This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32019D0354
Council Decision (CFSP) 2019/354 of 4 March 2019 amending Decision 2014/119/CFSP concerning restrictive measures directed against certain persons, entities and bodies in view of the situation in Ukraine
Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2019/354 tal-4 ta' Marzu 2019 li temenda d-Deċiżjoni 2014/119/PESK dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukrajna
Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2019/354 tal-4 ta' Marzu 2019 li temenda d-Deċiżjoni 2014/119/PESK dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukrajna
ST/6368/2019/INIT
ĠU L 64, 5.3.2019, p. 7–10
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
5.3.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 64/7 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2019/354
tal-4 ta' Marzu 2019
li temenda d-Deċiżjoni 2014/119/PESK dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukrajna
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,
Billi:
(1) |
Fil-5 ta' Marzu 2014 il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2014/119/PESK (1). |
(2) |
Abbażi ta' rieżami tad-Deċiżjoni 2014/119/PESK, jenħtieġ li l-applikazzjoni tal-miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi tiġi estiża sas-6 ta' Marzu 2020, l-entrata għal persuna waħda jenħtieġ li titħassar u l-Anness jenħtieġ li jkun supplimentat b'informazzjoni dwar id-drittijiet tad-difiża u d-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva. |
(3) |
Għalhekk, jenħtieġ li d-Deċiżjoni 2014/119/PESK tiġi emendata skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Id-Deċiżjoni 2014/119/PESK hija emendata kif ġej:
(1) |
fl-Artikolu 5, it-tieni paragrafu jinbidel b'dan li ġej: “Din id-Deċiżjoni għandha tapplika sas-6 ta' Marzu 2020.”; |
(2) |
l-Anness huwa emendat kif stabbilit fl-Anness għal din id-Deċiżjoni. |
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, l-4 ta' Marzu 2019.
Għall-Kunsill
Il-President
A. ANTON
(1) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/119/PESK tal-5 ta' Marzu 2014 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukrajna (ĠU L 66, 6.3.2014, p. 26).
ANNESS
L-Anness għad-Deċiżjoni 2014/119/PESK huwa emendat kif ġej:
(1) |
it-taqsima “Lista ta' persuni, entitajiet u korpi msemmija fl-Artikolu 1” hija emendata kif ġej:
|
(2) |
it-taqsima li ġejja hija miżjuda: “B. Id-drittijiet tad-difiża u d-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva taħt il-Kodiċi ta' Proċedura Kriminali tal-Ukrajna L-Artikolu 42 tal-Kodiċi ta' Proċedura Kriminali tal-Ukrajna (‘Kodiċi ta' Proċedura Kriminali’) jipprevedi li kull persuna li tkun suspettata jew mixlija fi proċedimenti kriminali tgawdi d-drittijiet tad-difiża u d-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva. Dawn jinkludu: id-dritt li wieħed ikun infurmat bir-reat kriminali li jkun ġie ssuspettat jew akkużat bih; id-dritt li jkun infurmat, espressament u fil-pront, bid-drittijiet tiegħu skont il-Kodiċi ta' Proċedura Kriminali; id-dritt li jkollu, meta jkun talab mill-ewwel darba, aċċess għal avukat tad-difiża; id-dritt li jippreżenta petizzjonijiet għal azzjonijiet proċedurali; u d-dritt li jikkontesta d-deċiżjonijiet, l-azzjonijiet u l-ommissjonijiet mill-investigatur, il-prosekutur pubbliku u l-imħallef inkwirenti. L-Artikolu 306 tal-Kodiċi ta' Proċedura Kriminali jipprevedi li lmenti kontra deċiżjonijiet, atti jew omissjonijiet tal-investigatur jew il-prosekutur pubbliku għandhom jiġu kkunsidrati minn imħallef inkwirenti ta' Qorti lokali fil-preżenza tar-rikorrenti jew l-avukat tad-difiża jew ir-rappreżentant legali tiegħu. Barra minn hekk, l-Artikolu 309 tal-Kodiċi ta' Proċedura Kriminali jispeċifika d-deċiżjonijiet tal-imħallfin inkwirenti li jistgħu jiġu kkontestati b'appell, u li deċiżjonijiet