Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32018D1143

Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1143 tal-10 ta' Awwissu 2018 li temenda d-Deċiżjonijiet 92/260/KEE u 93/197/KEE fir-rigward tal-ittestjar għall-arterite virali ekwina (notifikata bid-dokument C(2018) 5071) (Test b'rilevanza għaż-ŻEE.)

C/2018/5071

ĠU L 207, 16.8.2018, p. 58–64 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 30/09/2018; Impliċitament imħassar minn 32018R0659

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2018/1143/oj

16.8.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 207/58


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/1143

tal-10 ta' Awwissu 2018

li temenda d-Deċiżjonijiet 92/260/KEE u 93/197/KEE fir-rigward tal-ittestjar għall-arterite virali ekwina

(notifikata bid-dokument C(2018) 5071)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2009/156/KE tat-30 ta' Novembru 2009 dwar kundizzjonijiet tas-saħħa tal-annimali li jirregolaw il-moviment u l-importazzjoni minn pajjiżi terzi ta' ekwidi (1), u b'mod partikolari l-punt (a) u l-ewwel subparagrafu tal-punt (b)(ii) tal-Artikolu 15, l-Artikolu 16(2) u l-frażi introduttorja u l-punt (b) tal-Artikolu 19 tagħha,

Billi:

(1)

Id-Direttiva 2009/156/KE tistabbilixxi l-kundizzjonijiet tas-saħħa tal-annimali għall-importazzjoni fl-Unjoni ta' ekwidi ħajjin. Hi tagħti s-setgħa lill-Kummissjoni biex tistabbilixxi, fost affarijiet oħra, il-kundizzjonijiet speċjali għad-dħul temporanju tal-ekwidi rreġistrati u għall-importazzjoni tal-ekwidi fl-Unjoni.

(2)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 92/260/KEE (2) tipprevedi li l-Istati Membri jridu jawtorizzaw id-dħul temporanju fl-Unjoni ta' żwiemel irreġistrati li jikkonformaw mal-kundizzjonijiet tas-saħħa tal-annimali u mar-rekwiżiti taċ-ċertifikazzjoni veterinarja stabbiliti, fost l-oħrajn fl-Anness II (A) sa (E) tagħha.

(3)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 93/197/KEE (3) tipprevedi li l-Istati Membri jridu jawtorizzaw l-importazzjonijiet fl-Unjoni ta' ekwidi rreġistrati u ta' ekwidi għat-tnissil u l-produzzjoni li jikkonformaw mal-kundizzjonijiet tas-saħħa tal-annimali u mar-rekwiżiti taċ-ċertifikazzjoni veterinarja stabbiliti, fost l-oħrajn fl-Anness II (A) sa (E) tagħha.

(4)

Jekk ikunu ġejjin minn pajjiż terz li fih kienet irrappurtata uffiċjalment l-arterite virali ekwina matul l-aħħar sitt xhur qabel ma ntbagħtu lejn l-Unjoni, l-ekwidi maskili mhux kastrati jistgħu jiġu introdotti fl-Unjoni biss wara li jkunu ġew ittestjati b'riżultat negattiv għall-arterite virali ekwina jew wara li jkunu ġew imlaqqma u mlaqqma mill-ġdid b'mod regolari kontra din il-marda.

(5)

Barra mir-rekwiżiti tal-Unjoni għall-ittestjar jew għat-tilqim tal-ekwidi maskili mhux kastrati maħsuba biex jiddaħħlu fl-Unjoni, il-Kapitolu 12.9 tal-Kodiċi tas-Saħħa tal-Annimali Terrestri (“il-Kodiċi”) tal-Organizzazzjoni Dinjija għas-Saħħa tal-Annimali (OIE), l-Edizzjoni 2017 (4), fih rakkomandazzjoni dwar l-ittestjar tal-ekwidi maskili mhux kastrati għall-arterite virali ekwina.

(6)

Fejn ma jkunx jista' jinkiseb kampjun tas-semen biex ekwid maskili mhux kastrat seropożittiv jiġi ttestjat u ma jkunx jista' jiġi ċċertifikat li tlaqqam b'mod kontintwu, it-tgħammir b'test tal-ekwid maskili ma' żewġ debbiet seronegattivi kif deskritt fil-punt 4(a) tal-Artikolu 12.9.2 tal-Kodiċi jkun protokoll alternattiv xieraq biex jiġi żgurat li dawk l-ekwidi maskili mhux kastrati ma jittrażmettux il-virus tal-arterite ekwina fis-semen tagħhom.

