Šis dokumentas gautas iš interneto svetainės „EUR-Lex“
Dokumentas 32019R1383
Commission Implementing Regulation (EU) 2019/1383 of 8 July 2019 amending and correcting Regulation (EU) No 1321/2014 as regards safety management systems in continuing airworthiness management organisations and alleviations for general aviation aircraft concerning maintenance and continuing airworthiness management (Text with EEA relevance.)
Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1383 tat-8 ta' Lulju 2019 li jemenda u jikkoreġi r-Regolament (UE) Nru 1321/2014 fir-rigward tas-sistemi ta' ġestjoni tas-sikurezza fl-organizzazzjonijiet tal-ġestjoni tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà u t-tnaqqis tar-rekwiżiti għall-inġenji tal-ajru tal-avjazzjoni ġenerali b'rabta mal-manutenzjoni u l-ġestjoni tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà (Test b'rilevanza għaż-ŻEE.)
Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1383 tat-8 ta' Lulju 2019 li jemenda u jikkoreġi r-Regolament (UE) Nru 1321/2014 fir-rigward tas-sistemi ta' ġestjoni tas-sikurezza fl-organizzazzjonijiet tal-ġestjoni tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà u t-tnaqqis tar-rekwiżiti għall-inġenji tal-ajru tal-avjazzjoni ġenerali b'rabta mal-manutenzjoni u l-ġestjoni tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà (Test b'rilevanza għaż-ŻEE.)
C/2019/5021
ĠU L 228, 4.9.2019, p. 1—105
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
Galioja: Šis aktas pakeistas. Dabartinė konsoliduota redakcija: 04/09/2019
4.9.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 228/1 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/1383
tat-8 ta' Lulju 2019
li jemenda u jikkoreġi r-Regolament (UE) Nru 1321/2014 fir-rigward tas-sistemi ta' ġestjoni tas-sikurezza fl-organizzazzjonijiet tal-ġestjoni tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà u t-tnaqqis tar-rekwiżiti għall-inġenji tal-ajru tal-avjazzjoni ġenerali b'rabta mal-manutenzjoni u l-ġestjoni tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2018/1139 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta' Lulju 2018 dwar regoli komuni fil-qasam tal-avjazzjoni ċivili u li jistabbilixxi Aġenzija tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni tal-Unjoni Ewropea, u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 2111/2005, (KE) Nru 1008/2008, (UE) Nru 996/2010, (UE) Nru 376/2014 u d-Direttivi 2014/30/UE u 2014/53/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 552/2004 u (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3922/91 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 17(1) u l-Artikolu 62(14) u (15) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1321/2014 (2) fih regoli relatati mal-manutenzjoni u l-ġestjoni tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà ta' ċerti inġenji tal-ajru. Fl-interess tal-proporzjonalità, hemm bżonn li dawk ir-regoli jiġu adattati billi jiġu introdotti rekwiżiti simplifikati li jikkorrispondu għar-riskji inferjuri assoċjati ma' inġenji tal-ajru ħfief fl-avjazzjoni ġenerali, li mhumiex elenkati fiċ-ċertifikat tal-operatur tal-ajru ta' operatur tal-ajru li ngħata l-liċenzja skont ir-Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3). Għal dak l-għan, għandu jiġi introdott sett ġdid ta' rekwiżiti li jiżgura l-ajrunavigabbiltà ta' inġenji tal-ajru ta' dak it-tip. Dawk ir-rekwiżiti għandhom ikunu anqas stretti mir-rekwiżiti attwali fil-programmi ta' manutenzjoni tal-inġenji tal-ajru, ir-reviżjonijiet tal-ajrunavigabbiltà u d-differiment tad-difetti. Meta t-tali rekwiżiti tal-manutenzjoni jkunu applikabbli għal inġenji tal-ajru ħlief inġenji tal-ajru kumplessi li jaħdmu bil-magni, is-sid tat-tali inġenji tal-ajru għandu jitħalla jagħti b'kuntratt kompiti ta' manutenzjoni lil organizzazzjoni tal-manutenzjoni approvata skont l-Anness II (Parti-145) tar-Regolament (UE) Nru 1321/2014. |
(2) |
Sett ġdid ta' regoli li jippermetti għal aktar flessibbiltà rigward id-definizzjoni u l-eżekuzzjoni tal-programm ta' manutenzjoni tal-inġenji tal-ajru għandu jiġi introdott għal inġenji tal-ajru ħlief inġenji tal-ajru kumplessi li jaħdmu bil-magni u li mhumiex elenkati fiċ-ċertifikat tal-operatur tal-ajru ta' operatur tal-ajru li ngħata l-liċenzja skont ir-Regolament (KE) Nru 1008/2008. Konsegwentement, għandha tiġi introdotta approvazzjoni ġdida tal-organizzazzjonijiet, b'rekwiżiti anqas stretti u privileġġi kombinati għall-manutenzjoni, il-ġestjoni tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà u għar-reviżjonijiet tal-ajrunavigabbiltà u l-permessi tat-titjir. |
(3) |
Skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 965/2012 (4), id-detenturi ta' ċertifikat ta' operatur tal-ajru (“AOC”) bħalissa huma meħtieġa jkollhom sistema ta' ġestjoni fis-seħħ, li tinkludi l-ġestjoni tar-riskji għas-sikurezza tal-attivitajiet tagħhom. Waħda minn dawn l-attivitajiet hi l-ġestjoni tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà tal-flotta ta' inġenji tal-ajru tagħhom, li titwettaq mill-organizzazzjoni tal-ġestjoni tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà (“CAMO”) tagħhom stess, approvata skont is-Sottoparti G tal-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 1321/2014. Madankollu, is-Sottoparti G tal-Anness I bħalissa ma fiha ebda rekwiżit għall-ġestjoni tar-riskji għas-sikurezza fi ħdan is-CAMO. Għaldaqstant, għandha tiġi introdotta sistema ta' ġestjoni tas-CAMOs, li tinkludi l-ġestjoni tar-riskji għas-sikurezza għall-organizzazzjonijiet li jiġġestixxu l-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà tal-inġenji tal-ajru użati mid-detenturi ta' AOCs. Dik is-sistema ta' ġestjoni għandha tapplika għas-CAMOs kollha li jiġġestixxu l-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà. |
(4) |
Għandu jiġi pprovdut perjodu ta' tranżizzjoni suffiċjenti għal organizzazzjonijiet involuti fil-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà tal-inġenji tal-ajru u tal-komponenti biex tiġi żgurata konformità mar-regoli u l-proċeduri l-ġodda introdotti b'dan ir-Regolament. |
(5) |
Biex jiġu żgurati regoli proporzjonati għal inġenji tal-ajru ħlief inġenji tal-ajru kumplessi li jaħdmu bil-magni u li mhumiex elenkati fiċ-ċertifikat tal-operatur tal-ajru ta' operatur tal-ajru li ngħata l-liċenzja skont ir-Regolament (KE) Nru 1008/2008, il-prinċipji dwar il-ġestjoni tas-sikurezza m'għandhomx ikunu japplikaw għal organizzazzjonijiet kombinati tal-ajrunavigabbiltà. |
(6) |
Barra minn hekk, hu xieraq ukoll li r-rekwiżiti għall-awtoritajiet kompetenti jiġu allinjati mal-iżviluppi ta' kunċetti ta' ġestjoni tas-sikurezza mill-Organizzazzjoni tal-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali, b'mod partikolari fir-rigward tal-introduzzjoni tas-sistema ta' ġestjoni tal-awtorità, kif ukoll l-implimentazzjoni tal-programm ta' sikurezza tal-istat u l-iżgurar tal-koordinazzjoni bejn l-awtoritajiet. |
(7) |
Valutazzjoni żbaljata tal-ajrunavigabbiltà tal-inġenji tal-ajru minħabba rekords mhux kompleti tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà tista' tippreżenta riskju għas-sikurezza tat-titjira. Għaldaqstant, ir-regoli eżistenti dwar ir-rekords tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà għandhom jiġu emendati. |
(8) |
Ċerti żbalji editorjali li jwasslu għal diffikultajiet ta' interpretazzjoni ta' ċerti dispożizzjonijiet fl-Anness III tar-Regolament (UE) Nru 1321/2014 għandhom jiġu kkoreġuti. |
(9) |
Għalhekk, ir-Regolament (UE) Nru 1321/2014 għandu jiġi emendat. |
(10) |
Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma bbażati fuq l-Opinjonijiet Nru 05/2016 (5), Nru 06/2016 (6) u Nru 13/2016 (7) maħruġa mill-Aġenzija skont l-Artikolu 76(1) tar-Regolament (UE) 2018/1139 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8). |
(11) |
Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 127(3) tar-Regolament (UE) 2018/1139, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1321/2014 huwa emendat kif ġej:
(1) |
L-Artikolu 3 huwa sostitwit b'dan li ġej: “Artikolu 3 Rekwiżiti tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà 1. Il-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà tal-inġenji tal-ajru msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 1 u l-komponenti għall-installazzjoni fuqhom għandha tiġi żgurata skont ir-rekwiżiti tal-Anness I (Parti-M), ħlief għal inġenji tal-ajru elenkati fl-ewwel sottoparagrafu tal-paragrafu 2 li għalih għandhom japplikaw ir-rekwiżiti tal-Anness Vb (Parti-ML). 2. Ir-rekwiżiti tal-Anness Vb (Parti-ML) għandhom japplikaw għall-inġenji tal-ajru li ġejjin ħlief inġenji tal-ajru kumplessi li jaħdmu bil-magni:
Meta l-inġenju tal-ajru msemmi fil-punti (a), (b) u (c) tal-ewwel sottoparagrafu jkun elenkat fiċ-ċertifikat tal-operatur tal-ajru ta' operatur tal-ajru li ngħata l-liċenzja skont ir-Regolament (KE) Nru 1008/2008, għandhom japplikaw ir-rekwiżiti tal-Anness I (Parti-M). 3. Biex jiġu elenkat fiċ-ċertifikat tal-operatur tal-ajru ta' operatur tal-ajru li ngħata l-liċenzja skont ir-Regolament (KE) Nru 1008/2008, l-inġenju tal-ajru msemmi fil-punti (a), (b) u (c) tal-ewwel sottoparagrafu tal-paragrafu 2 għandu jkun konformi mar-rekwiżiti kollha li ġejjin:
4. B'deroga mill-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, il-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà tal-inġenji tal-ajru msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 1, li għalihom ikun inħareġ permess għat-titjir, għandha tiġi żgurata abbażi tal-arranġamenti speċifiċi tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà kif iddefinit fil-permess għat-titjir maħruġ skont l-Anness I (Parti-21) tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 748/2012 (*1). 5. Il-programm ta' manutenzjoni tal-inġenji tal-ajru għal inġenji tal-ajru msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 1 li jikkonformaw mar-rekwiżiti speċifikati fil-punt M.A.302 tal-Anness I (Parti-M) applikabbli qabel l-20 ta' Awwissu 2019 għandu jitqies konformi mar-rekwiżiti speċifikati fil-punt M.A.302 tal-Anness I (Parti-M) jew il-punt ML.A.302 tal-Anness Vb (Parti-ML), skont kif applikabbli, skont il-paragrafi 1 u 2. 6. L-operaturi għandhom jiżguraw il-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà tal-inġenji tal-ajru msemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 1 u l-komponenti għall-installazzjoni fuqhom skont ir-rekwiżiti tal-Anness Va (Parti-T). 7. Il-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà ta' ajruplani b'massa ċċertifikata massima waqt it-tlugħ ta' 5 700 kg jew anqas li huma mgħammra b'magni turboprop multipli għandha tiġi żgurata skont ir-rekwiżiti applikabbli għal inġenji tal-ajru ħlief inġenji tal-ajru kumplessi li jaħdmu bil-magni kif stipulat fil-punti M.A.201, M.A.301, M.A.302, M.A.601 u M.A.803 tal-Anness I (Parti-M), il-punt 145.A.30 tal-Anness II (Parti-145), il-punti 66.A.5, 66.A.30, 66.A.70, l-Appendiċi V u VI tal-Anness III (Part-66), il-punt CAMO.A.315 tal-Anness Vc (Parti-CAMO), il-punt CAO.A.010 u l-Appendiċi I tal-Anness Vd (Parti-CAO) sa fejn dawn japplikaw għal inġenji tal-ajru ħlief inġenji tal-ajru kumplessi li jaħdmu bil-magni. (*1) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 748/2012 tat-3 ta' Awwissu 2012 li jistabbilixxi regoli ta' implimentazzjoni għaċ-ċertifikazzjoni tal-airworthiness u ambjentali ta' inġenji tal-ajru u ta' prodotti, partijiet u tagħmir relatati, kif ukoll għaċ-ċertifikazzjoni ta' organizzazzjonijiet relatati mad-disinn u l-produzzjoni (ĠU L 224, 21.8.2012, p. 1).”" |
(2) |
L-Artikolu 4 huwa sostitwit b'dan li ġej: “Artikolu 4 Approvazzjonijiet għal organizzazzjonijiet involuti fil-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà 1. L-organizzazzjonijiet involuti fil-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà ta' inġenji tal-ajru u tal-komponenti għall-installazzjoni fuqhom, inkluża l-manutenzjoni, għandhom ikunu approvati, fuq talba tagħhom, mill-awtorità kompetenti skont ir-rekwiżiti tal-Anness II (Parti-145), l-Anness Vc (Parti-CAMO) jew l-Anness Vd (Parti-CAO), skont kif ikun applikabbli għall-organizzazzjonijiet rispettivi. 2. Permezz ta' deroga mill-paragrafu 1, sal-20 ta' Awwissu 2020 l-organizzazzjonijiet, fuq talba tagħhom, jistgħu jinħarġulhom approvazzjonijiet mill-awtorità kompetenti skont ir-rekwiżiti tas-Sottoparti F u s-Sottoparti G tal-Anness I (Parti-M). Dawk l-approvazzjonijiet għandhom ikunu validi sal-20 ta' Awwissu 2021. 3. L-approvazzjonijiet tal-manutenzjoni maħruġa jew rikonoxxuti minn Stat Membru skont l-ispeċifikazzjoni taċ-ċertifikazzjoni JAR-145 imsemmija fl-Anness II tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3922/91 (*2) u validi qabel id-29 ta' Novembru 2003 għandhom jitqiesu li nħarġu skont ir-rekwiżiti tal-Anness II (Parti-145) ta' dan ir-Regolament. 4. L-organizzazzjonijiet li jkollhom approvazzjoni valida maħruġa skont is-Sottoparti F jew is-Sottoparti G tal-Anness I (Parti-M) jew skont l-Anness II (Parti-145) għandha tinħarġilhom, fuq talba tagħhom, Formola 3-CAO mill-awtorità kompetenti kif stipulat fl-Appendiċi 1 għall-Anness Vd (Parti-CAO). Il-privileġġi tat-tali organizzazzjoni taħt l-approvazzjoni maħruġa skont l-Anness Vd (Parti-CAO) għandhom ikunu l-istess bħall-privileġġi taħt l-approvazzjoni maħruġa skont is-Sottoparti F jew is-Sottoparti G tal-Anness I (Parti-M) jew l-Anness II (Parti-145). Madankollu, dawk il-privileġġi m'għandhomx jisbqu l-privileġġi ta organizzazzjoni msemmija fit-Taqsima A tal-Anness Vd (Parti-CAO). L-organizzazzjoni tista' tikkoreġi kwalunkwe sejba ta' nuqqas ta' konformità mal-Anness Vd (Parti-CAO) sal-20 ta' Awwissu 2021. Jekk wara dik id-data s-sejbiet ma jkunux għadhom ġew ikkoreġuti, l-approvazzjoni għandha tiġi rrevokata. Sakemm l-organizzazzjoni tikkonforma mal-Anness Vd (Parti-CAO) jew sal-20 ta' Awwissu 2021, skont liema data minn dawn it-tnejn taħbat l-ewwel, din għandha tiġi ċċertifikata u ssorveljata skont is-Sottoparti F jew is-Sottoparti G tal-Anness I (Parti-M) jew l-Anness II (Parti-145), skont kif applikabbli. 5. Approvazzjonijiet validi tal-organizzazzjonijiet tal-ġestjoni tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà maħruġa skont is-Sottoparti G tal-Anness I (Parti-M) għandhom jitqiesu li nħarġu skont l-Anness Vc (Parti-CAMO). L-organizzazzjoni tista' tikkoreġi kwalunkwe sejba ta' nuqqas ta' konformità mal-Anness Vc (Parti-CAMO) sal-20 ta' Awwissu 2021. Jekk l-organizzazzjoni tikkoreġi s-sejbiet sa dik id-data, l-awtorità kompetenti għandha toħroġ ċertifikat tal-approvazzjoni tal-Formola 14 ġdid skont l-Anness Vc (Parti-CAMO). Jekk wara dik id-data s-sejbiet ma jkunux għadhom ġew ikkoreġuti, l-approvazzjoni għandha tiġi rrevokata. Sakemm l-organizzazzjoni tikkonforma mal-Anness Vc (Parti-CAMO) jew l-20 ta' Awwissu 2021, skont liema data minn dawn it-tnejn taħbat l-ewwel, din għandha tiġi ċċertifikata u ssorveljata skont is-Sottoparti G tal-Anness I (Parti-M). 6. Ċertifikati ta' rilaxx għas-servizz u ċertifikati ta' rilaxx awtorizzat maħruġa qabel it-28 ta' Ottubru 2008 minn organizzazzjoni tal-manutenzjoni approvata skont ir-rekwiżiti stabbiliti fil-liġi nazzjonali tal-Istat Membru fejn hi stabbilita l-organizzazzjoni, għal inġenji tal-ajru ħlief inġenji tal-ajru kumplessi li jaħdmu bil-magni mhux involuti fit-trasport kummerċjali bl-ajru, inkluż kwalunkwe komponent għall-installazzjoni fuqhom, għandhom jitqiesu li nħarġu skont il-punti M.A.801, M.A.802 tal-Anness I (Parti-M) u l-punt 145.A.50 tal-Anness II (Parti-145). (*2) Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3922/91 tas-16 ta' Diċembru 1991 dwar l-armonizzazzjoni tal-ħtiġijiet tekniċi u proċeduri amministrattivi fil-qasam tal-avjazzjoni ċivili (ĠU L 373, 31.12.1991, p. 4).”;" |
(3) |
fl-Artikolu 5, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b'dan li ġej: “1. Il-persunal taċ-ċertifikazzjoni għandu jkun kwalifikat skont ir-rekwiżiti tal-Anness III (Parti-66), ħlief kif previst fil-punti M.A.606(h), M.A.607(b), M.A.801(d) u M.A.803 tal-Anness I (Parti-M), fil-punti ML.A.801(c) u ML.A.803 tal-Anness Vb (Parti-ML), fil-punti CAO.A.035(d) u CAO.A.040(b) tal-Anness Vd (Parti-CAO) u fil-punti 145.A.30(j) tal-Appendiċi IV għall-Anness II (Parti-145).”; |
(4) |
jiddaħħal l-Artikolu 7a li ġej: “Artikolu 7a Awtoritajiet kompetenti 1. Meta Stat Membru jaħtar aktar minn entità waħda bħala awtorità kompetenti bis-setgħat neċessarji u r-responsabbiltajiet allokati għaċ-ċertifikazzjoni u s-sorveljanza ta' persuni u organizzazzjonijiet soġġetti għal dan ir-Regolament, għandu jkun hemm konformità mar-rekwiżiti li ġejjin:
2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-persunal tal-awtoritajiet kompetenti tagħhom ma jwettaqx attivitajiet ta' ċertifikazzjoni u sorveljanza meta jkun hemm indikazzjonijiet li dawn jistgħu jwasslu, direttament jew indirettament, għal kunflitt ta' interess, b'mod partikolari meta jkunu relatati ma' interess familjari jew finanzjarju. 3. Fejn ikun hemm bżonn li jwettqu kompiti ta' ċertifikazzjoni jew sorveljanza skont dan ir-Regolament, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jingħataw is-setgħa biex:
4. Is-setgħat imsemmija fil-paragrafu 3 għandhom jiġu eżerċitati f'konformità mad-dispożizzjonijiet legali tal-Istat Membru rilevanti.”; |
(5) |
L-Artikolu 9 jitħassar; |
(6) |
L-Anness I huwa emendat skont l-Anness I ta' dan ir-Regolament; |
(7) |
L-Anness II huwa emendat skont l-Anness II ta' dan ir-Regolament; |
(8) |
L-Anness III huwa emendat f'konformità mal-Anness III ta' dan ir-Regolament; |
(9) |
L-Anness IV huwa emendat skont l-Anness IV ta' dan ir-Regolament; |
(10) |
L-Anness Va huwa emendat skont l-Anness V ta' dan ir-Regolament; |
(11) |
it-test stipulat fl-Anness VI ta' dan ir-Regolament jiddaħħal bħala l-Anness Vb; |
(12) |
it-test stipulat fl-Anness VII ta' dan ir-Regolament jiddaħħal bħala l-Anness Vc; |
(13) |
it-test stipulat fl-Anness VIII ta' dan ir-Regolament jiddaħħal bħala l-Anness Vd. |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mill-20 ta' Frar 2020.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-8 ta' Lulju 2019.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 212, 22.8.2018, p. 1.
(2) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1321/2014 tas-26 ta' Novembru 2014 dwar il-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà ta' inġenji tal-ajru u prodotti, partijiet u tagħmir ajrunawtiċi, u dwar l-approvazzjoni ta' organizzazzjonijiet u persunal involut f'dan ix-xogħol (ĠU L 362, 17.12.2014, p. 1).
(3) Ir-Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Settembru 2008 dwar regoli komuni għall-operat ta' servizzi tal-ajru fil-Komunità (ĠU L 293, 31.10.2008, p. 3).
(4) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 965/2012 tal-5 ta' Ottubru 2012 li jistabbilixxi rekwiżiti tekniċi u proċeduri amministrattivi relatati mal-operazzjonijiet bl-ajru skont ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 296, 25.10.2012, p. 1).
(5) Opinjoni Nru 05/2016: Task force għar-reviżjoni tal-Parti-M għall-Avjazzjoni Ġenerali.
(6) Opinjoni Nru 06/2016: Inkorporazzjoni tar-rekwiżiti tas-sistema ta' ġestjoni tas-sikurezza (SMS) fir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1321/2014 – SMS fil-Parti-M.
(7) Opinjoni Nru 13/2016: Rekords tekniċi
(8) Ir-Regolament (UE) 2018/1139 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta' Lulju 2018 dwar regoli komuni fil-qasam tal-avjazzjoni ċivili u li jistabbilixxi Aġenzija tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni tal-Unjoni Ewropea, u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 2111/2005, (KE) Nru 1008/2008, (UE) Nru 996/2010, (UE) Nru 376/2014 u d-Direttivi 2014/30/UE u 2014/53/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 552/2004 u (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3922/91 (ĠU L 212, 22.8.2018, p. 1).
