Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32017R1407

Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/1407 tal-1 ta' Awwissu 2017 li jagħmel il-korrezzjonijiet għall-verżjonijiet lingwistiċi bil-Bulgaru, bil-Finlandiż, bil-Ġermaniż, bil-Portugiż u bl-Ispanjol, tar-Regolament (UE) Nru 432/2012, li jistabbilixxi lista ta' indikazzjonijiet permessi dwar is-saħħa li jsiru fuq l-ikel, barra dawk li jirreferu għat-tnaqqis fir-riskju tal-mard u għall-iżvilupp u s-saħħa tat-tfal (Test b'rilevanza għaż-ŻEE. )

C/2017/5282

ĠU L 201, 2.8.2017, pp. 1–2 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2017/1407/oj

2.8.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 201/1


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/1407

tal-1 ta' Awwissu 2017

li jagħmel il-korrezzjonijiet għall-verżjonijiet lingwistiċi bil-Bulgaru, bil-Finlandiż, bil-Ġermaniż, bil-Portugiż u bl-Ispanjol, tar-Regolament (UE) Nru 432/2012, li jistabbilixxi lista ta' indikazzjonijiet permessi dwar is-saħħa li jsiru fuq l-ikel, barra dawk li jirreferu għat-tnaqqis fir-riskju tal-mard u għall-iżvilupp u s-saħħa tat-tfal

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1924/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Diċembru 2006 dwar indikazzjonijiet dwar in-nutrizzjoni u s-saħħa mogħtija fuq l-ikel (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 13(4) tiegħu,

Billi:

(1)

Il-verżjonijiet lingwistiċi bil-Bulgaru, bil-Ġermaniż u bl-Ispanjol tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 432/2012 (2) fihom żball fl-indikazzjoni dwar l-ewwel okkorrenza tan-nutrijent, tas-sustanza, tal-ikel jew tal-kategorija tal-ikel “Sostitut ta' ikla għall-kontroll tal-piż” fl-Anness.

(2)

Il-verżjoni lingwistika bil-Finlandiż tar-Regolament (UE) Nru 432/2012 fiha żball fil-kundizzjonijiet u/jew restrizzjonijiet tal-użu tal-ikel u/jew dikjarazzjoni jew twissija addizzjonali fit-tieni okkorrenza tan-nutrijent, tas-sustanza, tal-ikel jew tal-kategorija tal-ikel “Sostitut ta' ikla għall-kontroll tal-piż” fl-Anness.

(3)

Il-verżjoni lingwistika bil-Portugiż tar-Regolament (UE) Nru 432/2012 fiha żball fil-kundizzjonijiet u/jew restrizzjonijiet tal-użu tal-ikel u/jew dikjarazzjoni jew twissija addizzjonali fiż-żewġ okkorrenzi tan-nutrijent, tas-sustanza, tal-ikel jew tal-kategorija tal-ikel “Sostitut ta' ikla għall-kontroll tal-piż” fl-Anness.

(4)

Għaldaqstant, il-verżjonijiet lingwistiċi bil-Bulgaru, bil-Finlandiż, bil-Ġermaniż, bl-Ispanjol u bil-Portugiż tar-Regolament (UE) Nru 432/2012 għandhom isirulhom il-korrezzjonijiet rilevanti. Il-verżjonijiet bil-lingwi l-oħra ma ntlaqtux.

(5)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament jikkonformaw mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

(ma japplikax għal-lingwa Maltija)

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-1 ta' Awwissu 2017.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)   ĠU L 404, 30.12.2006, p. 9.

(2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 432/2012 tas-16 ta' Mejju 2012 li jistabbilixxi lista ta' indikazzjonijiet permessi dwar is-saħħa li jsiru fuq l-ikel, barra dawk li jirreferu għat-tnaqqis fir-riskju tal-mard u għall-iżvilupp u s-saħħa tat-tfal (ĠU L 136, 25.5.2012, p. 1).


Top