This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 22018A0315(01)
Agreement between the European Union and Iceland on supplementary rules in relation to the instrument for financial support for external borders and visa, as part of the Internal Security Fund, for the period 2014 to 2020
Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Iżlanda dwar regoli supplementari fir-rigward tal-istrument għall-appoġġ finanzjarju għall-fruntieri esterni u l-viża, bħala parti mill-Fond għas-Sigurtà Interna, għall-perjodu 2014 sa 2020
Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Iżlanda dwar regoli supplementari fir-rigward tal-istrument għall-appoġġ finanzjarju għall-fruntieri esterni u l-viża, bħala parti mill-Fond għas-Sigurtà Interna, għall-perjodu 2014 sa 2020
ĠU L 72, 15.3.2018, p. 3–11
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2020
ELI: http://data.europa.eu/eli/agree_internation/2018/398/oj
15.3.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 72/3 |
FTEHIM
bejn l-Unjoni Ewropea u l-Iżlanda dwar regoli supplementari fir-rigward tal-istrument għall-appoġġ finanzjarju għall-fruntieri esterni u l-viża, bħala parti mill-Fond għas-Sigurtà Interna, għall-perjodu 2014 sa 2020
L-UNJONI EWROPEA, minn hawn 'il quddiem imsejħa “l-Unjoni”
u
L-IŻLANDA,
Minn hawn 'il quddiem flimkien imsejħin “il-Partijiet”
WARA LI KKUNSIDRAW il-Ftehim konkluż mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Iżlanda u r-Renju tan-Norveġja li jikkonċerna l-assoċjazzjoni ta' dawn tal-aħħar mal-implementazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis (1) ta' Schengen, (il-“Ftehim ta' Assoċjazzjoni mal-Iżlanda u n-Norveġja”),
Billi:
(1) |
L-Unjoni stabbilixxiet l-istrument għall-appoġġ finanzjarju għall-fruntieri esterni u l-viża, bħala parti mill-Fond għas-Sigurtà Interna permezz tar-Regolament (UE) Nru 515/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2). |
(2) |
Ir-Regolament (UE) Nru 515/2014 jikkostitwixxi żvilupp tal-acquis ta' Schengen fis-sens tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni mal-Iżlanda u n-Norveġja. |
(3) |
Billi r-Regolament (UE) Nru 514/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) għandu impatt dirett fuq l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 515/2014, u b'hekk jaffettwa l-qafas legali ta' dan tal-aħħar, u billi l-proċeduri stipulati fil-Ftehim ta' Assoċjazzjoni mal-Iżlanda n-Norveġja ġew applikati għall-adozzjoni tar-Regolament (UE) Nru 514/2014, li ġiet innotifikata lin-Norveġja, il-Partijiet jirrikonoxxu li r-Regolament (UE) Nru 514/2014 jikkostitwixxi żvilupp tal-acquis ta' Schengen fis-sens tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni mal-Iżlanda u n-Norveġja sa fejn ikun neċessarju għall-implimentazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 515/2014. |
(4) |
L-Artikolu 5(7) tar-Regolament (UE) Nru 515/2014 jipprevedi li l-pajjiżi assoċjati mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta' Schengen, fosthom l-Iżlanda, jipparteċipaw fl-istrument skont id-dispożizzjonijiet tiegħu, u li għandhom jiġu konklużi arranġamenti li jispeċifikaw il-kontribuzzjonijiet finanzjarji minn dawk il-pajjiżi u r-regoli supplementari neċessarji għal tali parteċipazzjoni, inklużi d-dispożizzjonijiet li jiżguraw il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni u tas-setgħa ta' awditu tal-Qorti tal-Awdituri. |
(5) |
L-istrument għall-appoġġ finanzjarju għall-fruntieri esterni u l-viża, bħala parti mill-Fond għas-Sigurtà Interna (“l-ISF – Fruntieri u Viża”) jikkostitwixxi strumenti speċifiku fil-kuntest tal-acquis ta' Schengen imfassal biex jipprevedi l-qsim tal-piżijiet u l-appoġġ finanzjarju fil-qasam tal-fruntieri esterni u tal-politika dwar il-viża fl-Istati Membri u fl-Istati assoċjati. |
