevanti, ir-rekwiżiti essenzjali tas-saħħa u tas-sikurezza tal-Anness I tad-Direttiva 2006/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) kif stabbilit fil-punt 1.1 tal-Anness I tad-Direttiva 2014/33/UE. |
(3) |
Abbażi tat-talba stabbilita fid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni C(2016) 5884, is-CEN irreveda l-istandards armonizzati EN 81-20:2014 u EN 81-50:2014, li r-referenzi tagħhom ġew ippubblikati permezz tal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni 2016/C 293/05 (5), biex jadattahom għall-qafas legali tad-Direttiva 2014/33/UE u biex iżid iċ-ċertezza u ċ-ċarezza legali ta’ dawk l-istandards, inkluż l-abbozzar ta’ Anness ZA aktar preċiż u l-introduzzjoni ta’ referenzi normattivi datati. Dan irriżulta fl-adozzjoni tal-istandard armonizzat EN 81-20:2020 dwar ir-rekwiżiti ġenerali tas-sikurezza għall-kostruzzjoni u l-installazzjoni ta’ liftijiet għat-trasport ta’ persuni u oġġetti, u tal-istandard armonizzat EN 81-50:2020 dwar ir-regoli tad-disinn, il-kalkoli, l-eżamijiet u t-testijiet tal-liftijiet u tal-komponenti tal-liftijiet. Ma saret l-ebda bidla teknika sostantiva waqt ir-reviżjoni tal-istandards armonizzati EN 81-20:2014 u EN 81-50:2014. |
(4) |
Il-Kummissjoni, flimkien mas-CEN, ivvalutat jekk l-istandards armonizzati EN 81-20:2020 u EN 81-50:2020 humiex konformi mat-talba stabbilita fid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni C(2016) 5884. |
(5) |
L-istandards armonizzati EN 81-20:2020 u EN 81-50:2020 jissodisfaw ir-rekwiżiti essenzjali tas-saħħa u tas-sikurezza li għandhom l-għan li jkopru u li huma stabbiliti fid-Direttiva 2014/33/UE. Għalhekk huwa xieraq li r-referenzi ta’ dawk l-istandards jiġu ppubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. |
(6) |
L-istandards armonizzati EN 81-20:2020 u EN 81-50:2020 jissostitwixxu l-istandards armonizzati EN 81-20:2014 u EN 81-50:2014. Għalhekk, jeħtieġ li r-referenzi tal-istandards armonizzati EN 81-20:2014 u EN 81-50:2014 jiġu rtirati minn Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. |
(7) |
Sabiex il-manifatturi jingħataw biżżejjed żmien biex iħejju għall-applikazzjoni tal-istandards armonizzati EN 81-20:2020 u EN 81-50:2020, jeħtieġ li l-irtirar tar-referenzi tal-istandards armonizzati EN 81-20:2014 u EN 81-50:2014 jiġi differit. |
(8) |
Fl-interessi taċ-ċarezza u taċ-ċertezza legali, jenħtieġ li tiġi ppubblikata f’att wieħed lista sħiħa tar-referenzi tal-istandards armonizzati abbozzati b’appoġġ għad-Direttiva 2014/33/UE u li jissodisfaw ir-rekwiżiti essenzjali li għandhom l-għan li jkopru. Għalhekk jenħtieġ li r-referenzi l-oħra tal-istandards armonizzati ppubblikati fil-Komunikazzjoni 2016/C 293/05 jiġu inklużi wkoll f’din id-Deċiżjoni. Għalhekk jenħtieġ li dik il-Komunikazzjoni titħassar mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din id-Deċiżjoni. Madankollu, jenħtieġ li tkompli tapplika fir-rigward tar-referenzi tal-istandards armonizzati EN 81-20:2014 u EN 81-50:2014, minħabba li huwa neċessarju li l-irtirar ta’ dawk ir-referenzi jiġi differit. |
(9) |
Il-konformità ma’ standard armonizzat tikkonferixxi preżunzjoni ta’ konformità mar-rekwiżiti essenzjali korrispondenti stabbiliti fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni mid-data tal-pubblikazzjoni tar-referenza ta’ tali standard f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Għaldaqstant, jenħtieġ li din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Ir-referenzi tal-istandards armonizzati għal-liftijiet u għall-komponenti ta’ sikurezza għal-liftijiet abbozzati b’appoġġ għad-Direttiva 2014/33/UE u elenkati fl-Anness I ta’ din id-Deċiżjoni huma b’dan ippubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 2
Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni 2016/C 293/64 titħassar. Għandha tkompli tapplika sas-27 ta’ Lulju 2022 fir-rigward tar-referenzi tal-istandards armonizzati elenkati fl-Anness II ta’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, is-26 ta’ Jannar 2021.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 316, 14.11.2012, p. 12.
(2) Id-Direttiva 2014/33/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri relattivament għal liftijiet u komponenti ta’ sikurezza għal-liftijiet (ĠU L 96, 29.3.2014, p. 251).
(3) Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni C(2016) 5884 tal-21 ta’ Settembru 2016 dwar talba ta’ standardizzazzjoni lill-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni rigward il-liftijiet u l-komponenti ta’ sikurezza għal-liftijiet b’appoġġ għad-Direttiva 2014/33/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.
(4) Id-Direttiva 2006/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Mejju 2006 dwar il-makkinarju, u li temenda d-Direttiva 95/16/KE (ĠU L 157, 9.6.2006, p. 24).