ANNESS I
L-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 1321/2014 hu emendat kif ġej:
(1) |
il-werrej huwa sostitwit kif ġej: “WERREJ M.1 TAQSIMA A — REKWIŻITI TEKNIĊI SOTTOPARTI A — ĠENERALI
SOTTOPARTI B — RESPONSABBILTÀ
SOTTOPARTI C — IL-KONTINWITÀ TAL-AJRUNAVIGABBILTÀ
SOTTOPARTI D — STANDARDS TA' MANUTENZJONI
SOTTOPARTI E — KOMPONENTI
SOTTOPARTI F — ORGANIZZAZZJONI TAL-MANUTENZJONI
SOTTOPARTI G — ORGANIZZAZZJONI TAL-ĠESTJONI TAL-KONTINWITÀ TAL-AJRUNAVIGABBILTÀ
SOTTOPARTI H — ĊERTIFIKAT TAR-RILAXX GĦAS-SERVIZZ (CRS)
SOTTOPARTI I — ĊERTIFIKAT TAR-REVIŻJONI TAL-AJRUNAVIGABBILTÀ
TAQSIMA B — PROĊEDURA GĦALL-AWTORITAJIET KOMPETENTI SOTTOPARTI A — ĠENERALI
SOTTOPARTI B — RESPONSABBILTÀ
SOTTOPARTI C — IL-KONTINWITÀ TAL-AJRUNAVIGABBILTÀ
SOTTOPARTI D — STANDARDS TA' MANUTENZJONI SOTTOPARTI E — KOMPONENTI SOTTOPARTI F — ORGANIZZAZZJONI TAL-MANUTENZJONI
SOTTOPARTI G — ORGANIZZAZZJONI TAL-ĠESTJONI TAL-KONTINWITÀ TAL-AJRUNAVIGABBILTÀ
SOTTOPARTI H — ĊERTIFIKAT TAR-RILAXX GĦAS-SERVIZZ (CRS) SOTTOPARTI I — ĊERTIFIKAT TAR-REVIŻJONI TAL-AJRUNAVIGABBILTÀ
Appendiċi I — Kuntratt ta' ġestjoni tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà Appendiċi II — Ċertifikat għar-Rilaxx Awtorizzat — Formola 1 tal-EASA Appendiċi III — Ċertifikat għar-Reviżjoni tal-Ajrunavigabbiltà — Formola 15 tal-EASA Appendiċi IV — Sistema ta' Klassijiet u Klassifikazzjonijiet li għandha tintuża għall-Approvazzjoni tal-Organizzazzjonijiet tal-Manutenzjoni msemmija fl-Anness I (Parti-M) Sottoparti F u fl-Anness II (Parti-145) Appendiċi V — Approvazzjoni tal-Organizzazzjoni tal-Manutenzjoni msemmija fl-Anness I (Parti-M), Sottoparti F Appendiċi VII — Kompiti Kumplessi ta' Manutenzjoni Appendiċi VIII — Manutenzjoni Limitata tal-Bdot-Sid”; |
(2) |
Il-punt M.1 hu emendat kif ġej:
|
(3) |
il-punt M.A.101 huwa sostitwit b'dan li ġej: “M.A.101 Kamp ta' applikazzjoni Din it-Taqsima tistabbilixxi l-miżuri li għandhom jittieħdu biex jiġi żgurat li tinżamm l-ajrunavigabbiltà tal-inġenju tal-ajru, inkluża l-manutenzjoni tiegħu. Din tispeċifika wkoll l-kondizzjonijiet li jridu jiġu ssodisfati mill-persuni jew l-organizzazzjonijiet involuti fit-tali attivitajiet.”; |
(4) |
fil-punt M.A.201, il-punt (a) huwa sostitwit b'dan li ġej:
|
(5) |
fil-punt M.A.201, il-punti (d) sa (i) huma sostitwiti b'dan li ġej:
|
(6) |
il-punt M.A.202 huwa sostitwit b'dan li ġej: “M.A.202 Rapportar ta' okkorrenza
|
(7) |
il-punti M.A.301 u M.A.302 huma sostitwiti b'dan li ġej: “M.A.301 Kompiti tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà Il-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà tal-inġenju tal-ajru u li t-tagħmir operattiv u ta' emerġenza ikun jista' jissewwa għandhom ikunu żgurati:
M.A.302 Programm ta' manutenzjoni tal-inġenji tal-ajru
|
(8) |
il-punt M.A.304 huwa sostitwit b'dan li ġej: “M.A.304 Data għal modifiki u tiswijiet Persuna jew organizzazzjoni li ssewwi inġenju tal-ajru jew komponent għandha tivvaluta kwalunkwe ħsara. Il-modifiki u t-tiswijiet għandhom jitwettqu billi tintuża, kif xieraq, id-data li ġejja:
|
(9) |
il-punt M.A.305 huwa sostitwit b'dan li ġej: “M.A.305 Sistema ta' reġistrazzjoni tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà tal-inġenju tal-ajru
|
(10) |
fil-punt M.A.306, punt (a), il-frażi introduttiva hija sostitwita b'dan li ġej:
|
(11) |
fil-punt M.A.306, il-punt (b) huwa sostitwit b'dan li ġej:
|
(12) |
fil-punt M.A.306, jitħassar il-punt (c). |
(13) |
il-punt M.A.307 huwa sostitwit b'dan li ġej:
|
(14) |
fil-punt M.A.403, il-punt (d) huwa sostitwit b'dan li ġej:
|
(15) |
fil-punt M.A.501, il-punt 1 tal-punt (a) huwa sostitwit b'dan li ġej:
|
(16) |
fil-punt M.A.501, il-punt 3 tal-punt (a) huwa sostitwit b'dan li ġej:
|
(17) |
il-punt M.A.502 huwa sostitwit b'dan li ġej: “M.A.502 Manutenzjoni tal-komponenti
Il-punti (a) sa (c) ta' hawn fuq m'għandhomx japplikaw għal komponenti msemmija fil-punt (c) tal-punt 21.A.307 tal-Anness I (Parti-21) tar-Regolament (UE) Nru 748/2012.
|
(18) |
il-punt M.A.503 huwa sostitwit b'dan li ġej: “M.A.503 Parts li jintużaw għal żmien limitat u komponenti kkontrollati biż-żmien
|
(19) |
fil-punt M.A.504, il-punt (b) huwa sostitwit b'dan li ġej:
|
(20) |
fil-punt M.A.603, il-punti (a) u (b) huma sostitwiti b'dan li ġej:
|
(21) |
fil-punt M.A.604, il-punt 1 tal-punt (a) huwa sostitwit b'dan li ġej:
|
(22) |
fil-punt M.A.606, il-punt (i) huwa sostitwit b'dan li ġej:
|
(23) |
fil-punt M.A.606, jitħassar il-punt (j); |
(24) |
fil-punt (a) tal-punt M.A.607, il-punt (1) huwa sostitwit b'dan li ġej:
|
(25) |
il-punt M.A.609 huwa sostitwit b'dan li ġej: “M.A.609 Data tal-manutenzjoni L-organizzazzjoni approvata ta' manutenzjoni għandha żżomm u tuża data kurrenti applikabbli tal-manutenzjoni speċifikata fil-punt M.A.401 ta' dan l-Anness jew fil-punt ML.A.401 tal-Anness Vb (Parti-ML), skont kif applikabbli, fit-twettiq tal-manutenzjoni, inklużi l-modifiki u t-tiswijiet. Madankollu, fil-każ ta' data tal-manutenzjoni pprovduta mill-klijenti, l-organizzazzjoni għandha żżomm u tuża t-tali data biss waqt li tkun għaddejja l-ħidma ta' manutenzjoni.”; |
(26) |
il-punti M.A.611, M.A.612 u M.A.613 huma sostitwiti b'dan li ġej: “M.A.611 Standards tal-manutenzjoni Il-manutenzjoni kollha għandha ssir skont ir-rekwiżiti tas-Sottoparti D, Taqsima A ta' dan l-Anness jew ir-rekwiżiti tas-Sottoparti D, Taqsima A tal-Anness Vb (Parti-ML), kif stipulat fl-Artikolu 3 paragrafu 1. M.A.612 Ċertifikat tar-rilaxx għas-servizz għall-inġenji tal-ajru Malli titlesta l-manutenzjoni meħtieġa kollha tal-inġenji tal-ajru skont din is-Sottoparti, għandu jinħareġ CRS tal-inġenju tal-ajru skont il-punt M.A.801 ta' dan l-Anness jew il-punt ML.A.801 tal-Anness Vb (Parti-ML), kif stipulat fl-Artikolu 3 paragrafu 1. M.A.613 Ċertifikat għall-komponenti biex jinħarġu għall-użu
|
(27) |
fil-punt M.A.614, il-punt (b) huwa sostitwit b'dan li ġej:
|
(28) |
il-punt M.A.615 huwa sostitwit b'dan li ġej: “M.A.615 Privileġġi tal-organizzazzjoni L-organizzazzjoni ta' manutenzjoni approvata skont is-Sottoparti F, Taqsima A ta' dan l-Anness, tista':
L-organizzazzjoni għandha twettaq manutenzjoni biss fuq inġenju tal-ajru jew il-komponent li għalih tkun approvata meta l-faċilitajiet, it-tagħmir, l-għodda, il-materjal, id-data tal-manutenzjoni u l-persunal taċ-ċertifikazzjoni kollha jkunu disponibbli.”; |
(29) |
fil-punt M.A.619, il-punti (a) u (b) huma sostitwiti b'dan li ġej:
|
(30) |
il-punt M.A.801 huwa sostitwit b'dan li ġej: “M.A.801 Ċertifikat tar-rilaxx għas-servizz għall-inġenji tal-ajru
|
(31) |
il-punt M.A.802 huwa sostitwit b'dan li ġej: “M.A.802 Ċertifikat tar-rilaxx għas-servizz għall-komponenti
|
(32) |
fil-punt M.A.803, il-punt (b) huwa sostitwit b'dan li ġej:
|
(33) |
fil-punt M.A.803, il-punt (d) huwa sostitwit b'dan li ġej:
|
(34) |
il-punt M.A.901 huwa sostitwit b'dan li ġej: “M.A.901 Reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà tal-inġenju tal-ajru Biex tkun żgurata l-validità ta' ċertifikat tal-ajrunavigabbiltà ta' inġenju tal-ajru, minn żmien għall-ieħor trid titwettaq reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà tal-inġenju tal-ajru u tar-rekords tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà tiegħu.
|
(35) |
fil-punt M.A.902, il-punt (5) tal-punt (b) huwa sostitwit b'dan li ġej:
|
(36) |
il-punt M.A.904 huwa sostitwit b'dan li ġej: “M.A.904 Reviżjoni tan-navigabbiltà tal-inġenju tal-ajru importat fl-UE
|
(37) |
fil-punt M.A.905, il-punti (a) u (b) huma sostitwiti b'dan li ġej:
|
(38) |
jiddaħħal il-punt M.B.103 li ġej: “M.B.103 Sejbiet u miżuri ta' infurzar — il-persuni Jekk, matul is-sorveljanza jew b'xi mezz ieħor, l-awtorità kompetenti responsabbli għas-sorveljanza skont dan l-Anness issib evidenza li turi nuqqas ta' konformità mar-rekwiżiti applikabbli tar-Regolament (UE) 2018/1139, minn persuna li jkollha liċenzja, ċertifikat, klassifikazzjoni jew attestazzjoni maħruġa skont ir-Regolament (UE) 2018/1139, l-awtorità kompetenti li tidentifika n-nuqqas ta' konformità għandha tieħu kwalunkwe miżura ta' infurzar neċessarja biex tipprevjeni l-issoktar ta' dak in-nuqqas ta' konformità.”; |
(39) |
il-punt M.B.104 huwa sostitwit b'dan li ġej: “M.B.104 Żamma tar-rekords
|
(40) |
il-punt M.B.201 huwa sostitwit b'dan li ġej: “M.B.201 Responsabbiltajiet L-awtoritajiet kompetenti kif speċifikat fil-punt M.1 huma responsabbli li jwettqu awditi, spezzjonijiet u investigazzjonijiet biex jivverifikaw li hemm konformità mar-rekwiżiti ta' dan l-Anness.”; |
(41) |
jiddaħħal il-punt M.B.202 li ġej: “M.B.202 Informazzjoni lill-Aġenzija
|
(42) |
il-punt M.B.301 huwa sostitwit b'dan li ġej: “M.B.301 Programm ta' manutenzjoni tal-inġenji tal-ajru
|
(43) |
jiddaħħal il-punt M.B.305 li ġej: “M.B.305 Sistema ta' reġistrazzjoni teknika tal-inġenju tal-ajru
|
(44) |
fil-punt M.B.602, il-punti (b) u (c) huma sostitwiti b'dan li ġej:
|
(45) |
fil-punt M.B.603, il-punt (a) huwa sostitwit b'dan li ġej:
|
(46) |
fil-punt M.B.604, il-punt (a) huwa sostitwit b'dan li ġej:
|
(47) |
fil-punt M.B.605, il-frażi introduttorja tal-punt (a) hija sostitwita b'dan li ġej:
|
(48) |
fil-punt M.B.606, il-punt (c) huwa sostitwit b'dan li ġej:
|
(49) |
fil-punt M.B.901, il-punt 1 huwa sostitwit b'dan li ġej:
|
(50) |
fil-punt M.B.902, il-punti (a) u (b) huma sostitwiti b'dan li ġej:
|
(51) |
jiżdied il-punt M.B.904 li ġej: “M.B.904 Skambju reċiproku ta' informazzjoni Malli tirċievi notifika ta' trasferiment ta' inġenju tal-ajru bejn l-Istati Membri skont il-punt M.A.903, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn l-inġenju tal-ajru jkun irreġistrat dak il-ħin għandha tinforma lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn se jiġi rreġistrat l-inġenju tal-ajru dwar kwalunkwe problema magħrufa bl-inġenju tal-ajru li jkun qed jiġi ttrasferit. L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn se jiġi rreġistrat l-inġenju tal-ajru għandha tiżgura li l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn l-inġenju tal-ajru jkun irreġistrat dak il-ħin tkun ġiet innotifikata b'mod xieraq dwar it-trasferiment.” |
(52) |
L-Appendiċi I hija sostitwita b'dan li ġej: “Appendiċi I Kuntratt ta' ġestjoni tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà 1. Meta sid jew operatur jagħti kuntratt skont il-punt M.A.201 lil CAMO jew lil CAO biex twettaq kompiti tal-ġestjoni tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà, fuq talba tal-awtorità kompetenti, kopja tal-kuntratt iffirmat miż-żewġ partijiet għandha tintbagħat mis-sid jew l-operatur lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tar-reġistru. 2. Il-kuntratt għandu jiġi żviluppat filwaqt li jqis ir-rekwiżiti ta' dan l-Anness u għandu jiddefinixxi l-obbligi tal-firmatarji fir-rigward tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà tal-inġenju tal-ajru. 3. Għandu jkollu tal-anqas l-informazzjoni li ġejja:
4. Għandu jiddikjara dan li ġej: ‘Is-sid jew l-operatur jinkariga lis-CAMO jew lis-CAO bil-ġestjoni tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà tal-inġenju tal-ajru, l-iżvilupp ta' AMP li għandu jiġi approvat mill-awtorità kompetenti kif spjegat fil-punt M.1, u l-organizzazzjoni tal-manutenzjoni tal-inġenju tal-ajru skont it-tali AMP. Skont dan il-kuntratt, iż-żewġ firmatarji jintrabtu li jsegwu l-obbligi rispettivi ta' dan il-kuntratt. Is-sid jew l-operatur jiddikjara, skont l-aħjar għarfien tiegħu, li l-informazzjoni kollha mogħtija lis-CAMO jew is-CAO dwar il-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà tal-inġenju tal-ajru hi u se tkun preċiża u li l-inġenju tal-ajru mhux se jitbiddel mingħajr l-approvazzjoni minn qabel tas-CAMO jew is-CAO. F'każ ta' kwalunkwe nuqqas ta' konformità ma' dan il-kuntratt, minn xi wieħed mill-firmatarji, il-kuntratt isir null. F'tali każ, is-sid jew l-operatur jibqa' responsabbli għal kull kompitu marbut mal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà tal-inġenju tal-ajru, u fi żmien ġimagħtejn (2) jinforma lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tar-reġistru dwar it-tali nuqqas ta' konformità mal-kuntratt.’ 5. Meta sid/operatur jagħti kuntratt lil CAMO jew CAO skont il-punt M.A.201, l-obbligi ta' kull parti għandhom jiġu assenjati kif ġej: 5.1. Obbligi tas-CAMO jew is-CAO:
5.2. L-obbligi tas-sid jew tal-operatur:
6. Meta sid jew operatur jagħti kuntratt lil CAMO jew CAO skont il-punt M.A.201, l-obbligi ta' kull parti fir-rigward tar-rapportar obbligatorju u volontarju ta' okkorrenzi skont ir-Regolament (UE) Nru 376/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1) għandhom ikunu speċifikati b'mod ċar. |
(53) |
L-Appendiċi II hu emendat kif ġej:
|
(54) |
L-Appendiċi III huwa sostitwit b'dan li ġej: “Appendiċi III Ċertifikat tar-Reviżjoni tal-Ajrunavigabbiltà - Il-Formola 15 tal-EASA Test ta 'immaġni Test ta 'immaġni |
(55) |
L-Appendiċi IV hu emendat kif ġej:
|
(56) |
L-Appendiċi V' huwa sostitwit b'dan li ġej: “Appendiċi V Ċertifikat tal-Organizzazzjoni tal-Manutenzjoni – Formola 3-MF tal-EASA Test ta 'immaġni Test ta 'immaġni |
(57) |
Jitħassar l-Appendiċi VI; |
(58) |
fl-Appendiċi VII, il-frażi introduttorja hija sostitwita b'din li ġejja: “Dan li ġej jikkostitwixxi l-kompiti kumplessi ta' manutenzjoni msemmija fil-punti (b)(2) u (c) tal-punt M.A.801:”; |
(59) |
fl-Appendiċi VIII, jitħassar il-punt (b)(9). |
(1) Ir-Regolament (UE) Nru 376/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta' April 2014 dwar ir-rappurtar, l-analiżi u s-segwitu ta' okkorrenzi fl-avjazzjoni ċivili, li jemenda r-Regolament (UE) Nru 996/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Direttiva 2003/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u r-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 1321/2007 u (KE) Nru 1330/2007 (ĠU L 122, 24.4.2014, p. 18).
ANNESS II
L-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 1321/2014 huwa emendat kif ġej:
(1) |
il-punt 145.A.30 huwa emendat kif ġej:
|
(2) |
Fil-punt 145.A.42, il-punt 3 tal-punt (a) huwa sostitwit b'dan li ġej:
|
(3) |
Fil-punt 145.A.42, il-punt 2 tal-punt (c) huwa sostitwit b'dan li ġej:
|
(4) |
fil-punt 145.A.50, il-punt (d) huwa sostitwit b'dan li ġej:
|
(5) |
fil-punt 145.A.55, il-punti (b) u (c) huma sostitwiti b'dan li ġej:
|
(6) |
Fil-punt 145.A.70, il-punt 6 tal-punt (a) huwa sostitwit b'dan li ġej:
|
(7) |
il-punt 145.A.75 huwa emendat kif ġej:
|
(8) |
fil-punt 145.A.95, il-punti (a) u (b) huma sostitwiti b'dan li ġej:
|
(9) |
il-punt 145.B.60 huwa sostitwit b'dan li ġej: “145.B.60 Eżenzjonijiet Meta Stat Membru jagħti eżenzjoni mir-rekwiżiti ta' dan l-Anness skont l-Artikolu 71 tar-Regolament (UE) 2018/1139, l-awtorità kompetenti għandha tirreġistra l-eżenzjoni. Għandha żżomm dawk ir-rekords għall-perjodu previst fil-punt (3) tal-punt 145.B.55”; |
(10) |
L-Appendiċi III hija sostitwita b'dan li ġej: “Appendiċi III Ċertifikat tal-Organizzazzjoni tal-Manutenzjoni — Formola 3-145 tal-EASA Test ta 'immaġni Test ta 'immaġni |
ANNESS III
L-Anness III tar-Regolament (UE) Nru 1321/2014 huwa emendat kif ġej:
(1) |
Fil-punt 66.A.45, il-punt (d) huwa sostitwit b'dan li ġej:
|
(2) |
fil-punt 66.B.25, il-punt (a) huwa sostitwit b'dan li ġej:
|
(3) |
il-punt 66.B.30 huwa sostitwit b'dan li ġej: “66.B.30 Eżenzjonijiet L-eżenzjonijiet kollha mogħtija skont l-Artikolu 71(1) tar-Regolament (UE) 2018/1139 għandhom jiġu rreġistrati u miżmuma mill-awtorità kompetenti”; |
(4) |
fl-Appendiċi II, it-tabella fil-Modulu 10 hija sostitwita b'dan li ġej:
|
ANNESS IV
L-Anness IV tar-Regolament (UE) Nru 1321/2014 huwa emendat kif ġej:
(1) |
fil-punt 147.B.25, il-punt (b) huwa sostitwit b'dan li ġej:
|
(2) |
L-Appendiċi II hija sostitwita b'dan li ġej: “Appendiċi II Approvazzjoni tal-Organizzazzjoni ta' Taħriġ fil-Manutenzjoni — Formola 11 tal-EASA Test ta 'immaġni Test ta 'immaġni |
(3) |
L-Appendiċi III hija sostitwita b'dan li ġej: “1. Taħriġ u Eżami Bażiku Il-mudell taċ-ċertifikat tat-taħriġ bażiku għandu jintuża għar-rikonoxximent tat-tlestija jew tat-taħriġ bażiku, tal-eżami bażiku jew kemm tat-taħriġ bażiku kif ukoll tal-eżamijiet tat-taħriġ bażiku. Iċ-ċertifikat tat-taħriġ għandu jidentifika b'mod ċar kull eżami ta' modulu individwali bid-data ta' meta tlesta b'suċċess, flimkien mal-verżjoni korrispondenti tal-Appendiċi I tal-Anness III (Parti-66). Test ta 'immaġni2. Taħriġ u Eżami tat-Tip Il-mudell taċ-ċertifikat tat-taħriġ tat-tip għandu jintuża jew għar-rikonoxximent tat-tlestija tal-elementi teoretiċi, tal-elementi prattiċi jew kemm tal-elementi teoretiċi kif ukoll tal-elementi prattiċi tal-kors ta' taħriġ tal-klassifikazzjoni tat-tip. Iċ-ċertifikat għandu jindika f'liema kombinazzjoni tal-qafas/magna tal-inġenji tal-ajru kien ingħata t-taħriġ. Ir-referenzi xierqa għandhom jitħassru kif ikun applikabbli u l-kaxxa tat-tip tal-kors għandha tispjega jekk kinux koperti l-elementi teoretiċi biss jew l-elementi prattiċi biss jew jekk kinux koperti kemm l-elementi teoretiċi kif ukoll dawk prattiċi. Iċ-ċertifikat tat-taħriġ irid jidentifika b'mod ċar jekk il-kors huwiex kors sħiħ jew huwiex kors parzjali (bħalma huwa kors dwar il-qafas jew l-impjant tal-enerġija (powerplant) jew kors dwar l-avjonika/elettriku ta' inġenju tal-ajru) jew kors tad-differenzi bbażat fuq l-esperjenza preċedenti tal-applikant, pereżempju kors A340 (CFM) għat-tekniċi A320. Jekk il-kors ma jkunx wieħed sħiħ, iċ-ċertifikat għandu jidentifika jekk iż-żoni tal-interfaċċa kinux koperti jew le. Test ta 'immaġni ” |
ANNESS V
L-Anness Va tar-Regolament (UE) Nru 1321/2014 huwa emendat kif ġej:
(1) |
Il-parti tal-werrej hija sostitwita b'dan li ġej: “WERREJ T.1 Awtorità kompetenti Taqsima A — Rekwiżiti tekniċi Subparti A — ĠENERALI
Subparti B — REKWIŻITI
Subparti E — ORGANIZZAZZJONI TAL-MANUTENZJONI
Subparti G — REKWIŻITI ADDIZZJONALI GĦALL-ORGANIZZAZZJONIJIET TA' ĠESTJONI TAL-KONTINWITÀ TAL-AJRUNAVIGABBILTÀ APPROVATI SKONT L-ANNESS Vc (Parti-CAMO)
Taqsima B — Proċedura addizzjonali għall-awtoritajiet kompetenti Subparti A — Ġenerali
Subparti B — Kontabbiltà
Subparti G — REKWIŻITI ADDIZZJONALI GĦALL-ORGANIZZAZZJONIJIET TA' ĠESTJONI TAL-KONTINWITÀ TAL-AJRUNAVIGABBILTÀ APPROVATI SKONT L-ANNESS Vc (Parti-CAMO)
|
(2) |
It-Taqsima A hija emendata kif ġej:
|
(3) |
It-Taqsima B hija emendata kif ġej:
|
ANNESS VI
“ANNESS Vb
(Parti-ML)
WERREJ
ML.1
TAQSIMA A — REKWIŻITI TEKNIĊI
SOTTOPARTI A — ĠENERALI
ML.A.101 |
Kamp ta' applikazzjoni |
SOTTOPARTI B — RESPONSABBILTÀ
ML.A.201 |
Responsabbiltajiet |
ML.A.202 |
Rapportar ta' okkorrenza |
SOTTOPARTI C — IL-KONTINWITÀ TAL-AJRUNAVIGABBILTÀ
ML.A.301 |
Kompiti tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà |
ML.A.302 |
Programm ta' manutenzjoni tal-inġenji tal-ajru |
ML.A.303 |
Direttivi dwar l-ajrunavigabbiltà |
ML.A.304 |
Data għal modifiki u tiswijiet |
ML.A.305 |
Sistema ta' reġistrazzjoni tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà tal-inġenju tal-ajru |
ML.A.307 |
Trasferiment ta' rekords tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà tal-inġenju tal-ajru |
SOTTOPARTI D — STANDARDS TA' MANUTENZJONI
ML.A.401 |
Data tal-manutenzjoni |
ML.A.402 |
Twettiq ta' manutenzjoni |
ML.A.403 |
Difetti tal-inġenju tal-ajru |
SOTTOPARTI E — KOMPONENTI
ML.A.501 |
Klassifikazzjoni u installazzjoni |
ML.A.502 |
Manutenzjoni tal-komponenti |
ML.A.503 |
Komponenti li jistgħu jintużaw għal żmien limitat |
ML.A.504 |
Kontroll ta' komponenti li ma jistax isir servizz fuqhom |
SOTTOPARTI H — ĊERTIFIKAT GĦAR-RILAXX GĦAS-SERVIZZ (CRS)
ML.A.801 |
Ċertifikat tar-rilaxx għas-servizz għall-inġenji tal-ajru |
ML.A.802 |
Ċertifikat għall-komponenti għar-rilaxx għas-servizz |
ML.A.803 |
Awtorizzazzjoni għall-pilota-sid |
SOTTOPARTI I — ĊERTIFIKAT TAR-REVIŻJONI TAL-AJRUNAVIGABBILTÀ (ARC)
ML.A.901 |
Reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà tal-inġenju tal-ajru |
ML.A.902 |
Validità taċ-ċertifikat tar-reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà |
ML.A.903 |
Proċess ta' reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà |
ML.A.904 |
Kwalifika tal-persunal għar-reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà |
ML.A.905 |
Trasferiment tar-reġistrazzjoni tal-inġenju tal-ajru fi ħdan l-Unjoni |
ML.A.906 |
Reviżjoni tan-navigabbiltà tal-inġenju tal-ajru importat fl-Unjoni |
ML.A.907 |
Sejbiet |
TAQSIMA B — PROĊEDURA GĦALL-AWTORITAJIET KOMPETENTI
SOTTOPARTI A — ĠENERALI
ML.B.101 |
Kamp ta' applikazzjoni |
ML.B.102 |
Awtorità kompetenti |
ML.B.104 |
Żamma tar-rekords |
ML.B.105 |
Skambju reċiproku ta' informazzjoni |
SOTTOPARTI B — RESPONSABBILTÀ
ML.B.201 |
Responsabbiltajiet |
SOTTOPARTI C — IL-KONTINWITÀ TAL-AJRUNAVIGABBILTÀ
ML.B.302 |
Eżenzjonijiet |
ML.B.303 |
Monitoraġġ tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà tal-inġenji tal-ajru |
ML.B.304 |
Ir-revoka, is-sospensjoni u l-limitazzjoni |
SOTTOPARTI I — ĊERTIFIKAT TAR-REVIŻJONI TAL-AJRUNAVIGABBILTÀ (ARC)
ML.B.902 |
Reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà mill-awtorità kompetenti |
ML.B.903 |
Sejbiet |
Appendiċi I — Kuntratt ta' ġestjoni tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà
Appendiċi II — Manutenzjoni limitata tal-Pilota-Sid
Appendiċi III — Kompiti ta' manutenzjoni kumplessi li m'għandhomx jitwettqu mill-Pilota-Sid
Appendiċi IV — Ċertifikat tar-reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà (Formola 15c tal-EASA)
ML.1
(a) |
Skont il-paragrafu 2 tal-Artikolu 3, dan l-Anness (Parti-ML) japplika għall-inġenji tal-ajru li ġejjin għajr dawk motorizzati u kumplessi mhux elenkati fiċ-ċertifikat tal-operatur tal-ajru ta' operatur tal-ajru li ngħata l-liċenzja skont ir-Regolament (KE) Nru 1008/2008:
|
(b) |
Għall-finijiet ta' dan l-Anness, l-awtorità kompetenti għandha tkun l-awtorità maħtura mill-Istat Membru tar-reġistru tal-inġenji tal-ajru. |
(c) |
Għall-finijiet ta' dan l-Anness, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
|
TAQSIMA A
REKWIŻITI TEKNIĊI
SOTTOPARTI A
ĠENERALI
ML.A.101 Kamp ta' applikazzjoni
Din it-Taqsima tistabbilixxi l-miżuri li għandhom jittieħdu biex jiġi żgurat li l-inġenju tal-ajru jkun ajrunavigabbli. Tispeċifika wkoll l-kondizzjonijiet li jridu jkunu ssodisfati mill-persuni jew l-organizzazzjonijiet involuti fl-attivitajiet relatati mal-ajrunavigabbiltà tal-inġenju tal-ajru.