(6) |
L-Artikolu 60 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) jipprevedi regoli dwar il-ġestjoni indiretta li huma applikabbli meta pajjiżi terzi, inklużi l-Istati assoċjati, huma fdati b'kompiti ta' implimentazzjoni tal-baġit. |
(7) |
L-Artikolu 17(4) tar-Regolament (UE) Nru 514/2014 jipprevedi l-eliġibbiltà tan-nefqa li saret fl-2014 minn Awtorità Responsabbli li għadha ma ġietx nominata formalment, biex b'hekk tiġi żgurata tranżizzjoni mingħajr xkiel bejn il-Fond għall-Fruntieri Esterni u l-Fond għas-Sigurtà Interna. Bl-istess mod, huwa importanti li l-istess objettiv jiġi rifless f'dan il-Ftehim. Billi dan il-ftehim ma daħalx fis-seħħ qabel tmiem l-2014, huwa essenzjali li tiġi żgurata l-eliġibbiltà tan-nefqa li tkun saret qabel u sakemm tiġi nnominata formalment l-Awtorità Responsabbli, dment li s-sistemi ta' ġestjoni u ta' kontroll applikati qabel ikunu essenzjalment l-istess bħal dawk fis-seħħ wara n-nomina formali tal-Awtorità Responsabbli. |
(8) |
Sabiex jiġu ffaċilitati l-kalkolu u l-użu tal-kontribuzzjonijiet annwali dovuti mill-Iżlanda lill-ISF – Fruntieri u Viża, il-kontribuzzjonijiet tagħha għall-perjodu 2014-2020 se jitħallsu f'ħames pagamenti parzjali annwali mill-2016 sal-2020. Mill-2016 sal-2018, il-kontribuzzjonijiet annwali huma stabbiliti f'ammonti fissi filwaqt li l-kontribuzzjonijiet dovuti għas-snin 2019 u 2020 se jiġu determinati fl-2019 abbażi tal-prodott domestiku gross tal-Istati kollha li jipparteċipaw fl-ISF – Fruntieri u Viża filwaqt li jittieħdu inkunsiderazzjoni l-pagamenti li effettivament ikunu saru, |
FTIEHMU KIF ĠEJ:
Artikolu 1
Kamp ta' Applikazzjoni
Dan il-Ftehim jistabbilixxi r-regoli supplementari neċessarji għall-parteċipazzjoni tal-Iżlanda fl-ISF – Fruntieri u Viża skont ir-Regolament (UE) Nru 515/2014.
Artikolu 2
Ġestjoni finanzjarja u kontroll
1. L-Iżlanda għandha tieħu l-miżuri neċessarji sabiex tiġi żgurata konformità mad-dispożizzjonijiet rilevanti għall-ġestjoni u l-kontroll finanzjarji li huma stipulati fit-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (“TFUE”) u fid-dritt tal-Unjoni li l-bażi legali tiegħu ġej mit-TFUE.
Id-dispożizzjonijiet tat-TFUE u tal-leġiżlazzjoni sekondarja msemmija fl-ewwel subparagrafu huma dawn li ġejjin:
(a) |
l-Artikolu 287(1), (2) u (3) TFUE; |
(b) |
l-Artikoli 30, 32 u 57, il-punt (i) tal-Artikolu 58(1)(c), l-Artikolu 60, l-Artikoli 79(2) u 108(2) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012; |
(c) |
l-Artikoli 32, 38, 42, 84, 88, 142 u 144 tar-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1268/2012 (5); |
(d) |
ir-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2185/96 (6); |
(e) |
ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7). |
Il-Partijiet jistgħu jiddeċiedu li jemendaw din il-lista bi qbil komuni.
2. L-Iżlanda għandha tapplika d-dispożizzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 fit-territorju tagħha f'konformità ma' dan il-Ftehim.
Artikolu 3
Rispett għall-prinċipju tal-ġestjoni finanzjarja tajba
Il-Fondi allokati għall-Iżlanda taħt l-ISF – Fruntieri u Viża għandhom jintużaw f'konformità mal-prinċipju tal-ġestjoni finanzjarja tajba.
Artikolu 4
Rispett għall-prinċipju dwar il-kunflitt ta' interess
L-atturi finanzjarji kollha u kull persuna oħra involuta fl-implimentazzjoni u l-ġestjoni tal-baġit, inklużi l-atti preparatorji relattivi, l-awditu jew il-kontroll li jaġixxu fit-territorju tal-Iżlanda għandhom jiġu pprojbiti milli jieħdu kwalunkwe azzjoni li tista' ġġib l-interessi tagħhom f'kunflitt ma' dawk tal-Unjoni.
Artikolu 5
Eżekuzzjoni
Id-deċiżjonijiet meħuda mill-Kummissjoni li jimponu obbligu pekunjarju fuq persuni apparti mill-istati, għandhom ikunu eżegwibbli fit-territorju tal-Iżlanda.