oħra jistgħu jkunu soġġetti għal stħarriġ ġudizzjarju fil-kuntest ta' proċeduri preparatorji fil-Qorti. Barra minn hekk, għadd ta' azzjonijiet investigattivi proċedurali huma possibbli biss soġġett għal deċiżjoni mill-imħallef inkwirenti jew Qorti (pereżempju s-sekwestru ta' proprjetà skont l-Artikolu 164, u l-miżuri ta' detenzjoni skont l-Artikolu 176 tal-Kodiċi ta' Proċedura Kriminali). Applikazzjoni tad-drittijiet tad-difiża u d-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva ta' kull wieħed mill-persuni elenkati 1. Viktor Fedorovych Yanukovych L-informazzjoni fil-fajl tal-Kunsill turi li d-drittijiet tad-difiża u d-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva tas-Sur Yanukovych ġew irrispettati fil-proċedimenti kriminali li bbaża ruħu fuqhom il-Kunsill. Dan huwa muri b'mod partikolari f'għadd ta' deċiżjonijiet tal-Qorti dwar is-sekwestru ta' proprjetà u f'deċiżjoni tal-Qorti tal-1 ta' Novembru 2018 li tagħti permess għall-arrest u t-taħrik u t-tressiq ta' suspettati l-Qorti, kif ukoll minn deċiżjoni tal-imħallef inkwirenti tat-8 ta' Ottubru 2018 li rrifjuta l-applikazzjoni tal-prosekutur għal investigazzjoni speċjali qabel il-proċess in absentia. 2. Vitalli Yuriyovych Zakharchenko L-informazzjoni fil-fajl tal-Kunsill turi li d-drittijiet tad-difiża u d-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva tas-Sur Zakharchenko ġew rispettati fil-proċedimenti kriminali li bbaża ruħu fuqhom il-Kunsill. Dan huwa muri b'mod partikolari fid-deċiżjonijiet tal-imħallef inkwirenti tal-21 ta' Mejju 2018 u tat-23 ta' Novembru 2018 li jagħtu permess sabiex is-Sur Zakharchenko jinżamm bl-għan li jitressaq il-Qorti biex jipparteċipa fis-seduta ta' smigħ tal-petizzjoni għall-applikazzjoni ta' detenzjoni f'kustodja. 3. Viktor Pavlovych Pshonka L-informazzjoni fil-fajl tal-Kunsill turi li d-drittijiet tad-difiża u d-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva tas-Sur Pshonka ġew rispettati fil-proċedimenti kriminali li bbaża ruħu fuqhom il-Kunsill. Dan huwa muri b'mod partikolari mid-deċiżjonijiet tal-imħallef inkwirenti tat-12 ta' Marzu 2018 u tat-13 ta' Awwissu 2018 li jagħtu permess sabiex is-Sur Pshonka jinżamm bl-għan li jitressaq il-Qorti biex jipparteċipa fis-seduta ta' smigħ tal-petizzjoni għall-applikazzjoni ta' detenzjoni f'kustodja. 6. Viktor Ivanovych Ratushniak L-informazzjoni fil-fajl tal-Kunsill turi li d-drittijiet tad-difiża u d-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva tas-Sur Ratushniak ġew rispettati fil-proċedimenti kriminali li bbaża ruħu fuqhom il-Kunsill. Dan huwa muri b'mod partikolari fid-deċiżjonijiet tal-imħallef inkwirenti tal-21 ta' Mejju 2018 u tat-23 ta' Novembru 2018 li jagħtu permess sabiex is-Sur Ratushniak jinżamm bl-għan li jitressaq il-Qorti biex jipparteċipa fis-seduta ta' smigħ tal-petizzjoni għall-applikazzjoni ta' detenzjoni f'kustodja. 7. Oleksandr Viktorovych Yanukovych L-informazzjoni fil-fajl tal-Kunsill turi li d-drittijiet tad-difiża u d-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva tas-Sur Yanukovych ġew rispettati fil-proċedimenti kriminali li bbaża ruħu fuqhom il-Kunsill. Dan huwa muri b'mod partikolari fid-deċiżjoni tal-imħallef inkwirenti tas-7 ta' Frar 2018 li rrifjuta l-applikazzjoni tal-prosekutur għal investigazzjoni speċjali qabel il-proċess in absentia, f'għadd ta' deċiżjonijiet tal-Qorti dwar is-sekwestru ta' proprjetà u fid-deċiżjoni tal-imħallef inkwirenti tas-27 ta' Ġunju 2018 li tħassar ir-riżoluzzjoni tal-prosekuzzjoni li tiċħad il-mozzjoni tad-difiża sabiex tingħalaq l-investigazzjoni. 