EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32019R0667

Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/667 tad-19 ta' Diċembru 2018 li jemenda r-Regolament Delegat (UE) 2015/2205, ir-Regolament Delegat (UE) 2016/592 u r-Regolament Delegat (UE) 2016/1178 sabiex jiġu estiżi d-dati differiti tal-applikazzjoni tal-obbligu tal-ikklerjar għal ċerti kuntratti tad-derivattivi OTC (Test b'rilevanza għaż-ŻEE.)

C/2018/9047

ĠU L 113, 29.4.2019, p. 1–3 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2019/667/oj

29.4.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 113/1


REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/667

tad-19 ta' Diċembru 2018

li jemenda r-Regolament Delegat (UE) 2015/2205, ir-Regolament Delegat (UE) 2016/592 u r-Regolament Delegat (UE) 2016/1178 sabiex jiġu estiżi d-dati differiti tal-applikazzjoni tal-obbligu tal-ikklerjar għal ċerti kuntratti tad-derivattivi OTC

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta' Lulju 2012 dwar derivati OTC, kontropartijiet ċentrali u u repożitorji tad-data dwar it-tranżazzjonijiet (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 5(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2015/2205 (2), ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/592 (3) u r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/1178 (4) jispeċifikaw, fost l-oħrajn, id-dati effettivi tal-obbligu tal-ikklerjar għal kuntratti li jappartjenu għall-klassijiet tad-derivattivi OTC stabbiliti fl-Annessi ta' dawk ir-Regolamenti.

(2)

Dawk ir-Regolamenti jistabbilixxu d-dati differiti ta' applikazzjoni tal-obbligu tal-ikklerjar għal kuntratti tad-derivattivi OTC konklużi bejn kontropartijiet li jkunu parti mill-istess grupp u meta kontroparti waħda tkun stabbilita f'pajjiż terz u l-kontroparti l-oħra tkun stabbilita fl-Unjoni. Kif iddikjarat fil-premessi rilevanti ta' dawk ir-Regolamenti, dawk id-dati differiti kienu meħtieġa biex jiġi żgurat li tali kuntratti tad-derivattivi OTC ma jkunux suġġetti għall-obbligu tal-ikklerjar qabel l-adozzjoni ta' att ta' implimentazzjoni skont l-Artikolu 13(2) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012.

(3)

Sal-lum, l-ebda att ta' implimentazzjoni skont l-Artikolu 13(2) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 ma ġie adottat b'rabta mal-obbligu tal-ikklerjar. Għalhekk, jenħtieġ li l-applikazzjoni tal-obbligu tal-ikklerjar għal kuntratti tad-derivattivi OTC tiġi differita għal darb'oħra għal perjodu ta' żmien definit jew sakemm jiġu adottati dawk l-atti ta' implimentazzjoni.

(4)

Jenħtieġ għalhekk li r-Regolament Delegat (UE) 2015/2205, ir-Regolament Delegat (UE) 2016/592 u r-Regolament Delegat (UE) 2016/1178 jiġu emendati skont dan.

(5)

Id-dati inizjali differiti ta' applikazzjoni kienu, fir-Regolament Delegat (UE) 2015/2205, fir-Regolament Delegat (UE) 2016/592 u r-Regolament Delegat (UE) 2016/1178, allinjati mad-data tal-applikazzjoni tal-obbligu tal-ikklerjar għal kontropartijiet fil-Kategorija 4. Minħabba li jenħtieġ li d-dati ta' applikazzjoni differiti jiġu estiżi għal darb'oħra, jenħtieġ li dik l-estensjoni tapplika wkoll għal entitajiet tal-Kategorija 4.

(6)

Filwaqt li jitqiesu d-dati inizjali differiti ta' applikazzjoni, u biex tiġi żgurata applikazzjoni konsistenti tal-obbligu tal-ikklerjar għal tranżazzjonijiet intragrupp mad-data tal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, jenħtieġ li dan l-att emendatorju jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

(7)

Dan ir-Regolament huwa bbażat fuq l-abbozz ta' standards tekniċi regolatorji ppreżentat mill-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq lill-Kummissjoni.

