This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32020D0610
Council Decision (CFSP) 2020/610 of 4 May 2020 concerning the temporary reception by Member States of the European Union of certain Palestinians
Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2020/610 tal-4 ta’ Mejju 2020 dwar l-ilqugħ temporanju ta’ ċerti Palestinjani minn Stati Membri tal-Unjoni Ewropea
Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2020/610 tal-4 ta’ Mejju 2020 dwar l-ilqugħ temporanju ta’ ċerti Palestinjani minn Stati Membri tal-Unjoni Ewropea
ST/7402/2020/INIT
ĠU L 142, 5.5.2020, p. 5–5
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
5.5.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 142/5 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2020/610
tal-4 ta’ Mejju 2020
dwar l-ilqugħ temporanju ta’ ċerti Palestinjani minn Stati Membri tal-Unjoni Ewropea
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 29 u l-Artikolu 31(1) tiegħu,
Billi:
(1) |
Fit-18 ta’ Ġunju 2018, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2018/882 (1), li pprevediet estensjoni tal-validità tal-permessi nazzjonali ta’ ċerti Palestinjani għad-dħul u s-soġġorn fit-territorju tal-Istati Membri msemmijin fil-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2002/400/PESK (2) għal perijodu ulterjuri ta’ 24 xahar. |
(2) |
Fuq il-bażi ta’ evalwazzjoni tal-applikazzjoni tal-Pożizzjoni Komuni 2002/400/PESK, il-Kunsill iqis li jkun xieraq li l-validità ta’ dawk il-permessi tiġi estiża għal perijodu ulterjuri ta’ 24 xahar, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Istati Membri msemmija fl-Artikolu 2 tal-Pożizzjoni Komuni 2002/400/PESK għandhom jestendu l-validità ta’ permessi nazzjonali għad-dħul u s-soġġorn mogħtija taħt l-Artikolu 3 ta’ dik il-Pożizzjoni Komuni għal perijodu ulterjuri ta’ 24 xahar, mill-31 ta’ Jannar 2020.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, l-4 ta’ Mejju 2020.
Għall-Kunsill
Il-President
G. GRLIĆ RADMAN
(1) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2018/882 tat-18 ta’ Ġunju 2018 dwar l-ilqugħ temporanju ta’ ċerti Palestinjani minn Stati Membri tal-Unjoni Ewropea u li temenda l-Pożizzjoni Komuni 2002/400/PESK (ĠU L 155, 19.6.2018, p. 8).
(2) Il-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2002/400/PESK tal-21 ta’ Mejju 2002 dwar l-ilqugħ temporanju minn Stati Membri tal-Unjoni Ewropea ta’ ċerti Palestinjani (ĠU L 138, 28.5.2002, p. 33).