Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32017R0109

    Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/109 tat-23 ta' Jannar 2017 li jimponi dazju antidumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta' ċerti roti tal-aluminju għall-użu fit-triq li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina wara rieżami tal-iskadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

    C/2017/0190

    ĠU L 18, 24.1.2017, p. 1–41 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 19/01/2023

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2017/109/oj

    24.1.2017   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 18/1


    REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/109

    tat-23 ta' Jannar 2017

    li jimponi dazju antidumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta' ċerti roti tal-aluminju għall-użu fit-triq li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina wara rieżami tal-iskadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta' Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Unjoni Ewropea (1) (“ir-Regolament bażiku”), u b'mod partikolari l-Artikolu 11(2) tiegħu,

    Billi:

    A.   IL-PROĊEDURA

    1.   Il-miżuri fis-seħħ

    (1)

    Wara investigazzjoni antidumping (“l-investigazzjoni oriġinali”), il-Kunsill impona, permezz tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 964/2010 (2), dazju antidumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta' ċerti roti tal-aluminju għall-użu fit-triq li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (“ir-RPĊ” jew “iċ-Ċina” jew “il-pajjiż ikkonċernat”).

    (2)

    Il-forom kellhom l-għamla ta' dazju ad valorem ta' 22,3 % stabbilit fuq l-importazzjonijiet mir-RPĊ.

    2.   Talba għal rieżami tal-iskadenza

    (3)

    Wara l-pubblikazzjoni ta' avviż dwar l-iskadenza imminenti (3) tal-miżuri antidumping fis-seħħ, il-Kummissjoni rċeviet talba għall-bidu ta' rieżami tal-iskadenza tal-miżuri kontra r-RPĊ skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (4).

    (4)

    It-talba tressqet mill-Assoċjazzjoni tal-Manifatturi Ewropej tar-Roti (EUWA) (“l-applikanti”) f'isem il-produtturi li jirrappreżentaw aktar minn 25 % tal-produzzjoni totali tal-Unjoni ta' ċerti roti tal-aluminju.

    (5)

    It-talba kienet ibbażata fuq ir-raġuni li l-iskadenza tal-miżuri aktarx twassal għall-kontinwazzjoni ta' dumping u għar-rikorrenza ta' ħsara għall-industrija tal-Unjoni.

    3.   Bidu ta' rieżami tal-iskadenza

    (6)

    Wara li stabbiliet li kienet hemm biżżejjed evidenza għall-bidu ta' rieżami tal-iskadenza, il-Kummissjoni fis-27 ta' Ottubru 2015 ħabbret, permezz ta' avviż ippubblikat f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  (5) (“in-Notifika ta' Bidu”), il-bidu ta' rieżami tal-iskadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009.

    4.   L-investigazzjoni

    Il-perjodu ta' investigazzjoni tar-rieżami u l-perjodu kkunsidrat

    (7)

    L-investigazzjoni tal-probabbiltà ta' kontinwazzjoni jew ta' rikorrenza ta' dumping u ħsara kopriet il-perjodu mill-1 ta' Ottubru 2014 sat-30 ta' Settembru 2015 (il-“perjodu ta' investigazzjoni tar-rieżami” jew “PIR”). L-eżami tax-xejriet rilevanti għall-valutazzjoni tal-probabbiltà ta' kontinwazzjoni jew ta' rikorrenza ta' ħsara kopra l-perjodu mill-1 ta' Jannar 2012 sat-tmiem tal-perjodu ta' investigazzjoni tar-rieżami (il-“perjodu kkunsidrat”).

    Il-partijiet ikkonċernati mill-investigazzjoni

    (8)

    Il-Kummissjoni avżat uffiċjalment lill-applikanti, lill-produtturi l-oħra magħrufa tal-Unjoni, lill-produtturi esportaturi fir-RPĊ, lill-importaturi magħrufa, lill-utenti u lill-operaturi tas-suq li kien magħruf li kienu kkonċernati, lill-assoċjazzjonijiet magħrufa li jirrappreżentaw lill-produtturi u lill-utenti tal-Unjoni u lir-rappreżentanti tal-pajjiżi esportaturi, dwar it-tnedija tar-rieżami tal-iskadenza.

    (9)

    Il-partijiet interessati, inklużi l-produtturi fit-Turkija, ingħataw l-opportunità li jagħtu l-fehmiet tagħhom bil-miktub u biex jitolbu smigħ fil-limitu taż-żmien stabbilit fin-Notifika ta' Bidu. Il-partijiet interessati kollha, li talbu għal smigħ u wrew li kien hemm raġunijiet partikolari għaliex jenħtieġ li jinstemgħu, ingħataw din is-seduta ta' smigħ.

    (10)

    L-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Manifatturi tal-Vetturi (“ACEA”) talbet seduta ta' smigħ mal-Uffiċjal tas-Seduta fi proċedimenti kummerċjali (“l-Uffiċjal tas-Seduta”). Is-seduta ta' smigħ seħħet fil-5 ta' Diċembru 2016.

    (11)

    L-applikanti u l-produtturi kooperanti Torok fil-pajjiż analogu talbu li isimhom jibqa' kunfidenzjali minħabba li beżgħu li jkollhom jaffaċċjaw ritaljazzjoni mill-klijenti jew mill-kompetituri. Il-Kummissjoni kienet tal-fehma li tabilħaqq kien hemm possibilità sinifikanti ta' ritaljazzjoni u aċċettat li l-ismijiet tal-applikanti u tal-produtturi kooperanti Torok ma għandhomx ikunu ddivulgati. Sabiex tingħata anonimità b'mod effettiv, l-ismijiet tal-produtturi l-oħra tal-Unjoni nżammu kunfidenzjali wkoll, sabiex ikun evitat li wieħed ma jasalx għall-identifikazzjoni tal-ismijiet tal-applikanti.

    Kampjunar

    (12)

    Fin-Notifika ta' Bidu, il-Kummissjoni indikat li tista' tieħu kampjuni minn partijiet interessati, f'konformità mal-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku.

    Il-kampjunar ta' produtturi esportaturi fir-RPĊ

    (13)

    Sabiex tiddeċiedi jekk il-kampjunar kienx meħtieġ u, jekk iva, biex tagħżel kampjun, il-Kummissjoni talbet lill-produtturi esportaturi magħrufa kollha fir-RPĊ sabiex jipprovdu l-informazzjoni speċifikata fin-Notifika ta' Bidu. Barra minn hekk, il-Kummissjoni talbet lill-Missjoni tar-RPĊ għall-Unjoni sabiex tidentifika u/jew tikkuntattja lil produtturi esportaturi oħrajn, jekk hemm, li jistgħu jkunu interessati sabiex jieħdu sehem fl-investigazzjoni.

    (14)

    Wieħed u għoxrin produttur esportatur fil-pajjiż ikkonċernat ipprovdew l-informazzjoni mitluba u qablu li jkunu inklużi fil-kampjun. F'konformità mal-Artikolu 17(1) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni għażlet kampjun ta' erba' gruppi ta' produtturi esportaturi abbażi tal-akbar volum ta' produzzjoni u ta' bejgħ iddikjarat li jista' jiġi investigat b'mod raġonevoli fil-ħin disponibbli. Abbażi ta' dan, l-erba' gruppi ta' produtturi esportaturi Ċiniżi li ttieħed kampjun tagħhom għandhom produzzjoni annwali ta' 80 miljun rota li tirrappreżenta daqs 70 % tal-produzzjoni u l-bejgħ kumplessiv iddikjarat tal-kumpaniji/gruppi ta' kumpaniji kollha kooperanti. L-erba' gruppi li ttieħed kampjun tagħhom ikopru madwar 40 % tat-total tal-esportazzjonijiet Ċiniżi skont l-Eurostat fil-perjodu ta' investigazzjoni tar-rieżami.

    (15)

    F'konformità mal-Artikolu 17(2) tar-Regolament bażiku, il-produtturi esportaturi magħrufa kollha kkonċernati, u l-awtoritajiet tal-pajjiż ikkonċernati, ġew ikkonsultati dwar l-għażla tal-kampjun. Żewġ produtturi esportaturi kkummentaw u talbu li jkunu inklużi fil-kampjun. Huma sostnew li l-kampjun propost mhuwiex rappreżentattiv biżżejjed billi huma jesportaw kwantitajiet akbar lejn l-Unjoni minn tnejn mill-gruppi magħżula u li differenzi bejn ir-roti tal-aluminju għall-Fabbrikanti tat-Tagħmir Oriġinali (“OEM”, Original Equipment Manufacturers) (prinċipalment il-fabbrikanti tal-karozzi) u għas-suq ta' wara l-bejgħ (“AM”, after-market) (pereżempju d-distributuri, il-bejjiegħa, il-ħwienet tat-tiswija u oħrajn simili) (ara l-premessa 28) ma tqisux matul l-għażla.

    (16)

    Il-Kummissjoni kkunsidrat il-kampjun magħżul bħala rappreżentattiv għar-raġunijiet iddikjarati fil-premessa 14 aktar 'il fuq. Il-bejgħ AM fil-konfront tal-bejgħ OEM ma kienx parti mill-kriterji tal-għażla, iżda fi kwalunkwe każ, tlieta minn kull erba' gruppi jbigħu kemm roti AM kif ukoll OEM lill-Unjoni. Abbażi ta' dak li jinsab hawn fuq, il-kampjun propost inżamm u t-talbiet taż-żewġ produtturi esportaturi Ċiniżi ma ntlaqgħux. Ma ġewx riċevuti kummenti ulterjuri.

    Il-kampjunar tal-produtturi tal-Unjoni

    (17)

    Fin-Notifika ta' Bidu, il-Kummissjoni ħabbret li kienet għażlet b'mod provviżorju kampjun tal-produtturi tal-Unjoni. F'konformità mal-Artikolu 17(1) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni għażlet kampjun fuq il-bażi tal-akbar volum rappreżentattiv ta' bejgħ u ta' produzzjoni, filwaqt li qieset ukoll il-firxa ġeografika. Il-kampjun kien magħmul minn seba' produtturi tal-Unjoni li kienu wkoll applikanti. Il-produtturi tal-Unjoni li ttieħed kampjun tagħhom kienu jammontaw għal aktar minn 30 % tal-produzzjoni totali tal-Unjoni u koprew kemm il-produtturi fis-suq tal-OEM kif ukoll tal-AM. Il-Kummissjoni stiednet lill-partijiet interessati biex jikkummentaw dwar il-kampjun provviżorju. Ma ġie riċevut l-ebda kumment sal-iskadenza u għaldaqstant il-kampjun provviżorju kien ikkonfermat. Il-kampjun jitqies bħala rappreżentattiv tal-industrija tal-Unjoni.

