EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32021D0075

Deċiżjoni (UE) 2021/75 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2020 dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond ta’ Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea biex tingħata assistenza lill-Kroazja u lill-Polonja fir-rigward ta’ diżastru naturali u biex jipprovdi għall-pagament ta’ avvanzi lill-Kroazja, lill-Ġermanja, lill-Greċja, lill-Ungerija, lill-Irlanda, lill-Portugall u lil Spanja b’rabta ma’ emerġenza tas-saħħa pubblika

ĠU L 27, 27.1.2021, p. 18–19 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2021/75/oj

27.1.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 27/18


DEĊIŻJONI (UE) 2021/75 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tal-25 ta’ Novembru 2020

dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond ta’ Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea biex tingħata assistenza lill-Kroazja u lill-Polonja fir-rigward ta’ diżastru naturali u biex jipprovdi għall-pagament ta’ avvanzi lill-Kroazja, lill-Ġermanja, lill-Greċja, lill-Ungerija, lill-Irlanda, lill-Portugall u lil Spanja b’rabta ma’ emerġenza tas-saħħa pubblika

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidraw ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2012/2002 tal-11 ta’ Novembru 2002 li jistabbilixxi l-Fond ta’ Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 4(3) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta’ Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f’materji baġitarji u dwar ġestjoni finanzjarja tajba (2), u b’mod partikolari l-punt 11 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Il-Fond ta’ Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea (“il-Fond”) għandu l-għan li jippermetti lill-Unjoni tirrispondi b’mod rapidu, effiċjenti u flessibbli għal sitwazzjonijiet ta’ emerġenza sabiex tintwera solidarjetà mal-popolazzjonijiet tar-reġjuni milquta minn diżastri naturali maġġuri jew reġjonali jew minn emerġenza maġġuri tas-saħħa pubblika.

(2)

Il-Fond ma għandux jaqbeż l-ammont annwali massimu ta’ EUR 500 000 000 (bil-prezzijiet tal-2011), kif stabbilit fl-Artikolu 10 tar-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013 (3).

(3)

Fl-10 ta’ Ġunju 2020, il-Kroazja ppreżentat applikazzjoni biex timmobilizza l-Fond, wara t-terremot f’Marzu 2020 li affettwa l-belt ta’ Zagreb u l-kontej ta’ Zagreb u Krapina-Zagorje.

(4)

Fl-24 ta’ Awwissu 2020, il-Polonja ppreżentat applikazzjoni biex timmobilizza l-Fond, wara l-għargħar f’Ġunju 2020 fil-provinċja ta’ Podkarpackie Voivodeship.

(5)

Sal-24 ta’ Ġunju 2020, il-Kroazja, il-Ġermanja, il-Greċja, l-Ungerija, l-Irlanda, il-Portugall u Spanja ppreżentaw applikazzjonijiet biex jiġi mmobilizzat il-Fond b’rabta ma’ emerġenza maġġuri tas-saħħa pubblika kkawżata mill-pandemija tal-COVID-19 fil-bidu tal-2020. Fl-applikazzjonijiet tagħhom, is-seba’ Stati Membri kollha talbu għall-pagament ta’ avvanzi tal-kontribuzzjoni antiċipata mill-Fond.

(6)

L-applikazzjonijiet mill-Kroazja u l-Polonja fir-rigward tad-diżastri naturali jissodisfaw il-kundizzjonijiet sabiex tingħata kontribuzzjoni finanzjarja mill-Fond, kif stabbilit fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 2012/2002.

(7)

Għaldaqstant il-Fond jenħtieġ li jiġi mobilizzat biex jipprovdi kontribuzzjoni finanzjarja lill-Kroazja u l-Polonja.

(8)

Sabiex tiġi żgurata d-disponibbiltà ta’ riżorsi baġitarji suffiċjenti fil-baġit ġenerali tal-Unjoni għall-2020, il-Fond jenħtieġ li jiġi mobilizzat għall-pagament ta’ avvanzi lill-Kroazja, il-Ġermanja, il-Greċja, l-Ungerija, l-Irlanda, il-Portugall u Spanja fir-rigward tal-emerġenza maġġuri tas-saħħa pubblika.

(9)

Sabiex iż-żmien li jittieħed għall-mobilizzazzjoni tal-Fond jitnaqqas kemm jista’ jkun, jenħtieġ li din id-deċiżjoni tidħol fis-seħħ mid-data tal-adozzjoni tagħha,

ADOTTAW DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Għall-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea stabbilit għas-sena finanzjarja 2020, il-Fond ta’ Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea għandu jkun mobilizzat kif ġej f’approprjazzjonijiet ta’ impenn u ta’ pagament b’rabta mad-diżastri naturali:

(a)

l-ammont ta’ EUR 683 740 523 għandu jiġi pprovdut lill-Kroazja;

(b)

l-ammont ta’ EUR 7 071 280 għandu jiġi pprovdut lill-Polonja.

Artikolu 2

Għall-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2020, il-Fond ta’ Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea għandu jkun mobilizzat kif ġej f’approprjazzjonijiet ta’ impenn u ta’ pagament għall-għoti ta’ pagament ta’ avvanzi b’rabta ma’ emerġenza maġġuri tas-saħħa pubblika:

(a)

l-ammont ta’ EUR 8 462 280 għandu jiġi pprovdut lill-Kroazja;

(b)

l-ammont ta’ EUR 15 499 409 għandu jiġi pprovdut lill-Ġermanja;

(c)

l-ammont ta’ EUR 4 535 700 għandu jiġi pprovdut lill-Greċja;

(d)

l-ammont ta’ EUR 26 587 069 għandu jiġi pprovdut lill-Ungerija;

(e)

l-ammont ta’ EUR 23 279 441 għandu jiġi pprovdut lill-Irlanda;

(f)

l-ammont ta’ EUR 37 528 511 għandu jiġi pprovdut lill-Portugall;

(g)

l-ammont ta’ EUR 16 844 420 għandu jiġi pprovdut lil Spanja.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandha tapplika mill-25 ta’ Novembru 2020.

Magħmul fi Brussell, il-25 ta’ Novembru 2020.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

D. M. SASSOLI

Għall-Kunsill

Il-President

M. ROTH


(1)  ĠU L 311, 14.11.2002, p. 3.

(2)  ĠU C 373, 20.12.2013, p. 1.

(3)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013 tat-2 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 884).


Top