This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32017R2454
Council Regulation (EU) 2017/2454 of 5 December 2017 amending Regulation (EU) No 904/2010 on administrative cooperation and combating fraud in the field of value added tax
Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/2454 tal-5 ta' Diċembru 2017 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 904/2010 dwar il-kooperazzjoni amministrattiva u l-ġlieda kontra l-frodi fil-qasam tat-taxxa fuq il-valur miżjud
Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/2454 tal-5 ta' Diċembru 2017 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 904/2010 dwar il-kooperazzjoni amministrattiva u l-ġlieda kontra l-frodi fil-qasam tat-taxxa fuq il-valur miżjud
ĠU L 348, 29.12.2017, p. 1–6
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force: This act has been changed. Current consolidated version: 18/08/2020
29.12.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 348/1 |
REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) 2017/2454
tal-5 ta' Diċembru 2017
li jemenda r-Regolament (UE) Nru 904/2010 dwar il-kooperazzjoni amministrattiva u l-ġlieda kontra l-frodi fil-qasam tat-taxxa fuq il-valur miżjud
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 113 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Wara li l-abbozz tal-att leġislattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,
Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew (1),
Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (2),
Filwaqt li jaġixxi skont proċedura leġislattiva speċjali,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 904/2010 (3) jistabbilixxi r-regoli dwar l-iskambju u l-ħżin ta' informazzjoni mill-Istati Membri sabiex jiġu stabbiliti l-iskemi speċjali previsti fil-Kapitolu 6 tat-Titolu XII tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE (4). |
(2) |
L-estensjoni mill-1 ta' Jannar 2021 ta' dawk l-iskemi speċjali għall-bejgħ mill-bogħod ta' oġġetti u ta' servizzi għajr servizzi ta' telekomunikazzjoni, ta' xandir jew servizzi fornuti b'mod elettroniku teħtieġ l-estensjoni tal-kamp ta' applikazzjoni tar-regoli ta' dan ir-Regolament dwar il-forniment ta' informazzjoni u t-trasferiment ta' flus bejn l-Istat Membru tal-identifikazzjoni u l-Istati Membri tal-konsum. |
(3) |
Minħabba l-kamp ta' applikazzjoni estiż tal-iskemi speċjali biex ikopru wkoll il-bejgħ mill-bogħod ta' oġġetti u s-servizzi kollha, l-għadd ta' tranżazzjonijiet li jridu jiġu rrapportati fid-denunzja tal-VAT ser jiżdied b'mod konsiderevoli. Sabiex l-Istat Membru ta' identifikazzjoni jkollu żmien suffiċjenti biex jittratta d-denunzji tal-VAT sottomessi minn persuni taxxabbli taħt l-iskema speċjali, jenħtieġ li l-iskadenza għat-trasferiment tal-informazzjoni tad-denunzja tal-VAT u l-ammont ta' VAT imħallas lil kull Stat Membru ta' konsum tiġi estiża b'10 ijiem. |
(4) |
L-estensjoni tal-iskemi speċjali għall-bejgħ mill-bogħod ta' oġġetti importati minn territorji terzi jew pajjiżi terzi teħtieġ li l-awtorità doganali tal-Istat Membru tal-importazzjoni tkun tista' tidentifika l-importazzjonijiet ta' oġġetti f'konsenji żgħar li għalihom it-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) trid titħallas permezz ta' waħda mill-iskemi speċjali. Għalhekk jenħtieġ li n-numru ta' identifikazzjoni li taħtu titħallas il-VAT jiġi kkomunikat bil-quddiem sabiex l-awtoritajiet doganali jkunu jistgħu jivverifikaw il-validità tiegħu mal-importazzjoni tal-oġġetti. |
(5) |
Il-persuni taxxabbli li jużaw tali skemi speċjali jistgħu jkunu soġġetti għal talbiet għal rekords u għal inkjesti amministrattivi mill-Istat Membru ta' identifikazzjoni u mill-Istati Membri kollha tal-konsum fejn jiġu fornuti l-oġġetti jew is-servizzi. Sabiex jitnaqqas il-piż amministrattiv u l-kostijiet tal-konformità għan-negozji kif ukoll għall-amministrazzjonijiet tat-taxxa ta' diversi talbiet għal rekords u inkjesti amministrattivi u sabiex jiġi evitat xogħol doppju, jenħtieġ li tali talbiet u inkjesti jkunu kkoordinati kemm jista' jkun mill-Istat Membru ta' identifikazzjoni. |