    (18)

    Parti waħda sostniet li l-anonimità tal-produtturi tal-Unjoni tkun iċċaħħadha mid-dritt proċedurali tagħha li tipprovdi kummenti b'mod effettiv dwar il-kampjun provviżorju. Kif jissemma fil-premessa 11, minħabba r-riskju ta' ritaljazzjoni mill-klijenti jew mill-kompetituri, it-talba għall-anonimità tal-produtturi tal-Unjoni tqieset iġġustifikata. Din il-parti ma ressqet l-ebda argument jew informazzjoni f'kontradizzjoni mal-informazzjoni disponibbli u għalhekk din l-affermazzjoni ma ntlaqgħetx.

    (19)

    Fis-27 ta' Jannar 2016 wieħed mill-produtturi tal-Unjoni li ttieħed kampjun tiegħu għarraf lill-Kummissjoni li ma kienx jinsab aktar f'pożizzjoni li jwieġeb għall-kwestjonarju. Il-kampjun finali tal-produtturi tal-Unjoni kien għalhekk jikkonsisti minn sitt produtturi tal-Unjoni. Huma xorta waħda kienu jirrappreżentaw 30 % tal-produzzjoni totali tal-Unjoni. Għalhekk, il-kampjun finali kien ikkunsidrat bħala rappreżentattiv tal-industrija tal-Unjoni.

    Kampjunar ta' importaturi mhux relatati, kwestjonarji u kooperazzjoni

    (20)

    Biex tiddeċiedi jekk il-kampjunar kienx meħtieġ u, jekk iva, biex tagħżel kampjun, il-Kummissjoni staqsiet lill-importaturi mhux relatati kollha sabiex jipprovdu l-informazzjoni speċifikata fin-Notifika ta' Bidu.

    (21)

    Ġew ikkuntattjati 80 importatur/utent magħrufa fl-istadju tal-bidu u ġew mistiedna jispjegaw l-attività tagħhom u biex jimlew formola ta' kampjunar mehmuża man-Notifika ta' Bidu, jekk applikabbli.

    (22)

    Ħdax-il kumpanija wieġbu għall-formola ta' kampjunar. Sitta minnhom indikaw li huma qegħdin jimportaw roti tal-aluminju mir-RPĊ u jerġgħu jbigħuhom fl-Unjoni. Għalhekk, fil-bidu huma ġew ikkunsidrati bħala importaturi mhux relatati. Minħabba dan l-għadd limitat ta' kumpaniji, il-kampjunar ma kienx meqjus bħala ġustifikat.

    Kwestjonarji u żjarat ta' verifika

    (23)

    Il-Kummissjoni fittxet u vverifikat l-informazzjoni kollha meqjusa neċessarja għall-fini tal-iddeterminar tal-probabbiltà ta' kontinwazzjoni jew ta' rikorrenza ta' dumping, tal-probabbiltà ta' kontinwazzjoni jew ta' rikorrenza ta' ħsara, u tal-interess tal-Unjoni.

    (24)

    Il-Kummissjoni bagħtet kwestjonarji lill-erba' produtturi esportaturi/gruppi ta' produtturi esportaturi Ċiniżi li fuqhom sar il-kampjunar, liż-żewġ produtturi fil-pajjiż analogu, lis-seba' produtturi tal-Unjoni li fuqhom sar il-kampjunar, lis-sitt importaturi mhux relatati li ppreżentaw ruħhom għall-eżerċizzju ta' kampjunar, lil madwar 70 utent fl-Unjoni u lit-28 fornitur ta' materja prima/tagħmir lill-industrija tal-Unjoni fl-Unjoni.

    (25)

    Ġew riċevuti t-tweġibiet għall-kwestjonarju mill-erba' produtturi esportaturi/gruppi ta' produtturi esportaturi, miż-żewġ produtturi fil-pajjiż analogu, minn sitt produtturi tal-Unjoni li fuqhom sar il-kampjunar, minn erba' importaturi mhux relatati, minn sitt utenti u minn żewġ fornituri fl-Unjoni.

    (26)

    Il-Kummissjoni wettqet verifiki fil-bini tal-kumpaniji li ġejjin:

    (a)

    Produtturi tal-Unjoni:

    Saru żjarat ta' verifika fil-bini tas-sitt produtturi tal-Unjoni li fuqhom sar il-kampjunar (6)

    (b)

    Importaturi/utenti:

    Inter Tyre Holland B.V., Moerdijk, in-Netherlands

    Bayerische Motoren Werke AG, Munich, il-Ġermanja

    FCA ITALY S.p.A, Turin, l-Italja

    Opel Group GmbH, Ruesselsheim, il-Ġermanja

    (c)

    Il-produtturi esportaturi fil-pajjiż ikkonċernat:

    Il-grupp Baoding Lizhong (“Baoding”) inklużi:

    Baoding Lizhong Wheel Manufacturing Co., Ltd, Baoding, il-provinċja ta' Hebei, ir-RPĊ,

    Tianjin Dicastal Wheel Manufacturing Co., Ltd, Tianjin, ir-RPĊ,

    Il-grupp Dicastal (“Dicastal”) inklużi:

    CITIC Dicastal Co., Ltd, Qinhuangdao, il-provinċja ta' Hebei, ir-RPĊ,

    Dicastal Xinglong Wheel Co., Ltd, Qinhuangdao, il-provinċja ta' Hebei, il-RPĊ,

    Wuxi Dicastal Wheel Manufacturing Co. Ltd, Wuxi, il-provinċja ta' Jiangsu, ir-RPĊ,

    Il-grupp Kunshan Lioho Liufeng (“Lioho”) inklużi:

    Kunshan Liufeng Machinery Industry Co., Ltd, Kunshan, il-provinċja ta' Jiangsu, ir-RPĊ,

    Liufeng Precision Machinery Co., Ltd, Kunshan, il-provinċja ta' Jiangsu, ir-RPĊ,

    Il-grupp Zhejiang Wanfeng (“Wanfeng”) inklużi:

    Zhejiang Wanfeng Auto Wheel Co. Ltd, Xinchang, il-provinċja ta' Zhejiang, ir-RPĊ,

    Ultra Wheel Ningbo Co. Ltd, Ningbo, il-provinċja ta' Zhejiang, fir-RPĊ.

    (d)

    Produtturi fil-pajjiż b'ekonomija tas-suq

    Saru żjarat ta' verifika fil-bini taż-żewġ produtturi kooperanti tal-pajjiż analogu fit-Turkija.

    B.   IL-PRODOTT IKKONĊERNAT U L-PRODOTT SIMILI

    1.   Il-prodott ikkonċernat

    (27)

    Il-prodott ikkonċernat huwa roti tal-aluminju għall-użu fit-triq tal-vetturi bil-mutur tal-intestaturi NM 8701 sa 8705, bl-aċċessorji tagħhom jew mingħajrhom, u kemm bit-tajers jew mingħajrhom, li joriġinaw mir-RPĊ (“il-prodott ikkonċernat” jew “ir-roti tal-aluminju” jew “ARW”), li attwalment jaqgħu taħt il-kodiċi(jiet) NM ex 8708 70 10 u ex 8708 70 50 (il-kodiċijiet TARIC 8708701010 u 8708705010).

    (28)

    Il-prodott ikkonċernat jinbiegħ fl-Unjoni permezz ta' żewġ kanali ta' distribuzzjoni: lis-segment OEM u lis-segment AM. Fis-segment OEM, il-manifatturi tal-karozzi jorganizzaw proċeduri ta' offerti għall-ARWs u ta' spiss ikunu involuti fil-proċess tal-iżviluppar ta' rota ġdida li tkun assoċjata mal-marka tagħhom. Kemm il-produtturi tal-Unjoni kif ukoll l-esportaturi Ċiniżi jistgħu jikkompetu fl-istess offerti. Fis-settur AM, l-ARWs normalment jiġu ddisinjati, żviluppati u mogħtija l-marka kummerċjali mill-produtturi tal-ARW biex imbagħad jinbiegħu lill-bejjiegħ bl-ingrossa, lill-bejjiegħ bl-imnut, lill-kumpaniji li jarmaw il-karozzi, lill-garaxxijiet tat-tiswija tal-karozzi, eċċ.

    (29)

    Bħal fl-investigazzjoni oriġinali, ġie stabbilit li minkejja li r-roti tal-aluminju OEM u AM għandhom kanali differenti ta' distribuzzjoni, dawn jikkondividu l-istess karatteristiċi fiżiċi u tekniċi u huma interkambjabbli. Għaldaqstant jitqiesu bħala li jifformaw prodott uniku wieħed.

    2.   Il-prodott simili

    (30)

    Il-prodott ikkonċernat u roti tal-aluminju prodotti u mibjugħa fis-suq domestiku tar-RPĊ u fis-suq domestiku tat-Turkija, li serva ta' pajjiż analogu, kif ukoll roti tal-aluminju prodotti u mibjugħa fl-Unjoni mill-industrija tal-Unjoni nstabu li kellhom l-istess użu u karatteristiċi bażiċi, fiżiċi, kimiċi u tekniċi.

    (31)

    Għaldaqstant, il-Kummissjoni kkonkludiet li dawn il-prodotti huma simili fis-sens tal-Artikolu 1(4) tar-Regolament bażiku.

    C.   IL-PROBABBILTÀ TA' KONTINWAZZJONI JEW TA' RIKORRENZA TAD-DUMPING

    (32)

    F'konformità mal-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni l-ewwel nett eżaminat jekk l-iskadenza tal-miżuri eżistenti tistax probabbilment twassal għall-kontinwazzjoni jew għar-rikorrenza tad-dumping fir-RPĊ.

    1.   Kooperazzjoni mir-RPĊ

    (33)

    Wieħed u għoxrin kumpanija/grupp ta' kumpaniji provdew it-tweġiba għall-formola ta' kampjunar. Il-volum iddikjarat ta' esportazzjonijiet ta' roti tal-aluminju lejn l-Unjoni mill-kumpaniji kooperanti kien 1 601 591 unità (17 473 tunnellata) (7) fil-perjodu ta' investigazzjoni tar-rieżami li jikkorrispondi għal 72 % tal-volumi totali ta' importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat miċ-Ċina rreġistrat mill-Eurostat għall-istess perjodu. Il-kapaċità ta' produzzjoni totali ddikjarata tal-kumpaniji/gruppi ta' kumpaniji kooperanti kienet tammonta għal 91,8 miljun unità (1 001 538 tunnellata), li huwa bejn wieħed u ieħor 43 % tal-kapaċità ta' produzzjoni totali stmata taċ-Ċina (212-il miljun unità). Aktar dettalji dwar il-kapaċità ta' produzzjoni fir-RPĊ jinsabu fit-taqsima 3.1 aktar 'l isfel.

    2.   Dumping matul il-perjodu ta' investigazzjoni tar-rieżami

    (a)   Il-pajjiż analogu

    (34)

    Skont l-Artikolu 2(7)(a) tar-Regolament bażiku, il-valur normali kellu jiġi determinat abbażi tal-prezzijiet imħallsa jew pagabbli fis-suq domestiku jew il-valur maħdum f'pajjiż terz xieraq b'ekonomija tas-suq (il-“pajjiż analogu”).

    (35)

    Fl-investigazzjoni oriġinali, it-Turkija ntużat bħala pajjiż analogu għall-fini li jkun stabbilit il-valur normali fir-rigward tar-RPĊ. Fin-Notifika ta' Bidu, il-Kummissjoni infurmat lill-partijiet interessati li kienet qiegħda tipprevedi li tuża lit-Turkija bħala pajjiż analogu u stiednet lill-partijiet biex iressqu l-kummenti tagħhom. Fin-Notifika ta' Bidu kien ukoll iddikjarat li pajjiżi oħra b'mod partikolari t-Tajlandja u l-Indoneżja se jkunu eżaminati wkoll.

    (36)

    Parti interessata qajjmet dubji rigward it-Turkija bħala pajjiż analogu, minħabba s-suppożizzjoni li t-Turkija għandha ftehimiet bilaterali ma' ċerti pajjiżi tal-Lvant Nofsani, minn fejn tista' għaldaqstant timporta aluminju mingħajr dazji, mentri l-kumpaniji Ewropej iridu jħallsu dazju ta' 7 % fuq l-importazzjonijiet tal-aluminju.

    (37)

    Il-valur normali, li huwa stabbilit abbażi tal-prezzijiet u/jew tal-kostijiet domestiċi tal-produtturi tal-pajjiż analogu, irid jitqabbel mal-prezzijiet tal-esportazzjoni tal-produtturi Ċiniżi u mhux mal-kostijiet tal-industrija tal-Unjoni. Għaldaqstant, id-differenza potenzjali bejn id-dazji fuq il-materja prima applikabbli fil-pajjiż analogu u fl-Unjoni Ewropea mhijiex rilevanti. Fi kwalunkwe każ, il-Kummissjoni kkonstatat li ma hemm l-ebda differenza sinifikanti f'termini ta' dazji tal-importazzjoni fuq l-aluminju bejn it-Turkija u r-RPĊ. B'riżultat ta' dan, din l-affermazzjoni kellha tiġi miċħuda.

    (38)

    Sabiex tinvestiga l-possibilitajiet kollha għall-għażla ta' pajjiż analogu xieraq, il-Kummissjoni nnotifikat lir-rappreżentanzi uffiċjali tat-Turkija, tat-Tajlandja, tal-Indoneżja, tat-Tajwan, tal-Korea u tal-Malasja (8) dwar il-bidu tar-rieżami tal-iskadenza u talbithom li jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar produtturi tar-roti tal-aluminju magħrufa fil-pajjiż tagħhom. Ir-rikjesti għal kooperazzjoni ntbagħtu lill-produtturi magħrufa kollha f'dawn il-pajjiżi. Madankollu, għajr għal żewġ produtturi esportaturi Torok, ħadd ma offra li jikkoopera.

    (39)

    Abbażi tal-informazzjoni disponibbli, it-Turkija għandha t-tieni l-akbar volum ta' produzzjoni tar-roti tal-aluminju fost il-pajjiżi analogi potenzjali u għandha livell sodisfaċenti ta' kompetizzjoni fis-suq domestiku tagħha (9). Iż-żewġ produtturi kooperanti Torok kellhom metodu ta' produzzjoni simili għal dak tal-produtturi esportaturi fir-RPĊ. Barra minn hekk, il-firxa ta' prodotti tagħhom fis-suq domestiku tat-Turkija kienet paragunabbli mal-firxa ta' prodotti tal-bejgħ lejn l-Unjoni tal-produtturi esportaturi Ċiniżi.

    (40)

    Fid-dawl ta' dan ta' hawn fuq u fin-nuqqas ta' xi kummenti ulterjuri oħra, il-Kummissjoni kkonkludiet li t-Turkija hija pajjiż analogu xieraq skont l-Artikolu 2(7)(a) tar-Regolament bażiku.

    (b)   Il-valur normali

    (41)

    L-informazzjoni riċevuta miż-żewġ produtturi kooperanti fil-pajjiż analogu ntużat bħala bażi għall-iddeterminar tal-valur normali.

    (42)

    F'konformità mal-Artikolu 2(2) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni l-ewwel eżaminat jekk il-volum totali tal-bejgħ domestiku tal-prodott simili lil klijenti indipendenti li sar mill-produtturi kooperanti tal-pajjiż analogu matul il-perjodu ta' investigazzjoni tar-rieżami kienx rappreżentattiv. Għal dan il-għan, il-volumi totali ta' bejgħ tagħhom ġew ipparagunati mal-volum totali tal-prodott ikkonċernat esportat lejn l-Unjoni minn kull produttur esportatur li kien inkluż fil-kampjun. Fuq dik il-bażi, il-Kummissjoni kkonstatat li l-prodott simili kien jinbiegħ fi kwantitajiet rappreżentattivi fis-suq domestiku tat-Turkija.

    (43)

    It-tieni nett, il-Kummissjoni identifikat it-tipi ta' prodotti mibjugħa lokalment mill-produtturi tal-pajjiż analogu li kienu identiċi jew direttament paragunabbli mat-tipi mibjugħa għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni mill-produtturi esportaturi Ċiniżi inklużi fil-kampjun. Abbażi tat-tip ta' prodott, għamlet paragun bejn il-volum ta' bejgħ fis-suq Tork u l-volumi ta' esportazzjonijiet lejn l-Unjoni minn kull produttur esportatur Ċiniż li kien inkluż fil-kampjun. Dan il-paragun wera li l-maġġoranza l-kbira tat-tipi ta' prodotti kienu jinbiegħu fi kwantitajiet rappreżentattivi fit-Turkija (10).

    (44)

    Sussegwentement, il-Kummissjoni eżaminat għall-produtturi tal-pajjiż analogu jekk kull tip ta' prodott simili li kien jinbiegħ fis-suq domestiku setax jitqies li kien qiegħed jinbiegħ fl-ambitu tal-andament normali tal-kummerċ skont l-Artikolu 2(4) tar-Regolament bażiku. Il-valur normali huwa bbażat fuq il-prezz domestiku reali għal kull tip ta' prodott, irrispettivament jekk dan il-bejgħ huwiex profittabbli jew le, jekk il-volum mibjugħ bi prezz tal-bejgħ nett li jkun daqs il-kost ikkalkolat tal-produzzjoni jew ogħla minnu, jirrappreżenta aktar minn 80 % tal-volum totali tal-bejgħ ta' dak it-tip, u meta l-prezz tal-bejgħ medju ponderat ta' dak it-tip ta' prodott huwa daqs il-kost ta' produzzjoni għal kull unità jew ogħla minnu. It-test wera li prattikament il-bejgħ kollu kien profittabbli bl-eċċezzjoni ta' sitt tipi ta' prodotti li jirrappreżentaw anqas minn 0,01 % tal-volum totali tal-bejgħ Tork.

    (45)

    Fl-aħħar nett, il-Kummissjoni identifikat it-tipi ta' prodott esportati mir-RPĊ lejn l-Unjoni u li ma jinbiegħux fis-suq domestiku tat-Turkija u ħadmet il-valur normali abbażi tal-Artikolu 2(3) u (6) tar-Regolament bażiku. Il-Kummissjoni, sabiex taħdem il-valur normali għal dawn it-tipi, qieset il-kost medju tal-produzzjoni tal-eqreb tip ta' prodott magħmul mill-produttur tal-pajjiż analogu u żiedet ammont raġonevoli għall-ispejjeż tal-bejgħ, ġenerali u amministrattivi (“SG&A”) u l-profitt li jikkorrispondi għall-ammonti medji ponderati realizzati mill-produtturi tal-pajjiż analogu fuq il-bejgħ domestiku tal-prodott simili, fl-ambitu tal-andament normali tal-kummerċ matul il-perjodu ta' investigazzjoni tar-rieżami.

    (c)   Il-prezz tal-esportazzjoni

    (46)

    L-erba' gruppi ta' produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun esportaw lejn l-Unjoni direttament lill-klijenti indipendenti jew inkella permezz ta' kumpaniji relatati li jaġixxu bħala operaturi kummerċjali.

    (47)

    Fil-każ li l-produtturi esportaturi (11) esportaw il-prodott ikkonċernat direttament lill-klijenti indipendenti fl-Unjoni, il-prezz tal-esportazzjoni kien il-prezz li tħallas realment jew dak pagabbli għall-prodott ikkonċernat meta nbiegħ għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni, f'konformità mal-Artikolu 2(8) tar-Regolament bażiku.

