This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32017D0262
Council Decision (EU) 2017/262 of 6 February 2017 determining, for the General Secretariat of the Council, the appointing authority and the authority empowered to conclude contracts of employment, and repealing Decision 2013/811/EU
Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2017/262 tas-6 ta' Frar 2017 li tiddetermina, għas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill, l-awtorità tal-ħatra u l-awtorità bis-setgħa li tikkonkludi l-kuntratti ta' reklutaġġ, u li tħassar id-Deċiżjoni 2013/811/UE
Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2017/262 tas-6 ta' Frar 2017 li tiddetermina, għas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill, l-awtorità tal-ħatra u l-awtorità bis-setgħa li tikkonkludi l-kuntratti ta' reklutaġġ, u li tħassar id-Deċiżjoni 2013/811/UE
ĠU L 39, 16.2.2017, p. 4–5
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
16.2.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 39/4 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2017/262
tas-6 ta' Frar 2017
li tiddetermina, għas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill, l-awtorità tal-ħatra u l-awtorità bis-setgħa li tikkonkludi l-kuntratti ta' reklutaġġ, u li tħassar id-Deċiżjoni 2013/811/UE
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra r-Regolamenti tal-Persunal tal-Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u l-Kondizzjonijiet ta' Impjieg ta' Uffiċjali Oħra tal-Unjoni Ewropea, kif stipulati mir-Regolament tal-Kunsill (KEE, Euratom, KEFA) Nru 259/68 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 2 ta' dawk ir-Regolamenti tal-Persunal u l-Artikolu 6 ta' dawk il-Kondizzjonijiet ta' Impjieg,
Billi:
(1) |
Skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 240(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, is-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill jaqa' taħt ir-responsabbiltà ta' Segretarju Ġenerali. |
(2) |
Sabiex tiġi promossa s-simplifikazzjoni amministrattiva u l-ġestjoni effettiva tal-persunal, is-Segretarju Ġenerali jenħtieġ li jkollu ambitu usa' li jiddelega s-setgħat tiegħu fir-rigward tal-applikazzjoni tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (“ir-Regolamenti tal-Persunal”) u l-Kondizzjonijiet ta' Impjieg ta' Uffiċjali Oħra tal-Unjoni Ewropea (“il-Kondizzjonijiet ta' Impjieg”) lid-Direttur Ġenerali tal-Amministrazzjoni. Barra minn hekk, is-Segretarju Ġenerali jenħtieġ li jkun awtorizzat li jiddelega lid-Diretturi Ġenerali kollha s-setgħa li jiddeċiedu dwar riassenjazzjonijiet u trasferimenti interni skont il-ħtiġijiet tal-persunal fid-Direttorati Ġenerali tagħhom. |
(3) |
Jenħtieġ li d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/811/UE (2) titħassar, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
1. Is-setgħat mogħtija mir-Regolamenti tal-Persunal lill-awtorità tal-ħatra u mill-Kondizzjonijiet ta' Impjieg lill-awtorità kompetenti li tikkonkludi l-kuntratti ta' reklutaġġ għandhom jiġu eżerċitati, fir-rigward tas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill:
(a) |
mill-Kunsill fir-rigward tas-Segretarju Ġenerali; |
(b) |
mill-Kunsill, fuq proposta mis-Segretarju Ġenerali, fir-rigward tal-applikazzjoni tal-Artikoli 1a, 30, 34, 41, 49, 50 u 51 tar-Regolamenti tal-Persunal lid-Diretturi Ġenerali; |
(c) |
mis-Segretarju Ġenerali f'każijiet oħra. |
2. Is-Segretarju Ġenerali huwa awtorizzat li jiddelega, kompletament jew parzjalment, lid-Direttur Ġenerali tal-Amministrazzjoni kwalunkwe setgħa jew is-setgħat kollha tiegħu fir-rigward tal-applikazzjoni tar-Regolamenti tal-Persunal u tal-Kondizzjonijiet ta' Impjieg.
3. Is-Segretarju Ġenerali huwa awtorizzat li jiddelega lid-Diretturi Ġenerali kollha s-setgħa fir-rigward tar-riassenjazzjonijiet u t-trasferimenti fl-interess tas-servizz fi ħdan id-Direttorati Ġenerali rispettivi tagħhom f'konformità mal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 7(1) tar-Regolamenti tal-Persunal.
Artikolu 2
Id-Deċiżjoni 2013/811/UE hija b'dan imħassra.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-1 ta' Marzu 2017.
Magħmul fi Brussell, is-6 ta' Frar 2017.
Għall-Kunsill
Il-President
F. MOGHERINI
(1) Regolament tal-Kunsill (KEE, Euratom, KEFA) Nru 259/68 tad-29 ta' Frar 1968 li jistabbilixxi r-Regolamenti tal-Persunal tal-Uffiċjali u l-Kondizzjonijiet ta' Impjieg ta' Uffiċjali Oħra tal-Komunitajiet Ewropej u li jistabbilixxi miżuri temporanji applikabbli għall-uffiċjali tal-Kummissjoni (ĠU L 56, 4.3.1968, p. 1).
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/811/UE tas-17 ta' Diċembru 2013 li tiddetermina għas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill l-awtorità bis-setgħa ta' ħatra u l-awtorità bis-setgħa ta' konklużjoni tal-kuntratti ta' reklutaġġ u li tħassar id-Deċiżjoni 2011/444/UE (ĠU L 355, 31.12.2013, p. 91).