(6) |
Sabiex jiġi ssimplifikat il-ġbir tad-data statistika rigward l-applikazzjoni tal-iskemi speċjali, jenħtieġ li l-Kummissjoni tkun awtorizzata tieħu informazzjoni aggregata ta' statistika u dijanjostika, bħall-għadd ta' tipi differenti ta' messaġġi elettroniċi skambjati bejn l-Istati Membri, relatati mal-iskemi speċjali, bl-eċċezzjoni tad-data fir-rigward ta' persuni taxxabbli individwali. |
(7) |
Jenħtieġ li l-informazzjoni li trid tiġi sottomessa mill-persuna taxxabbli u li trid tintbagħat bejn l-Istati Membri għall-applikazzjoni tal-iskemi speċjali, kif ukoll dettalji tekniċi, inkluż messaġġi elettroniċi komuni, għas-sottomissjoni mill-persuna taxxabbli jew għat-trasmissjoni ta' din l-informazzjoni bejn l-Istati Membri tiġi adottata f'konformità mal-proċedura ta' komitoloġija prevista f'dan ir-Regolament. |
(8) |
B'kont meħud taż-żmien meħtieġ sabiex jiddaħħlu fis-seħħ il-miżuri neċessarji għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament u sabiex l-Istati Membri jadattaw is-sistema informatika tagħhom għar-reġistrazzjoni u għad-dikjarazzjoni u ħlas tal-VAT kif ukoll sabiex jieħdu kont tal-emendi introdotti mill-Artikolu 2 tad-Direttiva tal-Kunsill (UE) 2017/2455 (5), jenħtieġ li dan ir-Regolament japplika mid-data tal-applikazzjoni ta' dawk l-emendi. |
(9) |
Għaldaqstant, jenħtieġ li r-Regolament (UE) Nru 904/2010 jiġi emendat skont dan, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament (UE) Nru 904/2010 huwa emendat kif ġej:
(1) |
fl-Artikolu 1, il-paragrafu 4 huwa sostitwit b'dan li ġej: “4. Dan ir-Regolament jistabbilixxi wkoll regoli u proċeduri għall-iskambju b'mezzi elettroniċi ta' informazzjoni dwar il-VAT fuq oġġetti u servizzi fornuti skont l-iskemi speċjali previsti fil-Kapitolu 6 tat-Titolu XII tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE u wkoll għal kwalunkwe skambju sussegwenti ta' informazzjoni u, safejn ikunu kkonċernati oġġetti u servizzi koperti mill-iskemi speċjali, għat-trasferiment ta' flus bejn l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri.”. |
(2) |
fl-Artikolu 2, il-paragrafu 2 huwa sostitwit b'dan li ġej: “2. Id-definizzjonijiet li jinsabu fl-Artikoli 358, 358a, 369a u 369 l tad-Direttiva 2006/112/KE għall-finijiet ta' kull skema speċjali għandhom japplikaw ukoll għall-finijiet ta' dan ir-Regolament.”. |
(3) |
fl-Artikolu 17(1), il-punt (d) huwa sostitwit b'dan li ġej:
|
(4) |
fl-Artikolu 17(1), jiddaħħal il-punt li ġej:
|
(5) |
fl-Artikolu 17, il-paragrafu 2 jinbidel b'dan li ġej: “2. Id-dettalji tekniċi li jikkonċernaw it-tiftix awtomatizzat tal-informazzjoni msemmija fil-punti (b), (c), (d) u (e) tal-paragrafu 1 għandhom jiġu adottati skont il-proċedura prevista fl-Artikolu 58(2).”. |
(6) |
l-Artikolu 31 huwa emendat kif ġej:
|
(7) |
il-Kapitolu XI huwa emendat kif ġej:
|
(8) |
fl-Anness I, il-punt 1 jinbidel b'dan li ġej:
|
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Huwa għandu japplika mill-1 ta' Jannar 2021.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-5 ta' Diċembru 2017.
Għall-Kunsill
Il-President
T. TÕNISTE
(1) Opinjoni tat-30 ta' Novembru 2017 (għadha mhux ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).
(2) ĠU C 345, 13.10.2017, p. 79.
(3) Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 904/2010 tas-7 ta' Ottubru 2010 dwar il-kooperazzjoni amministrattiva u l-ġlieda kontra l-frodi fil-qasam tat-taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 268, 12.10.2010, p. 1).
(4) Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta' Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 347, 11.12.2006, p. 1).
(5) Direttiva tal-Kunsill (UE) 2017/2455 tal-5 ta' Diċembru 2017 li temenda d-Direttiva 2006/112/KE u d-Direttiva 2009/132/KE fir-rigward ta' ċerti obbligi tat-taxxa fuq il-valur miżjud għall-provvisti ta' servizzi u għall-bejgħ mill-bogħod ta' oġġetti (ara paġna 7 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali).