Odaberite eksperimentalnu funkciju koju želite isprobati

Ovaj je dokument isječak s web-mjesta EUR-Lex

Dokument 32020R2177

    Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/2177 tal-15 ta’ Diċembru 2020 għar-reġistrazzjoni ta’ isem fir-reġistru tad-Denominazzjonijiet ta’ Oriġini Protetta u tal-Indikazzjonijiet Ġeografiċi Protetti “Haricot de Castelnaudary” (IĠP)

    C/2020/9316

    ĠU L 433, 22.12.2020., str. 30–30 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Pravni status dokumenta Na snazi

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2020/2177/oj

    22.12.2020   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 433/30


    IR-REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/2177

    tal-15 ta’ Diċembru 2020

    għar-reġistrazzjoni ta’ isem fir-reġistru tad-Denominazzjonijiet ta’ Oriġini Protetta u tal-Indikazzjonijiet Ġeografiċi Protetti “Haricot de Castelnaudary” (IĠP)

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 52(2) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    L-applikazzjoni ta’ Franza għar-reġistrazzjoni tal-isem “Haricot de Castelnaudary” ġiet ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea skont l-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 (2).

    (2)

    Il-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda dikjarazzjoni ta’ oppożizzjoni skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, u għalhekk jenħtieġ li l-isem “Haricot de Castelnaudary” jiġi rreġistrat,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    L-isem “Haricot de Castelnaudary” (IĠP) huwa rreġistrat.

    L-isem imsemmi fl-ewwel paragrafu jidentifika prodott tal-Klassi 1.6. Frott, ħaxix u ċereali, friski jew ipproċessati tal-Anness XI tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 668/2014 (3).

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba’ jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, il-15 ta’ Diċembru 2020.

    Għall-Kummissjoni

    F’isem il-President,

    Janusz WOJCIECHOWSKI

    Membru tal-Kummissjoni


    (1)  ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.

    (2)  ĠU C 281, 26.8.2020, p. 2.

    (3)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 668/2014 tat-13 ta’ Ġunju 2014 li jistabbilixxi regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (ĠU L 179, 19.6.2014, p. 36).


    Vrh