9. Artem Viktorovych Pshonka L-informazzjoni fil-fajl tal-Kunsill turi li d-drittijiet tad-difiża u d-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva tas-Sur Pshonka ġew rispettati fil-proċedimenti kriminali li bbaża ruħu fuqhom il-Kunsill. Dan huwa muri b'mod partikolari fid-deċiżjonijiet tal-imħallef inkwirenti tat-12 ta' Marzu 2018 u tat-13 ta' Awwissu 2018 li jagħtu permess sabiex is-Sur Pshonka jinżamm bl-għan li jitressaq il-Qorti biex jipparteċipa fis-seduta ta' smigħ tal-petizzjoni għall-applikazzjoni ta' detenzjoni f'kustodja. 11. Mykola Yanovych Azarov L-informazzjoni fil-fajl tal-Kunsill turi li d-drittijiet tad-difiża u d-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva tas-Sur Azarov ġew rispettati fil-proċedimenti kriminali li bbaża ruħu fuqhom il-Kunsill. Dan huwa muri b'mod partikolari fid-deċiżjoni tal-imħallef inkwirenti tat-8 ta' Settembru 2018 li tagħti permess għal investigazzjoni speċjali in absentia kif ukoll id-deċiżjoni tal-imħallef inkwirenti tas-16 ta' Awwissu 2018 li tagħti permess sabiex is-Sur Azarov jinżamm bil-ħsieb li jitressaq il-qorti biex jipparteċipa fis-seduta ta' smigħ tal-petizzjoni għall-applikazzjoni ta' detenzjoni f'kustodja, kif ukoll minn għadd ta' deċiżjonijiet tal-Qorti dwar sekwestri ta' proprjetà. 12. Serhiy Vitalyovych Kurchenko L-informazzjoni fil-fajl tal-Kunsill turi li d-drittijiet tad-difiża u d-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva tas-Sur Kurchenko ġew rispettati fil-proċedimenti kriminali li bbaża ruħu fuqhom il-Kunsill. Dan huwa muri b'mod partikolari fid-deċiżjoni tal-imħallef inkwirenti tas-7 ta' Marzu 2018 li tagħti permess biex issir investigazzjoni speċjali in absentia. 13. Dmytro Volodymyrovych Tabachnyk L-informazzjoni fil-fajl tal-Kunsill turi li d-drittijiet tad-difiża u d-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva tas-Sur Tabachnyk ġew rispettati fil-proċedimenti kriminali li bbaża ruħu fuqhom il-Kunsill. Dan huwa muri b'mod partikolari fid-deċiżjoni tal-imħallef inkwirenti tat-8 ta' Mejju 2018 li tagħti permess sabiex is-Sur Tabachnyk jinżamm bl-għan li jitressaq il-Qorti biex jipparteċipa fis-seduta ta' smigħ tal-petizzjoni għall-applikazzjoni ta' detenzjoni f'kustodja. 15. Serhiy Hennadiyovych Arbuzov L-informazzjoni fil-fajl tal-Kunsill turi li d-drittijiet tad-difiża u d-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva tas-Sur Arbuzov ġew rispettati fil-proċedimenti kriminali li bbaża ruħu fuqhom il-Kunsill. Dan huwa muri b'mod partikolari f'għadd ta' deċiżjonijiet tal-Qorti dwar sekwestri ta' proprjetà kif ukoll l-annullament ta' sekwestri tal-proprjetà. 17. Oleksandr Viktorovych Klymenko L-informazzjoni fil-fajl tal-Kunsill turi li d-drittijiet tad-difiża u d-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva tas-Sur Klymenko ġew rispettati fil-proċedimenti kriminali li bbaża ruħu fuqhom il-Kunsill. Dan huwa muri b'mod partikolari fid-deċiżjoni tal-imħallef inkwirenti tal-5 ta' Ottubru 2018 li tagħti permess biex issir investigazzjoni speċjali in absentia. 18. Edward Stavytskyi L-informazzjoni fil-fajl tal-Kunsill turi li d-drittijiet tad-difiża u d-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva tas-Sur Stavytskyi ġew rispettati fil-proċedimenti kriminali li bbaża ruħu fuqhom il-Kunsill. Dan huwa muri permezz ta' għadd ta' deċiżjonijiet tal-Qorti dwar is-sekwestru ta' proprjetà, id-deċiżjoni tal-imħallef inkwirenti tat-22 ta' Novembru 2017 li tagħti permess biex issir investigazzjoni speċjali in absentia, mill-istruzzjonijiet tal-prosekutur tat-2 ta' Jannar 2018 lill-investigatur biex jinnotifika lis-suspettati u l-avukati tad-difiża tagħhom bit-tlestija tal-investigazzjoni ta' qabel il-proċess u mill-fatt li fit-8 ta' Mejju 2018 l-akkuża ġiet riferuta lill-Qorti Distrettwali Sviatoshynskyi ta' Kiev għal eżami fuq il-merti. L-informazzjoni turi wkoll li ma kien hemm ebda deċiżjoni valida preċedenti mill-prosekuzzjoni biex ma tibdiex investigazzjoni kriminali, u li għaldaqstant il-proċedimenti kriminali rilevanti ma kisrux il-prinċipju ta' ne bis in idem.”. |