L-eżekuzzjoni għandha tkun regolata bir-regoli tal-proċedura ċivili fis-seħħ fl-Iżlanda. L-ordni għall-eżekuzzjoni ta' deċiżjoni għandu jiġi mehmuż ma' din id-deċiżjoni, mingħajr ebda formalità oħra għajr il-verifika tal-awtentiċità tad-deċiżjoni, mill-awtorità nazzjonali li l-gvern tal-Iżlanda għandu jinnomina għal dak l-għan u li għandha tiġi kkomunikata lill-Kummissjoni.
Meta jitlestew dawk il-formalitajiet fuq applikazzjoni mill-Kummissjoni, il-Kummissjoni tista' tipproċedi bl-eżekuzzjoni f'konformità mal-liġi nazzjonali billi tressaq il-kwistjoni direttament quddiem l-awtorità kompetenti.
L-eżekuzzjoni tista' tiġi sospiża biss b'deċiżjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea. Madankollu, il-qrati tal-Iżlanda għandu jkollhom ġurisdizzjoni rigward ilmenti li l-eżekuzzjoni qed issir b'mod irregolari.
Artikolu 6
Protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni kontra l-frodi
1. L-Iżlanda għandha:
(a) |
tiġġieled il-frodi u kull attività illegali oħra li tolqot l-interessi finanzjarji tal-Unjoni permezz ta' miżuri li għandhom jaġixxu ta' deterrent u li jkunu tali li jippermettu protezzjoni effettiva fl-Iżlanda; |
(b) |
tieħu l-istess miżuri biex tiġġieled il-frodi li tolqot l-interessi finanzjarji tal-Unjoni bħalma tieħu biex tiġġieled il-frodi li tolqot l-interessi finanzjarji tagħha stess; u |
(c) |
tikkoordina l-azzjoni tagħha li għandha l-għan li tipproteġi l-interessi finanzjarji tal-Unjoni mal-Istati Membri u l-Kummissjoni. |
2. L-Iżlanda għandha tadotta miżuri ekwivalenti għal dawk adottati mill-Unjoni skont l-Artikolu 325(4) TFUE li jkunu fis-seħħ fid-data tal-firma ta' dan il-Ftehim.
Il-Partijiet jistgħu jiddeċiedu bi qbil komuni li jadottaw miżuri ekwivalenti għal kull miżura sussegwenti adottata mill-Unjoni skont dan l-Artikolu.
Artikolu 7
Verifiki u spezzjonijiet fil-post mill-Kummissjoni (OLAF)
Mingħajr preġudizzju għad-drittijiet tagħha skont l-Artikolu 5(8) tar-Regolament (UE) Nru 514/2014, il-Kummissjoni (l-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi, OLAF) għandha tkun awtorizzata li twettaq verifiki u spezzjonijiet fil-post fit-territorju tal-Iżlanda fir-rigward tal-ISF – Fruntieri u Viża f'konformità mat-termini u l-kondizzjonijiet stipulati fir-Regolament (Euratom, KE) Nru 2185/96.
L-awtoritajiet tal-Iżlanda għandhom jiffaċilitaw il-verifiki u l-ispezzjonijiet fil-post li jistgħu, jekk l-awtoritajiet jixtiequ dan, jitwettqu b'mod konġunt magħhom.
Artikolu 8
Qorti tal-Awdituri
F'konformità mal-Artikolu 287(3) TFUE u mal-Ewwel Parti, it-Titolu X, il-Kapitolu 1 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012, il-Qorti tal-Awdituri għandu jkollha l-possibbiltà li twettaq awditi fil-bini ta' kull korp li jamministra dħul jew nefqa f'isem l-Unjoni fit-territorju tal-Iżlanda fir-rigward tal-ISF – Fruntieri u Viża inkluż fil-bini ta' kull persuna fiżika jew ġuridika li tkun irċeviet pagamenti mill-baġit.
Fl-Iżlanda, l-awditi mill-Qorti tal-Awdituri għandhom isiru f'kollaborazzjoni mal-entitajiet nazzjonali tal-awditu jew, jekk dawn ma jkollhomx is-setgħat neċessarji, mad-dipartimenti nazzjonali kompetenti. Il-Qorti tal-Awdituri u l-korpi nazzjonali tal-awditu tal-Iżlanda għandhom jikkooperaw fi spirtu ta' fiduċja reċiproka filwaqt li jippreservaw l-indipendenza tagħhom. Dawk il-korpi jew dipartimenti għandhom jinfurmaw lill-Qorti tal-Awdituri jekk ikollhomx l-intenzjoni li jieħdu sehem fl-awditu.