    (48)

    Fil-każ li l-produtturi esportaturi esportaw il-prodott ikkonċernat lejn l-Unjoni permezz ta' kumpaniji relatati (12), il-prezz tal-esportazzjoni nħadem abbażi tal-prezz tal-ewwel bejgħ mill-ġdid tal-prodotti importati lil xerrej indipendenti f'konformità mal-Artikolu 2(9) tar-Regolament bażiku. Konsegwentement, l-aġġustamenti għall-prezz saru billi tnaqqsu l-ispejjeż SG&A tal-operatur kummerċjali relatat u marġni ta' profitt raġonevoli.

    (d)   Paragun

    (49)

    Il-Kummissjoni pparagunat il-valur normali u l-prezz tal-esportazzjoni tal-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun fuq bażi ex-works. Meta ġustifikat mill-ħtieġa li jkun żgurat paragun ġust, il-Kummissjoni aġġustat il-valur normali u/jew il-prezz tal-esportazzjoni għad-differenzi li jaffettwaw il-prezzijiet u l-komparabilità tal-prezzijiet, f'konformità mal-Artikolu 2(10) tar-Regolament bażiku.

    (50)

    Fir-rigward tal-prezzijiet domestiċi tal-produtturi tal-pajjiż analogu, saru aġġustamenti għall-kostijiet tat-trasport domestiku, kostijiet tal-kreditu, kostijiet tat-trattament, kostijiet tal-ippakkjar u kummissjonijiet. Fir-rigward tal-prezzijiet ta' esportazzjoni tal-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun, saru aġġustamenti għall-assigurazzjoni tat-trasport, trattament, kostijiet tal-kreditu, tariffi tal-bank, kostijiet tal-ippakkjar, tariffi tal-importazzjoni, dazji doganali u kummissjonijiet.

    (e)   Marġini ta' dumping

    (51)

    Il-Kummissjoni pparagunat il-valur normali medju ponderat ta' kull tip ta' prodott simili fil-pajjiż analogu mal-prezz tal-esportazzjoni medju ponderat tat-tip korrispondenti tal-prodott ikkonċernat ta' kull grupp kooperanti inkluż fil-kampjun f'konformità mal-Artikolu 2(11) u (12) tar-Regolament bażiku.

    (52)

    Fuq din il-bażi, il-marġnijiet ta' dumping medji ponderati, espressi bħala perċentwal tal-prezz CIF fil-fruntiera tal-Unjoni, bid-dazju mhux imħallas, huma kif ġej:

    Il-kumpanija

    Marġini ta' dumping (%)

    Il-grupp Baoding

    21,1

    Il-grupp Dicastal

    8,9

    Il-grupp Lioho

    25,9

    Il-grupp Wanfeng

    23,2

    (f)   Il-konklużjoni dwar id-dumping fil-perjodu ta' investigazzjoni tar-rieżami

    (53)

    Il-Kummissjoni rriżultalha li l-produtturi esportaturi Ċiniżi (minkejja li f'volum anqas mill-investigazzjoni oriġinali) baqgħu jesportaw ir-roti tal-aluminju lejn l-Unjoni bi prezzijiet oġġett ta' dumping matul il-perjodu ta' investigazzjoni tar-rieżami.

    3.   Evidenza ta' probabbiltà ta' kontinwazzjoni ta' dumping

    (54)

    Il-Kummissjoni analizzat ulterjorment jekk kienx hemm probabbiltà ta' kontinwazzjoni ta' dumping f'każ li l-miżuri jiskadu. Hija u tagħmel dan, fliet il-kapaċità ta' produzzjoni u l-kapaċità ta' riżerva taċ-Ċina, il-komportament tal-esportaturi Ċiniżi fi swieq oħra, is-sitwazzjoni fis-suq domestiku taċ-Ċina u l-attraenza tas-suq tal-Unjoni.

    3.1.   Il-kapaċità ta' produzzjoni u l-kapaċità ta' riżerva fir-RPĊ

    (55)

    Il-Global China Automotive Wheel Industry Report (ir-Rapport Globali u taċ-Ċina dwar l-Industrija tar-Roti tal-Karozzi) 2012/2013 ikkalkula li l-kapaċità totali ta' roti tal-aluminju disponibbli fiċ-Ċina hija ta' 180 miljun unità b'bejgħ ta' 120 miljun unità biss, li jagħti lok għal kapaċità ta' riżerva ta' 60 miljun rota (13) fi tmiem l-2012.

    (56)

    Il-kapaċità ta' produzzjoni totali ddikjarata tal-21 produttur esportatur kooperanti Ċiniż tammonta għal 91 804 845 unità u r-rata ta' użu medja tal-kapaċità ddikjarata tagħhom hija 87 % li tfisser bejn wieħed u ieħor 12-il miljun unità ta' kapaċità ta' riżerva.

    (57)

    Madankollu dawn iċ-ċifri jirrappreżentaw biss parti mill-produzzjoni totali u mill-kapaċità ta' riżerva tar-RPĊ. Barra minn hekk għall-21 kumpanija kooperanti, l-investigazzjoni identifikat minn tal-anqas 67 produttur ieħor tar-roti tal-aluminju (14) — iżda skont xi sorsi x'aktarx li huma xi ftit mijiet (15) — li huma operattivi fiċ-Ċina. Fir-rigward ta' 28 minn dawn il-kumpaniji, il-Kummissjoni sabet xi informazzjoni disponibbli pubblikament dwar il-kapaċità ta' produzzjoni tagħhom (16). Għad-39 kumpanija li jifdal, ma hemm l-ebda informazzjoni disponibbli pubblikament iżda s-sejbiet tal-investigazzjoni jindikaw li l-kapaċità tagħhom tvarja minn 300 000 għal 6 miljun unità fis-sena (17).

    (58)

    Il-kapaċità ta' produzzjoni medja tal-21 kumpanija kooperanti hija ta' aktar minn 4,3 miljun unità fis-sena. Il-kapaċità ta' produzzjoni medja tat-28 kumpanija addizzjonali b'informazzjoni disponibbli pubblikament hija ta' 1,8 miljun unità fis-sena. Billi użat din il-medja ta' 1,8 miljun għad-39 kumpanija li jifdal, il-Kummissjoni kisbet iċ-ċifra ta' 121 miljun unità f'kapaċità ta' produzzjoni addizzjonali. Ġaladarba dawn il-kumpaniji ma kkooperawx fl-investigazzjoni, il-kapaċitajiet ta' riżerva tagħhom mhumiex magħrufa. Billi użat l-aħħar fatti disponibbli u billi użat ir-rata ta' użu tal-kapaċità ta' 70 % mogħtija fil-Global and China Automotive Wheel Industry Report 2012/2013 (18), il-Kummissjoni kisbet iċ-ċifra ta' 36 miljun f'kapaċità ta' riżerva addizzjonali. Meta għaddet flimkien it-12-il miljun u s-36 miljun unità, il-Kummissjoni kkonstatat li r-RPĊ għandha kapaċità ta' riżerva annwali tal-produzzjoni tar-roti tal-aluminju ta' minn tal-anqas 48 miljun unità.

    (59)

    Parti interessata sostniet li l-kapaċitajiet ta' produzzjoni taċ-Ċina qegħdin jintużaw kompletament. Fis-sottomissjoni tagħhom, il-partijiet irreferew għat-tweġibiet għall-kwestjonarju ta' tliet gruppi ta' produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun kif ukoll għal preżentazzjoni li saret mis-CCCME. Skont dawn il-partijiet interessati, dawn juru li ma hemm l-ebda kapaċità mhux użata fir-RPĊ.

    (60)

    Bħala reazzjoni għal din l-affermazzjoni, ta' min jinnota li d-dejta fit-tweġibiet għall-kwestjonarju (kif emendata wara l-verifika) tqieset kif dovut fil-waqt li fih ġew stabbiliti l-kapaċitajiet ta' riżerva disponibbli. Madankollu, id-dejta tal-grupp inkluż fil-kampjun, kif diġà huwa spjegat fil-premessa 57 aktar 'il fuq, tirrappreżenta biss parti mill-kapaċitajiet ta' produzzjoni fil-pajjiż kollu. Il-kapaċità totali u r-rati ta' użu tal-kapaċità għar-RPĊ kollha kemm hija ġew għalhekk stabbiliti abbażi tal-fatti disponibbli kif deskritt fil-premessa 57 aktar 'il fuq. Dawn iċ-ċifri fil-preżentazzjoni tas-CCCME mhumiex issostanzjati billi bħala sors issemmiet biss iċ-“China Association of Automobile Manufacturers” (l-Assoċjazzjoni Ċiniża tal-Manifatturi tal-Vetturi) bla ebda referenza speċifika għal informazzjoni disponibbli pubblikament. Għaldaqstant, din l-affermazzjoni ma ntlaqgħetx.

    (61)

    Wara d-divulgazzjoni, din il-parti interessata sostniet li l-Kummissjoni ssopravalutat ferm il-kapaċità tar-roti tal-aluminju taċ-Ċina, filwaqt li ssottovalutat ir-rati ta' użu. B'mod partikolari, il-parti interessata argumentat li meta wieħed iqis il-kooperazzjoni kbira mill-industrija Ċiniża u l-kampjunar applikat fuq il-produtturi esportaturi kooperanti, il-Kummissjoni kien imissha serrħet esklużivament fuq id-dejta provduta mill-produtturi esportaturi kooperanti u mis-CCCME biex tistabbilixxi l-volumi ta' produzzjoni u l-kapaċitajiet ta' riżerva fir-RPĊ. Barra minn hekk, il-Kummissjoni kien imissha estrapolat is-sejbiet marbuta mal-kumpaniji inklużi fil-kampjun u għalhekk użat id-99 % tar-rata ta' użu tal-kapaċità għas-segment OEM u 90 % tar-rata ta' użu tal-kapaċità għall-industrija tar-roti tal-aluminju Ċiniżi kumplessivament. Apparti minn hekk, parti interessata oħra talbet lill-Kummissjoni biex tiċċara kif hija vvalutat il-kapaċità ta' riżerva speċifikament fis-segment OEM.