(7)

Minħabba li l-iskarsezza fil-provvista tat-tilqim kontra l-arterite virali ekwina, huwa neċessarju li jkun ipprovdut protokoll tal-ittestjar għall-arterite virali ekwina b'konformità mar-rakkomandazzjonijiet tal-OIE u li ċ-ċertifikati tas-saħħa jiġu emendati kif stipulat fl-Anness II (A) sa (E) tad-Deċiżjonijiet 92/260/KEE u 93/197/KEE skont dan.

(8)

Għalhekk jenħtieġ li d-Deċiżjonijiet 92/260/KEE u 93/197/KEE jiġu emendati skont dan.

(9)

Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness II (A) sa (E) tad-Deċiżjoni 92/260/KEE huwa emendat skont l-Anness I ta' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

L-Anness II (A) sa (E) tad-Deċiżjoni 93/197/KEE huwa emendat skont l-Anness II ta' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, l-10 ta' Awwissu 2018.

Għall-Kummissjoni

Vytenis ANDRIUKAITIS

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 192, 23.7.2010, p. 1.

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 92/260/KEE tal-10 ta' April 1992 dwar kondizzjonijiet tas-saħħa ta' annimali u ċertifikazzjoni veterinarja għal dħul temporanju ta' żwiemel irreġistrati (ĠU L 130, 15.5.1992, p. 67).

(3)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 93/197/KEE tal-5 ta' Frar 1993 fuq il-kondizzjonijiet tas-saħħa tal-annimali u ċertifikazzjoni tal-veterinarju għall-importazzjoni ta' annimali tar-razza tal-ekwidi rreġistrati għat-tnissil u produzzjoni (ĠU L 86, 6.4.1993, p. 16).

(4)  http://www.oie.int/index.php?id=169&L=0&htmfile=chapitre_eav.htm.


ANNESS I

Id-Deċiżjoni 92/260/KEE hija emendata kif ġej:

(1)

f'kull wieħed miċ-ċertifikati tas-saħħa fl-Anness II (A) sa (E), il-punt (e)(v) tat-Taqsima III huwa sostitwit b'dan li ġej:

“(3) (v)

fil-każ ta' annimal maskili mhux kastrat li għandu iżjed minn 180 jum,

jew l-arterite virali ekwina ġiet uffiċjalment irreġistrata matul l-aħħar sitt xhur (3);

jew

l-annimal kien ittestjat b'kampjun tad-demm meħud fi żmien 21 jum qabel l-esportazzjoni fi … (5) b'test ta' newtralizzazzjoni tal-virus għall-arterite virali ekwina b'riżultat negattiv b'dilwizzjoni tas-seru ta' 1 f'4 (3);

jew

alikwota tal-isperma intiera tiegħu meħuda fi żmien 21 jum qabel l-esportazzjoni fi … (5) ġiet ittestjata b'test ta' iżolament tal-virus għall-arterite virali ekwina b'riżultat negattiv (3);

jew

l-annimal ġie soġġett għal test ta' iżolament tal-virus, għal reazzjoni katina bil-polimerażi (PCR) jew għal reazzjoni katina bil-polimerażi f'ħin reali b'riżultat negattiv fuq alikwota tal-isperma intiera tiegħu li nġabret wara li ġie meħud kampjun tad-demm ta' dak l-annimal fi … (5), fi żmien perjodu ta' sitt xhur qabel id-data tal-konsenja, u ġie ttestjat f'test tan-newtralizzazzjoni tal-virus għall-arterite virali ekwina b'riżultat pożittiv b'dilwizzjoni tas-seru ta' mill-inqas 1 f'4 (3);

jew

fi żmien perjodu ta' sitt xhur qabel id-data tal-konsenja, l-annimal ekwin maskili, li qabel kien irriżulta pożittiv għall-antikorpi kontra l-arterite virali ekwina jew li tlaqqam kontra l-arterite virali ekwina, kien:

(a)

mgħammar b'test, f'jumejn konsekuttivi, ma' mill-inqas żewġ debbiet miżmuma f'iżolament matul sebat ijiem qabel u sa mill-anqas 28 jum wara t-tgħammir b'test, li kienu soġġetti għal żewġ testijiet seroloġiċi għall-arterite virali ekwina b'riżultat negattiv b'dilwizzjoni tas-seru ta' 1 f'4, fuq kampjuni tad-demm miġbura meta sar it-tgħammir b'test u mill-inqas 28 jum wara t-tgħammir b'test, u

(b)

soġġett għal test tan-newtralizzazzjoni tal-virus għall-arterite virali ekwina mwettaq fuq kampjun tad-demm li ttieħed fi żmien 21 jum qabel id-data tal-konsenja fi … (5):

jew b'riżultat pożittiv b'dilwizzjoni tas-seru ta' mill-inqas 1 f'4 (3), jew

b'riżultat negattiv b'dilwizzjoni tas-seru ta' 1 f'4 (3);

jew

l-annimal tlaqqam fi … (5) kontra l-arterite virali ekwina taħt superviżjoni veterinarja uffiċjali b'vaċċin approvat mill-awtorità kompetenti, skont il-programmi għat-tilqim inizjali li ġejjin u reġa' tlaqqam f'intervalli regolari: (3)

Programmi għat-tilqim inizjali kontra l-arterite virali ekwina:

Struzzjoni : Aqta' l-programmi ta' tilqim li ma jgħoddux għall-annimal deskritt hawn fuq.

Ivverifika ċ-ċertifikazzjoni ta' sostenn dwar l-ittestjar qabel it-tilqim, meta jsir it-tilqim u t-tilqim mill-ġdid.

(a)

It-tilqim sar fil-jum li ttieħed il-kampjun tad-demm li sussegwentement irriżulta negattiv f'test ta' newtralizzazzjoni tal-virus b'dilwizzjoni tas-seru ta' 1 f'4 (3); jew

(b)

It-tilqim sar matul perjodu ta' iżolament ta' mhux aktar minn 15-il jum taħt superviżjoni veterinarja uffiċjali, li tibda fil-jum li ttieħed il-kampjun tad-demm li ġie ttestjat matul dak iż-żmien b'riżultat negattiv f'test ta' newtralizzazzjoni tal-virus b'dilwizzjoni tas-seru ta' 1 f'4 (3); jew

(c)

It-tilqim sar meta l-annimal kellu bejn 180 u 270 jum, matul perjodu ta' iżolament taħt superviżjoni veterinarja uffiċjali. Matul il-perjodu ta' iżolament, żewġ kampjuni tad-demm li ttieħdu b'intervall ta' mill-inqas għaxart ijiem bejniethom irriżultaw f'titru tal-antikorpi stabbli jew li kien qed jonqos f'test tan-newtralizzazzjoni tal-virus għall-arterite virali ekwina (3); jew

(d)

It-tilqim sar wara li l-annimal ġie soġġett għal test tan-newtralizzazzjoni tal-virus għall-arterite virali ekwina b'riżultat negattiv b'dilwizzjoni tas-seru ta' 1 f'4, li sar f'kampjun tad-demm li ttieħed mhux qabel sebat ijiem wara l-bidu ta' perjodu kontinwu ta' iżolament li jkun dam sa 21 jum wara t-tilqim (3); jew

(e)

It-tilqim sar fl-età ta' bejn 180 u 250 jum, wara li l-annimal ġie soġġett għal test tan-newtralizzazzjoni tal-virus għall-arterite virali ekwina li rritorna riżultat negattiv b'dilwizzjoni tas-seru ta' 1 f'4 jew li sar fl-istess jum mill-istess laboratorju b'titri stabbli jew li kienu qed jonqsu fuq żewġ kampjuni tad-demm li ttieħdu b'intervall ta' mill-inqas 14-il jum bejniethom (3);

jew

kwalunkwe rekwiżit għall-ittestjar għall-arterite virali ekwina jew għat-tilqim kontra l-arterite virali ekwina tneħħa mil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni … (daħħal ir-referenza għall-att legali tal-Unjoni applikabbli) għar-raġuni li l-annimal qed jiddaħħal temporanjament fl-Unjoni biex jipparteċipa fl-avveniment ekwestri speċifikat f'dak l-att legali u li l-annimal qed jinżamm separat minn ekwidi oħrajn li mhumiex jipparteċipaw f'dan l-avveniment, u li kull attività ta' tnissil, inkluż il-ġbir tas-semen, hija pprojbita waqt ir-residenza temporanja fl-Unjoni (3);”;

(2)

f'kull wieħed miċ-ċertifikati tas-saħħa fl-Anness II (A), (B) u (D), in-nota 6 f'qiegħ il-paġna titħassar;

(3)

f'kull wieħed miċ-ċertifikati tas-saħħa fl-Anness II (C) u (E), in-nota 7 f'qiegħ il-paġna titħassar.


ANNESS II

Id-Deċiżjoni 93/197/KEE hija emendata kif ġej:

(1)

f'kull wieħed miċ-ċertifikati tas-saħħa fl-Anness II (A), (C), (D) u (E), il-punt (e)(v) tat-Taqsima III huwa sostitwit b'dan li ġej:

“(3) (v)

fil-każ ta' annimal maskili mhux kastrat li għandu iżjed minn 180 jum,

jew l-arterite virali ekwina ma ġietx uffiċjalment irreġistrata matul l-aħħar sitt xhur (3);

jew

l-annimal kien ittestjat b'kampjun tad-demm meħud fi żmien 21 jum qabel l-esportazzjoni fi … (4) b'test ta' newtralizzazzjoni tal-virus għall-arterite virali ekwina b'riżultat negattiv b'dilwizzjoni tas-seru ta' 1 f'4 (3);

jew

alikwota tal-isperma intiera tiegħu meħuda fi żmien 21 jum qabel l-esportazzjoni fi … (4) ġiet ittestjata b'test ta' iżolament tal-virus għall-arterite virali ekwina b'riżultat negattiv (3);

jew

l-annimal ġie soġġett għal test ta' iżolament tal-virus, għal reazzjoni katina bil-polimerażi (PCR) jew għal reazzjoni katina bil-polimerażi f'ħin reali b'riżultat negattiv fuq alikwota tal-isperma intiera tiegħu li nġabret wara d-data ta' kampjun tad-demm ta' dak l-annimal meħud fi … (4), fi żmien perjodu ta' sitt xhur qabel id-data tal-konsenja, ġie ttestjat f'test tan-newtralizzazzjoni tal-virus għall-arterite virali ekwina b'riżultat pożittiv b'dilwizzjoni tas-seru ta' mill-inqas 1 f'4 (3);

jew

fi żmien perjodu ta' sitt xhur qabel id-data tal-konsenja, l-annimal ekwin maskili, li qabel kien irriżulta pożittiv għall-antikorpi kontra l-arterite virali ekwina jew li tlaqqam kontra l-arterite virali ekwina, kien:

(a)

mgħammar b'test, f'jumejn konsekuttivi, ma' mill-inqas żewġ debbiet miżmuma f'iżolament matul sebat ijiem qabel u sa mill-anqas 28 jum wara t-tgħammir b'test, li kienu soġġetti għal żewġ testijiet seroloġiċi għall-arterite virali ekwina b'riżultat negattiv b'dilwizzjoni tas-seru ta' 1 f'4, fuq kampjuni tad-demm miġbura meta sar it-tgħammir b'test u mill-inqas 28 jum wara t-tgħammir b'test, u

(b)

soġġett għal test tan-newtralizzazzjoni tal-virus għall-arterite virali ekwina mwettaq fuq kampjun tad-demm li ttieħed fi żmien 21 jum qabel id-data tal-konsenja fi … (4):

jew b'riżultat pożittiv b'dilwizzjoni tas-seru ta' mill-inqas 1 f'4 (3), jew

b'riżultat negattiv b'dilwizzjoni tas-seru ta' 1 f'4 (3);

jew

l-annimal tlaqqam fi … (4) kontra l-arterite virali ekwina taħt superviżjoni veterinarja uffiċjali b'vaċċin approvat mill-awtorità kompetenti, skont il-programmi għat-tilqim inizjali li ġejjin u reġa' tlaqqam f'intervalli regolari: (3)

Programmi għat-tilqim inizjali kontra l-arterite virali ekwina:

Struzzjoni : Aqta' l-programmi ta' tilqim li ma jgħoddux għall-annimal deskritt hawn fuq.

