This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32017R0979
Commission Delegated Regulation (EU) 2017/979 of 2 March 2017 amending Regulation (EU) No 648/2012 of the European Parliament and of the Council on OTC derivatives, central counterparties and trade repositories with regard to the list of exempted entities (Text with EEA relevance. )
Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/979 tat-2 ta' Marzu 2017 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar derivati OTC, kontropartijiet ċentrali u repożitorji tad-data dwar it-tranżazzjonijiet (Test b'rilevanza għaż-ŻEE. )
Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/979 tat-2 ta' Marzu 2017 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar derivati OTC, kontropartijiet ċentrali u repożitorji tad-data dwar it-tranżazzjonijiet (Test b'rilevanza għaż-ŻEE. )
C/2017/1324
ĠU L 148, 10.6.2017, p. 1–2
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
10.6.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 148/1 |
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/979
tat-2 ta' Marzu 2017
li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar derivati OTC, kontropartijiet ċentrali u repożitorji tad-data dwar it-tranżazzjonijiet
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta' Lulju 2012 dwar derivati OTC, kontropartijiet ċentrali u u repożitorji tad-data dwar it-tranżazzjonijiet (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 1(6) tiegħu,
Billi:
(1) |
L-eżerċitar tar-responsabbiltajiet monetarji u l-ġestjoni tad-dejn sovran għandhom impatti konġunti fuq il-funzjonament tas-swieq tar-rati tal-imgħax u għandu jiġi kkoordinat biex jiġi żgurat li dawn iż-żewġ funzjonijiet jitwettqu b'mod effiċjenti. Peress li r-Regolament (UE) Nru 648/2012 jeskludi mill-kamp ta' applikazzjoni tiegħu l-banek ċentrali tal-Unjoni kif ukoll korpi pubbliċi oħra tal-Unjoni li jiġġestixxu d-dejn sabiex ma jtellfux mill-kapaċità tagħhom li jwettqu kompiti ta' interess komuni, l-applikar ta' reġoli differenti għal tali funzjonijiet meta jiġu eżerċitati minn entitajiet ta' pajjiżi terzi jkun ta' detriment għall-effettività tagħhom. Sabiex ikun żgurat li banek ċentrali ta' pajjiżi terzi u korpi pubbliċi oħra inkarigati mill-ġestjoni tad-dejn pubbliku, jew li jintervjenu fih, jibqgħu f'pożizzjoni li jwettqu l-kompiti tagħhom b'mod adegwat, il-korpi pubbliċi ta' pajjiżi terzi inkarigati mill-ġestjoni tad-dejn pubbliku, jew li jintervjenu fih, għandhom ukoll jiġu eżenti mir-Regolament (UE) Nru 648/2012. |
(2) |
Il-Kummissjoni evalwat it-trattament ta' korpi pubbliċi inkarigati bil-ġestjoni tad-dejn pubbliku u l-banek ċentrali, jew li jintervjenu fih skont il-liġi nazzjonali ta' ċerti pajjiżi terzi u ppreżentat il-konklużjonijiet tagħha lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. B'mod partikolari, il-Kummissjoni wettqet analiżi komparattiva tat-trattament kif ukoll tal-istandards ta' ġestjoni tar-riskju applikabbli għat-tranżazzjonijiet ta' derivati li jkunu saru minn dawk il-korpi u minn banek ċentrali f'dawk il-ġuriżdizzjonijiet. |
(3) |
L-analiżi tal-Kummissjoni kkonkluda li l-banek ċentrali u l-korpi pubbliċi inkarigati li jintervjenu jew inkarigati bl-immaniġġjar tad-dejn pubbliku fl-Awstralja, il-Kanada, Hong Kong, il-Messiku, Singapore u l-Iżvizzera għandhom jiġu eżentati mill-ikklerjar u r-rekwiżiti ta' rappurtar stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 648/2012. |
(4) |
Il-banek ċentrali u l-korpi pubbliċi inkarigati li jintervjenu jew inkarigati bl-immaniġġjar tad-dejn pubbliku fl-Awstralja, il-Kanada, Hong Kong, il-Messiku, Singapore u l-Iżvizzera għandhom jiġu miżjuda mal-lista ta' entitajiet eżentati stabbilita fir-Regolament (UE) Nru 648/2012. |
(5) |
Il-Kummissjoni tkompli timmonitorja fuq bażi regolari it-trattament ta' dawk il-banek ċentrali u korpi pubbliċi eżentati mill-ikklerjar u r-rekwiżiti ta' rappurtar stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 648/2012. Il-lista tista' tiġi aġġornata fid-dawl tal-iżvilupp ta' arranġamenti regolatorji f'dawk il-pajjiżi terzi u b'kont meħud ta' kwalunkwe sorsi ġodda ta' informazzjoni. Tali valutazzjoni mill-ġdid tista' twassal għat-tneħħija ta' ċerti pajjiżi terzi mil-lista ta' entitajiet eżentati, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Fl-Artikolu 1(4)(c) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012, jiżdiedu l-punti segwenti:
“(iii) |
l-Awstralja; |
(iv) |
il-Kanada; |
(v) |
Hong Kong; |
(vi) |
il-Messiku; |
(vii) |
Singapore; |
(viii) |
l-Iżvizzera.” |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-2 ta' Marzu 2017.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 201, 27.7.2012, p. 1.