    (62)

    Barra minn dan, parti interessata waħda sostniet li biex tistabbilixxi l-produzzjoni tar-roti tal-aluminju madwar iċ-Ċina kollha, il-Kumissjoni kien imissha serrħet fuq l-informazzjoni provduta mis-CCCME (175 miljun unità) li huwa f'konformità mal-180 miljun unità stmati fir-rapport tal-industrija msemmi fil-premessa 55. Il-parti interessata argumentat ulterjorment li l-Kummissjoni qatt ma stiednet lis-CCCME biex tipprovdi kjarifiki ulterjuri dwar l-informazzjoni li hija kienet ipprovdiet dwar il-kapaċità ta' produzzjoni u r-rati ta' użu tagħha.

    (63)

    L-istess parti interessata sostniet ulterjorment li l-informazzjoni disponibbli pubblikament dwar il-kapaċità għal uħud mill-kumpaniji nonkooperanti identifikata mill-Kummissjoni ma kinitx ta' min joqgħod fuqha. Barra minn dan, il-parti interessata kkontestat ukoll il-ħsieb wara s-suppożizzjoni ta' kapaċità ta' 1,8 miljun unità għal dawk il-kumpaniji nonkooperanti li dwarhom ma kien hemm l-ebda informazzjoni disponibbli. Fl-aħħar nett, il-parti interessata sostniet ukoll li r-rata ta' użu tal-kapaċità ta' 70 % użata biex tkun stmata l-kapaċità mhux użata hija bla bażi u wiesgħa wisq biex tkun ta' rilevanza għas-suq tal-Unjoni.

    (64)

    B'reazzjoni għal dawn l-affermazzjonijiet, il-Kummissjoni rrimarkat li serrħet fuq id-dejta vverifikata tal-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun kif ukoll fuq id-dejta ddikjarata tal-kumpaniji kooperanti. Kif iddikjarat fil-premessa 56 aktar 'il fuq, il-Kummissjoni kkalkulat il-kapaċità ta' riżerva tal-kumpaniji kooperanti abbażi tad-dejta li ngħatat mingħandhom u ħarġet bir-riżultat ta' 12-il miljun unità ta' kapaċità ta' riżerva u 87 % ta' rata ta' użu tal-kapaċità (19). Bl-istess mod, il-volum ta' produzzjoni ddikjarat tal-kumpaniji kooperanti ntuża wkoll, jiġifieri 91 804 845 unità.

    (65)

    Fl-istess waqt, ġie ddikjarat ukoll fil-premessa 57 li dawn iċ-ċifri jirrappreżentaw biss parti mill-produzzjoni totali u mill-kapaċità ta' riżerva tar-RPĊ. Il-volum ta' produzzjoni aggregat tal-erba' gruppi inklużi fil-kampjun jirrappreżenta 33 % biss tal-volum totali ta' produzzjoni stmat fir-RPĊ (20). Għal dan l-għan u sabiex ikollha stampa komprensiva, il-Kummissjoni kellha tifli l-informazzjoni disponibbli dwar ir-RPĊ kollha kemm hija. F'dan ir-rigward, ta' min jinnota li kuntrarjament għal dak li sostniet il-parti interessata, is-CCCME kienet ġiet mgħarrfa li d-dejta tagħha dwar il-kapaċità ta' produzzjoni u r-rata ta' użu tal-kapaċità taċ-Ċina ma setgħetx titqies minħabba l-fatt li ma kienet issostanzjata bl-ebda evidenza. Is-CCCME ngħatat il-possibbiltà li tipprovdi evidenza ta' sostenn iżda dan ma għamlitux. Għaldaqstant, tibqa' tapplika l-konklużjoni li d-dejta provduta mis-CCCME dwar il-kapaċità ta' produzzjoni u r-rati ta' użu tal-kapaċità taċ-Ċina ma setgħetx tintuża.

    (66)

    It-talba biex jintużaw ir-rati ta' użu tal-kapaċità li rriżultaw mill-erba' gruppi inklużi fil-kampjun għad-diversi kumpaniji nonkooperanti ma tistax tiġi aċċettata lanqas. L-ewwel nett, huwa raġonevoli li wieħed jassumi li l-gruppi produtturi l-kbar (li minnhom huwa magħmul il-kampjun) joperaw b'rati ta' użu tal-kapaċità konsiderevolment aktar għoljin minn dawk ta' produtturi iżgħar li minnhom hija magħmula l-biċċa l-kbira tal-kumpaniji nonkooperanti (21). It-tieni, ir-rati ta' użu tal-kapaċità li rriżultaw mill-erba' gruppi inklużi fil-kampjun fl-2012 (89 %) kienu ħafna aktar mill-istima tal-pajjiż kollu li ngħatat fil-Global and China Automotive Wheel Industry Report 2012/2013 għall-istess perjodu (jiġifieri 70 %). Id-diskrepanza bejn iż-żewġ ċifri tindika li d-dejta tal-erba' gruppi inklużi fil-kampjun — minkejja li hija aċċettata u tintuża għall-konklużjonijiet tagħhom fil-livell ta' kumpanija — ma tistax titqies bħala rappreżentattiva għall-bqija tar-RPĊ.

    (67)

    Fi tweġiba għall-affermazzjoni fil-premessa 61 qiegħed ikun iċċarat li l-kapaċità ta' produzzjoni u r-rati ta' użu tal-kapaċità ma jistgħux jiġu stabbiliti separatament għas-segment OEM u AM. Ir-roti OEM u AM ta' sikwit jiġu prodotti mill-istess produtturi u jistgħu jiġu prodotti permezz tal-istess makkinarju u b'hekk jagħmilha impossibbli li ssir separazzjoni bejn iċ-ċifri rilevanti. Dan ġie kkonfermat ukoll fl-investigazzjoni oriġinali li fiha kemm il-kapaċità ta' produzzjoni kif ukoll l-użu tal-kapaċità ġew stabbiliti mingħajr ebda separazzjoni bejn iż-żewġ segmenti (22).

    (68)

    Il-Kummissjoni analizzat bir-reqqa t-talbiet u l-evidenza ta' sostenn li kienet provduta fir-rigward tal-informazzjoni disponibbli pubblikament dwar il-kapaċità tal-kumpaniji nonkooperanti identifikati. B'riżultat ta' dan, it-talba tal-parti interessata ġiet aċċettata għal 11-il kumpanija (23). Konsegwentement, il-kapaċità ta' produzzjoni annwali medja ta' dawk li issa huma 31 kumpanija b'informazzjoni disponibbli pubblikament hija ta' 1,67 miljun unità. Meta wieħed jagħmel estrapolazzjoni ta' din il-medja għat-28 kumpanija li jifdal, il-kapaċità totali stmata tal-kumpaniji nonkooperanti identifikati laħqet 98,4 miljun unità. Meta dan jiżdied mal-kapaċità ta' produzzjoni tal-kumpaniji kooperanti (91,8 miljun), il-produzzjoni annwali Ċiniża hija minn tal-anqas 190 miljun unità. Ir-riżultati huma miġburin fil-qosor fit-tabella ta' hawn taħt:

    Tabella 1

    Tip ta' kumpanija

    Nru ta' kumpaniji kkonċernati

    Kapaċità ta' produzzjoni (unitajiet)

    Kapaċità ta' riżerva (unitajiet)

    Kooperanti kollha

    21

    91 804 845

    12 355 052

    (Li minnhom inklużi fil-kampjun)

    4

    62 589 289

    Identifikati bħala nonkooperanti b'informazzjoni dwar il-kapaċità disponibbli pubblikament

    31

    51 700 000

    15 510 000

    Identifikati bħala nonkooperanti bl-ebda informazzjoni dwar il-kapaċità disponibbli pubblikament

    28

    46 696 776

    14 009 033

    Total

     

    190 201 621

    41 874 085

    (69)

    Madankollu huwa importanti li jiġi nnutat li l-lista tal-kumpaniji nonkooperanti identifikati ma tistax tkun ikkunsidrata bħala eżawrjenti. Kif jissemma fil-premessa 57, skont is-sorsi pubbliċi hemm daqs 110 produttur żgħir u ta' daqs medju tar-roti li huma orjentati lejn l-esportazzjoni, li jfisser li hemm oħrajn addizzjonali li jfornu biss lis-suq domestiku. Uħud minnhom huma fil-fatt produtturi żgħar u fuq skala żgħira li diffiċli tidentifikahom. Iżda minkejja dan, huwa evidenti li l-190,2 miljun unità hija biss l-anqas stima tal-kapaċità ta' produzzjoni annwali li hemm fil-preżent fir-RPĊ.

    (70)

    Fir-rigward tat-tieni affermazzjoni ddikjarata fil-premessa 63, il-Kummissjoni tosserva li bl-immodifikar tal-livell medju ta' produzzjoni abbażi tal-informazzjoni provduta mill-parti interessata, hija laqgħet minn qabel għall-kumment dwar l-affidabilità tas-sors użat preċedentement mill-Kummissjoni. Barra minn hekk, ta' min jindika li l-Kummissjoni adottat approċċ konservattiv billi applikat il-livell medju ta' kapaċità li rriżulta minn 31 kumpanija biex tagħmel stima tal-kapaċitajiet probabbli ta' produzzjoni ta' dawk mingħajr informazzjoni disponibbli pubblikament minflok ma estrapolat il-kapaċità medja ta' produzzjoni tal-21 kumpanija kooperanti (4,3 miljuni) jew il-kapaċità medja tal-erba' gruppi inklużi fil-kampjun ('il fuq minn 15-il miljun).

    (71)

    Fl-aħħar nett, il-kumment tal-parti interessata dwar l-affidabilità tal-istima tal-użu tal-kapaċità ta' 70 % għall-kumpaniji nonkooperanti diġà ġie indirizzat fil-premessi 66 u 67 aktar 'il fuq. Apparti minn hekk, f'dak li jirrigwarda s-sors tar-rata ta' użu ta' 70 %, tal-Global and China Automotive Industry Report 2012/2013, huwa nnutat li filwaqt li l-Kummissjoni ma għandhiex aċċess għar-rapport komplut, is-sommarju eżekuttiv tagħha li fih l-informazzjoni neċessarja huwa disponibbli pubblikament. Ir-rapport ġie ppubblikat minn organizzazzjoni ta' riċerka bl-isem ta' “Research in China” (24). L-affermazzjoni tal-parti ma tintlaqax.

