Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32021R0049

    Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2021/49 tat-22 ta’ Jannar 2021 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 101/2011 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fit-Tuneżija

    ĠU L 23, 25.1.2021, p. 5–6 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2021/49/oj

    25.1.2021   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 23/5


    IR-REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2021/49

    tat-22 ta’ Jannar 2021

    li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 101/2011 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fit-Tuneżija

    IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 101/2011 tal-4 ta’ Frar 2011 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fit-Tuneżija (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 12 tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,

    Billi:

    (1)

    Fl-4 ta’ Frar 2011, il-Kunsill adotta r-Regolament (UE) Nru 101/2011.

    (2)

    Abbażi ta’ rieżami, jenħtieġ li fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 101/2011 jitħassru l-entrati għal erba’ persuni, u li l-informazzjoni li tirrigwarda d-drittijiet tad-difiża u d-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva tiġi aġġornata fir-rigward ta’ żewġ persuni.

    (3)

    Jenħtieġ għalhekk li l-Anness I għar-Regolament (UE) Nru 101/2011 jiġi emendat skont dan,

    ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    L-Anness I għar-Regolament (UE) Nru 101/2011 huwa emendat kif stipulat fl-Anness għal dan ir-Regolament.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, it-22 ta’ Jannar 2021.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    A. P. ZACARIAS


    (1)  ĠU L 31, 5.2.2011, p. 1.


    ANNESS

    Fir-Regolament (UE) Nru 101/2011, l-Anness I huwa emendat kif ġej:

    (1)

    fil-Parti A (Lista ta’ persuni u entitajiet imsemmija fl-Artikolu 2), jitħassru l-entrati għall-persuni li ġejjin:

    22.

    Bouthaina Bent Moncef Ben Mohamed TRABELSI

    23.

    Nabil Ben Abderrazek Ben Mohamed TRABELSI

    41.

    Akrem Ben Hamed Ben Taher BOUAOUINA

    47.

    Slim Ben Tijani Ben Haj Hamda BEN ALI;

    (2)

    il-Parti B (Drittijiet tad-difiża u dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva skont il-liġi Tuneżina) hija emendata kif ġej:

    (a)

    jitħassru l-entrati għall-persuni li ġejjin:

    22.

    Bouthaina Bent Moncef Ben Mohamed TRABELSI

    23.

    Nabil Ben Abderrazek Ben Mohamed TRABELSI

    41.

    Akrem Ben Hamed Ben Taher BOUAOUINA

    47.

    Slim Ben Tijani Ben Haj Hamda BEN ALI;

    (b)

    l-entrati li jikkonċernaw lill-persuni li ġejjin huma sostitwiti bl-entrati li ġejjin:

    “14.

    Samira Bent Mohamed Ben Rhouma TRABELSI

    L-investigazzjoni jew il-proċess dwar il-miżapproprijazzjoni ta’ fondi jew assi pubbliċi għadhom għaddejjin. L-informazzjoni fil-fajl tal-Kunsill turi li d-drittijiet tad-difiża u d-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva ġew rispettati fil-proċedimenti ġudizzjarji li bbaża ruħu fuqhom il-Kunsill. Dan jidher b’mod partikolari mill-fatt li fil-11 ta’ Awwissu 2011, is-Sa Samira Bent Mohamed Ben Rhouma TRABELSI nstemgħet minn maġistrat istruttur fil-preżenza tal-avukat tagħha.

    45.

    Montassar Ben Habib Ben Bouali LTAIEF

    L-investigazzjoni jew il-proċess dwar il-miżapproprijazzjoni ta’ fondi jew assi pubbliċi għadhom għaddejjin. L-informazzjoni fil-fajl tal-Kunsill turi li d-drittijiet tad-difiża u d-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva ġew rispettati fil-proċedimenti ġudizzjarji li bbaża ruħu fuqhom il-Kunsill. Dan jidher b’mod partikolari mill-fatt li fl-2011 u fl-2013 is-Sur Montassar Ben Habib Ben Bouali LTAIEF instema’ minn maġistrat istruttur fil-preżenza tal-avukati tiegħu.”


    Top