(8)

L-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq wettqet konsultazzjonijiet pubbliċi miftuħa dwar l-abbozz tal-istandards tekniċi regolatorji li fuqhom huwa bbażat dan ir-Regolament, analizzat il-kosti u l-benefiċċji potenzjali relatati u talbet l-opinjoni tal-Grupp tal-Partijiet Konċernati tat-Titoli u s-Swieq stabbilit mill-Artikolu 37 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5).

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Emenda għar-Regolament Delegat (UE) 2015/2205

Fl-Artikolu 3(2) tar-Regolament Delegat (UE) 2015/2205, l-ewwel subparagrafu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“2.   B'deroga mill-paragrafu 1, għar-rigward ta' kuntratti li jappartjenu għal klassi ta' derivattivi OTC msemmija fl-Anness u konklużi bejn kontropartijiet li jkunu parti mill-istess grupp u meta kontroparti waħda tkun stabbilita f'pajjiż terz u l-kontroparti l-oħra tkun stabbilita fl-Unjoni, l-obbligu tal-ikklerjar jidħol fis-seħħ:

(a)

fil-21 ta' Diċembru 2020, fil-każ li ma tkun ġiet adottata l-ebda deċiżjoni dwar l-ekwivalenza skont l-Artikolu 13(2) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 għall-iskopijiet tal-Artikolu 4 ta' dak ir-Regolament li tkun tkopri l-kuntratti ta' derivattivi OTC elenkati fl-Anness ta' dan ir-Regolament fejn jidħol il-pajjiz terz relevanti; jew jew

(b)

l-aktar waħda tard fost id-dati segwenti fil-każ li tkun ġiet adottata deċiżjoni ta' ekwivalenza skont l-Artikolu 13(2) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 għall-iskopijiet tal-Artikolu 4 ta' dak ir-Regolament li tkun tkopri kuntratti ta' derivattivi OTC li ssir referenza għalihom fl-Anness ta' dan ir-Regolament fejn jidħol il-pajjiz terz relevanti;

(i)

60 ġurnata wara d-data tad-dħul fis-seħħ tad-deċiżjoni adottata skont l-Artikolu 13(2) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 għall-iskopijiet tal-Artikolu 4 ta' dak ir-Regolament li jkopri kuntratti ta' derivattivi OTC msemmija fl-Anness ta' dan ir-Regolament fejn jidħol il-pajjiz terz relevanti;

(ii)

id-data li fiha jidħol fis-seħħ l-obbligu tal-ikklerjar skont il-paragrafu 1.”

Artikolu 2

Emenda għar-Regolament Delegat (UE) 2016/592

Fl-Artikolu 3(2) tar-Regolament Delegat (UE) 2016/592, l-ewwel subparagrafu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“2.   B'deroga mill-paragrafu 1, għar-rigward ta' kuntratti li jappartjenu għal klassi ta' derivattivi OTC msemmija fl-Anness u konklużi bejn kontropartijiet li jkunu parti mill-istess grupp u meta kontroparti waħda tkun stabbilita f'pajjiż terz u l-kontroparti l-oħra tkun stabbilita fl-Unjoni, l-obbligu tal-ikklerjar jidħol fis-seħħ:

(a)

fil-21 ta' Diċembru 2020, fil-każ li ma tkun ġiet adottata l-ebda deċiżjoni dwar l-ekwivalenza skont l-Artikolu 13(2) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 għall-iskopijiet tal-Artikolu 4 ta' dak ir-Regolament li tkun tkopri l-kuntratti ta' derivattivi OTC elenkati fl-Anness ta' dan ir-Regolament fejn jidħol il-pajjiz terz relevanti; jew jew