    (72)

    Għaldaqstant, skont il-metodoloġija kif deskritta fil-premessa 58 aktar 'il fuq, il-kapaċità ta' riżerva disponibbli fiċ-Ċina hija stmata għal madwar 42 miljun unità fis-sena.

    (73)

    Permezz ta' approċċ ieħor, tinkiseb stima ta' kapaċità ta' riżerva saħansitra ogħla. Meta fil-perjodu ta' investigazzjoni tar-rieżami jitnaqqas il-volum stmat tal-bejgħ domestiku għall-2015 (madwar 57 miljun unità (25)) u l-esportazzjonijiet globali tar-RPĊ (stmati li huma 73,5 miljun unità (26)) mill-produzzjoni Ċiniża totali stmata (190 miljun (27)), fil-perjodu ta' investigazzjoni tar-rieżami jifdal madwar 60 miljun unità ta' kapaċità ta' riżerva u ħażniet miġbura f'daqqa (28).

    (74)

    Fin-nuqqas ta' kummenti ulterjuri, il-Kummissjoni kkonkludiet li r-RPĊ għandha kapaċità ta' riżerva annwali ta' bejn it-42 u s-60 miljun unità. Anke l-istima l-aktar baxxa tikkorrispondi għal 84 % tal-produzzjoni kollha tal-Unjoni (50,5 miljun unità matul il-perjodu ta' investigazzjoni tar-rieżami) u tirrappreżenta 60 % tal-konsum tal-Unjoni (70 miljun fil-perjodu ta' investigazzjoni tar-rieżami), li hija kkunsidrata bħala sinifikanti.

    3.2.   Bejgħ taċ-Ċina lil pajjiżi terzi u l-attraenza tas-suq tal-Unjoni

    (75)

    Ir-RPĊ tesporta kwantitajiet sinifikanti ta' roti tal-aluminju lejn pajjiżi terzi li mhumiex tal-Unjoni, b'mod partikolari lejn l-Istati Uniti, il-Ġappun, il-Messiku, il-Kanada u l-Indja (29). L-istess japplika għall-erba' gruppi kooperanti. Il-volumi ta' esportazzjonijiet tagħhom lejn dawn is-swieq ikopru kważi 89 % tal-bejgħ totali tagħhom b'esportazzjoni lejn pajjiżi terzi matul il-perjodu ta' investigazzjoni tar-rieżami.

    (76)

    Il-Kummissjoni pparagunat il-prezz medju tal-erba' gruppi kooperanti lejn is-swieq tal-pajjiżi terzi matul il-perjodu ta' investigazzjoni tar-rieżami mal-prezzijiet tal-esportazzjoni fl-istess perjodu lejn is-suq tal-Unjoni għal kull tip ta' prodott filwaqt li naqqset id-dazji antidumping dovuti normalment. Dan il-paragun wera stampa mħallta skont is-suq inkwistjoni.

    (77)

    Is-sitwazzjoni tas-suq tal-Istati Uniti (li jkopri kważi 51 % tat-total tal-bejgħ b'esportazzjoni lejn pajjiżi terzi tal-erba' gruppi inklużi fil-kampjun matul il-perjodu ta' investigazzjoni tar-rieżami) turi li madwar nofs it-tipi ta' prodott, li jirrappreżentaw bejn wieħed u ieħor 25 % tal-bejgħ tagħhom fl-Istati Uniti, kienu jiswew aktar fis-suq tal-Istati Uniti u n-nofs l-ieħor fis-suq tal-Unjoni (30). Dan juri li f'każ li l-miżuri jitħallew jiskadu, x'aktarx ikun hemm orjentazzjoni mill-ġdid lejn l-Unjoni ta' ċerti volumi ta' esportazzjonijiet li attwalment huma destinati għall-Istati Uniti (31) (dawk li l-prezzijiet tagħhom huma anqas mill-prezzijiet għas-suq tal-Unjoni).

    (78)

    Fil-każ tal-prezzijiet tal-esportazzjonijiet mir-RPĊ lejn il-Kanada, l-Indja, il-Ġappun u l-Messiku (li flimkien kienu jkopru bejn wieħed u ieħor 40 % tal-esportazzjoni totali tal-erba' gruppi Ċiniżi inklużi fil-kampjun matul il-perjodu ta' investigazzjoni tar-rieżami), il-prezzijiet medji tal-bejgħ kienu anqas għat-tipi ta' prodott li jirrappreżentaw madwar 22 % tal-kwantità totali esportati lejn dawn il-pajjiżi milli mill-prezzijiet tal-bejgħ tagħhom lejn l-Unjoni (32). Dan jindika wkoll il-probabbiltà ta' orjentazzjoni mill-ġdid tal-esportazzjonijiet Ċiniżi lejn l-Unjoni f'każ li l-miżuri kellhom jiskadu. X'aktarx li b'mod partikolari jkun hemm orjentazzjoni mill-ġdid mill-Indja billi dan il-pajjiż daħħal miżuri antidumping definittivi f'Mejju 2015 jiġifieri f'nofs il-perjodu ta' investigazzjoni tar-rieżami.

    (79)

    Parti interessata sostniet li l-attraenza limitata tas-suq tal-Unjoni mhijiex favur il-probabbiltà li l-importazzjonijiet Ċiniżi jkunu ridirezzjonati f'każ li l-miżuri jitħassru. Il-parti interessata pprovdiet paragun bejn il-prezzijiet medji tal-bejgħ b'esportazzjoni lejn l-Unjoni u l-prezzijiet medji tal-esportazzjoni lejn il-bqija tad-dinja għal tnejn mill-gruppi inklużi fil-kampjun li juri li l-prezzijiet huma aktar għoljin fil-bqija tad-dinja. Barra minn hekk, għal wieħed mill-gruppi inklużi fil-kampjun, il-parti interessata pprovdiet paragun tal-prezzijiet bejn il-prezzijiet tal-esportazzjoni lejn l-Unjoni u lejn il-bqija tad-dinja għal 15-il tip ta' prodott.

    (80)

    Bħala reazzjoni għal din l-affermazzjoni, huwa importanti li wieħed jieħu nota tal-fatt li l-paragun tal-livelli medji tal-prezzijiet ma jqisx id-differenzi tal-prezzijiet fost it-tipi ta' prodotti. Ir-RPĊ fil-fatt qiegħda tesporta roti akbar lejn l-akbar destinazzjoni ta' esportazzjoni tagħha, l-Istati Uniti. Barra minn hekk, l-amalgamazzjoni tal-bejgħ tal-bqija tad-dinja għandha wkoll in-nuqqasijiet tagħha billi tħallat ir-riżultati ta' bosta destinazzjonijiet ta' esportazzjoni. Dan japplika wkoll għall-paragun dwar tipi ta' prodotti speċifiċi li sar għal wieħed mill-erba' gruppi ta' produtturi esportaturi inklużi fil-paragun

    (81)

    Min-naħa l-oħra, il-paragun li sar mill-Kummissjoni huwa bbażat fuq id-dejta vverifikata tal-erba' gruppi kollha ta' produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun. Il-paragun sar fil-livell tat-tipi ta' prodott u b'mod separat għad-destinazzjonijiet differenti tas-suq. Għal dawn ir-raġunijiet, il-metodoloġija applikata mill-Kummissjoni kif spjegat fil-premessi minn 76 sa 78 hija kkunsidrata aktar affidabbli u preċiża. Għaldaqstant, l-affermazzjoni tal-partijiet interessati ma tintlaqax.

    (82)

    Wara d-divulgazzjoni, parti interessata argumentat li l-Kummissjoni, mingħajr ebda raġuni, enfasizzat l-attraenza tas-suq tal-Unjoni apparagun ta' destinazzjonijiet oħra ta' esportazzjoni. B'mod partikolari, il-parti interessata sostniet li l-paragun skont it-tip li għamlet il-Kummissjoni jostor li fil-fatt 25 % biss tal-bejgħ tal-gruppi inklużi fil-kampjun lejn l-Istati Uniti jiswa anqas mill-prezz tal-bejgħ lejn l-Unjoni għall-istess tipi ta' prodott. Il-parti interessata argumentat li l-bejgħ b'esportazzjoni lejn l-Istati Uniti (jew kull pajjiż ieħor, jekk niġu f'dan) għandu jiġi analizzat kumplessivament, jiġifieri bir-raggruppament tat-tipi ta' prodotti kollha. Dan huwa minħabba l-fatt li l-produtturi Ċiniżi joffru sensiela ta' tipi ta' roti tal-aluminju biex jiżguraw il-lealtà tal-klijenti. Jekk wieħed isegwi r-raġunament tal-parti interessata dan ikun ifisser li l-fatt li tip partikolari ta' rota tal-aluminju tintbagħat miċ-Ċina lejn l-Istati Uniti bi prezz orħos milli lejn l-UE ma jfissirx li din se tkun ridirezzjonata, sal-punt li l-fornituri Ċiniżi jridu jipprovdu “sensiela kompluta ta' prodotti għad-destinazzjonijiet ta' esportazzjoni kollha tagħhom” u għalhekk tali ridirezzjonament ikun ta' xkiel għall-katini ta' provvista affidabbli.

    (83)

    Ulterjorment, il-parti interessata pprovdiet paraguni tal-prezzijiet billi għamlet raggruppament tal-bejgħ kollu skont id-destinazzjoni, bl-indikazzjoni ta'ammonti negattivi (jiġifieri l-prezzijiet lejn swieq terzi oħra tal-UE kienu ogħla minn dawk lejn is-suq tal-Unjoni) għas-swieq kollha għajr għall-Ġappun. Fl-aħħar nett, il-parti interessata sostniet li għall-analiżi tas-swieq tal-Kanada, l-Indja, il-Ġappun u l-Messiku, il-Kummissjoni adottat approċċ differenti billi amalgamat il-volumi ta' bejgħ għall-erba' destinazzjonijiet mingħajr spjegazzjoni. Minħabba f'dan, il-parti interessata sostniet li d-divulgazzjoni tal-fatti u l-kunsiderazzjonijiet abbażi ta' liema l-Kummissjoni kellha l-intenzjoni li timponi l-miżuri antidumping ma ppermettietx lill-partijiet interessati li jifhmu r-raġunament tal-Kummissjoni fir-rigward tal-paragun bejn il-prezzijiet tal-esportazzjoni tagħha lejn l-Unjoni u lejn swieq oħra ta' pajjiżi terzi, u b'hekk kisret l-Artikolu 20 tar-Regolament Bażiku.