Il-Qorti tal-Awdituri għandu jkollha mill-anqas l-istess drittijiet bħall-Kummissjoni, kif stipulat fl-Artikolu 5(7) tar-Regolament (UE) Nru 514/2014 u l-Artikolu 7 ta' dan il-Ftehim.
Artikolu 9
Akkwist pubbliku
L-Iżlanda għandha tapplika d-dispożizzjonijiet tal-liġi tagħha dwar l-akkwist pubbliku skont l-Anness XVI tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (8).
Artikolu 10
Kontribuzzjonijiet finanzjarji
1. Għas-snin 2016 sa 2018, l-Iżlanda għandha tagħmel pagamenti annwali għall-baġit tal-ISF – Fruntieri u Viża skont it-tabella li ġejja:
(L-ammonti kollha f'EUR) |
|||
|
2016 |
2017 |
2018 |
L-Iżlanda |
563 999 |
563 999 |
563 999 |
2. Il-kontribuzzjonijiet tal-Iżlanda għas-snin 2019 u 2020 għandhom jiġu kkalkulati skont il-Prodott Domestiku Gross (PDG) rispettiv tagħha bħala perċentwal tal-PDG tal-Istati kollha li jipparteċipaw fl-ISF – Fruntieri u Viża f'konformità mal-formula deskritta fl-Anness.
3. Il-kontribuzzjonijiet finanzjarji msemmijin f'dan l-Artikolu għandhom ikunu dovuti mill-Iżlanda irrispettivament mid-data ta' adozzjoni tal-programm nazzjonali tagħha msemmi fl-Artikolu 14 tar-Regolament (UE) Nru 514/2014.
Artikolu 11
Użu tal-kontribuzzjonijiet finanzjarji
1. It-total tal-pagamenti annwali għall-2016 u l-2017 għandu jiġi assenjat kif ġej:
(a) |
75 % għar-rieżami ta' nofs it-terminu msemmi fl-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) Nru 515/2014; |
(b) |
15 % għall-iżvilupp tas-sistemi tal-IT imsemmijin fl-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 515/2014, soġġett għall-adozzjoni tal-atti leġislattivi rilevanti tal-Unjoni sat-30 ta' Ġunju 2017; |
(c) |
10 % għall-azzjonijiet tal-Unjoni msemmijin fl-Artikolu 13 tar-Regolament (UE) Nru 515/2014 u għall-assistenza ta' emerġenza msemmija fl-Artikolu 14 tar-Regolament (UE) Nru 515/2014. |
Meta l-ammont imsemmi fil-punt (b) ma jkunx allokat jew minfuq, il-Kummissjoni għandha, bis-saħħa tal-proċedura stabbilita fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 5(5)(b) tar-Regolament (UE) Nru 515/2014, tallokah mill-ġdid għall-azzjonijiet speċifiċi msemmijin fl-Artikolu 7 tar-Regolament (UE) Nru 515/2014.
Jekk dan il-Ftehim ma jidħolx fis-seħħ jew ma jiġix applikat fuq bażi proviżorja sal-1 ta' Ġunju 2017, il-kontribuzzjoni kollha tal-Iżlanda għandha tintuża skont il-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu.
2. It-total tal-pagamenti annwali għall-2018, l-2019 u l-2020 għandu jiġi assenjat kif ġej:
(a) |
40 % għal azzjonijiet speċifiċi msemmijin fl-Artikolu 7 tar-Regolament (UE) Nru 515/2014; |
(b) |
50 % għall-iżvilupp tas-sistemi tal-IT msemmijin fl-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 515/2014, soġġett għall-adozzjoni tal-atti leġislattivi rilevanti tal-Unjoni sal-31 ta' Diċembru 2018; |
(c) |
10 % għall-azzjonijiet tal-Unjoni msemmijin fl-Artikolu 13 tar-Regolament (UE) Nru 515/2014 u għall-assistenza ta' emerġenza msemmijin fl-Artikolu 14 tar-Regolament (UE) Nru 515/2014. |
Meta l-ammont imsemmi fil-punt (b) ma jkunx allokat jew minfuq, il-Kummissjoni għandha, bis-saħħa tal-proċedura stabbilita fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 5(5)(b) tar-Regolament (UE) Nru 515/2014, tallokah mill-ġdid għall-azzjonijiet speċifiċi msemmijin fl-Artikolu 7 tar-Regolament (UE) Nru 515/2014.