SOTTOPARTI B
RESPONSABBILTÀ
ML.A.201 Responsabbiltajiet
(a) |
Is-sid tal-inġenju tal-ajru għandu jkun responsabbli għall-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà tal-inġenju tal-ajru u għandu jiżgura li ma sseħħ ebda titjira sakemm ma jiġux issodisfati r-rekwiżiti li ġejjin:
|
(b) |
Permezz ta' deroga mill-punt (a), meta l-inġenju tal-ajru jkun mogħti b'lokazzjoni, ir-responsabbiltajiet stabbiliti fil-punt (a) għandhom japplikaw għal-lokatarju, jekk il-lokatarju jkun identifikat fid-dokument ta' reġistrazzjoni tal-inġenju tal-ajru jew fil-kuntratt ta' lokazzjoni. |
(c) |
Kwalunkwe persuna jew organizzazzjoni li twettaq il-manutenzjoni tal-inġenju tal-ajru u tal-komponenti għandha tkun responsabbli għall-kompiti ta' manutenzjoni li jkunu qed jitwettqu. |
(d) |
Il-bdot fil-kmand tal-inġenju tal-ajru għandu jkun responsabbli għat-twettiq sodisfaċenti tal-ispezzjoni ta' qabel it-titjira. Dik l-ispezzjoni għandha titwettaq mill-bdot jew minn persuna oħra kwalifikata iżda ma hemmx bżonn li titwettaq minn organizzazzjoni tal-manutenzjoni approvata jew mill-persunal li jiċċertifika. |
(e) |
Għal inġenji tal-ajru operati minn Organizzazzjonijiet kummerċjali Approvati tat-Taħriġ (“ATO”) u minn Organizzazzjonijiet kummerċjali Ddikjarati tat-Taħriġ (“DTO”) imsemmija fl-Artikolu 10a tar-Regolament (UE) Nru 1178/2011 jew mhux operati skont l-Anness VII tar-Regolament (UE) Nru 965/2012 (Parti-NCO) jew operat skont is-Sottoparti-ADD tal-Anness II (Parti-BOP) tar-Regolament (UE) 2018/395 jew is-Sottoparti-DEC tal-Anness II (Parti-SAO) tar-Regolament (UE) 2018/1976 (*1), l-operatur għandu:
|
(f) |
Għal inġenji tal-ajru mhux inklużi fil-punt (e), biex jissodisfa r-rekwiżiti tal-punt (a), is-sid tal-inġenju tal-ajru jista' jagħti b'kuntratt il-kompiti assoċjati mal-ġestjoni tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà lil organizzazzjoni approvata bħala CAMO jew CAO skont l-Anness Vc (Parti-CAMO) jew l-Anness Vd (Parti-CAO). F'dak il-każ, l-organizzazzjoni mogħtija l-kuntratt għandha tassumi r-responsabbiltà għall-eżekuzzjoni kif xieraq ta' dawk il-kompiti u għandu jiġi konkluż kuntratt bil-miktub skont l-Appendiċi I għal dan l-Anness. Jekk is-sid ma jagħtix kuntratt lil organizzazzjoni bħal din, is-sid ikun responsabbli għall-eżekuzzjoni kif xieraq tal-kompiti assoċjati mal-ġestjoni tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà. |
(g) |
Is-sid għandu jagħti lill-awtorità kompetenti aċċess għall-inġenju tal-ajru u għar-rekords tal-inġenji tal-ajru, biex l-awtorità kompetenti tkun tista' tiddetermina jekk l-inġenju tal-ajru jikkonformax mar-rekwiżiti ta' dan l-Anness. |
ML.A.202 Rapportar ta' okkorrenza
(a) |
Mingħajr ħsara għall-obbligi ta' rapportar stabbiliti fl-Anness II (Parti-145) u fl-Anness Vc (Parti-CAMO), kwalunkwe persuna jew organizzazzjoni responsabbli skont il-punt ML.A.201 għandha tirrapporta kwalunkwe kundizzjoni identifikata ta' inġenju tal-ajru jew komponent li tipperikola s-sikurezza tat-titjira:
|
(b) |
Ir-rapporti msemmija fil-punt (a) għandhom isiru b'mod iddeterminat mill-awtorità kompetenti msemmija fil-punt (a) u għandu jkun fihom l-informazzjoni pertinenti kollha dwar il-kundizzjoni magħrufa mill-persuna jew mill-organizzazzjoni li tagħmel ir-rapport. |
(c) |
Meta l-manutenzjoni jew ir-reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà tal-inġenju tal-ajru titwettaq fuq il-bażi ta' kuntratt bil-miktub, il-persuna jew l-organizzazzjoni responsabbli għal dawk l-attivitajiet għandha tirrapporta wkoll kwalunkwe kundizzjoni msemmija fil-punt (a) lis-sid tal-inġenju tal-ajru u, meta din tkun differenti, lis-CAMO jew lis-CAO ikkonċernata. |
(d) |
Il-persuna jew l-organizzazzjoni għandha tissottometti r-rapporti msemmija fil-punti (a) u (c) mill-aktar fis possibbli, iżda mhux aktar tard minn 72 siegħa mill-mument li fih il-persuna jew l-organizzazzjoni tidentifika l-kundizzjoni li dwarha jsir ir-rapport, sakemm ċirkustanzi eċċezzjonali ma jipprevjenux li dan isir. |
SOTTOPARTI C
IL-KONTINWITÀ TAL-AJRUNAVIGABBILTÀ
ML.A.301 Kompiti tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà
Il-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà tal-inġenju tal-ajru u li t-tagħmir operattiv u ta' emerġenza jista' jsir servizz fuqu għandhom ikunu żgurati:
(a) |
bit-twettiq tal-ispezzjonijiet ta' qabel it-titjira; |
(b) |
bir-rettifika ta' kwalunkwe difett u ħsara li jaffettwaw l-operar sikur skont id-data speċifikata fil-punti ML.A.304 u ML.A.401, skont kif applikabbli, filwaqt li jitqiesu l-lista tat-tagħmir minimu (“MEL”) u l-lista ta' devjazzjoni tal-konfigurazzjoni, meta jkunu jeżistu; |
(c) |
bit-tlestija tal-manutenzjoni kollha skont l-AMP imsemmi fil-punt ML.A.302; |
(d) |
bit-twettiq ta' kwalunkwe minn dawn applikabbli:
|
(e) |
it-twettiq tal-modifiki u t-tiswijiet skont l-ML.A.304; |
(f) |
titjiriet ta' kontroll tal-manutenzjoni, meta jkunu meħtieġa. |
ML.A.302 Programm ta' manutenzjoni tal-inġenji tal-ajru
(a) |
Il-manutenzjoni ta' kull inġenju tal-ajru għandha tkun organizzata skont AMP. |
(b) |
L-AMP u kwalunkwe emenda sussegwenti għalih għandhom ikunu, b'mod alternattiv:
Is-sid li jiddikjara l-AMP skont il-punt (b)(1) jew l-organizzazzjoni li tapprova l-AMP skont il-punt (b)(2) għandhom iżommu l-AMP aġġornat. |
(c) |
L-AMP:
|
(d) |
MIP:
|
(e) |
B'deroga mill-punti (b) u (c), dikjarazzjoni mis-sid jew approvazzjoni minn CAMO jew minn CAO mhix meħtieġa, u m'hemmx bżonn li jiġi prodott dokument tal-AMP meta jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:
Din id-deroga mhix applikabbli jekk il-pilota-sid jew, f'każ ta' inġenju tal-ajru bi sjieda konġunta, kwalunkwe wieħed mill-piloti-sidien, ma jkunx awtorizzat iwettaq manutenzjoni tal-Pilota-Sid għaliex dan irid ikun speċifikat fl-AMP iddikjarat jew approvat. |
(f) |
Jekk jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha previsti fil-punti (e)(1) sa (e)(4), l-AMP applikabbli għall-inġenju tal-ajru għandu jkun jikkonsisti f'dawn li ġejjin:
|
ML.A.303 Direttivi dwar l-ajrunavigabbiltà
Kull AD applikabbli trid titwettaq fi ħdan ir-rekwiżiti ta' dik l-AD sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor mill-Aġenzija.
ML.A.304 Data għal modifiki u tiswijiet
Persuna jew organizzazzjoni li ssewwi inġenju tal-ajru jew komponent għandha tivvaluta kwalunkwe ħsara. Il-modifiki u t-tiswijiet għandhom jitwettqu billi tintuża, kif xieraq, id-data li ġejja:
(a) |
approvata mill-Aġenzija; |
(b) |
approvata minn organizzazzjoni tad-disinn li tikkonforma mal-Anness I (Parti-21) tar-Regolament (UE) Nru 748/2012; |
(c) |
li tinsab fir-rekwiżiti msemmija fil-punt 21.A.90B jew fil-punt 21A.431B tal-Anness I (Parti-21) tar-Regolament (UE) Nru 748/2012. |
ML.A.305 Sistema ta' reġistrazzjoni tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà tal-inġenju tal-ajru
(a) |
Mat-tlestija ta' kwalunkwe manutenzjoni, iċ-ċertifikat tar-rilaxx għas-servizz (CRS) meħtieġ mill-punt M.A.801 għandu jiddaħħal fis-sistema tar-rekords tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà tal-inġenju tal-ajru. Kull entrata għandha ssir mill-aktar fis possibbli iżda mhux aktar tard minn 30 jum mid-data tat-tlestija tal-kompitu ta' manutenzjoni. |
(b) |
Ir-rekords tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà tal-inġenju tal-ajru għandu jkun fihom ġurnal ta' abbord l-inġenju tal-ajru, il-ġurnal(i) tal-magni jew il-kards tal-ġurnal tal-modulu tal-magna, il-ġurnal(i) tal-iskrun u kards tal-ġurnal għal kull komponent li jista' jintuża għal żmien limitat, kif xieraq. |
(c) |
It-tip tal-inġenju tal-ajru u l-marka tar-reġistrazzjoni, flimkien mal-ħin totali ta' titjiriet u ċikli ta' titjiriet u nżul, għandhom jiddaħħlu fil-ġurnali tal-inġenju tal-ajru. |
(d) |
Ir-rekords dwar il-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà għandhom jikkonsistu:
|
(e) |
Minbarra d-dokument tar-rilaxx awtorizzat, il-Formola 1 tal-EASA, kif stipulat fl-Appendiċi II tal-Anness I (Parti-M), jew ekwivalenti, għandha tiddaħħal fil-ġurnal ta' abbord tal-magna jew tal-iskrejjen u fl-iskedi tal-moduli tal-magni jew karti tar-reġistrazzjoni tal-komponenti bi żmien limitat tal-użu l-informazzjoni rilevanti li ġejja għal kwalunkwe komponent installat, bħal magna, skrejjen, modulu ta' magna jew karti tar-reġistrazzjoni tal-komponent bi żmien limitat tal-użu:
|
(f) |
Il-persuna jew l-organizzazzjoni responsabbli mill-ġestjoni tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà u l-kompiti skont il-punt ML.A.201, għandha tikkontrolla r-rekords kif dettaljat fil-punt ML.A.305 u tippreżenta r-rekords lill-awtorità kompetenti meta mitluba. |
(g) |
L-entrati kollha li jiddaħħlu fir-rekords tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà għandhom ikunu ċari u preċiżi. Meta jinqala' l-bżonn li tiġi kkoreġuta entrata, il-korrezzjoni għandha ssir b'tali mod li turi l-entrata oriġinali. |
(h) |
Sid għandu jiżgura li tkun ġiet stabbilita sistema li żżomm ir-rekords li ġejjin għall-perjodi speċifikati:
|
ML.A.307 Trasferiment ta' rekords tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà tal-inġenju tal-ajru
(a) |
Meta inġenju tal-ajru jiġi ttrasferit b'mod permanenti minn sid għal ieħor, is-sid li jittrasferixxi għandu jiżgura li r-rekords tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà msemmija fil-punt ML.A.305 jiġu ttrasferiti wkoll. |
(b) |
Meta s-sid jagħti b'kuntratt il-kompiti ta' ġestjoni tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà lil CAMO jew CAO, is-sid għandu jiżgura li r-rekords tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà msemmija fil-punt ML.A.305 jiġu ttrasferiti lill-organizzazzjoni li ngħatat il-kuntratt. |
(c) |
Il-perjodi ta' żmien għaż-żamma tar-rekords stabbiliti fil-punt (h) tal-punt ML.A.305 għandhom jibqgħu japplikaw għas-sid il-ġdid, is-CAMO jew is-CAO. |
SOTTOPARTI D
STANDARDS TA' MANUTENZJONI
ML.A.401 Data tal-manutenzjoni
(a) |
Il-persuna jew l-organizzazzjoni li tmantni inġenju tal-ajru għandha tuża data applikabbli dwar il-manutenzjoni biss waqt li tkun qed twettaq il-manutenzjoni. |
(b) |
Għall-finijiet ta' dan l-Anness, data dwar “il-manutenzjoni applikabbli” tfisser:
|
ML.A.402 Twettiq ta' manutenzjoni
(a) |
Il-manutenzjoni mwettqa minn organizzazzjonijiet approvati tal-manutenzjoni għandha tkun konformi mas-Sottoparti F tal-Anness I (Parti-M), l-Anness II (Parti-145) jew l-Anness Vd (Parti-CAO), skont kif applikabbli. |
(b) |
Għall-manutenzjoni mhux imwettqa skont il-punt (a), il-persuna li twettaq il-manutenzjoni għandha:
|
ML.A.403 Difetti tal-inġenju tal-ajru
(a) |
Għandu jitranġa xi difett tal-inġenju tal-ajru li jipperikola b'mod serju is-sikurezza tat-titjira qabel xi titjira oħra. |
(b) |
Il-persuni li ġejjin jistgħu jiddeċiedu li difett ma jipperikolax b'mod serju s-sikurezza tat-titjir, u tista' tiddiferih kif xieraq:
|
(c) |
Kull difett tal-inġenju tal-ajru li ma jkunx se jipperikola b'mod serju s-sikurezza tat-titjira għandu jiġi rettifikat malli jkun prattikabbli, mid-data li fiha d-difett kien identifikat l-ewwel darba u fi ħdan il-limiti speċifikati fid-data dwar il-manutenzjoni. |
(d) |
Kwalunkwe difett mhux rettifikat qabel it-titjira għandu jiġi rreġistrat fis-sistema tar-rekords tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà tal-inġenji tal-ajru msemmija fil-punt ML.A.305 u għandu jkun hemm rekord disponibbli għall-pilota. |
SOTTOPARTI E
KOMPONENTI
ML.A.501 Klassifikazzjoni u installazzjoni
(a) |
Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor fis-Sottoparti F tal-Anness I (Parti-M), l-Anness II (Parti-145), l-Anness Vd (Parti-CAO) għal dan ir-Regolament u l-Anness (Parti-21) tar-Regolament (UE) Nru 748/2012, komponent jista' jitwaħħal biss jekk ikunu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:
|
(b) |
Qabel l-istallazzjoni ta' komponent fuq inġenju tal-ajru, il-persuna jew l-organizzazzjoni approvata tal-manutenzjoni għandha tiżgura li l-komponent partikolari hu eliġibbli biex jitwaħħal jekk ikunu applikabbli modifiki jew konfigurazzjonijiet tal-AD differenti. |
(c) |
Partijiet standard għandhom jitwaħħlu biss fuq inġenju tal-ajru jew komponent meta d-data dwar il-manutenzjoni tispeċifika dawk il-partijiet standard partikolari. Il-partijiet standard għandhom jitwaħħlu biss meta jkun akkumpanjati minn evidenza ta' konformità għall-istandard applikabbli u jkollhom traċċabbiltà xierqa. |
(d) |
Materja prima jew konsumabbli għandha tintuża biss fuq inġenju tal-ajru jew komponent dment li:
|
(e) |
Fil-każ ta' blalen tal-arja, fejn ikunu possibbli taħlitiet differenti ta' basktijiet, ta' berners u ta' ċilindri tal-fjuwil għal envelopp partikolari, il-persuna li tinstallahom għandha tiżgura li:
|
ML.A.502 Manutenzjoni tal-komponenti
(a) |
Il-komponenti aċċettati mis-sid skont il-punt (c) tal-punt 21.A.307 tal-Anness I (Parti-21) tar-Regolament (UE) Nru 748/2012 għandhom ikunu mantnuti minn kwalunkwe persuna jew organizzazzjoni, soġġett għall-aċċettazzjoni mill-ġdid mis-sid skont il-kundizzjonijiet tal-punt 21.A.307(c) ta' dak l-Anness. Din il-manutenzjoni mhix eliġibbli għall-ħruġ ta' Formola 1 tal-EASA, kif stipulat fl-Appendiċi II tal-Anness I (Parti-M), u għandha tkun soġġetta għar-rekwiżiti dwar ir-rilaxx tal-inġenju tal-ajru. |
(b) |
Il-komponenti għandhom jiġu rilaxxati skont it-tabella li ġejja:
|
ML.A.503 Komponenti li jistgħu jintużaw għal żmien limitat
(a) |
It-terminu “komponenti bi żmien limitat tal-użu” fih il-komponenti li ġejjin:
|
(b) |
Komponenti mwaħħla li jistgħu jintużaw għal żmien limitat ma għandhomx jaqbżu ż-żmien limitat tal-użu approvat kif speċifikat fl-AMP u l-ADs, ħlief kif previst mill-punt ML.A.504(c). |
(c) |
It-tul ta' żmien tal-użu approvat espress fi żmien kalendarju, sigħat tat-titjir, inżul jew ċikli, kif xieraq. |
(d) |
Fi tmien il-limitu taż-żmien approvat tal-użu, il-komponent għandu jitneħħa mill-inġenju tal-ajru għall-manutenzjoni, jew għar-rimi fil-każ ta' komponenti b'limitu tal-użu ċċertifikat. |
ML.A.504 Kontroll ta' komponenti li ma jistax isir servizz fuqhom
(a) |
Komponent għandu jitqies li ma jistax isir servizz fuqu f'xi waħda miċ-ċirkostanzi li ġejjin:
|
(b) |
Komponenti li ma jistax isir servizz fuqhom għandhom ikunu identifikati bħala wieħed minn fost dawn li ġejjin:
|
(c) |
Komponenti li laħqu l-limitu ċertifikat tal-ħajja tagħhom jew difett jew ħsara li ma jissewwewx għandhom jiġu kklassifikati bħala mhux salvabbli u ma għandhomx jitħallew jidħlu mill-ġdid fis-sistema tal-forniment tal-komponenti, sakemm il-limiti ċertifikati tal-ħajja ma kinux estiżi jew soluzzjoni ta' tiswija ġiet approvata skont il-punt ML.A.304. |
(d) |
Kif previst fil-punt (c), fil-każ ta' komponent mhux salvabbli, kwalunkwe persuna jew organizzazzjoni responsabbli skont il-punt ML.A.201 għandha tieħu waħda mill-azzjonijiet li ġejjin:
|
(e) |
Minkejja l-punt (d), persuna jew organizzazzjoni responsabbli skont il-punt ML.A.201 tista' tittrasferixxi r-responsabbiltà tal-komponenti klassifikati bħala mhux salvabbli, mingħajr ma jitkissru, lil organizzazzjoni għat-taħriġ jew ir-riċerka. |
SOTTOPARTI H
ĊERTIFIKAT TAR-RILAXX GĦAS-SERVIZZ (CRS)
ML.A.801 Ċertifikat tar-rilaxx għas-servizz għall-inġenji tal-ajru
(a) |
CRS għandu jinħareġ wara li titwettaq il-manutenzjoni meħtieġa kif xieraq fuq inġenju tal-ajru. |
(b) |
Is-CRS għandu jinħareġ, b'mod alternattiv:
|
(c) |
Permezz ta' deroga mill-punt (b), f'każ ta' ċirkustanzi mhux previsti, fejn inġenju tal-ajru ma jkunx jista' jtir minn post fejn ma jkunx hemm organizzazzjoni approvata tal-manutenzjoni u ma jkun disponibbli l-ebda persunal adegwat taċ-ċertifikazzjoni, is-sid jista' jawtorizza lil kwalunkwe persuna, b'mhux anqas minn tliet snin ta' esperjenza xierqa fil-manutenzjoni u li jkollha l-kwalifiki xierqa, biex iżżomm l-inġenju tal-ajru skont l-istandards stipulati fis-Sottoparti D ta' dan l-Anness u tirrilaxxa l-inġenji tal-ajru. F'dak il-każ is-sid għandu:
|
(d) |
Fil-każ ta' ħruġ għall-użu skont il-punti (b)(1) jew (b)(2), il-persunal taċ-ċertifikazzjoni jista' jkun megħjun fit-twettiq tal-kompiti ta' manutenzjoni minn persuna jew persuni taħt il-kontroll dirett u kontinwu tal-persunal taċ-ċertifikazzjoni; |
(e) |
CRS għandu jinkludi minn tal-anqas:
|
(f) |
B'deroga mill-punt (a) u minkejja l-punt (g), meta l-manutenzjoni meħtieġa ma tkunx tista' titlesta, CRS jista' jinħareġ fi ħdan il-limitazzjonijiet approvati tal-inġenju tal-ajru. F'dak il-każ, is-CRS għandu jindika li l-manutenzjoni ma setgħetx titlesta, kif ukoll jindika kwalunkwe limitazzjoni applikabbli fl-ajrunavigabbiltà jew fl-operazzjonijiet, bħala parti mill-informazzjoni meħtieġa fil-punt (e)(4). |
(g) |
CRS m'għandux jinħareġ fil-każ ta' kwalunkwe nuqqas ta' konformità magħruf mar-rekwiżiti ta' dan l-Anness li jipperikola s-sikurezza tat-titjira. |
ML.A.802 Ċertifikat għall-komponenti għar-rilaxx għas-servizz
(a) |
CRS ta' komponent għandu jinħareġ wara li titwettaq il-manutenzjoni meħtieġa kif xieraq fuq komponent ta' inġenju tal-ajru skont il-punt ML.A.502. |
(b) |
Iċ-ċertifikat tar-rilaxx awtorizzat identifikat bħala l-Formola 1 tal-EASA, kif stipulata fl-Appendiċi II tal-Anness I (Parti-M), jikkostitwixxi s-CRS ta' komponent, ħlief meta t-tali manutenzjoni tiġi rilaxxata fil-livell tal-inġenji tal-ajru, kif indikat fil-punt ML.A.502(b). |
ML.A.803 Awtorizzazzjoni għall-pilota-sid
(a) |
Biex tikkwalifika bħala pilota-sid, il-persuna:
|
(b) |
Għal inġenji tal-ajru operati skont l-Anness VII (Parti-NCO) tar-Regolament (UE) Nru 965/2012 jew, fil-każ ta' blalen tal-arja, mhux operati skont is-Sottoparti-ADD tal-Anness II (Parti-BOP) tar-Regolament (UE) 2018/395 jew, fil-każ ta' gliders, li ma jsegwux is-Sottoparti DEC tal-Anness II (Parti-SAO) tar-Regolament (UE) 2018/1976, il-pilota-sid jista' joħroġ CRS wara l-manutenzjoni limitata tal-Pilota-Sid kif previst fl-Appendiċi II għal dan l-Anness. |
(c) |
Is-CRS irid jiddaħħal fil-ġurnali u jkun fih id-dettalji bażiċi dwar il-manutenzjoni mwettqa, id-data użata fil-manutenzjoni, id-data meta tlestiet din il-manutenzjoni, kif ukoll l-identità, il-firma u n-numru tal-liċenzja tal-pilota (jew ekwivalenti), tal-pilota-sid li ħareġ tali ċertifikat. |
SOTTOPARTI I
ĊERTIFIKAT TAR-REVIŻJONI TAL-AJRUNAVIGABBILTÀ (“ARC”)
ML.A.901 Reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà tal-inġenju tal-ajru
Biex tkun żgurata l-validità ta' ċertifikat tal-ajrunavigabbiltà ta' inġenju tal-ajru (“ARC”), minn żmien għall-ieħor trid titwettaq reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà tal-inġenju tal-ajru u tar-rekords tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà tiegħu.