(b)

l-aktar waħda tard fost id-dati segwenti fil-każ li tkun ġiet adottata deċiżjoni ta' ekwivalenza skont l-Artikolu 13(2) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 għall-iskopijiet tal-Artikolu 4 ta' dak ir-Regolament li tkun tkopri kuntratti ta' derivattivi OTC li ssir referenza għalihom fl-Anness ta' dan ir-Regolament fejn jidħol il-pajjiz terz relevanti:

(i)

60 ġurnata wara d-data tad-dħul fis-seħħ tad-deċiżjoni adottata skont l-Artikolu 13(2) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 għall-iskopijiet tal-Artikolu 4 ta' dak ir-Regolament li jkopri kuntratti ta' derivattivi OTC msemmija fl-Anness ta' dan ir-Regolament fejn jidħol il-pajjiz terz relevanti;

(ii)

id-data li fiha jidħol fis-seħħ l-obbligu tal-ikklerjar skont il-paragrafu 1.”

Artikolu 3

Emenda għar-Regolament Delegat (UE) 2016/1178

Fl-Artikolu 3(2) tar-Regolament Delegat (UE) 2016/1178, l-ewwel subparagrafu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“2.   B'deroga mill-paragrafu 1, għar-rigward ta' kuntratti li jappartjenu għal klassi ta' derivattivi OTC msemmija fl-Anness u konklużi bejn kontropartijiet li jkunu parti mill-istess grupp u meta kontroparti waħda tkun stabbilita f'pajjiż terz u l-kontroparti l-oħra tkun stabbilita fl-Unjoni, l-obbligu tal-ikklerjar jidħol fis-seħħ:

(a)

fil-21 ta' Diċembru 2020, fil-każ li ma tkun ġiet adottata l-ebda deċiżjoni dwar l-ekwivalenza skont l-Artikolu 13(2) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 għall-iskopijiet tal-Artikolu 4 ta' dan ir-Regolament li tkun tkopri l-kuntratti ta' derivattivi OTC elenkati fl-Anness ta' dan ir-Regolament fejn jidħol il-pajjiz terz relevanti; jew jew

(b)

l-aktar waħda tard fost id-dati segwenti fil-każ li tkun ġiet adottata deċiżjoni ta' ekwivalenza skont l-Artikolu 13(2) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 għall-iskopijiet tal-Artikolu 4 ta' dak ir-Regolament li tkun tkopri kuntratti ta' derivattivi OTC li ssir referenza għalihom fl-Anness ta' dan ir-Regolament fejn jidħol il-pajjiz terz relevanti;

(i)

60 ġurnata wara d-data tad-dħul fis-seħħ tad-deċiżjoni adottata skont l-Artikolu 13(2) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 għall-iskopijiet tal-Artikolu 4 ta' dak ir-Regolament li jkopri kuntratti ta' derivattivi OTC msemmija fl-Anness ta' dan ir-Regolament fejn jidħol il-pajjiz terz relevanti;

(ii)

id-data li fiha jidħol fis-seħħ l-obbligu tal-ikklerjar skont il-paragrafu 1.”

Artikolu 4

Id-dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-19 ta' Diċembru 2018.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 201, 27.7.2012, p. 1.

(2)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2015/2205 tas-6 ta' Awwissu 2015 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' standards tekniċi regolatorji għall-obbligu tal-ikklerjar (ĠU L 314, 1.12.2015, p. 13).

(3)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/592 tal-1 ta' Marzu 2016 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' standards tekniċi regolatorji għall-obbligu tal-ikklerjar (ĠU L 103, 19.4.2016, p. 5).

(4)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/1178 tal-10 ta' Ġunju 2016 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' standards tekniċi regolatorji għall-obbligu tal-ikklerjar (ĠU L 195, 20.7.2016, p. 3).

(5)  Ir-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (l-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq) u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/77/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 84).


Top