    (84)

    Bħala tweġiba għal dawn l-affermazzjonijiet, il-Kummissjoni tinnota li l-paragun skont it-tip li kien applikat ma kienx jostor il-volumi tat-tranżazzjonijiet imwettqa. Barra minn hekk, il-perċentwal tal-volumi ta' bejgħ tal-Istati Uniti inkwistjoni ġie ddivulgat lill-partijiet u ntuża biex jikkwantifika l-volum probabbli ta' ridirezzjonament mill-esportazzjonijiet totali taċ-Ċina lejn l-Istati Uniti. Għaldaqstant l-affermazzjoni tal-parti interessata li l-paragun skont it-tip jostor u/jew ma jqisx l-effett ta' volum tal-bejgħ ma tintlaqax. L-affermazzjoni ulterjuri tal-parti interessata, jiġifieri li huwa l-profitt kumplessiv tat-tranżazzjonijiet kollha lejn suq ta' esportazzjoni li huwa deċiżiv minflok il-paragun tal-prezzijiet skont it-tipi ta' prodott, la hija ssostanzjata u lanqas ma hija kkonfermata mis-sejbiet tal-investigazzjoni. Matul l-investigazzjoni l-Kummissjoni kkonstatat kemm għall-produtturi esportaturi Ċiniżi kif ukoll għall-produtturi tal-Unjoni li bħala regola, l-offerti jitfasslu u l-kuntratti jiġu konklużi skont it-tipi ta' prodott u mhux għal grupp ta' prodotti. Abbażi ta' dan ta' hawn fuq, il-Kummissjoni tibqa' tal-fehma li l-paragun skont it-tip tal-prezzijiet tal-bejgħ taċ-Ċina lil swieq terzi ta' esportazzjoni vis-à-vis il-bejgħ taċ-Ċina lejn is-suq tal-Unjoni huwa indikazzjoni ta' min iserraħ fuqha tal-attraenza tas-suq tal-Unjoni.

    (85)

    Kuntrarjament għal dak li sostniet il-parti interessata, l-analiżi tal-erba' destinazzjonijiet ta' esportazzjoni, jiġifieri l-Kanada, l-Indja, il-Ġappun u l-Messiku ma ġietx amalgamata mill-Kummissjoni. Id-destinazzjonijiet kollha ta' esportazzjoni ġew analizzati separatament u nġabar biss il-volum probabbli disponibbli għar-ridirezzjonament minn kull pajjiż. (33) Għalhekk, l-affermazzjoni tal-parti interessata ma tintlaqax.

    (86)

    Parti interessata waħda sostniet li r-roti OEM huma ferm aktar għaljin mir-roti AM u għalhekk il-Kummissjoni żbaljat meta serrħet fuq il-prezzijiet AM biex turi li l-produtturi esportaturi Ċiniżi kienu kieku jirridirezzjonaw ir-roti tal-aluminju lejn is-suq tal-Unjoni.

    (87)

    Qiegħed jiġi ċċarat li kuntrarjament għall-affermazzjoni tal-parti interessata, il-Kummissjoni ma serrħitx fuq il-bejgħ AM għall-paragun tal-prezzijiet, iżda fuq il-bejgħ kollu rrapportat li minnu s-segment AM jirrappreżenta biss madwar 20 %. Għaldaqstant, din l-affermazzjoni ma tintlaqax.

    (88)

    Fin-nuqqas ta' kull kumment ieħor, jibqgħu japplikaw il-konklużjonijiet dwar l-analiżi tal-esportazzjonijiet ta' pajjiżi terzi tal-erba' gruppi inklużi fil-kampjun kif spjegati fil-premessi minn 75 sa 78. Minħabba f'hekk, hija kkonfermata l-probabbiltà ta' ridirezzjonament ta' parti mill-esportazzjonijiet Ċiniżi li attwalment hija destinata għall-Istati Uniti, il-Kanada, il-Messiku, il-Ġappun u l-Indja għas-suq tal-Unjoni (stmata għal 13,7-il miljun unità) (34).

    3.3.   Il-bejgħ fis-suq domestiku taċ-Ċina u l-attraenza tas-suq tal-Unjoni

    (89)

    Minħabba l-kwantitajiet sinifikanti ta' bejgħ domestiku, is-sitwazzjoni fis-suq domestiku taċ-Ċina kienet analizzata wkoll. L-informazzjoni disponibbli tindika li s-suq tal-karozzi taċ-Ċina jinsab f'fażi ta' tkabbir u huwa previst li jkompli jikber sal-2020 b'rata annwali medja ta' 8 % (35). Minħabba r-rabta mill-qrib bejn is-swieq tal-karozzi u tar-roti tal-karozzi, l-istess rata ta' tkabbir tista' titqies għal dan tal-aħħar ukoll. Dan it-tkabbir iżid il-kapaċità ta' assorbiment tas-suq domestiku Ċiniż. Madankollu din iż-żieda fid-domanda x'aktarx li mhijiex se tassorbi l-kapaċitajiet ta' riżerva disponibbli. F'dawn l-aħħar snin, ir-RPĊ kienet qiegħda tinvesti bil-qawwa fil-produzzjoni tar-roti. L-erba' gruppi inklużi fil-kampjun żiedu l-kapaċità kumplessiva tagħhom b'madwar 16-il miljun unità matul il-perjodu kkunsidrat, li huwa konformi maż-żieda fid-domanda.

    (90)

    Il-livell medju tal-prezzijiet tal-erba' gruppi inklużi fil-kampjun fis-suq domestiku taċ-Ċina (madwar EUR 35) huwa kunsiderevolment anqas mill-prezz tal-bejgħ medju lill-Unjoni (EUR 46,2). Għalkemm ċerti differenzi fil-prezzijiet jistgħu jiġu spjegati permezz tat-tipi ta' prodott u r-rekwiżiti differenti, dan id-distakk sinifikanti fil-prezzijiet jimplika li s-suq tal-Unjoni jsir aktar u aktar attraenti apparagun tas-suq domestiku taċ-Ċina kieku l-miżuri kellhom jitħassru. Ta' min jinnota wkoll li l-esportaturi ewlenin diġà stabbilew relazzjonijiet ta' negozju fl-Unjoni, li jfisser li l-kwantitajiet ta' esportazzjonijiet jistgħu faċilment jiżdiedu f'każ li jinbidlu l-livelli attwali tad-dazji.

    (91)

    Il-konklużjoni tal-analiżi tal-kundizzjonijiet tas-suq u tal-bejgħ domestiku fir-RPĊ hija għalhekk li l-ewwel nett is-suq domestiku ma jistax jassorbi l-kapaċitajiet ta' riżerva u t-tieni nett, minħabba differenzi sinifikanti fil-prezzijiet, x'aktarx li jkun hemm orjentazzjoni mill-ġdid tal-bejgħ domestiku lejn l-Unjoni.

    (92)

    Abbażi ta' dak kollu li jissemma hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet li f'każ li l-miżuri kellhom jitħallew jiskadu, ir-riskju ta' orjentazzjoni mill-ġdid ta' volumi sinifikanti ta' bejgħ b'esportazzjoni u domestiku lejn l-Unjoni bi prezzijiet oġġett ta' dumping huwa minnu.

    (93)

    B'segwitu għad-divulgazzjoni, parti interessata argumentat li billi l-istima tal-kapaċità ta' produzzjoni u tar-rati ta' użu hija żbaljata, il-konklużjoni li t-tkabbir stmat fid-domanda domestika għar-roti tal-aluminju fiċ-Ċina wisq probabbli li mhijiex se tassorbi l-kapaċitajiet ta' riżerva disponibbli mhijiex korretta. Il-parti interessata kkontestat ukoll l-affidabilità tal-paragun tal-prezzijiet medji, billi l-Kummissjoni stess irriżultalha li paragun tal-prezzijiet medji ma jqisx id-differenzi fil-prezzijiet fost it-tipi ta' prodott.

    (94)

    Il-kummenti dwar il-kapaċità ta' produzzjoni u r-rati ta' użu tal-kapaċità ġew indirizzati taħt it-Taqsima 3.1 u 3.2 aktar 'il fuq. Iċ-ċifri, kif ikkonfermati wara l-analiżi tal-kummenti, ma nbidlux tant li jibdlu l-konklużjonijiet li ntlaħqu fil-premessa 89 aktar 'il fuq.

    (95)

    Il-fatt li l-paragun tal-prezzijiet medji huwa anqas affidabbli mill-paragun fil-livell tat-tipi ta' prodott ma jibdilx il-konklużjoni li d-distakk bejn il-livelli tal-prezzijiet għadu sinifikanti. Dan, flimkien mad-daqs sinifikanti tas-suq domestiku, tabilħaqq jindika probabbiltà li xi bejgħ se jkun orjentat mill-ġdid lejn is-suq tal-Unjoni f'każ li l-miżuri kellhom jitħallew jiskadu anke jekk dan ma jistax ikun ikkwantifikat b'mod preċiż abbażi tal-informazzjoni disponibbli. Minħabba f'hekk, il-kummenti provduti ma jikkontradixxux il-konklużjonijiet milħuqa, li għaldaqstant huma kkonfermati.

    4.   Konklużjoni dwar id-dumping u l-probabbiltà ta' rikorrenza ta' dumping

    (96)

    L-erba' produtturi esportaturi Ċiniżi kollha li kienu inklużi fil-kampjun instabu li kienu qegħdin iwettqu dumping matul il-perjodu ta' investigazzjoni tar-rieżami. Barra minn hekk, minħabba l-kapaċitajiet ta' riżerva sinifikanti li nstabu fir-RPĊ kif ukoll minħabba l-attraenza tas-suq tal-Unjoni apparagun ma' wħud mis-swieq ta' pajjiżi terzi u mas-suq domestiku, huwa meqjus probabbli li l-produtturi esportaturi Ċiniżi jidħlu (mill-ġdid) fis-suq tal-Unjoni bi kwantitajiet sinifikanti ta' roti tal-aluminju bi prezzijiet oġġett ta' dumping f'każ li l-miżuri jitħallew jiskadu.