(5) Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni fil-qafas tal-implimentazzjoni tad-Direttiva 2014/33/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri relattivament għal liftijiet u komponenti ta’ sikurezza għal-liftijiet (ĠU C 293, 12.8.2016, p. 64).
ANNESS I
Nru |
Referenza tal-istandard |
1. |
EN 81-20:2020 Regoli tas-sikurezza għall-kostruzzjoni u installazzjoni ta’ liftijiet – Liftijiet għat-trasport ta’ persuni u oġġetti – Parti 20: Liftijiet għall-passiġġieri u oġġetti |
2. |
EN 81-21:2009+A1:2012 Regoli tas-sikurezza għall-kostruzzjoni u installazzjoni ta’ liftijiet – Liftijiet għat-trasport ta’ persuni u oġġetti – Parti 21: Liftijiet ġodda għall-passiġġieri u għal oġġetti u passiġġieri f’bini eżistenti |
3. |
EN 81-22:2014 Regoli tas-sikurezza għall-kostruzzjoni u installazzjoni ta’ liftijiet – Liftijiet għat-trasport ta’ persuni u oġġetti – Parti 22: Liftijiet għal passiġġieri u oġġetti b’mogħdija inklinata |
4. |
EN 81-28:2003 Regoli tas-sikurezza għall-kostruzzjoni u installazzjoni ta’ liftijiet – Liftijiet għat-trasport ta’ persuni u oġġetti – Parti 28: Avviż ta’ allarm mill-bogħod f’liftijiet għal passiġġieri u liftijiet għal passiġġieri u oġġetti |
5. |
EN 81-50:2020 Regoli tas-sikurezza għall-kostruzzjoni u installazzjoni ta’ liftijiet – Eżamijiet u testijiet – Parti 50: Regoli tad-disinn, kalkoli, eżamijiet u testijiet tal-komponenti tal-lift |
6. |
EN 81-58:2003 Regoli tas-sikurezza għall-kostruzzjoni u installazzjoni ta’ liftijiet – Eżamijiet u testijiet – Parti 58: Test ta’ reżistenza għan-nar tal-bibien li jagħtu għal indana |
7. |
EN 81-70:2003 Regoli tas-sikurezza għall-kostruzzjoni u installazzjoni ta’ liftijiet – Applikazzjonijiet partikolari għal liftijiet għal passiġġieri u liftijiet għal passiġġieri u oġġetti – Parti 70: Aċċessibbiltà għal liftijiet għal persuni inklużi persuni b’diżabilità EN 81-70:2003/A1:2004 |
8. |
EN 81-71:2005+A1:2006 Regoli tas-sikurezza għall-kostruzzjoni u installazzjoni ta’ liftijiet – Applikazzjonijiet partikolari għal liftijiet għal passiġġieri u liftijiet għal passiġġieri u oġġetti – Parti 71: Liftijiet reżistenti għall-vandaliżmu |
9. |
EN 81-72:2015 Regoli tas-sikurezza għall-kostruzzjoni u installazzjoni ta’ liftijiet – Applikazzjonijiet partikolari għal liftijiet għal passiġġieri u liftijiet għal passiġġieri u oġġetti – Parti 72: Liftijiet għall-pumpieri |
10. |
EN 81-73:2016 Regoli tas-sikurezza għall-kostruzzjoni u installazzjoni ta’ liftijiet – Applikazzjonijiet partikolari għal liftijiet għal passiġġieri u liftijiet għal passiġġieri u oġġetti – Parti 73: Mġiba tal-liftijiet f’każ ta’ ħruq |
11. |
EN 81-77:2013 Regoli tas-sikurezza għall-kostruzzjoni u installazzjonijiet ta’ liftijiet – Applikazzjonijiet partikolari għal liftijiet għal passiġġieri u liftijiet għal passiġġieri u oġġetti – Parti 77: Liftijiet suġġetti għal kondizzjonijiet sismiċi |
12. |
EN 12016:2013 Kompatibilità elettromanjetika – Prodott standard tal-familja għal liftijiet, skali mobbli u ċineg li jġorru passiġġieri – Immunità |
13. |
EN 12385-3:2004+A1:2008 Ħbula tal-wajer tal-azzar – Sikurezza – Parti 3: Informazzjoni dwar l-użu u l-manutenzjoni |
14. |
EN 12385-5:2002 Ħbula tal-wajer tal-azzar – Sikurezza – Parti 5: Ħbula mibrumin għal-liftijiet EN 12385-5:2002/AC:2005 |
15. |
EN 13015:2001+A1:2008 Manutenzjoni ta’ liftijiet u skali mobbli – Regoli għall-istruzzjonijiet ta’ manutenzjoni |
16. |
EN 13411-7:2006+A1:2008 Terminazzjonijiet għal ħbula tal-wajer tal-azzar – Sikurezza – Parti 7: Sokit b’kunjard simetriku |
ANNESS II
Nru |
Referenza tal-istandard |
1. |
EN 81-20:2014 Regoli tas-sikurezza għall-kostruzzjoni u installazzjoni ta’ liftijiet – Liftijiet għat-trasport ta’ persuni u oġġetti – Parti 20: Liftijiet għall-passiġġieri u oġġetti |
2. |
EN 81-50:2014 Regoli tas-sikurezza għall-kostruzzjoni u installazzjoni ta’ liftijiet – Eżamijiet u testijiet – Parti 50: Regoli tad-disinn, kalkoli, eżamijiet u testijiet tal-komponenti tal-lift |