Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32017D0956

    Deċiżjoni tal-Kunsill (Euratom) 2017/956 tad-29 ta' Mejju 2017 dwar l-adozzjoni tal-programm supplimentari ta' riċerka tar-reattur ta' fluss għoli għall-2016-2019 li għandu jiġi implimentat miċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka għall-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika

    ĠU L 144, 7.6.2017, p. 23–26 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2017/956/oj

    7.6.2017   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 144/23


    DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (Euratom) 2017/956

    tad-29 ta' Mejju 2017

    dwar l-adozzjoni tal-programm supplimentari ta' riċerka tar-reattur ta' fluss għoli għall-2016-2019 li għandu jiġi implimentat miċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka għall-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika

    IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, u b'mod partikolari l-Artikolu 7 tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

    Wara li kkonsulta lill-Kumitat Xjentifiku u Tekniku,

    Billi:

    (1)

    Fi ħdan il-qafas taż-Żona Ewropea tar-Riċerka, ir-reattur ta' fluss għoli (“HFR”) li jinsab f'Petten kien, u ser jibqa' jkun għal xi żmien, riżors importanti għall-Komunità għar-riċerka dwar ix-xjenza tal-materjali, l-ittestjar tal-materjali, il-mediċina nukleari, u s-sikurezza tar-reatturi nukleari.

    (2)

    It-tħaddim tal-HFR ġie appoġġat minn serje ta' programmi supplimentari ta' riċerka, li l-aħħar wieħed fosthom (1) skada fil-31 ta' Diċembru 2015.

    (3)

    It-tħaddim tal-HFR kompla matul l-2016 mingħajr programm supplimentari ta' riċerka, sakemm isiru n-negozjati bejn l-entitajiet inkarigati mill-finanzjament mill-Istati Membri. Peress li dawn l-isforzi wasslu għall-ftehim bejn żewġ entitajiet nazzjonali, programm supplimentari ta' riċerka ġdid hu meħtieġ biex jipprovdi appoġġ finanzjarju kontinwu lill-HFR.

    (4)

    Sabiex tiġi żgurata kontinwità bejn il-programmi supplementari ta' riċerka, jenħtieġ li din id-Deċiżjoni tapplika mill-1 ta' Jannar 2016. Jenħtieġ li jkun permissibbli li parti mill-kontribuzzjonijiet taħt il-programm supplimentari ta' riċerka tal-HFR għall-2016-2019 ikopru n-nefqa li saret matul is-sena 2016.

    (5)

    Billi l-HFR hija infrastruttura insostitwibbli għar-riċerka Komunitarja dwar is-sikurezza tar-reatturi nukleari, is-saħħa (inkluż l-iżvilupp ta' isotopi mediċigħar-riċerka medika), il-fużjoni nukleari, ix-xjenza bażika, it-taħriġ, u l-immaniġġjar tal-iskart (inkluż l-imġiba fil-konfront tas-sikurezza tal-fjuwils nukleari użati f'sistemi ta' reatturi speċifiċi tal-Unjoni li huma ta' interess għall-Ewropa), jenħtieġ li it-tħaddim tiegħu għandu jitkompla taħt dan il-programm supplimentari ta' riċerka sal-aħħar tal-2019.

    (6)

    Minħabba l-interess partikolari tagħhom fil-kapaċità tal-irradjazzjoni tal-HFR, il-Commissariat à l'énergie atomique et aux énergies alternatives — (CEA) u l-NRG: Nuclear Research and consultancy Group V.O.F. (“NRG”), bħala aġenti implimentattivi għal Franza u n-Netherlands, rispettivament, qablu li jiffinanzjaw il-programm supplimentari ta' riċerka tal-HFR għall-2016-2019 fl-intier tiegħu permezz ta' kontribuzzjonijiet li ser jagħmlu għall-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea bħala dħul assenjat.

    (7)

    Dawk il-kontribuzzjonijiet ser iservu biex jiffinanzjaw it-tħaddim tal-HFR sabiex jiġi appoġġat programm ta' riċerka li jippresuppni it-tħaddim normali u l-manutenzjoni regolari tal-HFR. Jenħtieġ li l-ħruġ ta' notifika uffiċjali ta' waqfien definittiv mill-operatur NRG lill-awtorità regolatorja nazzjonali Olandiża qabel id-dikjarazzjoni ta' stat ta' konservazzjoni sikura jissospendi l-pagamenti pendenti u s-sejħiet għal fondi mill-Kummissjoni,

    ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Il-programm supplimentari ta' riċerka dwar it-tħaddim tal-HFR li l-għanijiet tiegħu huma stipulati fl-Anness I, għandu jiġi adottat għal perijodu ta' erba' snin, li jibdew mill-1 ta' Jannar 2016.