Ivverifika ċ-ċertifikazzjoni ta' sostenn dwar l-ittestjar qabel it-tilqim, meta jsir it-tilqim u t-tilqim mill-ġdid.

(a)

It-tilqim sar fil-jum li ttieħed il-kampjun tad-demm li sussegwentement irriżulta negattiv f'test ta' newtralizzazzjoni tal-virus b'dilwizzjoni tas-seru ta' 1 f'4 (3); jew

(b)

It-tilqim sar matul perjodu ta' iżolament ta' mhux aktar minn 15-il jum taħt superviżjoni veterinarja uffiċjali, li tibda fil-jum li ttieħed il-kampjun tad-demm li ġie ttestjat matul dak iż-żmien b'riżultat negattiv f'test ta' newtralizzazzjoni tal-virus b'dilwizzjoni tas-seru ta' 1 f'4 (3); jew

(c)

It-tilqim sar meta l-annimal kellu bejn 180 u 270 jum, matul perjodu ta' iżolament taħt superviżjoni veterinarja uffiċjali. Matul il-perjodu ta' iżolament, żewġ kampjuni tad-demm li ttieħdu b'intervall ta' mill-inqas għaxart ijiem bejniethom irriżultaw f'titru tal-antikorpi stabbli jew li kien qed jonqos f'test tan-newtralizzazzjoni tal-virus għall-arterite virali ekwina (3); jew

(d)

It-tilqim sar wara li l-annimal ġie soġġett għal test tan-newtralizzazzjoni tal-virus għall-arterite virali ekwina b'riżultat negattiv b'dilwizzjoni tas-seru ta' 1 f'4, li sar f'kampjun tad-demm li ttieħed mhux qabel sebat ijiem wara l-bidu ta' perjodu kontinwu ta' iżolament li jkun dam sa 21 jum wara t-tilqim (3); jew

(e)

It-tilqim sar fl-età ta' bejn 180 u 250 jum, wara li l-annimal ġie soġġett għal test tan-newtralizzazzjoni tal-virus għall-arterite virali ekwina b'riżultat negattiv b'dilwizzjoni tas-seru ta' 1 f'4, jew li sar fl-istess jum mill-istess laboratorju b'titri stabbli jew li kienu qed jonqsu fuq żewġ kampjuni tad-demm li ttieħdu b'intervall ta' mill-inqas 14-il jum bejniethom (3);”;

(2)

fiċ-ċertifikat tas-saħħa fl-Anness II (B), il-punt (e)(v) tat-Taqsima III huwa sostitwit b'dan li ġej:

“(2) (v)

fil-każ ta' annimal maskili mhux kastrat li għandu iżjed minn 180 jum,

jew l-arterite virali ekwina ma ġietx uffiċjalment irreġistrata matul l-aħħar sitt xhur (2);

jew

l-annimal kien ittestjat b'kampjun tad-demm meħud fi żmien 21 jum qabel l-esportazzjoni fi … (4) b'test ta' newtralizzazzjoni tal-virus għall-arterite virali ekwina b'riżultat negattiv b'dilwizzjoni tas-seru ta' 1 f'4 (2);

jew

alikwota tal-isperma intiera tiegħu meħuda fi żmien 21 jum qabel l-esportazzjoni fi … (4) ġiet ittestjata b'test ta' iżolament tal-virus għall-arterite virali ekwina b'riżultat negattiv (2);

jew

l-annimal ġie soġġett għal test ta' iżolament tal-virus, għal reazzjoni katina bil-polimerażi (PCR) jew għal reazzjoni katina bil-polimerażi f'ħin reali b'riżultat negattiv fuq alikwota tal-isperma intiera tiegħu li nġabret wara d-data ta' kampjun tad-demm ta' dak l-annimal meħud fi … (4), fi żmien perjodu ta' sitt xhur qabel id-data tal-konsenja, ġie ttestjat f'test tan-newtralizzazzjoni tal-virus għall-arterite virali ekwina b'riżultat pożittiv b'dilwizzjoni tas-seru ta' mill-inqas 1 f'4 (2);

jew

fi żmien perjodu ta' sitt xhur qabel id-data tal-konsenja, l-annimal ekwin maskili, li qabel kien irriżulta pożittiv għall-antikorpi kontra l-arterite virali ekwina jew li tlaqqam kontra l-arterite virali ekwina, kien:

(a)

mgħammar b'test, f'jumejn konsekuttivi, ma' mill-inqas żewġ debbiet miżmuma f'iżolament matul sebat ijiem qabel u sa mill-anqas 28 jum wara t-tgħammir b'test, li kienu soġġetti għal żewġ testijiet seroloġiċi għall-arterite virali ekwina b'riżultat negattiv b'dilwizzjoni tas-seru ta' 1 f'4, fuq kampjuni tad-demm miġbura meta sar it-tgħammir b'test u mill-inqas 28 jum wara t-tgħammir b'test, u

(b)

soġġett għal test tan-newtralizzazzjoni tal-virus għall-arterite virali ekwina li sar fuq kampjun tad-demm li ttieħed fi żmien 21 jum qabel id-data tal-konsenja fi … (4):

jew b'riżultat pożittiv b'dilwizzjoni tas-seru ta' mill-inqas 1 f'4 (2), jew

b'riżultat negattiv b'dilwizzjoni tas-seru ta' 1 f'4 (2);

jew

l-annimal tlaqqam fi … (4) kontra l-arterite virali ekwina taħt superviżjoni veterinarja uffiċjali b'vaċċin approvat mill-awtorità kompetenti, skont il-programmi għat-tilqim inizjali li ġejjin u reġa' tlaqqam f'intervalli regolari: (2)

Programmi għat-tiqlim inizjali kontra l-arterite virali ekwina:

Struzzjoni : Aqta' l-programmi ta' tilqim li ma jgħoddux għall-annimal deskritt hawn fuq.

Ivverifika ċ-ċertifikazzjoni ta' sostenn dwar l-ittestjar qabel it-tilqim, meta jsir it-tilqim u t-tilqim mill-ġdid.

(a)

It-tilqim sar fil-jum li ttieħed il-kampjun tad-demm li sussegwentement irriżulta negattiv f'test ta' newtralizzazzjoni tal-virus b'dilwizzjoni tas-seru ta' 1 f'4 (2); jew

(b)

It-tilqim sar matul perjodu ta' iżolament ta' mhux aktar minn 15-il jum taħt superviżjoni veterinarja uffiċjali, li tibda fil-jum li ttieħed il-kampjun tad-demm li ġie ttestjat matul dak iż-żmien b'riżultat negattiv f'test ta' newtralizzazzjoni tal-virus b'dilwizzjoni tas-seru ta' 1 f'4 (2); jew

(c)

It-tilqim sar meta l-annimal kellu bejn 180 u 270 jum, matul perjodu ta' iżolament taħt superviżjoni veterinarja uffiċjali. Matul il-perjodu ta' iżolament, żewġ kampjuni tad-demm li ttieħdu b'intervall ta' mill-inqas għaxart ijiem bejniethom irriżultaw f'titru tal-antikorpi stabbli jew li kien qed jonqos f'test tan-newtralizzazzjoni tal-virus għall-arterite virali ekwina (2); jew

(d)

It-tilqim sar wara li l-annimal ġie soġġett għal test tan-newtralizzazzjoni tal-virus għall-arterite virali ekwina b'riżultat negattiv b'dilwizzjoni tas-seru ta' 1 f'4, li sar f'kampjun tad-demm li ttieħed mhux qabel sebat ijiem wara l-bidu ta' perjodu kontinwu ta' iżolament li jkun dam sa 21 jum wara t-tilqim (2); jew

(e)

It-tilqim sar fl-età ta' bejn 180 u 250 jum, wara li l-annimal ġie soġġett għal test tan-newtralizzazzjoni tal-virus għall-arterite virali ekwina li rritorna riżultat negattiv b'dilwizzjoni tas-seru ta' 1 f'4, jew li sar fl-istess jum mill-istess laboratorju b'titri stabbli jew li kienu qed jonqsu fuq żewġ kampjuni tad-demm li ttieħdu b'intervall ta' mill-inqas 14-il jum bejniethom (2);”.


Top