3. L-ammonti addizzjonali assenjati għar-rieżami ta' nofs it-terminu, għall-azzjonijiet tal-Unjoni, għall-azzjonijiet speċifiċi jew għall-programm dwar l-iżvilupp tas-sistemi tal-IT għandhom jintużaw f'konformità mal-proċedura rilevanti stipulata f'waħda mid-dispożizzjonijiet li ġejjin:
(a) |
l-Artikolu 6(2) tar-Regolament (UE) Nru 514/2014; |
(b) |
l-Artikolu 8(7) tar-Regolament (UE) Nru 515/2014; |
(c) |
l-Artikolu 7(3) tar-Regolament (UE) Nru 515/2014; |
(d) |
it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 515/2014. |
4. Kull sena, il-Kummissjoni tista' tuża sa EUR 4 076 mill-pagamenti li jsiru mill-Iżlanda għall-finanzjament tan-nefqa amministrattiva relatata mal-persunal jew mal-persunal estern neċessarju għall-appoġġ tal-implimentazzjoni mill-Iżlanda tar-Regolament (UE) Nru 515/201 u ta' dan il-Ftehim.
Artikolu 12
Kunfidenzjalità
L-informazzjoni kkomunikata jew miksuba fi kwalunkwe forma bis-saħħa ta' dan il-Ftehim għandha tkun koperta mis-sigriet professjonali u protetta bl-istess mod bħalma tkun protetta informazzjoni simili mid-dispożizzjonijiet applikabbli għall-istituzzjonijiet tal-Unjoni u mil-liġijiet tal-Iżlanda. Tali l-informazzjoni ma għandhiex tiġi kkomunikata lil persuni oħrajn ħlief lil dawk fl-istituzzjonijiet tal-Unjoni, fl-Istati Membri jew fl-Iżlanda li l-funzjonijiet tagħhom jirrikjedu li jkunu jafuha, u lanqas ma tista' tintuża għal skopijiet oħra ħlief dawk li jiżguraw il-protezzjoni effettiva tal-interessi finanzjarji tal-Partijiet.
Artikolu 13
Nomina ta' Awtorità Responsabbli
1. L-Iżlanda għandha tinnotifika lill-Kummissjoni bin-nomina formali f'livell ministerjali tal-Awtorità Responsabbli li tkun responsabbli mill-ġestjoni u l-kontroll tan-nefqa taħt l-ISF – Fruntieri u Viża, malajr kemm jista' jkun wara l-approvazzjoni tal-programm nazzjonali.
2. In-nomina msemmija fil-paragrafu 1 għandha tkun soġġetta għall-korp li jikkonforma mal-kriterji ta' nomina dwar l-ambjent intern, l-attivitajiet ta' kontroll, l-informazzjoni u l-komunikazzjoni, u l-monitoraġġ stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 514/2014 jew abbażi tiegħu.
3. In-nomina ta' Awtorità Responsabbli għandha tkun ibbażata fuq opinjoni ta' korp tal-awditu, li jista' jkun l-Awtorità tal-Awditu, li tivvaluta l-konformità tal-Awtorità Responsabbli mal-kriterji tan-nomina. Dak il-korp jista' jkun l-istituzzjoni pubblika awtonoma responsabbli mill-monitoraġġ, l-evalwazzjoni u l-awditjar tal-amministrazzjoni. Il-korp tal-awditu għandu jiffunzjona indipendentement mill-Awtorità Responsabbli u għandu jwettaq il-ħidma tiegħu f'konformità mal-istandards tal-awditu aċċettati internazzjonalment. L-Iżlanda tista' tibbaża d-deċiżjoni tagħha dwar in-nomina fuq jekk is-sistemi ta' ġestjoni u ta' kontroll humiex essenzjalment l-istess bħal dawk fis-seħħ għall-perjodu preċedenti u jekk iffunzjonawx b'mod effikaċi. Jekk ir-riżultati tal-awditu u tal-kontroll eżistenti juru li l-korp nominat ma għadux jikkonforma mal-kriterji tan-nomina, l-Iżlanda għandha tieħu l-miżuri neċessarji biex tiżgura li jinstab rimedju għan-nuqqasijiet fl-implimentazzjoni tal-kompiti ta' dan il-korp, inkluż billi tintemm in-nomina.
Artikolu 14
Definizzjoni tas-sena finanzjarja
Għall-finijiet ta' dan il-Ftehim, is-sena finanzjarja msemmija fl-Artikolu 60(5) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012, għandha tkopri n-nefqa mħallsa u d-dħul riċevut u kontabbilizzati fil-kontijiet tal-Awtorità Responsabbli fil-perjodu li jibda mis-16 ta' Ottubru tas-sena “N – 1” u jintemm fil-15 ta' Ottubru tas-sena “N”.