    Artikolu 2

    L-ispejjeż għall-eżekuzzjoni tal-programm, li huma stmati għal EUR 30,2 miljuni, għandhom jiġu kompletament iffinanzjati minn kontribuzzjonijiet minn Franza u n-Netherlands, permezz tas-CEA u l-NRG, rispettivament. It-tqassim ta' dan l-ammont jinsab stipulat fl-Anness II. Din il-kontribuzzjoni għandha titqies bħala dħul assenjat f'konformità mal-Artikolu 21(2) tar-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 966/2012 (2).

    Artikolu 3

    1.   Il-Kummissjoni għandu tkun repsonsabbli mill-ġestjoni tal-programm. Għal dak il-għan, għandha titlob is-servizzi taċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka.

    2.   Il-Kummissjoni għandha żżomm lill-Bord tal-Gvernaturi taċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka infurmat bl-implimentazzjoni tal-programm.

    Artikolu 4

    Fil-każ li l-NRG jinnotifika uffiċjalment lill-awtorità regolatorja nazzjonali Olandiża bil-waqfien definittiv tal-HFR (qabel id-dikjarazzjoni ta' stat ta' konservazzjoni sikura), l-obbligi min-naħa ta' Franza u n-Netherlands, permezz tas-CEA u l-NRG, rispettivament, li jagħmlu pagamenti ulterjuri għandhom jiġu sospiżi, kif ukoll kwalunkwe talba għal fondi mill-Kummissjoni skont din id-Deċiżjoni.

    Artikolu 5

    Il-Kummissjoni għandha tissottometti rapport finali dwar l-implimentazzjoni ta' din id-Deċiżjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill wara t-tmiem tal-programm supplimentari ta' riċerka tal-HFR għall-2016-2019.

    Artikolu 6

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Għandha tapplika mill-1 ta' Jannar 2016.

    Artikolu 7

    Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

    Magħmul fi Brussell, id-29 ta' Mejju 2017.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    C. CORDONA


    (1)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/709/Euratom tat-13 ta' Novembru 2012 dwar l-adozzjoni tal-programm supplimentari ta' riċerka tar-Reattur ta' Fluss Għoli għall-2012-2015 li għandu jiġi implimentat miċ-Ċentru Konġunt għar-Riċerka għall-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (ĠU L 321, 20.11.2012, p. 59).

    (2)  Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1).


    ANNESS I

    GĦANIJIET XJENTIFIĊI U TEKNIĊI

    L-għanijiet prinċipali tal-programm supplimentari ta' riċerka huma dawn li ġejjin:

    1.

    Li jiġi żgurat it-tħaddim sikur u affidabbli tal-HFR, sabiex tkun żgurata d-disponibbiltà tal-fluss tan-newtroni għal għanijiet sperimentali.

    2.

    Li jkun permess l-użu effiċjenti tal-HFR mill-istituti tar-riċerka f'firxa wiesgħa ta' oqsma ta' riċerka: it-titjib tas-sikurezza tar-reatturi nukleari: is-saħħa (inkluż l-iżvilupp ta' isotopi mediċi); il-fużjoni nukleari; ix-xjenza bażika; it-taħriġ; u l-immaniġġjar tal-iskart (inkluż l-imġiba fil-konfront tas-sikurezza tal-fjuwils nukleari għas-sistemi tar-reatturi li huma ta' interess għall-Ewropa).


    ANNESS II

    TQASSIM TAL-KONTRIBUZZJONIJIET

    Il-kontribuzzjonijiet għall-programm supplimentari ta' riċerka jiġu min-Netherlands u minn Franza.

    Dawn il-kontribuzzjonijiet huma mqassma kif ġej:

     

    Franza: EUR 1,2 miljuni

     

    In-Netherlands: EUR 29 miljun

     

    It-total: EUR 30,2 miljuni.

    Dawk il-kontribuzzjonijiet għandhom isiru lill-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea u għandhom jiġu assenjati għal dan il-programm. Parti mill-kontribuzzjonijiet taħt dan il-programm supplimentari attwali jistgħu jkopru wkoll in-nefqa li saret għat-tħaddim tal-HFR matul is-sena 2016 f'konformità mal-programm ta' ħidma li ser jiġi maqbul fost l-Istati Membri li qegħdin jikkontribwixxu u l-Kummissjoni.

    Dawk il-kontribuzzjonijiet huma fissi u ma jistgħux jiġu riveduti fir-rigward ta' varjazzjonijiet marbuta mal-ispejjeż ta' tħaddim, manutenzjoni u dekummisjonar.


    Top