(a) |
ARC jinħareġ skont l-Appendiċi IV (Formola 15c tal-EASA) għal dan l-Anness meta titlesta reviżjoni sodisfaċenti tal-ajrunavigabbiltà. L-ARC għandu jkun validu għal sena (1); |
(b) |
Ir-reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà u l-ħruġ tal-ARC għandhom jitwettqu skont il-punt ML.A.903, b'mod alternattiv:
Kull fejn iċ-ċirkustanzi juru l-eżistenza ta' theddida potenzjali għas-sikurezza, l-awtorità kompetenti għandha twettaq reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà u toħroġ l-ARC hi stess. |
(c) |
Il-validità ta' ARC tista' tiġi estiża b'massimu ta' darbtejn wara xulxin, għal perjodu ta' sena kull darba, permezz ta' CAMO jew CAO approvata kif xieraq, soġġetta għall-kundizzjonijiet li ġejjin:
Din l-estensjoni mis-CAO jew is-CAO tkun possibbli indipendentement minn liema persunal jew organizzazzjoni, kif previst fil-punt (b), inizjalment ikunu ħarġu l-ARC. |
(d) |
B'deroga mill-punt (c), l-estensjoni tal-ARC tista' tiġi antiċipata għal perjodu massimu ta' 30 jum, mingħajr telf ta' kontinwità tal-mudell tar-reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà, biex tiġi żgurata d-disponibbiltà tal-inġenji tal-ajru biex l-ARC oriġinali jitqiegħed abbord. |
(e) |
Meta l-awtorità kompetenti twettaq reviżjoni tal-adegwatezza għall-avjazzjoni tal-ajrunavigabbiltà u hi stess toħroġ l-ARC, is-sid għandu jipprovdi dawn lill-awtorità kompetenti:
|
ML.A.902 Validità taċ-ċertifikat tar-reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà
(a) |
ARC isir invalidu jekk, b'mod alternattiv:
|
(b) |
Inġenju tal-ajru m'għandux itir biss jekk l-ARC ikun invalidu jew jekk tkun preżenti xi waħda miċ-ċirkustanzi li ġejjin:
|
(c) |
Meta jiġi ċedut jew revokat, l-ARC għandu jintbagħat lura lill-awtorità kompetenti. |
ML.A.903 Proċess ta' reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà
(a) |
Biex jissodisfa r-rekwiżit għar-reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà ta' inġenju tal-ajru msemmi fil-punt ML.A.901, il-persunal tar-reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà għandu jagħmel reviżjoni ddokumentata tar-rekords tal-inġenju tal-ajru biex jivverifika li:
|
(b) |
Il-persunal tar-reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà msemmi fil-punt (a) għandu jwettaq stħarriġ fiżiku tal-inġenju tal-ajru. Għal dan l-istħarriġ, il-persunal tar-reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà li mhuwiex ikkwalifikat kif xieraq skont l-Anness III (Parti-66) għandu jkun assistit minn dan il-persunal kwalifikat. |
(c) |
Permezz tal-istħarriġ fiżiku tal-inġenju tal-ajru, il-persunal tar-reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà għandu jiżgura li:
|
(d) |
B'deroga mill-punt ML.A.901(a), ir-reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà tista' tiġi antiċipata b'perjodu massimu ta' 90 jum mingħajr telf ta' kontinwità tax-xejra tar-reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà, sabiex tkun tista' ssir ir-reviżjoni fiżika waqt verifika ta' manutenzjoni. |
(e) |
L-ARC (Formola 15c tal-EASA) stabbilit fl-Appendiċi IV għandu jinħareġ biss:
|
(f) |
Kopja ta' kwalunkwe ARC maħruġ jew estiż għal inġenju tal-ajru għandu jintbagħat lill-Istat Membru tar-reġistru ta' dak l-inġenju tal-ajru fi żmien 10 ijiem. |
(g) |
Il-kompiti tar-reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà m'għandhomx jingħataw b'sottokuntratt. |
(h) |
L-effikaċja tal-AMP tista' tiġi riveduta flimkien mar-reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà skont il-punt (c)(9) tal-punt ML.A.302. Din ir-reviżjoni għandha ssir mill-persuna li tkun wettqet ir-reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà. Jekk ir-reviżjoni turi nuqqasijiet fl-inġenju tal-ajru marbutin ma' nuqqasijiet fil-kontenut tal-AMP, l-AMP għandu jiġi emendat kif xieraq. Il-persuna li twettaq ir-reviżjoni għandha tinforma lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tar-reġistru jekk hi ma taqbilx mal-miżuri li jemendaw l-AMP meħuda mis-sid, mis-CAMO jew mis-CAO. F'dan il-każ, l-awtorità kompetenti għandha tiddeċiedi liema emendi għall-AMP huma neċessarji, filwaqt li ssemmi s-sejbiet korrispondenti definiti fil-punt ML.B.903 u, jekk ikun hemm bżonn, tirreaġixxi skont il-punt ML.B.304. |
ML.A.904 Kwalifika tal-persunal għar-reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà
(a) |
Il-persunal tar-reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà li jaġixxi f'isem l-awtorità kompetenti għandu jkun kwalifikat skont il-punt ML.B.902. |
(b) |
Il-persunal tar-reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà li jaġixxi f'isem organizzazzjoni msemmija fis-Sottoparti F tal-Anness I (Parti-M), l-Anness II (Parti-145), l-Anness Vc (Parti-CAMO) jew l-Anness Vd (Parti-CAO) għandu jkun kwalifikat skont is-Sottoparti F tal-Anness I (Parti-M), l-Anness II (Parti-145), l-Anness Vc (Parti-CAMO) jew l-Anness Vd (Parti-CAO), rispettivament. |
(c) |
Il-persunal tar-reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà li jaġixxi f'ismu stess, kif permess skont il-punt ML.A.901(b)(4), għandu:
|
(d) |
L-awtorizzazzjoni meħtieġa skont il-punt (c)(2) għandha tinħareġ mill-awtorità kompetenti meta:
Din l-awtorizzazzjoni għandha tibqa' valida għal durata ta' 5 snin dment li d-detentur ikun wettaq tal-anqas reviżjoni 1 tal-ajrunavigabbiltà kull 12-il xahar. Jekk dan ma jkunx il-każ, għandha ssir b'mod sodisfaċenti reviżjoni ġdida tal-ajrunavigabbiltà taħt is-superviżjoni tal-awtorità kompetenti. Malli tiskadi l-validità tagħha, l-awtorizzazzjoni għandha tiġi mġedda għal 5 snin oħra soġġetta għal konformità ġdida mal-punti (d)(1) u (d)(2). Ma hemm ebda limitu fuq in-numru ta' tiġdid. Id-detentur tal-awtorizzazzjoni għandu jżomm rekords tar-reviżjonijiet tal-ajrunavigabbiltà kollha mwettqa u għandu jqegħedhom għad-dispożizzjoni, fuq talba, ta' kwalunkwe awtorità kompetenti u ta' kwalunkwe sid tal-inġenju tal-ajru li għalihom ikun qed iwettaq reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà. Din l-awtorizzazzjoni tista' tiġi rrevokata mill-awtorità kompetenti fi kwalunkwe waqt jekk din ma tkunx sodisfatta bil-kompetenza tad-detentur jew bl-użu tat-tali awtorizzazzjoni. |
ML.A.905 Trasferiment tar-reġistrazzjoni tal-inġenju tal-ajru fi ħdan l-Unjoni
(a) |
Meta reġistrazzjoni tal-inġenju tal-ajru tiġi trasferita fi ħdan l-Unjoni, l-applikant għandu:
|
(b) |
Minkejja l-punt (a)(3) tal-punt ML.A.902, l-ARC preċedenti għandu jibqa' validu sad-data ta' skadenza tiegħu, ħlief meta l-ARC ikun inħareġ mill-persunal indipendenti taċ-ċertifikazzjoni li jkollu kwalifika nazzjonali tal-persunal taċ-ċertifikazzjoni skont il-punt (b)(4) tal-punt ML.A.901, f'liema każ għandu jkun japplika l-punt ML.A.906. |
(c) |
Minkejja l-punti (a) u (b), f'dawk il-każijiet li fihom l-inġenju tal-ajru kien f'kundizzjoni mhux ajrunavigabbli fl-eks Stat Membru jew fejn l-istatus tal-ajrunavigabbiltà tal-inġenju tal-ajru ma jistax jiġi ddeterminat bl-użu tar-rekords eżistenti, għandu jkun japplika l-punt ML.A.906. |
ML.A.906 Reviżjoni tan-navigabbiltà tal-inġenju tal-ajru importat fl-Unjoni
(a) |
Meta jimporta inġenju tal-ajru minn pajjiż terz f'reġistru ta' Stat Membru, l-applikant għandu:
|
(b) |
Jekk l-inġenju tal-ajru jikkonforma mar-rekwiżiti rilevanti, l-awtorità kompetenti, is-CAMO jew is-CAO, l-organizzazzjoni tal-manutenzjoni jew il-persunal indipendenti taċ-ċertifikazzjoni li jwettqu r-reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà, kif previst fil-punt (b) tal-punt ML.A.901, għandhom joħorġu ARC u għandhom jissottomettu kopja lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tar-reġistru. |
(c) |
Is-sid għandu jkollu aċċess għall-inġenju tal-ajru għall-ispezzjoni mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tar-reġistrazzjoni. |
(d) |
Ċertifikat tal-ajrunavigabbiltà ġdid għandu jinħareġ mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tar-reġistru jekk l-inġenju tal-ajru jikkonforma mal-Anness I (Parti-21) tar-Regolament (UE) Nru 748/2012. |
ML.A.907 Sejbiet
(a) |
Is-sejbiet huma mqassma f'kategoriji kif ġej:
|
(b) |
Wara li tkun waslet in-notifika tas-sejbiet skont il-punt ML.B.903, il-persuna jew l-organizzazzjoni, li jkollha responsabbiltajiet skont il-punt ML.A.201, għandha tiddefinixxi u turi lill-awtorità kompetenti fi żmien perjodu maqbul ma' din l-awtorità pjan ta' azzjoni korrettiva, li jkollu l-għan li jipprevjeni l-okkorrenza mill-ġdid tas-sejba u l-għeruq ta' dak li jikkawżaha. |
TAQSIMA B
PROĊEDURI GĦALL-AWTORITAJIET KOMPETENTI
SOTTOPARTI A
ĠENERALI
ML.B.101 Kamp ta' applikazzjoni
Din it-Taqsima tistabbilixxi r-rekwiżiti amministrattivi li għandhom jiġu segwiti mill-awtoritajiet kompetenti li jieħdu ħsieb l-implimentazzjoni u l-infurzar tat-Taqsima A ta' dan l-Anness.
ML.B.102 Awtorità kompetenti
(a) Ġenerali
Stat Membru għandu jaħtar lil awtorità kompetenti b'responsabbiltajiet allokati għall-ħruġ, il-kontinwazzjoni, il-bidla, is-sospensjoni jew ir-revoka ta' ċertifikati u għas-sorveljanza tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà. Din l-awtorità kompetenti għandha tistabbilixxi proċeduri dokumentati u struttura organizzazzjonali.
(b) Riżorsi
In-numru tal-persunal għandu jkun xieraq biex jiġu ssodisfati r-rekwiżiti kif spjegati f'din it-Taqsima.
(c) Kwalifika u taħriġ
Il-persunal kollu involut fl-attivitajiet koperti minn dan l-Anness għandu jkun kwalifikat kif xieraq u jkollu għarfien, esperjenza, taħriġ inizjali u taħriġ ta' kontinwazzjoni xierqa biex iwettaq il-kompiti allokati lilu.
(d) Proċeduri
L-awtorità kompetenti għandha tistabbilixxi proċedura li tispjega kif tintlaħaq konformità ma' dan l-Anness.
Il-proċeduri għandhom jiġu riveduti u emendati biex tiġi żgurata l-konformità kontinwata.
ML.B.104 Żamma tar-rekords
(a) |
L-awtorità kompetenti għandha tistabbilixxi sistema ta' żamma ta' rekords li tippermetti traċċabbiltà adegwata tal-proċess biex toħroġ, tissokta, tibdel, tissospendi jew tirrevoka kull ċertifikat u awtorizzazzjoni. |
(b) |
Ir-rekords għas-sorveljanza ta' kull inġenju tal-ajru għandhom jinkludu, tal-anqas, kopja ta':
|
(c) |
Ir-rekords speċifikati fil-punt (b) għandhom jinżammu sa sentejn (2) wara li l-inġenju tal-ajru jiġi rtirat b'mod permanenti mis-servizz. |
(d) |
Ir-rekords kollha speċifikati fil-punt ML.B.104 għandhom isiru disponibbli għal kwalunkwe Stat Membru ieħor jew għall-Aġenzija fuq talba tagħhom. |
ML.B.105 Skambju reċiproku ta' informazzjoni
(a) |
Biex jikkontribwixxu għat-titjib fis-sikurezza tal-avjazzjoni, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jipparteċipaw fi skambju reċiproku ta' kull informazzjoni meħtieġa skont l-Artikolu 72 tar-Regolament (KE) 2018/1139. |
(b) |
Bla ħsara għall-kompetenzi tal-Istati Membri, fil-każ ta' theddida potenzjali għas-sikurezza li tinvolvi lil bosta Stati Membri, l-awtoritajiet kompetenti kkonċernati għandhom jgħinu lil xulxin fit-twettiq tal-azzjoni ta' sorveljanza meħtieġa. |
SOTTOPARTI B
RESPONSABBILTÀ
ML.B.201 Responsabbiltajiet
L-awtorità kompetenti msemmija fil-punt (b) tal-punt ML.1 għandhom ikunu responsabbli li jwettqu spezzjonijiet u investigazzjonijiet biex jivverifikaw li hemm konformità mar-rekwiżiti ta' dan l-Anness.
SOTTOPARTI C
IL-KONTINWITÀ TAL-AJRUNAVIGABBILTÀ
ML.B.302 Eżenzjonijiet
L-eżenzjonijiet mogħtija skont l-Artikolu 71 tar-Regolament (KE) 2018/1139 għandhom jiġu reġistrati u miżmuma mill-awtorità kompetenti.
ML.B.303 Monitoraġġ tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà tal-inġenji tal-ajru
(a) |
L-awtorità kompetenti għandha tiżviluppa programm ta' stħarriġ li jsegwi approċċ ibbażat fuq ir-riskji biex tissorvelja l-istatus tal-ajrunavigabbiltà tal-flotta tal-inġenji tal-ajru fir-reġistru tagħha. |
(b) |
Programm ta' stħarriġ għandu jinkludi kampjuni ta' stħarriġ fuq il-prodotti tal-inġenji tal-ajru u għandu jkopri l-aspetti kollha tal-elementi tar-riskji ewlenin tal-ajrunavigabbiltà. |
(c) |
Stħarriġ fuq il-prodotti għandu jieħu kampjuni tal-istandards tal-ajrunavigabbiltà miksubin, fuq il-bażi tar-rekwiżiti applikabbli, u għandu jidentifika kwalunkwe sejba. |
(d) |
Kwalunkwe sejba identifikata għandha tiġi kategorizzata skont il-punt ML.B.903 u kkonfermata bil-miktub lill-persuna jew lill-organizzazzjoni responsabbli skont il-punt ML.A.201. L-awtorità kompetenti għandu jkollha proċedura fis-seħħ biex tanalizza s-sejbiet għall-importanza tagħhom għas-sikurezza. |
(e) |
L-awtorità kompetenti għandha tirreġistra s-sejbiet u l-azzjonijiet ta' għeluq kollha. |
(f) |
Jekk matul il-monitoraġġ tal-inġenju tal-ajru, tinstab evidenza li turi nuqqas ta' konformità ma' dan l-Anness jew ma' oħrajn, is-sejba għandha tiġi indirizzata kif previst fl-Anness rilevanti. |
(g) |
Jekk tkun meħtieġa tiżgura azzjoni xierqa ta' infurzar, l-awtorità kompetenti għandha tiskambja informazzjoni dwar nuqqasijiet ta' konformità identifikati skont il-punt (f) ma' awtoritajiet kompetenti oħrajn. |
ML.B.304 Ir-revoka, is-sospensjoni u l-limitazzjoni
L-awtorità kompetenti għandha:
(a) |
tissospendi ARC għal raġunijiet validi fil-każ ta' theddida potenzjali għas-sikurezza; jew |
(b) |
tissospendi jew tirrevoka ARC skont il-punt (a) tal-punt ML.B.903. |
L-awtorità kompetenti li ħarġet l-awtorizzazzjoni tar-reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà skont il-punt (c) tal-punt ML.A.904 għall-persunal indipendenti taċ-ċertifikazzjoni għandha tirrevoka t-tali awtorizzazzjoni jekk id-detentur juri prestazzjoni batuta fir-reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà jew juża t-tali awtorizzazzjoni b'mod mhux xieraq.
SOTTOPARTI I
ĊERTIFIKAT TAR-REVIŻJONI TAL-AJRUNAVIGABBILTÀ (“ARC”)
ML.B.902 Reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà mill-awtorità kompetenti
(a) |
Meta awtorità kompetenti twettaq ir-reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà u toħroġ l-ARC stipulat fl-Appendiċi IV għal dan l-Anness (Formola 15c tal-EASA), l-awtorità kompetenti għandha twettaq reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà f'konformità mal-punt ML.A.903. |
(b) |
L-awtorità kompetenti għandu jkollha persunal adegwat għar-reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà biex iwettaq ir-reviżjonijiet tal-ajrunavigabbiltà. Dan il-persunal għandu jkollu dawn kollha li ġejjin:
Minkejja l-punti (1) sa (4) hawn fuq, ir-rekwiżit tal-punt ML.B.902(b)(2) jista' jinbidel ma' erba' snin esperjenza fil-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà, b'żieda ma' dawk diġà meħtieġa mill-punt ML.B.902(b)(1). |
(c) |
L-awtorità kompetenti għandha żżomm rekord tal-persunal kollu tar-reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà, li għandu jinkludi d-dettalji ta' kwalunkwe kwalifika adegwata li jkollu l-persunal flimkien ma' sommarju tal-esperjenza u t-taħriġ rilevanti fil-ġestjoni tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà. |
(d) |
Matul l-eżekuzzjoni tar-reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà, l-awtorità kompetenti għandu jkollha aċċess għad-data applikabbli kif speċifikat fil-punti ML.A.305, ML.A.306 u ML.A.401. |
(e) |
Il-persunal li jwettaq ir-reviżjoni tal-adegwatezza għall-avjazzjoni tal-ajrunavigabbiltà għandu joħroġ ċertifikat tar-reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà (Formola 15c tal-EASA), kif stipulat fl-Appendiċi IV, wara t-tlestija sodisfaċenti tar-reviżjoni tal-avjazzjoni. |
(f) |
Kull fejn iċ-ċirkustanzi juru l-eżistenza ta' theddida potenzjali għas-sikurezza, l-awtorità kompetenti għandha twettaq reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà u toħroġ l-ARC hi stess. |
ML.B.903 Sejbiet
Jekk waqt l-istħarriġ tal-inġenju tal-ajru jew permezz ta' mezzi oħra tinstab evidenza li hemm nuqqas ta' konformità mar-rekwiżit ta' dan l-Anness, l-awtorità kompetenti għandha:
(a) |
għal sejbiet tal-Livell 1, teħtieġ it-teħid ta' azzjoni korrettiva xierqa qabel titjira ulterjuri, u minnufih tirrevoka jew tissospendi l-ARC; u |
(b) |
għal sejbiet tal-Livell 2, timponi l-azzjoni korrettiva xierqa għan-natura tas-sejba. |
Appendiċi I
Kuntratt ta' ġestjoni tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà
(a) |
Meta sid jagħti kuntratt skont il-punt ML.A.201 lil CAMO jew lil CAO biex twettaq kompiti tal-ġestjoni tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà, fuq talba tal-awtorità kompetenti, kopja tal-kuntratt iffirmat miż-żewġ partijiet għandha tintbagħat mis-sid lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tar-reġistru. |
(b) |
Il-kuntratt għandu jiġi żviluppat filwaqt li jqis ir-rekwiżiti ta' dan l-Anness u għandu jiddefinixxi l-obbligi tal-firmatarji fir-rigward tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà tal-inġenju tal-ajru. |
(c) |
Għandu jkollu tal-anqas l-informazzjoni li ġejja:
|
(d) |
Għandu jiddikjara dan li ġej: ‘Is-sid jinkariga lis-CAMO jew lis-CAO bil-ġestjoni tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà tal-inġenju tal-ajru, l-iżvilupp u l-approvazzjoni ta' programm ta' manutenzjoni, u l-organizzazzjoni tal-manutenzjoni tal-inġenju tal-ajru skont it-tali programm ta' manutenzjoni. Skont dan il-kuntratt, iż-żewġ firmatarji jintrabtu li jsegwu l-obbligi rispettivi ta' dan il-kuntratt. Is-sid jiddikjara, skont l-aħjar għarfien tiegħu li l-informazzjoni kollha mogħtija lis-CAMO jew is-CAO dwar il-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà tal-inġenju tal-ajru hi u se tkun preċiża u li l-inġenju tal-ajru mhux se jitbiddel mingħajr l-approvazzjoni minn qabel tas-CAMO jew is-CAO. F'każ ta' kwalunkwe nuqqas ta' konformità ma' dan il-kuntratt, minn xi wieħed mill-firmatarji, il-kuntratt isir null. F'tali każ, is-sid jibqa' responsabbli għal kull kompitu marbut mal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà tal-inġenju tal-ajru, u fi żmien ġimagħtejn (2) jinforma lill-awtorità(jiet) kompetenti tal-Istat Membru tar-reġistru dwar it-terminazzjoni tal-kuntratt.’ |
(e) |
Meta sid jagħti kuntratt lil CAMO jew CAO skont il-punt ML.A.201, l-obbligi ta' kull parti għandhom jiġu assenjati kif ġej:
|
Appendiċi II
Manutenzjoni limitata tal-pilota-sid
Minbarra r-rekwiżiti stabbiliti f'dan l-Anness, il-pilota-sid għandu jikkonforma mal-prinċipji bażiċi li ġejjin qabel ma jwettaq kwalunkwe kompitu ta' manutenzjoni:
(a) Kompetenza u responsabbiltà
(1) |
Il-pilota-sid dejjem għandu jkun responsabbli għal kull manutenzjoni li jwettaq. |
(2) |
Il-pilota-sid għandu jkollu livell sodisfaċenti ta' kompetenza biex iwettaq il-kompitu. Hi r-responsabbiltà ta' pilota-sid li jiffamiljarizza ruħu mal-prattiki standard ta' manutenzjoni għall-inġenju tal-ajru tiegħu u mal-AMP. |
(b) Kompiti
Il-Pilota-Sid jista' jwettaq spezzjonijiet viżwali jew operazzjonijiet sempliċi biex jikkontrolla l-qafas tal-inġenju tal-ajru, il-magni, is-sistemi u l-komponenti għall-kundizzjoni ġenerali, ħsara evidenti u operazzjoni normali.
Kompitu ta' manutenzjoni m'għandux jitwettaq mill-pilota-sid jekk isseħħ xi waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:
(1) |
hu kompitu ta' manutenzjoni kritika; |
(2) |
jeħtieġ it-tneħħija ta' komponenti ewlenin jew armar ta' komponenti ewlenin; |
(3) |
jitwettaq f'konformità ma' AD jew oġġett ta' limitazzjoni tal-ajrunavigabbiltà (ALI) ħlief meta permess b'mod speċifiku fl-AD jew l-ALI; |
(4) |
jeħtieġ l-użu ta' għodod speċjali jew għodod kkalibrati (minbarra torque wrench u crimping tool); |
(5) |
jeħtieġ l-użu ta' tagħmir għat-testijiet jew testijiet speċjali (pereżempju ttestjar mhux qerriedi (NDT), testijiet tas-sistema jew testijiet operattivi ta' tagħmir avjoniku); |
(6) |
ikun kompost minn xi spezzjonijiet speċjali mhux skedati (pereżempju test ta' nżul f'daqqa); |
(7) |
jaffettwa sistemi essenzjali għall-operazzjonijiet skont ir-regoli tat-titjir bl-istrumenti (IFR); |
(8) |
hu kompitu kumpless ta' manutenzjoni skont l-Appendiċi III, jew hu kompitu ta' manutenzjoni ta' komponenti skont il-punt (a) jew (b) tal-punt ML.A.502; |
(9) |
hu parti minn kontroll kull 100 siegħa/annwali (għal dawk il-każijiet li fihom il-kompitu ta' manutenzjoni jkun kombinat mar-reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà mwettqa mill-organizzazzjonijiet tal-manutenzjoni jew mill-persunal indipendenti taċ-ċertifikazzjoni). |
Il-kriterji msemmija fil-punti (1) sa (9) ma jistgħux jingħelbu minn struzzjonijiet anqas restrittivi maħruġa skont l-AMP imsemmi fil-punt ML.A.302.
Kwalunkwe kompitu deskritt fil-manwal tat-titjir tal-inġenju tal-ajru (jew manwali operazzjonali oħra), pereżempju t-tħejjija tal-inġenju tal-ajru għat-titjir (assemblaġġ tal-ġwienaħ tal-gliders, jew it-twettiq ta' spezzjoni ta' qabel it-titjira, l-assemblaġġ ta' kombinazzjoni ta' basket, berner, ċilindri tal-fjuwil u envelopp għal ballun tal-arja, eċċ.), ma jitqiesx bħala kompitu ta' manutenzjoni u, għalhekk, ma jeħtieġx CRS. Minkejja dan, il-persuna li tagħmel l-assemblaġġ ta dawk il-partijiet hi responsabbli biex tiżgura li dawk il-partijiet ikunu eliġibbli għall-installazzjoni u f'kundizzjoni tajba għall-użu.
(c) It-twettiq u r-rekords tal-kompiti ta' manutenzjoni tal-pilota-sid
Id-data tal-manutenzjoni kif speċifikata fil-punt ML.A.401 dejjem trid tkun disponibbli matul it-twettiq tal-manutenzjoni tal-pilota-sid u trid tkun sodisfatta. Id-dettalji tad-data msemmija fit-twettiq ta' manutenzjoni ta' pilota-sid iridu jkunu inklużi fis-CRS skont il-punt (d) tal-punt ML.A.803.
Il-pilota-sid irid jinforma lis-CAMO jew is-CAO mogħtija l-kuntratt (jekk jeżisti t-tali kuntratt) dwar it-tlestija tal-kompiti ta' manutenzjoni tal-pilota-sid mhux aktar tard minn 30 jum wara li jitlestew dawn il-kompiti skont il-punt (a) tal-punt ML.A.305.
Appendiċi III
Kompiti ta' manutenzjoni kumplessi li m'għandhomx jitwettqu mill-pilota-sid
Dawn kollha li ġejjin jikkostitwixxu l-kompiti ta' manutenzjoni kumplessi li, skont l-Appendiċi II, m'għandhomx jitwettqu mill-pilota-sid. Dawn il-kompiti għandhom jitwettqu mis-CAO jew minn persunal indipendenti taċ-ċertifikazzjoni:
(a) |
il-modifika, it-tiswija jew il-bdil permezz ta' rbattir, twaħħil, laminar, jew iwweldjar ta' kwalunkwe mill-partijiet tal-qafas tal-inġenju tal-ajru li ġejjin:
|
(b) |
il-modifika jew it-tiswija ta' kwalunkwe mill-partijiet li ġejjin:
|
(c) |
it-twettiq tal-manutenzjoni kollha li ġejja fuq magna bil-pistuni:
|
(d) |
l-ibbilanċjar tal-iskrun, ħlief:
|
(e) |
kwalunkwe xogħol kompitu addizzjonali li jeħtieġ:
|
Appendiċi IV
Ċertifikat tar-Reviżjoni tal-Ajrunavigabbiltà - Formola 15c tal-EASA
NOTA: |
persuni u organizzazzjonijiet li jwettqu r-reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà flimkien mal-ispezzjoni kull 100 siegħa/annwali jistgħu jużaw il-faċċata l-oħra ta' din il-formola biex joħorġu s-CRS imsemmi fil-punt ML.A.801 li jikkorrispondi għall-ispezzjoni ta' kull 100 siegħa/annwali. |
(*1) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1976 tal-14 ta' Diċembru 2018 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-operat ta' gliders skont ir-Regolament (UE) 2018/1139 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 326, 20.12.2018, p. 64)
ANNESS VII
“ANNESS Vc
(Parti-CAMO)
WERREJ
TAQSIMA A — REKWIŻITI TAL-ORGANIZZAZZJONI
CAMO.A.005 |
Kamp ta' applikazzjoni |
CAMO.A.105 |
Awtorità kompetenti |
CAMO.A.115 |
Applikazzjoni għal ċertifikat ta' organizzazzjoni |
CAMO.A.120 |
Mezzi ta' konformità |
CAMO.A.125 |
Termini tal-approvazzjoni u privileġġi |
CAMO.A.130 |
Tibdiliet fl-organizzazzjoni |
CAMO.A.135 |
Validità kontinwa |
CAMO.A.140 |
Aċċess |
CAMO.A.150 |
Sejbiet |
CAMO.A.155 |
Reazzjoni immedjata għal problema ta' sikurezza |
CAMO.A.160 |
Rapportar ta' okkorrenza |
CAMO.A.200 |
Is-sistema ta' ġestjoni |
CAMO.A.202 |
Skema ta' rapportar tas-sikurezza interna |
CAMO.A.205 |
Kuntrattar u sottokuntrattar |
CAMO.A.215 |
Faċilitajiet |
CAMO.A.220 |
Żamma tar-rekords |
CAMO.A.300 |
Espożizzjoni ta' ġestjoni tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà |
CAMO.A.305 |
Rekwiżiti tal-persunal |
CAMO.A.310 |
Kwalifiki tal-persunal tar-reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà |
CAMO.A.315 |
Ġestjoni tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà |
CAMO.A.320 |
Reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà |
CAMO.A.325 |
Data ta' ġestjoni tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà |
TAQSIMA B — REKWIŻITI TAL-AWTORITÀ
CAMO.B.005 |
Kamp ta' applikazzjoni |
CAMO.B.115 |
Dokumentazzjoni tas-superviżjoni |
CAMO.B.120 |
Mezzi ta' konformità |
CAMO.B.125 |
Informazzjoni lill-Aġenzija |
CAMO.B.135 |
Reazzjoni immedjata għal problema ta' sikurezza |
CAMO.B.200 |
Is-sistema ta' ġestjoni |
CAMO.B.205 |
Allokazzjoni tal-kompiti lil entitajiet ikkwalifikati |
CAMO.B.210 |
Bidliet fis-sistema ta' ġestjoni |
CAMO.B.220 |
Żamma tar-rekords |
CAMO.B.300 |
Prinċipji ta' superviżjoni |
CAMO.B.305 |
Programm ta' superviżjoni |
CAMO.B.310 |
Proċedura ta' ċertifikazzjoni inizjali |
CAMO.B.330 |
Tibdiliet |
CAMO.B.350 |
Sejbiet u azzjonijiet korrettivi |
CAMO.B.355 |
Sospensjoni, limitazzjoni u revoka |
TAQSIMA A
REKWIŻITI TAL-ORGANIZZAZZJONI
CAMO.A.005 Kamp ta' applikazzjoni
Din it-Taqsima tistabbilixxi r-rekwiżiti li għandhom jiġu ssodisfati minn organizzazzjoni biex tikkwalifika għall-ħruġ jew għall-kontinwazzjoni ta' ċertifikat għall-ġestjoni tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà ta' inġenju tal-ajru u tal-komponenti għall-installazzjoni.
CAMO.A.105 Awtorità kompetenti
Għall-finijiet ta' dan l-Anness, l-awtorità kompetenti għandha tkun:
(a) |
l-awtorità maħtura mill-Istat Membru fejn hi lokalizzata s-sede prinċipali tal-organizzazzjoni, jekk l-approvazzjoni mhix inkluża fiċ-ċertifikat tal-operatur tal-ajru; |
(b) |
l-awtorità maħtura mill-Istat Membru tal-operatur jekk l-approvazzjoni hi inkluża f'ċertifikat tal-operatur tal-ajru; |
(c) |
l-Aġenzija, jekk is-sede prinċipali tal-organizzazzjoni tinsab f'pajjiż terz. |
CAMO.A.115 Applikazzjoni għal ċertifikat ta' organizzazzjoni
(a) |
L-applikazzjoni għal ċertifikat jew emenda għal ċertifikat eżistenti skont dan l-Anness għandha ssir b'forma u b'mod stabbiliti mill-awtorità kompetenti, billi jiġu kkunsidrati r-rekwiżiti applikabbli tal-Anness I (Parti-M), l-Anness Vb (Parti-ML) u dan l-Anness. |
(b) |
L-applikanti għal ċertifikat inizjali skont dan l-Anness għandhom jipprovdu lill-awtorità kompetenti:
Tali dokumentazzjoni għandha tinkludi, kif previst fil-punt CAMO.A.130, proċedura li tiddeskrivi kif il-bidliet li ma jkunux jeħtieġu approvazzjoni minn qabel sejrin jiġu ġestiti u nnotifikati lill-awtorità kompetenti. |
CAMO.A.120 Mezzi ta' konformità
(a) |
Mezzi ta' konformità alternattivi għall-AMC adottati mill-Aġenzija jistgħu jintużaw minn organizzazzjoni biex tistabbilixxi l-konformità mar-Regolament (UE) 2018/1139 u l-atti delegati u ta' implimentazzjoni tiegħu. |
(b) |
Fejn organizzazzjoni tkun tixtieq tuża mezz alternattiv ta' konformità, qabel ma tużah, għandha tipprovdi lill-awtorità kompetenti b'deskrizzjoni sħiħa tal-mezz alternattiv ta' konformità. Id-deskrizzjoni għandha tinkludi kwalunkwe reviżjoni fil-manwali jew fil-proċeduri li jistgħu jkunu rilevanti, kif ukoll valutazzjoni li turi konformità mar-Regolament (UE) 2018/1139 u l-atti delegati u ta' implimentazzjoni tiegħu. L-organizzazzjoni tista' tuża dawn il-mezzi alternattivi ta' konformità soġġett għall-approvazzjoni minn qabel mill-awtorità kompetenti, u meta din tirċievi n-notifika kif previst fil-punt CAMO.B.120. |
CAMO.A.125 Termini tal-approvazzjoni u privileġġi tal-organizzazzjoni
(a) |
L-approvazzjoni hi indikata fuq iċ-ċertifikat, li hu inkluż fl-Appendiċi I, u tinħareġ mill-awtorità kompetenti. |
(b) |
Minkejja l-punt (a), għat-trasportaturi tal-ajru li ngħataw liċenzja, skont ir-Regolament (KE) Nru 1008/2008, l-approvazzjoni għandha tkun parti miċ-ċertifikat tal-operatur tal-ajru maħruġ mill-awtorità kompetenti, għall-inġenju tal-ajru li qed jiġi operat. |
(c) |
L-ambitu tax-xogħol għandu jkun speċifikat fl-espożizzjoni ta' ġestjoni tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà (CAME) skont il-punt CAMO.A.300. |
(d) |
Organizzazzjoni approvata skont dan l-Anness tista':
|
(e) |
Organizzazzjoni approvata skont dan l-Anness u li jkollha s-sede prinċipali tagħha f'wieħed mill-Istati Membri tista' tkun approvata wkoll biex tagħmel reviżjonijiet tal-ajrunavigabbiltà skont il-punt M.A.901 tal-Anness I (Parti-M) jew il-punt ML.A.903 tal-Anness Vb (Parti-ML) kif applikabbli, u:
|
(f) |
Organizzazzjoni li tkun id-detentur tal-privileġġi msemmija fil-punt (e) tista' tiġi approvata wkoll biex toħroġ permess għat-titjir skont il-punt (d) tal-punt 21.A.711 tal-Anness I (Parti-21) tar-Regolament (UE) Nru 748/2012 għall-inġenju tal-ajru partikolari li għalih l-organizzazzjoni tkun approvata toħroġ iċ-ċertifikat tar-reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà, meta l-organizzazzjoni tkun qed tattesta l-konformità mal-kundizzjonijiet approvati tat-titjir, soġġett għal proċedura adegwata fis-CAME imsemmija fil-punt CAMO.A.300. |
CAMO.A.130 Tibdiliet fl-organizzazzjoni
(a) |
It-tibdiliet li ġejjin fl-organizzazzjoni għandhom ikunu jeħtieġu approvazzjoni minn qabel:
|
(b) |
Għal kwalunkwe bidla li teħtieġ l-approvazzjoni minn qabel skont ir-Regolament (UE) 2018/1139 u l-atti delegati u ta' implimentazzjoni tiegħu, l-organizzazzjoni għandha tapplika għal approvazzjoni maħruġa mill-awtorità kompetenti, u tiksibha. L-applikazzjoni għandha titressaq qabel ma ssir il-bidla, biex l-awtorità kompetenti tkun tista' tiddetermina t-tkomplija tal-konformità mar-Regolament (UE) 2018/1139 u l-atti delegati u ta' implimentazzjoni tiegħu, u biex temenda, jekk ikun meħtieġ, iċ-ċertifikat tal-organizzazzjoni u t-termini tal-approvazzjoni relatati mehmuża miegħu. L-organizzazzjoni għandha tipprovdi lill-awtorità kompetenti bi kwalunkwe dokumentazzjoni rilevanti. Il-bidla għandha tkun implimentata biss mal-wasla tal-approvazzjoni formali mill-awtorità kompetenti skont il-punt CAMO.B.330. L-organizzazzjoni għandha topera skont il-kundizzjonijiet stabbiliti mill-awtorità kompetenti matul it-tibdiliet, skont kif applikabbli. |
(c) |
It-tibdiliet kollha li ma jeħtiġux approvazzjoni minn qabel għandhom jiġu ġestiti u notifikati lill-awtorità kompetenti kif definit fil-proċedura msemmija fil-punt (b) tal-punt CAMO.A.115 u approvata mill-awtorità kompetenti skont il-punt (h) tal-punt CAMO.B.310. |
CAMO.A.135 Validità kontinwa
(a) |
Iċ-ċertifikat tal-organizzazzjoni għandu jibqa' validu soġġett għall-konformità mal-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:
|
(b) |
Għall-operaturi tal-ajru li ngħataw liċenzja skont ir-Regolament (KE) Nru 1008/2008, it-terminazzjoni, is-sospensjoni jew ir-revoka taċ-ċertifikat tal-operatur tal-ajru awtomatikament tinvalida ċ-ċertifikat tal-organizzazzjoni b'rabta mar-reġistrazzjonijiet tal-inġenji tal-ajru speċifikati fiċ-ċertifikat tal-operatur tal-ajru, sakemm ma jkunx stipulat espliċitament mod ieħor mill-awtorità kompetenti. |
(c) |
Meta jingħata lura jew jitħassar, iċ-ċertifikat għandu jintbagħat lura lill-awtorità kompetenti mingħajr dewmien. |
CAMO.A.140 Aċċess
Biex tiġi stabbilita l-konformità mar-rekwiżiti rilevanti tar-Regolament (UE) 2018/1139 u l-atti delegati u ta' implimentazzjoni tiegħu, l-organizzazzjoni għandha tagħti aċċess, fi kwalunkwe ħin, għal kwalunkwe faċilità, inġenju tal-ajru, dokument, rekord, data, proċedura jew kwalunkwe materjal ieħor li hu rilevanti għall-attività tiegħu li hi soġġetta għaċ-ċertifikazzjoni, kemm jekk din hi mogħtija b'kuntratt/sottokuntratt kif ukoll jekk le, lil kwalunkwe persuna awtorizzata minn waħda mill-awtoritajiet li ġejjin:
(a) |
l-awtorità kompetenti ddefinita fil-punt CAMO.A.105; |
(b) |
l-awtorità li taġixxi skont id-dispożizzjonijiet tal-punt (d) tal-punt CAMO.B.300 jew il-punt (e) tal-punt CAMO.B.300. |
CAMO.A.150 Sejbiet
(a) |
Wara li tkun irċeviet notifika ta' sejbiet skont il-punt CAMO.B.350, l-organizzazzjoni għandha:
|
(b) |
L-azzjonijiet imsemmija fil-punti (a)(1), (a)(2) u (a)(3) għandhom jitwettqu fi ħdan il-perjodu miftiehem ma' dik l-awtorità kompetenti kif definit fil-punt CAMO.B.350. |
CAMO.A.155 Reazzjoni immedjata għal problema ta' sikurezza
L-organizzazzjoni għandha timplimenta:
(a) |
kwalunkwe miżuri ta' sikurezza li l-awtorità kompetenti awtorizzat skont il-punt CAMO.B.135; |
(b) |
kwalunkwe informazzjoni ta' sikurezza obbligatorja maħruġa mill-Aġenzija. |
CAMO.A.160 Rapportar ta' okkorrenza
(a) |
Bħala parti mis-sistema ta' ġestjoni tagħha, l-organizzazzjoni għandha timplimenta sistema ta' rapportar tal-okkorrenzi li tissodisfa r-rekwiżiti definiti fir-Regolament (UE) Nru 376/2014 u r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/1018 (*1). |
(b) |
Mingħajr ħsara għall-punt (a), l-organizzazzjoni għandha tiżgura li kwalunkwe inċident, ħsara teknika, difett tekniku, qbiż tal-limiti tekniċi, jew okkorrenza li jistgħu jitfgħu dawl fuq informazzjoni skorretta, mhux kompleta jew ambigwa inkluża fid-data stabbiliti skont l-Anness I (Parti-21) tar-Regolament (UE) Nru 748/2012, jew ċirkostanza irregolari oħra li tkun jew setgħet ipperikolat l-operat sikur tal-inġenju tal-ajru, u li ma tkunx irriżultat f'aċċident jew inċident serju, jiġu rrapportati lill-awtorità kompetenti u lill-organizzazzjoni responsabbli għad-disinn tal-inġenju tal-ajru. |
(c) |
Mingħajr ħsara għar-Regolament (UE) Nru 376/2014, u r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/1018, ir-rapporti msemmija fil-punti (a) u (b) għandhom isiru f'forma u f'mod stabbiliti mill-awtorità kompetenti, u għandhom jinkludu l-informazzjoni kollha pertinenti dwar il-kundizzjoni magħrufa mill-organizzazzjoni. |
(d) |
Ir-rapporti għandhom isiru kemm jista' jkun malajr, iżda dejjem fi żmien 72 siegħa minn meta l-organizzazzjoni tkun identifikat il-kundizzjoni li dwarha jkun ir-rapport, sakemm dan ma jiġix ipprevjenut minn ċirkostanzi ta' eċċezzjoni. |
(e) |
Fejn rilevanti, l-organizzazzjoni għandha tipproduċi rapport ta' segwitu biex tipprovdi d-dettalji tal-azzjonijiet li tkun beħsiebha tieħu biex tipprevjeni okkorrenzi simili fil-ġejjieni, hekk kif dawn l-azzjonijiet ikunu ġew identifikati. Dan ir-rapport għandu jsir fil-forma u fil-mod stabbiliti mill-awtorità kompetenti. |
CAMO.A.200 Is-sistema ta' ġestjoni
(a) |
L-organizzazzjoni għandha tistabbilixxi, timplimenta u żżomm sistema ta' ġestjoni li tinkludi:
|
(b) |
Is-sistema ta' ġestjoni għandha tikkorrispondi għad-daqs tal-organizzazzjoni u n-natura u l-kumplessità tal-attivitajiet tagħha, b'kunsiderazzjoni għall-perikli u r-riskji assoċjati inerenti f'dawn l-attivitajiet. |
(c) |
Meta l-organizzazzjoni jkollha ċertifikat tal-organizzazzjoni addizzjonali wieħed jew aktar fi ħdan il-kamp ta' applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2018/1139 u l-atti delegati u ta' implimentazzjoni tiegħu, is-sistema ta' ġestjoni tista' tiġi integrata ma' dik meħtieġa skont iċ-ċertifikat(i) addizzjonali miżmum(a). |
(d) |
Minkejja l-punt (c), għal operaturi tal-ajru li ngħataw liċenzja skont ir-Regolament (KE) Nru 1008/2008, is-sistema ta' ġestjoni prevista f'dan l-Anness għandha tkun parti integrata mis-sistema ta' ġestjoni tal-operatur. |
CAMO.A.202 Skema ta' rapportar tas-sikurezza interna
(a) |
Bħala parti mis-sistema ta' ġestjoni tagħha, l-organizzazzjoni għandha tistabbilixxi skema ta' rapportar tas-sikurezza interna biex ikunu jistgħu jinġabru u jiġu evalwati t-tali okkorrenzi li għandhom jiġu rapportati skont il-punt CAMO.A.160. |
(b) |
L-iskema għandha tippermetti wkoll il-ġbir u l-evalwazzjoni ta' dawk l-iżbalji, il-kważi aċċidenti, u l-perikli rapportati internament li ma jaqgħux taħt il-punt (a). |
(c) |
Permezz ta' din l-iskema, l-organizzazzjoni għandha:
|
(d) |
L-organizzazzjoni għandha tipprovdi aċċess għall-iskema ta' rapportar tas-sikurezza interna tagħha lil kwalunkwe organizzazzjoni mogħtija sottokuntratt. |
(e) |
L-organizzazzjoni għandha tikkoopera fl-investigazzjonijiet tas-sikurezza ma' kwalunkwe organizzazzjoni oħra li tikkontribwixxi b'mod sinifikanti għas-sikurezza tal-attivitajiet ta' ġestjoni tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà tagħha stess. |
CAMO.A.205 Kuntrattar u sottokuntrattar
(a) |
L-organizzazzjoni għandha tiżgura li meta tagħti b'kuntratt kompiti ta' manutenzjoni jew meta tagħti b'sottokuntratt kwalunkwe parti mill-attivitajiet ta' ġestjoni tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà tagħha:
|
(b) |
Meta l-organizzazzjoni tagħti b'sottokuntratt kwalunkwe parti mill-attivitajiet ta' ġestjoni tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà tagħha lil organizzazzjoni oħra, l-organizzazzjoni mogħtija sottokuntratt għandha taħdem soġġett għall-approvazzjoni tal-organizzazzjoni. L-organizzazzjoni għandha tiżgura li l-awtorità kompetenti tingħata aċċess għall-organizzazzjoni li tkun ingħatat is-sottokuntratt, biex tistabbilixxi l-konformità kontinwa mar-rekwiżiti applikabbli. |
CAMO.A.215 Faċilitajiet
L-organizzazzjoni għandha tipprovdi akkomodazzjoni tal-uffiċċju xierqa f'postijiet xierqa għall-persunal speċifikat fil-punt CAMO.A.305.
CAMO.A.220 Żamma tar-rekords
(a) |
Rekords tal-ġestjoni tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà
|
(b) |
Is-sistema ta' ġestjoni, ir-rekords tal-kuntrattar u tas-sottokuntrattar
|
(c) |
Rekords tal-persunal
|
(d) |
L-organizzazzjoni għandha tistabbilixxi sistema ta' żamma tar-rekords li tippermetti ħażna xierqa u traċċabbiltà affidabbli tal-attivitajiet żviluppati kollha. |
(e) |
Il-format tar-rekords għandu jkun speċifikat fil-proċeduri tal-organizzazzjoni. |
(f) |
Ir-rekords għandhom jinħażnu b'mod li jiżgura l-protezzjoni mill-ħsara, mill-modifiki u mis-serq. |
CAMO.A.300 Espożizzjoni ta' ġestjoni tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà (CAME)
(a) |
L-organizzazzjoni għandha tipprovdi lill-awtorità kompetenti b'CAME u, fejn applikabbli, bi kwalunkwe manwal u proċedura assoċjati referenzjati, li jkun fihom l-informazzjoni kollha li ġejja:
|
(b) |
Il-ħarġa inizjali tas-CAME għandha tkun approvata mill-awtorità kompetenti. Għandha tiġi emendata kif ikun hemm bżonn biex tibqa' deskrizzjoni aġġornata tal-organizzazzjoni. |
(c) |
L-emendi għas-CAME għandhom jiġu ġestiti kif definit fil-proċedura msemmija fil-punt (11)(iv). Kwalunkwe emenda mhux inkluża fil-kamp ta' applikazzjoni ta' din il-proċedura, kif ukoll emendi relatati mat-tibdiliet elenkati fil-punt (a) tal-punt CAMO.A.130, għandhom ikunu approvati mill-awtorità kompetenti. |
CAMO.A.305 Rekwiżiti tal-persunal
(a) |
L-organizzazzjoni għandha taħtar maniġer responsabbli, li jkollu awtorità korporattiva biex jiżgura li l-attivitajiet kollha ta' ġestjoni tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà jkunu jistgħu jiġu ffinanzjati u mwettqa skont ir-Regolament (UE) 2018/1139 u l-atti delegati u ta' implimentazzjoni adottati fuq il-bażi tiegħu. Il-maniġer responsabbli għandu:
|
(b) |
Għall-organizzazzjonijiet approvati wkoll bħala operaturi tal-ajru li ngħataw liċenzja skont ir-Regolament (KE) Nru 1008/2008, il-maniġer responsabbli barra minn hekk għandu:
|
(c) |
Il-persuna jew il-persuni nominati skont il-punti (a)(3) sa (a)(5) u (b)(2) tal-punt CAMO.A.305 għandhom ikunu kapaċi juru għarfien, sfond u esperjenza sodisfaċenti rilevanti b'rabta mal-ġestjoni tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà tal-inġenji tal-ajru u juru għarfien operazzjonali ta' dan ir-Regolament. Finalment, tali persuna/i għandha/għandhom taqa'/jaqgħu taħt l-awtorità tal-maniġer responsabbli. |
(d) |
L-organizzazzjoni għandu jkollha fis-seħħ sistema biex tippjana d-disponibbiltà tal-persunal bl-għan li tiżgura li l-organizzazzjoni jkollha biżżejjed persunal kwalifikat kif xieraq biex jippjana, iwettaq, jissorvelja, jispezzjona u jwettaq il-monitoraġġ tal-attivitajiet tal-organizzazzjoni skont it-termini tal-approvazzjoni. |
(e) |
Biex tkun approvata sabiex twettaq ir-reviżjonijiet tal-ajrunavigabbiltà jew ir-rakkomandazzjonijiet skont il-punt (e) tal-punt CAMO.A.125 u, jekk applikabbli, toħroġ permessi għat-titjir skont il-punt (f) tal-punt CAMO.A.125, l-organizzazzjoni għandu jkollha persunal tar-reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà kwalifikat u awtorizzat skont il-punt CAMO.A.310. |
(f) |
Għall-organizzazzjonijiet li jestendu ċ-ċertifikati tar-reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà skont il-punt (d)(4) tal-punt CAMO.A.125, l-organizzazzjoni għandha tinnomina l-persuni awtorizzati biex jagħmlu dan. |
(g) |
L-organizzazzjoni għandha tistabbilixxi u tikkontrolla l-kompetenza tal-persunal involut fil-monitoraġġ tal-konformità, il-ġestjoni tas-sikurezza, il-ġestjoni tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà, ir-reviżjonijiet jew ir-rakkomandazzjonijiet tal-ajrunavigabbiltà, u, jekk applikabbli, il-ħruġ tal-permessi għat-titjir, skont proċedura u standard miftiehma mill-awtorità kompetenti. Barra mill-ispeċjalizzazzjoni meħtieġa marbuta mal-funzjoni tal-impjieg, il-kompetenza trid tinkludi għarfien dwar il-ġestjoni tas-sikurezza u l-prinċipji tal-fatturi umani xierqa għall-funzjoni u r-responsabbiltajiet ta' dik il-persuna fl-organizzazzjoni. |
CAMO.A.310 Kwalifiki tal-persunal tar-reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà
(a) |
Il-persunal tar-reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà li joħroġ iċ-ċertifikati tar-reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà jew ir-rakkomandazzjonijiet skont il-punt (e) tal-punt CAMO.A.125 u, jekk applikabbli, li joħroġ permessi għat-titjir skont il-punt (f) tal-punt CAMO.A.125 għandu:
|
(b) |
Minkejja l-punti (a)(1), (a)(3) u (a)(4), ir-rekwiżit stabbilit fil-punt (a)(2) jista' jinbidel ma' ħames snin esperjenza fil-manutenzjoni tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà b'żieda ma' dawk diġà meħtieġa mill-punt (a)(1). |
(c) |
Il-persunal tar-reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà nominat mill-organizzazzjoni tista' tinħariġlu biss awtorizzazzjoni minn dik l-organizzazzjoni meta tiġi aċċettata formalment mill-awtorità kompetenti wara t-tlestija sodisfaċenti ta' reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà taħt is-superviżjoni tal-awtorità kompetenti, jew taħt is-superviżjoni tal-persunal tar-reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà awtorizzat tal-organizzazzjoni, skont proċedura approvata mill-awtorità kompetenti bħala parti mis-CAME. |
(d) |
L-organizzazzjoni għandha tiżgura li l-persunal għar-reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà tal-inġenju tal-ajru jista' juri esperjenza ta' ġestjoni tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà riċenti xierqa. |
CAMO.A.315 Ġestjoni tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà
(a) |
L-organizzazzjoni għandha tiżgura li l-ġestjoni kollha tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà titwettaq skont it-Taqsima A, Sottoparti C tal-Anness I (Parti-M), jew it-Taqsima A Sottoparti C tal-Anness Vb (Parti-ML), skont kif applikabbli. |
(b) |
Għal kull inġenju tal-ajru ġestit, l-organizzazzjoni għandha b'mod partikolari:
|
(c) |
Meta l-organizzazzjoni ma tkunx approvata kif xieraq skont is-Sottoparti F tal-Anness I (Parti-M), l-Anness II (Parti-145) jew l-Anness Vd (Parti-CAO), din, f'konsultazzjoni mal-operatur, għandha tiġġestixxi l-kuntratti ta' manutenzjoni bil-miktub meħtieġa mill-punti (e)(3), (f)(3), (g)(3) u (h)(3) ta' M.A.201 jew il-punt ML.A.201 biex tiżgura li:
|
(d) |
Minkejja l-punt (c), il-kuntratt jista' jkun fil-forma ta' ordnijiet tax-xogħol individwali indirizzati lill-organizzazzjoni tal-manutenzjoni fil-każ ta':
|
(e) |
L-organizzazzjoni għandha tiżgura li l-fatturi umani u l-limitazzjonijiet tal-prestazzjoni umana jitqiesu matul il-ġestjoni tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà, inklużi l-attivitajiet kollha mogħtija b'kuntratt jew b'sottokuntratt. |
CAMO.A.320 Reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà
Meta l-organizzazzjoni approvata skont il-punt (e) tal-punt CAMO.A.125 twettaq reviżjonijiet tal-ajrunavigabbiltà, dawn għandhom jitwettqu skont il-punt M.A.901 tal-Anness I (Parti-M) jew il-punt ML.A.903 tal-Anness Vb (Parti-ML), kif applikabbli.
CAMO.A.325 Data ta' ġestjoni tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà
L-organizzazzjoni għandha żżomm u tuża data kurrenti applikabbli dwar il-manutenzjoni skont il-punt M.A.401 tal-Anness I (Parti-M) għat-twettiq tal-kompiti tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà msemmija fil-punt CAMO.A.315. Din id-data għandha tkun ipprovduta mis-sid jew mill-operatur, sakemm kuntratt xieraq ikun stabbilit ma' dan is-sid jew l-operatur. F'każ bħal dan, l-organizzazzjoni ta' ġestjoni tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà għandha żżomm din id-data għat-tul tal-kuntratt biss, minbarra meta mitlub mod ieħor mill-punt (a) tal-punt CAMO.A.220.
TAQSIMA B
REKWIŻITI TAL-AWTORITÀ
CAMO.B.005 Kamp ta' applikazzjoni
Din it-Taqsima tistabbilixxi r-rekwiżiti tas-sistemi amministrattivi u ta' ġestjoni li għandhom jiġu segwiti mill-awtorità kompetenti responsabbli mill-implimentazzjoni u l-infurzar tat-Taqsima A ta' dan l-Anness.
CAMO.B.115 Dokumentazzjoni tas-superviżjoni
L-awtorità kompetenti għandha tipprovdi l-atti leġiżlattivi, l-istandards, ir-regoli, il-pubblikazzjonijiet tekniċi u d-dokumenti relatati kollha lill-persunal rilevanti sabiex dawn ikunu jistgħu jaqdu l-kompiti tagħhom u jwettqu r-responsabbiltajiet tagħhom.
CAMO.B.120 Mezzi ta' konformità
(a) |
L-Aġenzija għandha tiżviluppa Mezzi Aċċettabbli ta' Konformità (AMC) li jistgħu jintużaw biex tiġi stabbilita l-konformità mar-Regolament (UE) 2018/1139 u mal-atti delegati u ta' implimentazzjoni tiegħu. |
(b) |
Mezzi alternattivi ta' konformità jistgħu jintużaw biex tiġi stabbilita l-konformità mar-Regolament (UE) 2018/1139 u mal-atti delegati u ta' implimentazzjoni tiegħu |
(c) |
L-awtorità kompetenti għandha tistabbilixxi sistema biex tevalwa b'mod konsistenti li l-mezzi alternattivi kollha ta' konformità użati minnha jew minn organizzazzjonijiet li jaqgħu taħt is-sorveljanza tagħha jippermettu li tiġi stabbilita l-konformità mar-Regolament (UE) 2018/1139 u mal-atti delegati u ta' implimentazzjoni tiegħu. |
(d) |
L-awtorità kompetenti għandha tevalwa l-mezzi alternattivi ta' konformità kollha proposti minn organizzazzjoni skont il-punt CAMO.A.120, billi tanalizza d-dokumentazzjoni pprovduta u, jekk ikun meqjus neċessarju, billi tagħmel spezzjoni tal-organizzazzjoni. Meta l-awtorità kompetenti ssib li l-mezzi alternattivi ta' konformità huma skont ir-Regolament (UE) 2018/1139 u l-atti delegati u ta' implimentazzjoni tiegħu, din għandha, mingħajr dewmien żejjed:
|
(e) |
Meta l-awtorità kompetenti stess tuża mezzi alternattivi ta' konformità biex tikseb konformità mar-Regolament (UE) 2018/1139 u mal-atti delegati u ta' implimentazzjoni tiegħu, din għandha:
L-awtorità kompetenti għandha tipprovdi lill-Aġenzija b'deskrizzjoni sħiħa tal-mezzi alternattivi ta' konformità, inkluż bi kwalunkwe reviżjoni għall-proċeduri li jistgħu jkunu rilevanti, kif ukoll b'valutazzjoni li turi li dawn jikkonformaw mar-Regolament (UE) 2018/1139 u mal-atti delegati u ta' implimentazzjoni tiegħu. |
CAMO.B.125 Informazzjoni lill-Aġenzija
(a) |
L-awtorità kompetenti għandha tavża lill-Aġenzija, mingħajr dewmien żejjed, f'każ ta' xi problema sinifikanti bl-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2018/1139 u tal-atti delegati u ta' implimentazzjoni tiegħu. |
(b) |
L-awtorità kompetenti għandha tipprovdi lill-Aġenzija bl-informazzjoni sinifikanti għas-sikurezza li toħroġ mir-rapporti ta' okkorrenza li tkun irċeviet skont il-punt CAMO.A.160. |
CAMO.B.135 Reazzjoni immedjata għal problema ta' sikurezza
(a) |
Mingħajr ħsara għar-Regolament (UE) Nru 376/2014 u r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/1018 (*2), l-awtorità kompetenti għandha timplimenta sistema biex tiġbor, tanalizza u xxerred informazzjoni ta' sikurezza b'mod xieraq. |
(b) |
L-Aġenzija għandha timplimenta sistema biex tanalizza b'mod xieraq kwalunkwe informazzjoni rilevanti marbuta mas-sikurezza li din tkun irċeviet u biex tipprovdi lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni, mingħajr dewmien żejjed, bi kwalunkwe informazzjoni, inklużi rakkomandazzjonijiet jew azzjonijiet korrettivi li jridu jittieħdu, li huma jkunu jeħtieġu biex jirreaġixxu fil-ħin għal problema tas-sikurezza li tkun tinvolvi prodotti, partijiet, apparat, persuni jew organizzazzjonijiet li huma soġġetti għar-Regolament (UE) 2018/1139 u għall-atti delegati u ta' implimentazzjoni tiegħu. |
(c) |
Hekk kif tirċievi l-informazzjoni msemmija fil-punti (a) u (b), l-awtorità kompetenti għandha tieħu miżuri adegwati biex tindirizza l-problema tas-sikurezza. |
(d) |
Il-miżuri meħuda skont il-punt (c) għandhom jiġu nnotifikati minnufih lill-persuni jew lill-organizzazzjonijiet kollha li jeħtieġ li jkunu konformi magħhom skont ir-Regolament (UE) Nru 2018/1139 u l-atti delegati u ta' implimentazzjoni tiegħu. L-awtorità kompetenti għandha tinnotifika wkoll dawk il-miżuri lill-Aġenzija u, meta tkun meħtieġa azzjoni kkombinata, lill-Istati Membri l-oħra kkonċernati. |
CAMO.B.200 Is-sistema ta' ġestjoni
(a) |
L-awtorità kompetenti għandha tistabbilixxi u tmantni sistema ta' ġestjoni, li tkun tinkludi mill-anqas:
|
(b) |
L-awtorità kompetenti għandha, għal kull qasam ta' attività, inkluża s-sistema ta' ġestjoni, taħtar persuna waħda jew iktar li tkun/ikunu responsabbli b'mod ġenerali għall-ġestjoni tal-kompitu(i) rilevanti. |
(c) |
L-awtorità kompetenti għandha tistabbilixxi proċeduri għall-parteċipazzjoni fi skambju reċiproku tal-informazzjoni u l-għajnuna kollha meħtieġa ma' awtoritajiet kompetenti oħra kkonċernati, inkluż skambju dwar is-sejbiet kollha identifikati u l-azzjonijiet kollha ta' segwitu mwettqa bħala riżultat tas-sorveljanza ta' persuni u organizzazzjonijiet li jwettqu attivitajiet fit-territorju ta' Stat Membru, iżda li jkunu ċċertifikati mill-awtorità kompetenti ta' Stat Membru ieħor jew mill-Aġenzija. |
(d) |
Kopja tal-proċeduri marbutin mas-sistema ta' ġestjoni u tal-emendi tagħhom għandha titqiegħed għad-dispożizzjoni tal-Aġenzija għall-għanijiet tal-istandardizzazzjoni u tal-organizzazzjonijiet soġġetti għal dan ir-Regolament, jekk jintalab hekk. |
CAMO.B.205 Allokazzjoni tal-kompiti lil entitajiet ikkwalifikati
(a) |
Il-kompiti marbutin maċ-ċertifikazzjoni inizjali jew mas-sorveljanza kontinwa tal-persuni jew tal-organizzazzjonijiet soġġetti għar-Regolament (UE) 2018/1139 u għall-atti delegati u ta' implimentazzjoni tiegħu jistgħu jiġu allokati mill-Istati Membri biss lil entitajiet ikkwalifikati. Meta talloka l-kompiti, l-awtorità kompetenti għandha tiżġura:
|
(b) |
L-awtorità kompetenti għandha tiżgura li l-proċess ta' verifika interna u l-proċess ta' ġestjoni tar-riskju għas-sikurezza, li huma meħtieġa mill-punt (a)(5) tal-punt CAMO.B.200 ikopru l-kompiti kollha ta' ċertifikazzjoni jew ta' sorveljanza kontinwa li jitwettqu f'isimha. |
CAMO.B.210 Bidliet fis-sistema ta' ġestjoni
(a) |
L-awtorità kompetenti għandu jkollha sistema fis-seħħ sabiex tidentifika l-bidliet li jaffettwaw il-kapaċità tagħha li twettaq il-kompiti u r-responsabbiltajiet tagħha kif iddefinit fir-Regolament (UE) 2018/1139 u l-atti delegati u ta' implimentazzjoni tiegħu. Din is-sistema għandha tippermettilha tieħu azzjoni xierqa biex tiżgura li s-sistema ta' ġestjoni tagħha tibqa' adegwata u effettiva. |
(b) |
L-awtorità kompetenti għandha taġġorna s-sistema ta' ġestjoni tagħha biex tirrifletti kwalunkwe bidla fir-Regolament (UE) 2018/1139 u fl-atti ta' implimentazzjoni tiegħu fil-ħin, biex tiżgura implimentazzjoni effettiva tagħhom. |
(c) |
L-awtorità kompetenti għandha tgħarraf lill-Aġenzija bi kwalunkwe tibdil li jaffettwa l-kapaċità tagħha li twettaq il-kompiti u r-responsabbiltajiet tagħha kif iddefinit fir-Regolament (UE) 2018/1139 u fl-atti delegati u ta' implimentazzjoni tiegħu. |
CAMO.B.220 Żamma tar-rekords
(a) |
L-awtorità kompetenti għandha tistabbilixxi sistema ta' żamma tar-rekords li tippermetti l-ħażna adegwata, l-aċċessibbiltà u t-traċċabbiltà affidabbli:
|
(b) |
L-awtorità kompetenti għandha żżomm lista taċ-ċertifikati kollha tal-organizzazzjonijiet li tkun ħarġet. |
(c) |
Ir-rekords kollha msemmija fil-punti (a) u (b) għandhom jinżammu għal perjodu minimu ta' 5 snin soġġett għal-liġi nazzjonali applikabbli dwar il-protezzjoni tad-data. |
(d) |
Ir-rekords kollha msemmija fil-punti (a) u (b) għandhom jitqiegħdu għad-dispożizzjoni fuq talba lil awtorità kompetenti ta' Stat Membru ieħor jew lill-Aġenzija. |
CAMO.B.300 Prinċipji ta' superviżjoni
(a) |
L-awtorità kompetenti għandha tivverifika:
|
(b) |
Din il-verifika għandha:
|
(c) |
Il-kamp ta' applikazzjoni tas-sorveljanza ddefinita fil-punti (a) u (b) għandu jqis ir-riżultati tal-attivitajiet tas-sorveljanza tal-imgħoddi, kif ukoll il-prijoritajiet tas-sikurezza. |
(d) |
Meta l-faċilitajiet tal-organizzazzjoni jkunu jinsabu f'aktar minn Stat wieħed, l-awtorità kompetenti kif definita fil-punt CAMO.A.105 tista' taqbel li l-kompiti ta' sorveljanza jitwettqu mill-awtorità(jiet) kompetenti tal-Istat(i) Membru fejn jinsabu l-faċilitajiet, jew mill-Aġenzija għall-faċilitajiet li jinsabu f'pajjiż terz. Kwalunkwe organizzazzjoni li tkun ikkonċernata minn ftehim bħal dan għandha tiġi infurmata dwar l-eżistenza u l-kamp ta' applikazzjoni tiegħu. |
(e) |
Għas-sorveljanza mwettqa f'faċilitajiet li jinsabu fi Stat ieħor, l-awtorità kompetenti kif definita fil-punt CAMO.A.105 għandha tinforma lill-awtorità kompetenti dwar it-tali Stat, jew l-Aġenzija għall-faċilitajiet tal-organizzazzjonijiet li jkollhom is-sede prinċipali f'pajjiż terz, qabel ma jitwettqu awditu jew spezzjoni fuq il-post tat-tali faċilitajiet. |
(f) |
L-awtorità kompetenti għandha tiġbor u tipproċessa kwalunkwe informazzjoni meqjusa bħala utli għas-sorveljanza, inkluża dik għall-ispezzjonijiet mhux imħabbra. |
CAMO.B.305 Programm ta' superviżjoni
(a) |
L-awtorità kompetenti għandha tistabbilixxi u żżomm programm ta' superviżjoni li jkopri l-attivitajiet ta' superviżjoni meħtieġa skont il-punt CAMO.B.300. |
(b) |
Il-programm ta' superviżjoni għandu jiġi żviluppat billi jitqiesu n-natura speċifika tal-organizzazzjoni, il-kumplessità tal-attivitajiet tagħha u r-riżultati ta' attivitajiet ta' ċertifikazzjoni u/jew superviżjoni fil-passat, u għandu jissejjes fuq il-valutazzjoni tar-riskji assoċjati. F'kull ċiklu ta' ppjanar tas-sorveljanza, dan għandu jinkludi:
|
(c) |
Għall-organizzazzjonijiet iċċertifikati mill-awtorità kompetenti, għandu jiġi applikat ċiklu ta' ppjanar tas-sorveljanza li ma jaqbiżx l-24 xahar. |
(d) |
Minkejja l-punt (c), iċ-ċiklu ta' ppjanar tas-sorveljanza jista' jiġi estiż sa 36 xahar, jekk l-awtorità kompetenti tkun stabbiliet li matul l-24 xahar ta' qabel:
Minkejja l-punt (c), iċ-ċiklu ta' ppjanar għas-superviżjoni jista' jerġa' jiġi estiż sa massimu ta' 48 xahar jekk, flimkien mal-kundizzjonijiet previsti fil-punti (1) sa (4) tal-ewwel subparagrafu, l-organizzazzjoni tkun stabbiliet, u l-awtorità kompetenti tkun approvat, sistema effettiva ta' rapportar kontinwu lill-awtorità kompetenti dwar il-prestazzjoni tas-sikurezza u l-konformità regolatorja tal-organizzazzjoni nfisha. |
(e) |
Iċ-ċiklu ta' ppjanar tas-sorveljanza jista' jitqassar jekk ikun hemm evidenza li l-prestazzjoni tas-sikurezza tal-organizzazzjoni tkun naqset. |
(f) |
Il-programm ta' sorveljanza għandu jinkludi rekords tad-dati meta jmisshom isiru l-awditi, l-ispezzjonijiet u l-laqgħat u tad-dati meta jkunu saru t-tali verifiki, spezzjonijiet u laqgħat. |
(g) |
Malli jitlesta kull ċiklu ta' ppjanar ta' sorveljanza, l-awtorità kompetenti għandha toħroġ rapport ta' rakkomandazzjoni dwar it-tkomplija tal-approvazzjoni li jirrifletti r-riżultati tas-sorveljanza. |
CAMO.B.310 Proċedura ta' ċertifikazzjoni inizjali
(a) |
Meta tirċievi applikazzjoni għall-ħruġ inizjali ta' ċertifikat għal organizzazzjoni, l-awtorità kompetenti għandha tivverifika l-konformità tal-organizzazzjoni mar-rekwiżiti applikabbli. |
(b) |
Laqgħa mal-maniġer responsabbli tal-organizzazzjoni għandha ssir tal-anqas darba matul l-investigazzjoni għaċ-ċertifikazzjoni inizjali biex jiġi żgurat li dan jifhem bis-sħiħ is-sinifikat tal-proċess ta' ċertifikazzjoni u r-raġuni għall-iffirmar tad-dikjarazzjoni tal-organizzazzjoni biex tinżamm konformità mal-proċeduri speċifikati fis-CAME. |
(c) |
L-awtorità kompetenti għandha tirreġistra s-sejbiet, l-azzjonijiet ta' għeluq (azzjonijiet meħtieġa biex tingħalaq sejba) u r-rakkomandazzjonijiet kollha. |
(d) |
L-awtorità kompetenti għandha tikkonferma bil-miktub is-sejbiet kollha mqajma matul il-verifika mal-organizzazzjoni. Għaċ-ċertifikazzjoni inizjali, is-sejbiet kollha jridu jkunu ġew ikkoreġuti b'mod li jissodisfa lill-awtorità kompetenti qabel ma jkun jista' jinħareġ iċ-ċertifikat. |
(e) |
Meta tkun sodisfatta li l-organizzazzjoni tikkonforma mar-rekwiżiti applikabbli, l-awtorità kompetenti għandha:
|
(f) |
In-numru ta' referenza taċ-ċertifikat għandu jiġi inkluż fiċ-ċertifikat tal-Formola 14 tal-EASA bil-mod speċifikat mill-Aġenzija. |
(g) |
Iċ-ċertifikat għandu jinħareġ għal perjodu mhux limitat. Il-privileġġi, l-ambitu tal-attivitajiet li l-organizzazzjoni tkun approvata twettaq, inkluża kwalunkwe limitazzjonijiet skont kif applikabbli, għandhom jiġu speċifikati fit-termini tal-approvazzjoni mehmużin maċ-ċertifikat. |
(h) |
Biex l-organizzazzjoni tkun tista' timplimenta bidliet mingħajr approvazzjoni minn qabel tal-awtorità kompetenti skont il-punt (c) tal-punt CAMO.A.130, l-awtorità kompetenti għandha tapprova l-proċedura rilevanti tas-CAME li tiddefinixxi l-kamp ta' applikazzjoni tat-tali bidliet u tiddeskrivi kif dawn se jiġu ġestiti u nnotifikati. |
CAMO.B.330 Tibdiliet
(a) |
Meta tirċievi applikazzjoni għal bidla li tkun teħtieġ approvazzjoni minn qabel, l-awtorità kompetenti għandha tivverifika l-konformità tal-organizzazzjoni mar-rekwiżiti applikabbli qabel ma toħroġ l-approvazzjoni. |
(b) |
L-awtorità kompetenti għandha tistabbilixxi l-kundizzjonijiet li bihom l-organizzazzjoni tista' tiffunzjona matul it-tibdil, sakemm ma tistabbilixxix li ċ-ċertifikat tal-organizzazzjoni jeħtieġ li jiġi sospiż. |
(c) |
Meta tkun issodisfata li l-organizzazzjoni tikkonforma mar-rekwiżiti applikabbli, l-awtorità kompetenti għandha tapprova t-tibdil. |
(d) |
Mingħajr ħsara għal kwalunkwe miżura oħra ta' infurzar, meta l-organizzazzjoni timplimenta tibdiliet li jeħtieġu approvazzjoni minn qabel mingħajr ma tkun irċeviet l-approvazzjoni tal-awtorità kompetenti skont il-punt (c), l-awtorità kompetenti għandha tissospendi, tillimita jew tirrevoka ċ-ċertifikat tal-organizzazzjoni. |
(e) |
Għal tibdiliet li ma jkunux jeħtieġu approvazzjoni minn qabel, l-awtorità kompetenti għandha tivvaluta l-informazzjoni pprovduta fin-notifika mibgħuta mill-organizzazzjoni skont il-punt (c) tal-punt CAMO.A.130 biex tivverifika l-konformità mar-rekwiżiti applikabbli. F'każ li jkun hemm xi nuqqas ta' konformità, l-awtorità kompetenti għandha:
|
CAMO.B.350 Sejbiet u azzjonijiet korrettivi
(a) |
L-awtorità kompetenti għandu jkollha sistema biex tanalizza s-sejbiet fir-rigward tas-sinifikat tas-sikurezza tagħhom. |
(b) |
L-awtorità kompetenti għandha tistabbilixxi sejba tal-livell 1 meta jiġi identifikat kwalunkwe nuqqas sinifikanti ta' konformità mar-rekwiżiti applikabbli tar-Regolament (UE) 2018/1139 u mal-atti delegati u ta' implimentazzjoni tiegħu, mal-proċeduri u l-manwali tal-organizzazzjoni jew mat-termini tal-approvazzjoni jew taċ-ċertifikat li jbaxxu l-livell ta' sikurezza jew li jipperikolaw b'mod serju s-sikurezza tat-titjira. Is-sejbiet tal-livell 1 għandhom jinkludu:
|
(c) |
L-awtorità kompetenti għandha tistabbilixxi sejba tal-livell 2 meta jiġi identifikat kwalunkwe nuqqas ta' konformità mar-rekwiżiti applikabbli tar-Regolament (UE) 2018/1139 u mar-Regoli ta' Implimentazzjoni tiegħu, mal-proċeduri u l-manwali tal-organizzazzjoni jew mat-termini tal-approvazzjoni jew taċ-ċertifikat li jistgħu jbaxxu l-livell ta' sikurezza jew jipperikolaw is-sikurezza tat-titjira. |
(d) |
Meta tiġi stabbilita sejba waqt is-sorveljanza jew permezz ta' mezzi oħrajn, l-awtorità kompetenti għandha, mingħajr ħsara għal kwalunkwe azzjoni oħra meħtieġa skont ir-Regolament (UE) 2018/1139 u l-atti delegati u ta' implimentazzjoni tiegħu, tikkomunika s-sejba lill-organizzazzjoni bil-miktub u titlob għal azzjoni korrettiva biex jiġi/jiġu indirizzat(i) in-nuqqas(ijiet) ta' konformità identifikat(i). Meta sejba tkun direttament relatata ma' inġenju tal-ajru, l-awtorità kompetenti għandha tinforma lill-Istat li fih ikun reġistrat l-inġenju tal-ajru.