Artikolu 15
Eliġibbiltà tan-nefqa
B'deroga mill-Artikolu 17(3)(b) u (4) tar-Regolament (UE) Nru 514/2014, in-nefqa għandha tkun eliġibbli meta din tkun tħallset mill-Awtorità Responsabbli qabel in-nomina formali tal-Awtorità Responsabbli f'konformità mal-Artikolu 13 ta' dan il-Ftehim, dment li s-sistemi ta' ġestjoni u kontroll applikati preċedentement ikunu essenzjalment l-istess bħal dawk fis-seħħ wara n-nomina formali tal-Awtorità Responsabbli.
Artikolu 16
Talba għall-pagament tal-bilanċ annwali
1. Sal-15 ta' Frar tas-sena li ssegwi s-sena finanzjarja, l-Iżlanda għandha tippreżenta lill-Kummissjoni d-dokumenti u l-informazzjoni mitluba fil-punti (b) u (c) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 60(5) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012.
B'deroga mill-Artikolu 44(1) tar-Regolament (UE) Nru 514/2014 u f'konformità mat-tielet subparagrafu tal-Artikolu 60(5) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012, l-Iżlanda għandha tippreżenta lill-Kummissjoni l-opinjoni msemmija fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 60(5) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 sal-15 ta' Marzu tas-sena li ssegwi s-sena finanzjarja.
Id-dokumenti ppreżentati msemmijin f'dan il-paragrafu għandhom iservu ta' talba għall-ħlas tal-bilanċ annwali.
2. Id-dokumenti msemmijin fil-paragrafu 1 għandhom jitfasslu skont il-mudelli adottati mill-Kummissjoni abbażi tal-Artikolu 44(3) tar-Regolament (UE) Nru 514/2014.
Artikolu 17
Rapport ta' implimentazzjoni
B'deroga mill-Artikolu 54(1) tar-Regolament (UE) Nru 514/2014 u f'konformità mat-tielet subparagrafu tal-Artikolu 60(5) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012, l-Iżlanda għandha tippreżenta lill-Kummissjoni rapport annwali dwar l-implimentazzjoni tal-programm nazzjonali fis-sena finanzjarja ta' qabel sal-15 ta' Frar ta' kull sena sal-2022, inkluża dik is-sena, u tista' fil-livell xieraq tippubblika din l-informazzjoni.
L-ewwel rapport annwali dwar l-implimentazzjoni tal-programm nazzjonali għandu jiġi ppreżentat fil-15 ta' Frar wara d-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim jew il-bidu tal-applikazzjoni proviżorja tiegħu.
L-ewwel rapport għandu jkopri s-snin finanzjarji mill-2014 'il quddiem sas-sena finanzjarja qabel ma għandu jiġi ppreżentat l-ewwel rapport annwali f'konformità mat-tieni paragrafu. L-Iżlanda għandha tippreżenta rapport finali dwar l-implimentazzjoni tal-programmi nazzjonali sal-31 ta' Diċembru 2023.
Artikolu 18
Sistema ta' skambju elettroniku ta' dejta
F'konformità mal-Artikolu 24(5) tar-Regolament (UE) Nru 514/2014, kull skambju tal-informazzjoni uffiċjali bejn l-Iżlanda u l-Kummissjoni għandu jitwettaq permezz ta' sistema ta' skambju elettroniku tad-dejta stabbilita mill-Kummissjoni għal dak l-għan.
Artikolu 19
Dħul fis-seħħ
1. Is-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għandu jaġixxi bħala d-depożitarju ta' dan il-Ftehim.
2. Il-Partijiet għandhom japprovaw dan il-Ftehim skont il-proċeduri tagħhom stess. Huma għandhom jinnotifikaw lil xulxin bit-tlestija ta' dawn il-proċeduri.
3. Dan il-Ftehim għandu jidħol fis-seħħ fl-ewwel jum tal-ewwel xahar wara l-jum tal-aħħar notifika msemmija fil-paragrafu 2.
4. Bl-eċċezzjoni tal-Artikolu 5, il-Partijiet għandhom japplikaw dan il-Ftehim proviżorjament mill-jum ta' wara l-firma tiegħu, mingħajr preġudizzju għar-rekwiżiti kostituzzjonali.
Artikolu 20
Validità u terminazzjoni
1. Kemm l-Unjoni kif ukoll l-Iżlanda jistgħu jitterminaw dan il-Ftehim billi jinnotifikaw lill-Parti l-oħra bid-deċiżjoni tagħhom. Il-Ftehim għandu jieqaf milli japplika tliet xhur wara d-data ta' tali notifika. Il-proġetti u l-attivitajiet li jkunu għaddejjin fil-mument tat-terminazzjoni għandhom jissoktaw skont il-kondizzjonijiet stipulati f'dan il-Ftehim. Il-Partijiet għandhom jirriżolvu bi qbil reċiproku kull konsegwenza oħra tat-terminazzjoni.
2. Dan il-Ftehim għandu jiġi tterminat meta l-Ftehim ta' Assoċjazzjoni mal-Iżlanda u n-Norveġja jiġi tterminat skont l-Artikolu 8(4), l-Artikolu 11(3) jew l-Artikolu 16 tal-Protokoll ta' Assoċjazzjoni mal-Iżlanda u n-Norveġja.
Artikolu 21
Lingwi
Dan il-Ftehim għandu jitfassal f'test oriġinali uniku bil-lingwa Bulgara, Ċeka, Daniża, Estona, Finlandiża, Franċiża, Ġermaniża, Griega, Ingliża, Kroata, Latvjana, Litwana, Maltija, Netherlandiża, Pollakka, Portugiża, Rumena, Slovakka, Slovena, Spanjola, Taljana, Ungeriża, Żvediża u Iżlandiża, u kull wieħed minn dawn it-testi jkun ugwalment awtentiku.
Съставено в Брюксел на втори март две хиляди и осемнадесета година.
Hecho en Bruselas, el dos de marzo de dos mil dieciocho.
V Bruselu dne druhého března dva tisíce osmnáct.
Udfærdiget i Bruxelles den anden marts to tusind og atten.
Geschehen zu Brüssel am zweiten März zweitausendachtzehn.
Kahe tuhande kaheksateistkümnenda aasta märtsikuu teisel päeval Brüsselis.
Έγινε στις Βρυξέλλες, στις δύο Μαρτίου δύο χιλιάδες δεκαοκτώ.
Done at Brussels on the second day of March in the year two thousand and eighteen.
Fait à Bruxelles, le deux mars deux mille dix-huit.
Sastavljeno u Bruxellesu drugog ožujka godine dvije tisuće osamnaeste.
Fatto a Bruxelles, addì due marzo duemiladiciotto.
Briselē, divi tūkstoši astoņpadsmitā gada otrajā martā.
Priimta du tūkstančiai aštuonioliktų metų kovo antrą dieną Briuselyje.
Kelt Brüsszelben, a kétezer-tizennyolcadik év március havának második napján.
Magħmul fi Brussell, fit-tieni jum ta' Marzu fis-sena elfejn u tmintax.
Gedaan te Brussel, twee maart tweeduizend achttien.
Sporządzono w Brukseli dnia drugiego marca roku dwa tysiące osiemnastego.
Feito em Bruxelas, em dois de março de dois mil e dezoito.
Întocmit la Bruxelles la doi martie două mii optsprezece.
V Bruseli druhého marca dvetisícosemnásť.
V Bruslju, dne drugega marca leta dva tisoč osemnajst.
Tehty Brysselissä toisena päivänä maaliskuuta vuonna kaksituhattakahdeksantoista.
Som skedde i Bryssel den andra mars år tjugohundraarton.
Gjört í Brussel hinn annan dag marsmánaðar árið tvö þúsund og átján.
За Европейския съюз
Рог la Unión Europea
Za Evropskou unii
For Den Europæiske Union
Für die Europäische Union
Euroopa Liidu nimel
Για την Ευρωπαϊκή Ένωση
For the European Union
Pour l'Union européenne
Za Europsku uniju
Per l'Unione europea
Eiropas Savienības vārdā –
Europos Sąjungos vardu
Az Európai Unió részéről
Għall-Unjoni Ewropea
Voor de Europese Unie
W imieniu Unii Europejskiej
Pela União Europeia
Pentru Uniunea Europeană
Za Európsku úniu
Za Evropsko unijo
Euroopan unionin puolesta
För Europeiska unionen
Fyrir hönd Evrópusambandsins
За Исландия
Por Islandia
Za Island
For Island
Für Island
Islandi nimel
Για τηv Ισλανδία
For Iceland
Pour l'Islande
Za Island
Per l'Islanda
Islandes vārdā –
Islandijos vardu
Izland részéről
Għall-Iżlanda
Voor IJsland
W imieniu Islandii
Pela Islândia
Pentru Islanda
Za Island
Za Islandijo
Islannin puolesta
För Island
Fyrir hönd Íslands
(1) ĠU L 176, 10.7.1999, p. 36.