|
(e) |
Mingħajr ħsara għal kwalunkwe miżura ta' infurzar oħra, meta l-awtorità ta' Stat Membru li tkun qed taġixxi skont id-dispożizzjonijiet tal-punt (d) tal-punt CAMO.B.300 tidentifika kwalunkwe nuqqas ta' konformità mar-rekwiżiti applikabbli tar-Regolament (UE) 2018/1139 u mal-atti delegati u ta' implimentazzjoni tiegħu min-naħa ta' organizzazzjoni ċċertifikata mill-awtorità kompetenti ta' Stat Membru ieħor jew mill-Aġenzija, din għandha tinforma lil dik l-awtorità kompetenti u tagħtiha indikazzjoni dwar il-livell tas-sejba. |
CAMO.B.355 Sospensjoni, limitazzjoni u revoka
L-awtorità kompetenti għandha:
(a) |
tissospendi ċertifikat għal raġunijiet validi fil-każ ta' theddida potenzjali għas-sikurezza; |
(b) |
tissospendi, tirrevoka jew tillimita ċertifikat skont il-punt CAMO.B.350; |
(c) |
tissospendi ċertifikat f'każ li l-ispetturi tal-awtorità kompetenti ma jkunux jistgħu jirrilaxxaw, tul perjodu ta' 24 xahar, ir-responsabbiltajiet ta' sorveljanza tagħhom permezz tal-awditu/i fuq il-post minħabba s-sitwazzjoni tas-sigurtà fl-Istat fejn jinsabu l-faċilitajiet. |
Appendiċi I
Ċertifikat tal-Organizzazzjoni ta' Ġestjoni tal-Kontinwità tal-Ajrunavigabbiltà - Formola 14 tal-EASA
Test ta 'immaġni Test ta 'immaġni(*1) Ir-Regolament (UE) 2015/1018 tad-29 ta' Ġunju 2015 li jistabbilixxi lista ta' klassifikazzjoni tal-okkorrenzi fl-avjazzjoni ċivili li għandhom jiġu rapportati b'mod mandatorju skont ir-Regolament (UE) Nru 376/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 163, 30.6.2015, p. 1).
(*2) Ir-Regolament (UE) 2015/1018 tad-29 ta' Ġunju 2015 li jistabbilixxi lista ta' klassifikazzjoni tal-okkorrenzi fl-avjazzjoni ċivili li għandhom jiġu rapportati b'mod mandatorju skont ir-Regolament (UE) Nru 376/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 163, 30.6.2015, p. 1).
ANNESS VIII
“ANNESS Vd
(Parti-CAO)
WERREJ
CAO.1 |
Ġenerali |
TAQSIMA A — REKWIŻITI TAL-ORGANIZZAZZJONI
CAO.A.010 |
Kamp ta' applikazzjoni |
CAO.A.015 |
Applikazzjoni |
CAO.A.017 |
Mezzi ta' konformità |
CAO.A.020 |
Termini tal-approvazzjoni |
CAO.A.025 |
Espożizzjoni tal-ajrunavigabbiltà kombinata |
CAO.A.030 |
Faċilitajiet |
CAO.A.035 |
Rekwiżiti tal-persunal |
CAO.A.040 |
Persunal taċ-ċertifikazzjoni |
CAO.A.045 |
Persunal tar-reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà |
CAO.A.050 |
Komponenti, tagħmir u għodod |
CAO.A.055 |
Data tal-manutenzjoni u ordnijiet ta' xogħol |
CAO.A.060 |
Standards tal-manutenzjoni |
CAO.A.065 |
Ċertifikat tar-rilaxx għas-servizz għall-inġenji tal-ajru |
CAO.A.070 |
Ċertifikat tar-rilaxx għas-servizz għall-komponenti |
CAO.A.075 |
Ġestjoni tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà |
CAO.A.080 |
Data ta' ġestjoni tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà |
CAO.A.085 |
Reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà |
CAO.A.090 |
Żamma tar-rekords |
CAO.A.095 |
Privileġġi tal-organizzazzjoni |
CAO.A.100 |
Reviżjoni tas-sistema tal-kwalità u organizzazzjonali |
CAO.A.105 |
Tibdiliet fl-organizzazzjoni |
CAO.A.110 |
Validità kontinwa |
CAO.A.115 |
Sejbiet |
TAQSIMA B — REKWIŻITI TAL-AWTORITÀ
CAO.B.010 |
Kamp ta' applikazzjoni |
CAO.B.015 |
Awtorità kompetenti |
CAO.B.017 |
Mezzi ta' konformità |
CAO.B.020 |
Żamma tar-rekords |
CAO.B.025 |
Skambju reċiproku ta' informazzjoni |
CAO.B.030 |
Responsabbiltajiet |
CAO.B.035 |
Eżenzjonijiet |
CAO.B.040 |
Applikazzjoni |
CAO.B.045 |
Approvazzjoni inizjali |
CAO.B.050 |
Ħruġ tal-approvazzjoni |
CAO.B.055 |
Superviżjoni kontinwa |
CAO.B.060 |
Sejbiet |
CAO.B.065 |
Tibdiliet |
CAO.B.070 |
Sospensjoni, limitazzjoni u revoka |
Appendiċi I — Ċertifikat tal-organizzazzjoni tal-ajrunavigabbiltà kombinata (CAO)
CAO.1 Ġenerali
Għall-finijiet ta' dan l-Anness (Parti-CAO):
(1) |
l-awtorità kompetenti għandha tkun:
|
(2) |
‘sid’ tfisser il-persuna responsabbli għall-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà tal-inġenju tal-ajru, li tinkludi l-persuni li ġejjin:
|
TAQSIMA A
REKWIŻITI TAL-ORGANIZZAZZJONI
CAO.A.010 Kamp ta' applikazzjoni
Dan l-Anness jistabbilixxi r-rekwiżiti li għandhom jiġu ssodisfati minn organizzazzjoni tal-ajrunavigabbiltà kombinata (CAO) biex tinħareġ, wara applikazzjoni, approvazzjoni għall-manutenzjoni u għall-kontinwità tal-ġestjoni tal-ajrunavigabbiltà ta' inġenji tal-ajru u ta' komponenti għall-installazzjoni fuqhom, u biex ikomplu jitwettqu dawk l-attivitajiet, fejn it-tali inġenji tal-ajru ma jkunux klassifikati bħala inġenji tal-ajru kumplessi li jaħdmu bil-magni u ma jkunux elenkati fiċ-ċertifikat ta' operatur tal-ajru ta' operatur tal-ajru li ngħata l-liċenzja skont ir-Regolament (KE) Nru 1008/2008.
CAO.A.015 Applikazzjoni
Is-CAOs għandhom japplikaw għall-ħruġ ta' approvazzjoni tas-CAO, jew għat-tibdil ta' din, mal-awtorità kompetenti f'forma u b'mod stabbiliti minn dik l-awtorità.
CAO.A.017 Mezzi ta' konformità
(a) |
Mezzi ta' konformità alternattivi għall-Mezzi Aċċettati ta' Konformità adottati mill-Aġenzija jistgħu jintużaw minn organizzazzjoni biex turi l-konformità mar-Regolament (UE) 2018/1139 u l-atti delegati u ta' implimentazzjoni tiegħu. |
(b) |
Fejn organizzazzjoni tkun tixtieq tuża mezzi alternattivi ta' konformità, qabel ma tużahom, għandha tipprovdi lill-awtorità kompetenti b'deskrizzjoni sħiħa ta' dawk il-mezzi alternattivi ta' konformità. Dik id-deskrizzjoni għandha tinkludi valutazzjoni li turi l-konformità tal-mezzi alternattivi ta' konformità mar-Regolament (UE) 2018/1139 u mal-atti delegati u ta' implimentazzjoni tiegħu. L-organizzazzjoni tista' tuża dawk il-mezzi alternattivi ta' konformità soġġett għall-approvazzjoni minn qabel mill-awtorità kompetenti, u meta din tirċievi n-notifika kif previst fil-punt CAO.B.017. |
CAO.A.020 Termini tal-approvazzjoni
(a) |
Is-CAO għandha tispeċifika l-ambitu tal-ħidma approvat fl-espożizzjoni tal-ajrunavigabbiltà kombinata (CAE) tagħha, kif previst fil-punt CAO.A.025.
Organizzazzjonijiet li jiksbu approvazzjoni skont dan l-Anness fuq il-bażi ta' approvazzjoni ta' organizzazzjoni eżistenti maħruġa skont is-Sottoparti G jew is-Sottoparti F tal-Anness I (Parti-M) jew l-Anness II (Parti-145) skont il-paragrafu 4 tal-Artikolu 4, għandhom jinkludu fl-ambitu tax-xogħol id-dettalji neċessarji kollha biex jiżguraw li l-privileġġi jkunu l-istess bħal dawk inklużi fl-approvazzjoni eżistenti. |
(b) |
L-approvazzjoni tas-CAO għandha tinħareġ fuq il-bażi tal-mudell stabbilit fl-Appendiċi I għal dan l-Anness. |
(c) |
CAO tista' tiffabbrika, f'konformità mad-data tal-manutenzjoni, firxa ristretta ta' partijiet għall-użu matul it-twettiq tal-ħidma fi ħdan il-faċilitajiet tagħha stess, kif indikat fis-CAE tagħha. |
CAO.A.025 Espożizzjoni tal-ajrunavigabbiltà kombinata
(a) |
Is-CAO għandha tipprovdi manwal li jkun fih tal-anqas l-informazzjoni li ġejja:
|
(b) |
Is-CAE inizjali għandha tkun approvata mill-awtorità kompetenti. |
(c) |
L-emendi għas-CAE għandhom jiġu mmaniġġjati skont il-punt CAO.A.105. |
CAO.A.030 Faċilitajiet
Is-CAO għandha tiżgura li l-faċilitajiet neċessarji kollha, li jinkludu akkomodazzjoni adegwata tal-uffiċċju, ikunu pprovduti biex hi tkun tista' twettaq il-ħidma ppjanata kollha.
Barra minn hekk, fejn l-ambitu tal-approvazzjoni tal-organizzazzjoni jkun jinkludi attivitajiet ta' manutenzjoni, is-CAO għandha tiżgura li:
(a) |
workshops, ħangars u bays speċjalizzati jipprovdu protezzjoni adegwata kontra kontaminazzjoni u l-ambjent; |
(b) |
huma pprovduti faċilitajiet ta' ħżin siguri għal komponenti, tagħmir, għodod u materjali, f'kundizzjonijiet li jiżguraw li komponenti u materjali li ma jistgħux jintużaw jiġu ssegregati mill-komponenti, il-materjali, it-tagħmir u l-għodod l-oħra kollha, li l-istruzzjonijiet tal-manifattur għall-ħżin jiġu rrispettati u li l-aċċess għall-faċilitajiet ta' ħżin ikun ristrett għal persunal awtorizzat. |
CAO.A.035 Rekwiżiti tal-persunal
(a) |
Is-CAO għandha taħtar maniġer responsabbli, li għandu jkollu awtorità li jiżgura li l-attivitajiet kollha tal-organizzazzjoni jkunu jistgħu jiġu ffinanzjati b'tali mod li dawk l-attivitajiet jitwettqu skont ir-rekwiżiti ta' dan l-Anness. |
(b) |
Il-maniġer responsabbli għandu jinnomina persuna jew grupp ta' persuni li għandhom ikunu responsabbli għall-iżgurar li s-CAO dejjem tkun konformi mar-rekwiżiti ta' dan l-Anness. Dik/dawk il-persuna/i għandha/għandhom fl-aħħar mill-aħħar taqa'/jaqgħu taħt l-awtorità tal-maniġer responsabbli. |
(c) |
Il-persuni kollha msemmija fil-punt (b) għandu jkollhom l-għarfien, l-isfond u l-esperjenza rilevanti relatati mal-kontinwità tal-ġestjoni jew tal-manutenzjoni tal-ajrunavigabbiltà, kif ikun xieraq għall-funzjonijiet tagħhom. |
(d) |
Is-CAO għandu jkollha biżżejjed persunal kwalifikat kif xieraq biex tkun tista' twettaq il-ħidma ppjanata. Is-CAO għandha tkun intitolata tuża persunal sottokuntrattat b'mod temporanju. |
(e) |
Is-CAO għandha tivvaluta u tirreġistra l-kwalifiki tal-persunal kollu. |
(f) |
Il-persunal li jwettaq kompiti speċjalizzati bħalma hu l-iwweldjar jew spezzjoni b'test mhux distruttiv (‘NDT’) ħlief għall-ispezzjonijiet tal-kuntrast tal-kuluri għandu jkun kwalifikat f'konformità mal-istandard uffiċjalment rikonoxxut |
CAO.A.040 Persunal taċ-ċertifikazzjoni
(a) |
Il-persunal taċ-ċertifikazzjoni għandu jikkonforma mar-rekwiżiti tal-Artikolu 5. Dan għandu jeżerċita l-privileġġi tiegħu ta' rilaxx tal-manutenzjoni biss jekk is-CAO tkun żgurat:
|
(b) |
B'deroga mill-punt (a), f'ċirkustanzi mhux previsti li fihom inġenju tal-ajru jinżamm milli jtir f'post differenti mill-bażi prinċipali fejn ma jkun hemm ebda persunal taċ-ċertifikazzjoni xieraq disponibbli, is-CAO mogħtija l-kuntratt biex tipprovdi appoġġ għall-manutenzjoni tista' toħroġ awtorizzazzjoni ta' ċertifikazzjoni ta' darba, b'mod alternattiv:
Il-ħruġ ta' awtorizzazzjoni ta' ċertifikazzjoni ta' darba għandu jiġi rrapportat mis-CAO lill-awtorità kompetenti fi żmien 7 ijiem mill-ħruġ. Is-CAO li toħroġ l-awtorizzazzjoni ta' ċertifikazzjoni ta' darba għandha tiżgura li kwalunkwe manutenzjoni ta' dan it-tip li tista' taffettwa s-sigurtà tat-titjira terġa' tiġi verifikata. |
(c) |
Permezz ta' deroga mill-punt (a), is-CAO tista' tuża persunal taċ-ċertifikazzjoni kkwalifikat skont ir-rekwiżiti li ġejjin meta tipprovdi appoġġ ta' manutenzjoni lil operaturi involuti f'operazzjonijiet kummerċjali, soġġett għal proċeduri xierqa li għandhom jiġu approvati bħala parti mis-CAE:
|
(d) |
Is-CAO għandha tirreġistra d-dettalji li jikkonċernaw il-persunal taċ-ċertifikazzjoni u żżomm lista aġġornata tal-persunal taċ-ċertifikazzjoni kollu, flimkien mad-dettalji dwar l-ambitu tal-approvazzjoni tiegħu, bħala parti mill-espożizzjoni tal-organizzazzjoni. |
CAO.A.045 Persunal tar-reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà
(a) |
Biex tkun approvata twettaq reviżjonijiet tal-ajrunavigabbiltà u, jekk applikabbli, toħroġ permessi għat-titjir, CAO għandu jkollha persunal xieraq tar-reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà li għandu jikkonforma mar-rekwiżiti kollha li ġejjin:
|
(b) |
Qabel ma s-CAO toħroġ awtorizzazzjoni lil persunal tar-reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà, is-CAO għandha tinnomina lill-persuna li tkun se twettaq reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà ta' inġenju tal-ajru taħt is-superviżjoni tal-awtorità kompetenti jew taħt is-superviżjoni ta' persuna diġà awtorizzata bħala persunal tar-reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà tas-CAO. Jekk din is-superviżjoni tkun sodisfaċenti, l-awtorità kompetenti għandha taċċetta formalment lill-persunal bħala persunal tar-reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà. |
(c) |
Is-CAO għandha tiżgura li l-persunal tar-reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà tagħha jista' juri esperjenza riċenti xierqa fil-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà. |
(d) |
Kull membru tal-persunal tar-reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà għandu jkun identifikat fis-CAE f'lista li jkun fiha l-awtorizzazzjoni tar-reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà msemmija fil-punt (b). |
(e) |
Is-CAO għandha żżomm rekord tal-persunal tar-reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà kollu tagħha, li għandu jinkludi dettalji ta' kwalunkwe kwalifika xierqa u sommarju tal-esperjenza u t-taħriġ rilevanti fil-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà tal-persuna kkonċernata, kif ukoll kopja tal-awtorizzazzjoni tagħha. Għandha żżomm dak ir-rekord għal perjodu minimu ta' sentejn (2) wara d-data li fiha l-persuna kkonċernata ma tibqax taħdem għas-CAO. |
CAO.A.050 Komponenti, tagħmir u għodod
(a) |
Is-CAO:
|
(b) |
Is-CAO għandha tiżgura li l-għodod u t-tagħmir li tuża jkunu kkontrollati u kkalibrati skont standard rikonoxxut b'mod uffiċjali. Għandha żżomm rekords tat-tali kalibrar u l-istandards użati u tikkonforma mal-punt CAO.A.090. |
(c) |
Is-CAO għandha tispezzjona, tikklassifika u tissegrega kif xieraq kull komponent li jidħol skont il-punti M.A.501 u M.A.504 tal-Anness I (Parti-M) jew il-punti ML.A.501 u ML.A.504 tal-Anness Vb (Parti-ML), kif applikabbli. |
CAO.A.055 Data tal-manutenzjoni u ordnijiet ta' xogħol
(a) |
Is-CAO għandha żżomm u tuża data kurrenti applikabbli tal-manutenzjoni speċifikata fil-punt M.A.401 tal-Anness I (Parti-M) jew fil-punt ML.A.401 tal-Anness Vb (Parti-ML), kif ikun applikabbli, fit-twettiq tal-manutenzjoni, inklużi l-modifiki u t-tiswijiet. Madankollu, fil-każ ta' data tal-manutenzjoni pprovduta mill-klijenti, din għandha tkun meħtieġa żżomm it-tali data biss waqt li tkun għaddejja l-ħidma. |
(b) |
Qabel tibda l-manutenzjoni, għandha tkun miftehma ordni ta' xogħol bil-miktub bejn is-CAO u l-persuna jew l-organizzazzjoni li titlob il-manutenzjoni, b'mod li tkun stabbilita b'mod ċar il-manutenzjoni li għandha ssir. |
CAO.A.060 Standards tal-manutenzjoni
Meta tagħmel il-manutenzjoni, is-CAO għandha tikkonforma mar-rekwiżiti kollha li ġejjin:
(a) |
tiżgura li kwalunkwe persuna li twettaq il-manutenzjoni tkun kwalifikata skont ir-rekwiżiti ta' dan l-Anness; |
(b) |
tiżgura li l-erja li fiha titwettaq il-manutenzjoni tkun organizzata sewwa u nadifa (b'ebda ħmieġ jew kontaminazzjoni); |
(c) |
tuża l-metodi, it-tekniki, l-istandards u l-istruzzjonijiet speċifikati fid-data tal-manutenzjoni u l-ordnijiet ta' xogħol msemmija fil-punt CAO.A.055; |
(d) |
tuża l-għodod, it-tagħmir u l-materjal speċifikati fil-punt CAO.A.050; |
(e) |
tiżgura li l-manutenzjoni titwettaq skont kwalunkwe limitazzjoni ambjentali speċifikata fid-data dwar il-manutenzjoni msemmija fil-punt CAO.A.055; |
(f) |
tiżgura li l-faċilitajiet xierqa jintużaw f'każ ta' temp ħażin u jew manutenzjoni twila; |
(g) |
tiżgura li jiġu minimizzati r-riskju ta' żbalji multipli matul il-manutenzjoni u r-riskju li l-iżbalji jiġu ripetuti f'kompiti ta' manutenzjoni identiċi; |
(h) |
tiżgura li jiġi implimentat metodu li jaqbad l-iżbalji wara t-twettiq ta' kwalunkwe kompitu kritiku ta' manutenzjoni; |
(i) |
twettaq verifika ġenerali, wara li titlesta l-manutenzjoni, biex tiżgura li l-inġenju tal-ajru jew il-komponent ma għandu l-ebda għodda, tagħmir u kwalunkwe part u materjal estranju u li l-pannelli kollha ta' aċċess maqlugħin ikunu twaħħlu mill-ġdid; |
(j) |
tiżgura li l-manutenzjoni mwettqa kollha tkun reġistrata u dokumentata kif xieraq. |
CAO.A.065 Ċertifikat tar-rilaxx għas-servizz għall-inġenji tal-ajru
Meta titlesta kwalunkwe manutenzjoni ta' inġenju tal-ajru mwettqa skont dan l-Anness, għandu jinħareġ CRS ta' inġenju tal-ajru skont il-punt M.A.801 tal-Anness I (Parti-M) jew il-punt ML.A.801 tal-Anness Vb (Parti-ML), kif ikun applikabbli.
CAO.A.070 Ċertifikat tar-rilaxx għas-servizz għall-komponenti
(a) |
Meta titlesta l-manutenzjoni tal-komponenti kollha skont dan l-Anness, għandu jinħareġ CRS ta' inġenju tal-ajru skont il-punt M.A.802 tal-Anness I (Parti-M) jew il-punt ML.A.802 tal-Anness Vb (Parti-ML), kif ikun applikabbli. Għandha tinħareġ Formola 1 tal-EASA skont l-Appendiċi II għall-Anness I (Parti-M), ħlief kif previst fil-punti (b) jew (d) tal-punt M.A.502 jew M.A.502 tal-Anness I (Parti-M) u l-punt ML.A.502 tal-Anness Vb (Parti-ML) u għall-komponenti ffabrikati skont il-punt (c) tal-punt CAO.A.020. |
(b) |
Il-Formola 1 tal-EASA msemmija fil-punt (a) tista' tiġi ġġenerata minn bażi ta' data kompjuterizzata. |
CAO.A.075 Ġestjoni tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà
(a) |
Il-ġestjoni kollha tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà għandha titwettaq skont ir-rekwiżiti tas-Sottoparti Ċ tal-Anness I (Parti-M) jew is-Sottoparti Ċ tal-Anness Vb (Parti-ML), kif ikun applikabbli. |
(b) |
Għal kull inġenju tal-ajru ġestit, is-CAO għandha:
|
CAO.A.080 Data ta' ġestjoni tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà
Is-CAO għandha żżomm u tuża data kurrenti applikabbli tal-manutenzjoni speċifikata fil-punt M.A.401 tal-Anness I (Parti-M) jew fil-punt ML.A.401 tal-Anness Vb (Parti-ML), kif ikun applikabbli, għat-twettiq tal-kompiti tal-ġestjoni tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà msemmija fil-punti CAMO.A.315 u CAO.A.075, rispettivament. Din id-data tista' tiġi pprovduta mis-sid, soġġett għal kuntratt kif imsemmi fil-punti (h)(2), (i)(1), (e) jew (f) tal-punt M.A.201, f'liema każ is-CAO jkollha bżonn iżżomm it-tali data biss għad-durata tal-kuntratt, ħlief fejn ikollha bżonn iżżomm id-data skont il-punt (b) tal-punt CAO.A.090.
CAO.A.085 Reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà
Is-CAO għandha twettaq kwalunkwe reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà skont il-punt M.A.903 tal-Anness I (Parti-M) jew il-punt ML.A.903 tal-Anness Vb (Parti-ML), kif ikun applikabbli.
CAO.A.090 Żamma tar-rekords
(a) |
Is-CAO għandha żżomm ir-rekords li ġejjin:
|
(b) |
Is-CAO għandha żżomm kopja tar-rekords deskritti fil-punt (a)(1), u kwalunkwe data tal-manutenzjoni assoċjata, għal perjodu ta' 3 snin mid-data li fiha din tkun irrilaxxat għas-servizz l-inġenju tal-ajru jew il-komponent tal-inġenju tal-ajru li miegħu tkun relatata l-ħidma. |
(c) |
Is-CAO għandha żżomm kopja tar-rekords imsemmija fil-punti (a)(2) sa (a)(4) għal perjodu ta' sentejn (2) mid-data li fiha l-inġenju tal-ajru jkun ġie rtirat b'mod permanenti mis-servizz. |
(d) |
Ir-rekords kollha għandhom jinħażnu b'tali mod li jiżgura li jitħarsu mill-ħsara, it-tibdil jew is-serq. |
(e) |
Kull ħardwer tal-kompjuter użat għal kopja ta' riżerva tar-rekords tal-manutenzjoni għandu jinħażen f'post differenti minn dak li fih dik id-data u f'ambjent li jiżgura li jibqa' f'kundizzjoni tajba. |
(f) |
Meta l-ġestjoni tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà ta' inġenju tal-ajru tiġi ttrasferita lil organizzazzjoni jew persuna oħra, ir-rekords kollha miżmuma skont il-punti (a)(2) sa (a)(4) għandhom jiġu ttrasferiti lil dik l-organizzazzjoni jew il-persuna. Mill-mument tat-trasferiment, il-punti (b) u (c) għandhom japplikaw għal dik l-organizzazzjoni jew il-persuna. |
(g) |
Meta s-CAO ttemm l-operazzjoni tagħha, ir-rekords miżmuma kollha għandhom jiġu ttrasferiti kif ġej:
|
CAO.A.095 Privileġġi tal-organizzazzjoni
Is-CAO għandu jkollha l-privileġġi li ġejjin:
(a) |
Manutenzjoni
|
(b) |
Ġestjoni tal-kontinwità tan-navigabbiltà
|
(c) |
Reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà:
|
(d) |
Permess għat-titjir CAO bis-sede prinċipali tagħha f'wieħed mill-Istati Membri, li l-approvazzjoni tagħha tinkludi l-privileġġi msemmija fil-punt (c), tista' tkun approvata toħroġ permess għat-titjir skont il-punt (d) tal-punt 21.A.711 tal-Anness I (Parti-21) tar-Regolament (UE) Nru 748/2012 għal dawk l-inġenji tal-ajru li għalihom hi tista' toħroġ l-ARC meta tattesta l-konformità mal-kundizzjonijiet tat-titjira approvati, skont proċedura adegwata prevista fis-CAE. |
(e) |
CAO tista' tkun approvata għal privileġġ wieħed jew aktar. |
CAO.A.100 Reviżjoni tas-sistema tal-kwalità u organizzazzjonali
(a) |
Biex tiżgura li s-CAO tkompli tissodisfa r-rekwiżiti ta' dan l-Anness, l-organizzazzjoni għandha tistabbilixxi sistema tal-kwalità u tqabbad maniġer tal-kwalità. |
(b) |
Is-sistema tal-kwalità għandha tissorvelja t-twettiq tal-attivitajiet tal-organizzazzjoni koperti minn dan l-Anness. B'mod partikolari, din għandha tissorvelja:
|
(c) |
Għandhom jinżammu rekords ta' dak il-monitoraġġ tal-anqas għas-sentejn (2) preċedenti. |
(d) |
Meta l-organizzazzjoni li jkollha approvazzjoni tas-CAO tiġi approvata wkoll skont Anness li ma jkunx dan l-Anness, is-sistema tal-kwalità tista' tiġi kombinata ma' dik meħtieġa mill-Anness l-ieħor. |
(e) |
CAO tista' titqies CAO żgħira meta tkun issodisfata waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:
|
(f) |
Fil-każ ta' CAO żgħira, is-sistema tal-kwalità tista' tiġi ssostitwita minn reviżjonijiet organizzazzjonali regolari, soġġetti għall-approvazzjoni tal-awtorità kompetenti. F'dak il-każ, is-CAO m'għandhiex tagħti b'kuntratt kompiti tal-ġestjoni tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà lil partijiet oħra. |
CAO.A.105 Tibdiliet fl-organizzazzjoni
(a) |
Biex l-awtorità kompetenti tkun tista' tiddetermina l-konformità kontinwata ma' din il-Parti, l-organizzazzjoni approvata tal-manutenzjoni għandha tavżaha b'xi proposta biex twettaq it-tibdiliet li ġejjin, qabel tali tibdiliet iseħħu:
|
(b) |
Kwalunkwe tibdil ieħor fil-postijiet, il-faċilitajiet, it-tagħmir, l-għodod, il-materjal, il-proċeduri, l-ambitu tax-xogħol u l-persunal għandu jkun ikkontrollat mis-CAO permezz ta' proċedura ta' kontroll prevista fis-CAE. Is-CAO għandha tissottometti deskrizzjoni ta' dawk it-tibdiliet u l-emendi korrispondenti tas-CAE lill-awtorità kompetenti fi żmien 15-il jum mill-jum li fih iseħħ it-tibdil. |
CAO.A.110 Validità kontinwa
(a) |
Approvazzjoni għandha tinħareġ għal durata illimitata u għandha tibqa' valida soġġetta għal dawn il-kundizzjonijiet:
|
(b) |
Malli ċċedi jew tirrevoka l-approvazzjoni, l-organizzazzjoni għandha tirritorna ċ-ċertifikat tal-approvazzjoni lill-awtorità kompetenti. |
CAO.A.115 Sejbiet
(a) |
Sejba ta' Livell 1 hi kull nuqqas ta' konformità sinifikanti mar-rekwiżiti tal-Parti-CAO li jbaxxi l-istandard tas-sikurezza u jipperikola s-sigurtà tat-titjira serjament. |
(b) |
Sejba tal-Livell 2 hi kwalunkwe nuqqas ta' konformità mar-rekwiżiti tal-Parti-CAO li jista' jnaqqas l-istandard ta' sikurezza u possibilment jipperikola s-sigurtà tat-titjira. |
(c) |
Wara li tirċievi notifika ta' sejba skont il-punt CAO.B.060, is-CAO għandha tadotta pjan ta' azzjoni korrettiva u turi għas-sodisfazzjon tal-awtorità kompetenti li hi tkun ħadet l-azzjoni korrettiva neċessarja biex tindirizza s-sejba fi ħdan il-perjodu ta' żmien stabbilit minn dik l-awtorità. |
TAQSIMA B
REKWIŻITI TAL-AWTORITÀ
CAO.B.010 Kamp ta' applikazzjoni
Din it-Taqsima tistabbilixxi r-rekwiżiti amministrattivi li għandhom jiġu ssodisfati mill-awtoritajiet kompetenti b'rabta mar-rekwiżiti għall-organizzazzjonijiet stabbiliti fit-Taqsima A.
CAO.B.017 Mezzi ta' konformità
(a) |
L-Aġenzija għandha tiżviluppa Mezzi Aċċettabbli ta' Konformità (AMC) li jistgħu jintużaw biex tintwera l-konformità mar-Regolament (UE) 2018/1139 u mal-atti delegati u ta' implimentazzjoni tiegħu. |
(b) |
Mezzi alternattivi ta' konformità jistgħu jintużaw biex tintwera l-konformità mar-Regolament (UE) 2018/1139 u mal-atti delegati u ta' implimentazzjoni tiegħu |
(c) |
L-awtorità kompetenti għandha tistabbilixxi sistema biex tevalwa b'mod konsistenti li l-mezzi alternattivi kollha ta' konformità użati minn organizzazzjonijiet li jaqgħu taħt is-sorveljanza tagħha jippermettu li tiġi stabbilita l-konformità mar-Regolament (UE) Nru 2018/1139 u mal-atti delegati u ta' implimentazzjoni tiegħu. |
(d) |
L-awtorità kompetenti għandha tevalwa l-mezzi alternattivi ta' konformità kollha proposti minn organizzazzjoni skont il-punt CAO.A.017, billi tanalizza d-dokumentazzjoni pprovduta u, jekk ikun meqjus neċessarju, billi tagħmel spezzjoni tal-organizzazzjoni. Meta l-awtorità kompetenti ssib li l-mezzi alternattivi ta' konformità huma skont ir-Regolament (UE) 2018/1139 u l-atti delegati u ta' implimentazzjoni tiegħu, din għandha, mingħajr dewmien żejjed:
|
CAO.B.020 Żamma tar-rekords
(a) |
L-awtorità kompetenti għandha tistabbilixxi sistema ta' żamma ta' rekords li tippermetti traċċabbiltà adegwata tal-proċess ta' żamma tar-rekords biex toħroġ, tissokta, tibdel, tissospendi jew tirrevoka kull ċertifikat maħruġ. |
(b) |
Ir-rekords tal-awtorità kompetenti għas-sorveljanza tal-organizzazzjonijiet approvati skont dan l-Anness għandhom jinkludu, bħala minimu:
|
(c) |
Il-perjodu ta' żamma għar-rekords elenkati taħt il-punt (b) għandu jkun tal-anqas ta' 5 snin. |
(d) |
Ir-rekords kollha għandhom jitqiegħdu għad-dispożizzjoni lill-awtorità kompetenti ta' Stat Membru ieħor jew lill-Aġenzija fuq talba. |
CAO.B.025 Skambju reċiproku ta' informazzjoni
(a) |
Fejn ikun hemm għat-twettiq tal-kompiti tagħhom skont dan ir-Regolament, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jiskambjaw informazzjoni. |
(b) |
Fil-każ ta' theddida potenzjali għas-sikurezza li tinvolvi lil bosta Stati Membri, l-awtoritajiet kompetenti kkonċernati għandhom jgħinu lil xulxin fit-twettiq tal-azzjoni ta' sorveljanza meħtieġa. |
CAO.B.030 Responsabbiltajiet
L-awtorità kompetenti għandha twettaq l-ispezzjonijiet u l-investigazzjonijiet neċessarji biex tivverifika u tiżgura li l-organizzazzjonijiet li għalihom hi responsabbli skont il-punt CAO.1 jissodisfaw ir-rekwiżiti tat-Taqsima A ta' dan l-Anness.
CAO.B.035 Eżenzjonijiet
Meta Stat Membru jagħti eżenzjoni mir-rekwiżiti ta' dan l-Anness skont il-paragrafu 2 tal-Artikolu 71 tar-Regolament (UE) Nru 2018/1139, l-awtorità kompetenti għandha żżomm rekord tal-eżenzjoni. Għandha tikseb dawk ir-rekords kif previst fil-punt (b)(6) tal-punt CAO.B.020.
CAO.B.040 Applikazzjoni
Meta faċilitajiet tas-CAO jkunu jinsabu f'aktar minn Stat Membru wieħed, il-proċedura ta' ċertifikazzjoni inizjali u s-sorveljanza kontinwata tal-approvazzjoni għandhom jitwettqu f'kooperazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti maħtura mill-Istati Membri li fit-territorju tagħhom jinsabu l-faċilitajiet l-oħra. M.B.
CAO.B.045 Proċedura ta' ċertifikazzjoni inizjali
(a) |
Meta jkun ġie stabbilit li l-organizzazzjoni tissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fil-punti (a) u (b) ta' CAO.A.035, l-awtorità kompetenti għandha tinnotifika b'mod formali lill-applikant dwar l-aċċettazzjoni tal-persunal. |
(b) |
L-awtorità kompetenti għandha tiżgura li l-proċeduri speċifikati fis-CAE jikkonformaw mat-Taqsima A, u li l-maniġer responsabbli ffirma d-dikjarazzjoni ta' impenn imsemmija fil-punt (a)(1) ta' CAO.A.025. |
(c) |
L-awtorità kompetenti għandha tivverifika li l-organizzazzjoni tikkonforma mat-Taqsima A. |
(d) |
L-awtorità kompetenti għandha torganizza laqgħa mal-maniġer responsabbli tal-anqas darba matul l-investigazzjoni għall-approvazzjoni biex tiżgura li hu jkun jifhem bis-sħiħ is-sinifikat tal-approvazzjoni u d-dikjarazzjoni msemmija fil-punt (a)(1) ta' CAO.A.025 |
(e) |
Is-sejbiet kollha skont il-punt CAO.B.060 għandhom jiġu kkonfermati bil-miktub lill-organizzazzjoni applikanti. |
(g) |
Qabel ma toħroġ l-approvazzjoni, l-awtorità kompetenti għandha tagħlaq is-sejbiet kollha wara li l-organizzazzjoni tkun ikkoreġiethom. |
(h) |
Permezz ta' deroga mill-punti (a) sa (g) u mill-punt (a) tal-punt CAO.B.50, għal organizzazzjonijiet li japplikaw għal approvazzjoni skont dan l-Anness fuq il-bażi ta' approvazzjoni ta' organizzazzjoni eżistenti maħruġa skont is-Sottoparti F jew is-Sottoparti G tal-Anness I (Parti-M) jew l-Anness II (Parti-145), skont il-punt (4) tal-Artikolu 4, l-awtorità kompetenti għandha:
|
CAO.B.050 Ħruġ taċ-ċertifikat inizjali
(a) |
Meta l-awtorità kompetenti tkun stabbilixxiet li l-applikant jikkonforma ma' CAO.B.45, din għandha toħroġ iċ-ċertifikat, billi tuża l-mudell tal-Formola 3-CAO tal-EASA stabbilit fl-Appendiċi I u tispeċifika t-termini tal-approvazzjoni. |
(b) |
L-awtorità kompetenti għandha tinkludi n-numru ta' referenza tas-CAO kif speċifikat fil-mudell tal-Formola 3-CAO tal-EASA stabbilit fl-Appendiċi I. |
CAO.B.055 Superviżjoni kontinwa
(a) |
L-awtorità kompetenti għandha tistabbilixxi u żżomm aġġornat programm ta' sorveljanza li jispeċifika s-CAOs kollha li għalihom hi tkun ħarġet ċertifikat u d-dati li fihom hi tkun awditjat u hi skedata li tawditja dawk is-CAOs. |
(b) |
L-awtorità kompetenti għandha tawditja, f'perjodi li ma jaqbżux l-24 xahar, lil kull CAO li għaliha tkun ħarġet approvazzjoni. Dawk l-awditi għandhom jikkonċentraw, b'mod partikolari, fuq it-tibdiliet fl-organizzazzjoni nnotifikati lilha skont il-proċedura speċifikata fil-punt (b) tal-punt CAO.A.105. |
(c) |
Kampjun rilevanti tal-inġenju tal-ajru ġestit mis-CAO, jekk l-organizzazzjoni tkun approvata tagħmel dan, għandu jkun mistħarreġ f'kull perjodu ta' 24 xahar. Id-daqs tal-kampjun għandu jiġi deċiż mill-awtorità kompetenti fuq il-bażi tar-riżultat tal-awditi preċedenti u l-istħarriġiet dwar il-prodotti li twettqu qabel. |
(d) |
L-awtorità kompetenti għandha tikkonferma bil-miktub kwalunkwe sejba matul dawk l-awditi lis-CAO. |
(e) |
L-awtorità kompetenti għandha tirreġistra kwalunkwe sejba matul dawk l-awditi, kwalunkwe azzjoni meħtieġa biex jingħalqu s-sejbiet u kwalunkwe rakkomandazzjoni maħruġa. |
(f) |
L-awtorità kompetenti għandha torganizza laqgħa mal-maniġer responsabbli tas-CAO tal-anqas kull 24 xahar. |
CAO.B.060 Sejbiet
(a) |
Meta waqt l-awditi jew b'xi mezz ieħor, tinstab evidenza li turi nuqqas ta' konformità mar-rekwiżiti tal-Parti-CAO, l-awtorità kompetenti għandha tieħu l-azzjonijiet li ġejjin:
|
(b) |
L-awtorità kompetenti għandha tieħu azzjoni biex tissospendi l-approvazzjoni kollha, jew parti minnha, f'każ li ma tiġix rispettata l-iskeda ta' żmien stabbilita mill-awtorità kompetenti. |
CAO.B.065 Tibdiliet
(a) |
Meta tirċievi applikazzjoni għal tibdil skont il-punt (a) tal-punt CAO.A.105, l-awtorità kompetenti għandha tivverifika l-konformità tal-organizzazzjoni mar-rekwiżiti applikabbli qabel ma toħroġ l-approvazzjoni tat-tibdil. |
(b) |
L-awtorità kompetenti tista' tindika l-kundizzjonijiet li bihom is-CAO għandha topera matul it-tibdil, sakemm l-awtorità kompetenti ma tiddeterminax li ċ-ċertifikat tal-organizzazzjoni għandu jiġi sospiż minħabba n-natura jew il-firxa tat-tibdiliet. |
(c) |
Għal tibdiliet li ma jeħtiġux approvazzjoni minn qabel, l-awtorità kompetenti għandha tivvaluta matul l-attivitajiet ta' sorveljanza li s-CAO tikkonforma mal-proċedura ta' kontroll approvata prevista fil-punt (b) tal-punt CAO.A.105 u tikkonforma mar-rekwiżiti applikabbli. |
CAO.B.070 Sospensjoni, limitazzjoni u revoka
L-awtorità kompetenti għandha:
(a) |
tissospendi approvazzjoni għal raġunijiet validi fil-każ ta' theddida potenzjali għas-sikurezza; jew |
(b) |
tissospendi, tirrevoka jew tillimita approvazzjoni skont il-punt CAO.B.060. |
Appendiċi I
Ċertifikat tal-organizzazzjoni tal-ajrunavigabbiltà kombinata (CAO) – Formola 3-CAO tal-EASO
(a) |
Fi ħdan il-klassi(jiet) ta' approvazzjoni u l-klassifikazzjoni(jiet) stabbiliti mill-awtorità kompetenti, l-ambitu tax-xogħol speċifikat fis-CAE jiddefinixxi l-limiti eżatti tal-approvazzjoni. Huwa għalhekk essenzjali li l-klassi(jiet) u l-valutazzjoni(jiet) tal-approvazzjoni u l-ambitu tax-xogħol tal-organizzazzjonijiet ikunu jaqblu. |
(b) |
Klassifikazzjoni għal inġenju tal-ajru, b'rabta mal-privileġġi ta' manutenzjoni, tfisser li s-CAO tista' twettaq manutenzjoni fuq inġenji tal-ajru u kwalunkwe komponent (inklużi magni) skont id-data tal-manutenzjoni tal-inġenju tal-ajru jew, bi qbil mal-awtorità kompetenti, skont id-data tal-manutenzjoni tal-komponenti, biss sakemm dawn il-komponenti jkunu mmuntati fuq l-inġenju tal-ajru. Madanakollu, it-tali CAOs ikklassifikati skont l-inġenju tal-ajru jistgħu jneħħu temporanjament komponent għall-manutenzjoni biex itejbu l-aċċess għal dak il-komponent ħlief għal meta din it-tneħħija toħloq il-ħtieġa ta' manutenzjoni addizzjonali li ma tkunx eliġibbli għar-rekwiżiti tal-punt (b). Dan ikun soġġett għal proċedura ta' kontroll fis-CAE li għandha tiġi approvata mill-awtorità kompetenti. |
(c) |
Klassifikazzjoni għal magna (magna bit-turbini, b'pistuni jew elettrika) tfisser li s-CAO tista' twettaq manutenzjoni fuq il-magna mhux installata u fuq il-komponenti tal-magna mhux installati, skont id-data tal-manutenzjoni tal-magna jew, bi qbil mal-awtorità kompetenti, skont id-data tal-manutenzjoni tal-komponenti, biss sakemm dawn il-komponenti jkunu mmuntati fuq il-magna. Madanakollu, it-tali CAOs ikklassifikati skont il-magna jistgħu jneħħu temporanjament komponent għall-manutenzjoni biex itejbu l-aċċess għal dak il-komponent ħlief għal meta din it-tneħħija toħloq il-ħtieġa ta' manutenzjoni addizzjonali li ma tkunx eliġibbli għar-rekwiżiti tal-punt (c). CAO ikklassifikata skont il-magna tista' twettaq ukoll manutenzjoni fuq magna installata matul il-manutenzjoni bażi u tal-linja soġġetta għal proċedura ta' kontroll fis-CAE li għandha tiġi approvata mill-awtorità kompetenti. |
(d) |
Klassifikazzjoni għal komponenti (għajr magni kompluti) tfisser li s-CAO tista' twettaq manutenzjoni fuq komponenti mhux installati (esklużi magni kompluti) maħsuba għat-twaħħil fuq l-inġenji tal-ajru jew il-magna. Din is-CAO tista' twettaq ukoll manutenzjoni fuq komponent installat (għajr magni kompluti) matul il-manutenzjoni bażi u tal-linja jew f'faċilità ta' manutenzjoni tal-magni soġġett għal proċedura ta' kontroll fis-CAE li għandha tiġi approvata mill-awtorità kompetenti. |
(e) |
Klassifikazzjoni għal test mhux distruttiv (NDT) hi klassifikazzjoni awtonoma li mhux bilfors tkun relatata ma' inġenju tal-ajru, magna jew komponent ieħor speċifiċi. Il-klassifikazzjoni għal NDT hi neċessarja biss għal CAO li twettaq NDT bħala kompitu partikolari għal organizzazzjoni oħra. CAO approvata bi klassifikazzjoni għal inġenju tal-ajru, magna jew komponent tista' twettaq NDT fuq prodotti li tkun qed tmantni soġġetta għas-CAE li jkun fih il-proċeduri tal-NDT, mingħajr il-bżonn ta' klassifikazzjoni għal NDT. |