(2) Ir-Regolament (UE) Nru 515/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' April 2014 li jistabbilixxi, bħala parti mill-Fond għas-Sigurtà Interna, l-istrument għall-appoġġ finanzjarju għall-fruntieri esterni u l-viża u li jħassar id-Deċiżjoni Nru 574/2007/KE (ĠU L 150, 20.5.2014, p. 143).
(3) Ir-Regolament (UE) Nru 514/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' April 2014 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond għall-Ażil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni u dwar l-istrument għal appoġġ finanzjarju għall-kooperazzjoni tal-pulizija, il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-kriminalità, u l-ġestjoni tal-kriżijiet (ĠU L 150, 20.5.2014, p. 112).
(4) Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1).
(5) Ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1268/2012 tad-29 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli tal-applikazzjoni tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni (ĠU L 362, 31.12.2012, p. 1).
(6) Ir-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2185/96 tal-11 ta' Novembru 1996 dwar il-verifiki u l-ispezzjonijiet fuq il-post imwettqa mill-Kummissjoni sabiex tipproteġi l-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea kontra l-frodi u irregolaritajiet oħra (ĠU L 292, 15.11.1996, p. 2).
(7) Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Settembru 2013 dwar investigazzjonijiet immexxija mill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) u li jħassar ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 1073/1999 u r-Regolament tal-Kunsill (Euratom) Nru 1074/1999 (ĠU L 248, 18.9.2013, p. 1).
ANNESS
FORMULA BIEX JIĠU KKALKULATI L-KONTRIBUZZJONIJIET FINANZJARJI GĦAS-SNIN 2019 U 2020 U D-DETTALJI TAL-ĦLAS
Il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Iżlanda għall-ISF – Fruntieri u Viża msemmija fit-tieni u fit-tielet subparagrafi tal-Artikolu 5(7) tar-Regolament (UE) Nru 515/2014 tiġi kkalkulata kif ġej għas-snin 2019 u 2020:
|
Għal kull sena mill-2013 sal-2017, iċ-ċifri finali tal-Prodott Domestiku Gross (PDG) tal-Iżlanda disponibbli fil-31 ta' Marzu 2019 għandhom jiġu diviżi bis-somma taċ-ċifri tal-PDG tal-Istati kollha li jipparteċipaw fl-ISF – Fruntieri u Viża għas-sena rispettiva. Il-medja tal-ħames perċentwali miksuba għas-snin 2013 sa 2017 għandha tiġi applikata għas-somma tal-approprjazzjonijiet annwali effettivi tal-ISF – Fruntieri u Viża 2014 sa 2019 u tal-approprjazzjoni ta' impenn annwali tal-ISF – Fruntieri u Viża għas-sena 2020 kif inkluż fl-abbozz tal-baġit Ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2020 adottat mill-Kummissjoni sabiex jinkiseb l-ammont totali li għandu jitħallas mill-Iżlanda matul il-perjodu kollu ta' implimentazzjoni tal-ISF – Fruntieri u Viża. Minn dan l-ammont, għandhom jitnaqqsu l-ħlasijiet annwali li effettivament ikunu saru mill-Iżlanda f'konformità mal-Artikolu 10(1) ta' dan il-Ftehim sabiex jinkiseb l-ammont totali tal-kontribuzzjonijiet tagħha għas-snin 2019 u 2020. Nofs dan l-ammont għandu jitħallas fl-2019 u n-nofs l-ieħor fl-2020. |
|
Il-kontribuzzjoni finanzjarja għandha titħallas f'Euro. |
|
L-Iżlanda għandha tħallas il-kontribuzzjoni finanzjarja rispettiva tagħha sa mhux aktar tard minn 45 jum wara li tirċievi n-nota ta' debitu. Kull dewmien fil-ħlas tal-kontribuzzjoni għandu jagħti lok għal pagament ta' imgħax ta' inadempjenza fuq l-ammont mhux imħallas mid-data ta' skadenza. Ir-rata tal-imgħax għandha tkun ir-rata applikata mill-Bank Ċentrali Ewropew għall-operazzjonijiet prinċipali ta' rifinanzjament tiegħu, kif ippubblikat fis-Serje C ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, li tkun fis-seħħ fl-ewwel jum kalendarju tax-xahar li fih taħbat l-iskadenza, b'żieda ta' 3,5 punti perċentwali. |