    D.   DEFINIZZJONI TAL-INDUSTRIJA TAL-UNJONI

    (97)

    L-industrija tal-Unjoni ma għaddiet minn l-ebda tibdil strutturali kbir mill-investigazzjoni oriġinali 'l hawn. Il-prodott simili kien manifatturat minn madwar 50 produttur magħruf tal-Unjoni matul il-perjodu ta' investigazzjoni tar-rieżami. Dawn jikkostitwixxu l-“industrija tal-Unjoni” fis-sens tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament bażiku.

    (98)

    Il-produzzjoni totali tal-Unjoni matul il-perjodu ta' investigazzjoni tar-rieżami kienet stmata għal madwar 50,5 miljun unità. Il-kumpaniji li appoġġaw it-talba għal rieżami rrappreżentaw aktar minn 85 % tal-produzzjoni totali tal-Unjoni fil-PIR. Kif indikat fil-premessa 17, il-produtturi tal-Unjoni magħżula fil-kampjun rrappreżentaw aktar minn 30 % tal-produzzjoni totali tal-Unjoni tal-prodott simili.

    E.   IS-SITWAZZJONI TAS-SUQ TAL-UNJONI

    1.   Kummenti preliminari

    (99)

    Il-produzzjoni totali tal-Unjoni ġiet stabbilita abbażi tal-informazzjoni kollha disponibbli, inklużi l-informazzjoni provduta fit-talba għal rieżami, id-dejta miġbura mill-produtturi magħrufa kollha tal-Unjoni qabel u wara li nbdiet l-investigazzjoni u l-informazzjoni miksuba mill-produtturi inklużi fil-kampjun. Din l-informazzjoni ppermettiet li tiġi kkonfermata l-eżistenza u l-livell ta' produzzjoni anke ta' dawk il-produtturi li ma kkooperawx fl-investigazzjoni.

    (100)

    Bħal fl-investigazzjoni oriġinali, u kif indikat fil-premessa 28, il-prodott inbiegħ permezz ta' żewġ kanali ta' distribuzzjoni jiġifieri lis-segment OEM u lis-segment AM.

    (101)

    Xi partijiet interessati saħqu l-affermazzjonijiet li għamlu fl-investigazzjoni oriġinali li jenħtieġ li l-analiżi tal-ħsara tiddistingwi bejn ir-roti tal-aluminju għas-segment OEM min-naħa u r-roti tal-aluminju għas-segment AM min-naħa l-oħra. Dawn l-affermazzjonijiet kienu bbażati fuq il-fatt li fil-waqt tal-investigazzjoni oriġinali, l-importazzjonijiet Ċiniżi kienu prinċipalment lejn is-segment AM, filwaqt li l-industrija tal-Unjoni kienet prinċipalment predominanti fis-segment OEM.

    (102)

    L-investigazzjoni stabbiliet li, kif spjegat fil-premessi 113 u 114, il-produtturi esportaturi Ċiniżi jidher li ċċaqilqu mis-segment AM għas-segment OEM mill-investigazzjoni oriġinali 'l hawn. Għaldaqstant, ma kienx hemm aktar il-bżonn ta' analiżi separata tal-impatt tal-importazzjonijiet Ċiniżi fuq is-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni għal kull segment.

    (103)

    Madankollu, f'konformità mal-investigazzjoni oriġinali, u sabiex tingħata stampa kemm jista' jkun komprensiva tas-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni matul il-PIR, ġew analizzati wkoll xi indikaturi tal-ħsara b'mod separat abbażi tal-informazzjoni disponibbli; fl-analiżi tal-probabbiltà ta' rikorrenza ta' ħsara, tqiesu wkoll is-segmenti differenti.

    (104)

    B'referenza għall-affermazzjoni msemmija fil-premessa 101, parti interessata waħda żiedet li jenħtieġ li ssir differenza bejn is-segmenti abbażi tat-tip ta' klijent u sostniet li l-klijenti fis-segment OEM qegħdin jixtru tip ta' prodott differenti, jiġifieri l-hekk imsejħa “roti bil-marka tal-karozzi”, minn dawk fis-segment AM, fejn il-klijenti jixtru l-hekk imsejħa “roti bil-marka tar-roti”. Skont din il-parti, il-fatt ta' jekk ir-roti jintużawx għall-assemblaġġ f'vetturi ġodda (OEM) jew jinbigħux separatament biex jissostitwixxu r-roti oriġinali (AM) għandu anqas importanza.

    (105)

    Ir-rikjesta ta' din il-parti kienet ibbażata fuq suppożizzjoni impreċiża li l-Kummissjoni kienet se tikklassifika r-“roti bil-marka tal-karozzi” mibjugħa permezz tal-kanali ta' distribuzzjoni tal-manifatturi tal-karozzi jew tad-dealers awtorizzati bħala bejgħ fis-segment AM. Madankollu, il-Kummissjoni kkunsidrat ir-“roti bil-marka tal-karozzi” kollha irrispettivament jekk intużawx għall-assemblaġġ f'vetturi ġodda jew inbigħux separatament bħala bejgħ lis-segment OEM li kien f'konformità mal-affermazzjoni tal-parti.

    2.   Konsum tal-Unjoni

    (106)

    Matul il-perjodu kkunsidrat, il-konsum tal-Unjoni żviluppa kif ġej:

    Tabella 2

    Il-konsum tal-Unjoni

     

    2012

    2013

    2014

    PIR

    Konsum totali (Unitajiet f'eluf)

    59 361

    60 528

    66 457

    70 047

    Indiċi (2012 = 100)

    100

    102

    112

    118

    Sors: It-talba għal rieżami, l-Eurostat, it-tweġibiet ivverifikati għall-kwestjonarji

    (107)

    Il-konsum tal-Unjoni ġie stabbilit billi ġew miżjuda l-importazzjonijiet miċ-Ċina u minn pajjiżi terzi oħra skont l-Eurostat mal-bejgħ mill-produtturi tal-Unjoni fis-suq tal-Unjoni. Il-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni fis-suq tal-Unjoni nkiseb mit-talba għal rieżami u ġie aġġustat abbażi tad-dejta provduta fit-tweġibiet tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun għall-PIR.

    (108)

    Il-konsum tal-Unjoni żdied kontinwament matul il-perjodu kkunsidrat u kumplessivament bi 18 %, jiġifieri minn 59,3 miljun unità fl-2012 għal 70,0 miljun unità fil-PIR. Din iż-żieda fil-konsum tirrifletti ż-żieda tal-produzzjoni tal-karozzi fl-Unjoni u r-rata ta' penetrazzjoni li żdiedet tar-roti tal-aluminju fil-karozzi ġodda. Ix-xejra ta' żieda fil-konsum tirrappreżenta bidla sinifikanti apparagun tax-xejra osservata fl-investigazzjoni oriġinali, li fiha l-konsum naqas b'16 % mill-2006 u l-perjodu ta' investigazzjoni (“PI”) tal-investigazzjoni oriġinali, jiġifieri minn 58,6 miljun unità għal 49,5 miljun unità.

    (109)

    Il-konsum tal-Unjoni ġie analizzat ukoll b'separazzjoni bejn is-segmenti OEM u AM. Il-volumi u l-kwoti tas-suq ġew stmati abbażi tal-informazzjoni provduta mill-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun, il-produtturi kooperanti tal-pajjiż analogu, il-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun u t-talba. It-tabella ta' hawn taħt tindika l-evoluzzjoni tal-konsum għal kull segment fil-PIR apparagun tal-PI tal-investigazzjoni oriġinali.

    Tabella 3

    Il-konsum skont is-segmenti AM u OEM

    Unitajiet (f'eluf)

    Il-PI tal-investigazzjoni oriġinali

    PIR

    Il-konsum OEM

    34 915

    65 168

    Indiċi (PI = 100)

    100

    188

    Il-kwota OEM mill-konsum totali (%)

    71

    93

    Il-konsum AM

    14 592

    4 879

    Indiċi (PI = 100)

    100

    33

    Il-kwota AM mill-konsum totali (%)

    29

    7

    Il-konsum totali

    49 508

    70 047

    Indiċi (PI = 100)

    100

    141

    Sors: It-talba, l-Eurostat, it-tweġibiet ivverifikati għall-kwestjonarji, ir-Regolament ta' Implimentazzjoni Kunsill (UE) Nru 964/2010.

    (110)

    Mill-PI tal-investigazzjoni oriġinali 'l hawn, il-konsum fis-segment OEM żdied bi 88 %, jiġifieri minn madwar 35 miljun unità għal madwar 65 miljun unità, filwaqt li l-konsum fis-segment AM naqas bi kważi 70 %, minn madwar 15-il miljun unità għal madwar 5 miljun unità fil-PIR. Dan jindika li ż-żieda kumplessiva fil-konsum mill-PI tal-investigazzjoni oriġinali 'l hawn seħħet kompletament minħabba ż-żieda fil-konsum fis-segment OEM filwaqt li l-konsum fis-segment AM naqas b'mod sinifikanti mill-PI tal-investigazzjoni oriġinali 'l hawn. B'hekk, filwaqt li s-segment OEM diġà kien predominanti matul il-PI tal-investigazzjoni oriġinali, kompla jikseb aktar importanza u kien jirrappreżenta 93 % tal-konsum totali matul il-PIR, filwaqt li s-segment AM kien jirrappreżenta 7 % tal-konsum total apparagun tad-29 % fi-PI tal-investigazzjoni oriġinali.

    (111)

    Ta' min jinnota li ġeneralment is-segment OEM ikun aktar kompetittiv billi l-bejgħ isir f'suq akbar b'aktar parteċipanti u għadd akbar ta' fornituri li jikkompetu bejniethom. Il-preżenza f'dan is-segment hija wkoll waħda ta' natura aktar fit-tul. L-investigazzjoni wriet li l-operaturi li rnexxielhom jidħlu fis-segment OEM għandhom ħabta jibqgħu f'dak is-segment u ma jiċċaqilqux faċilment għas-segment AM. Dan huwa minħabba r-rekwiżiti preċiżi u stretti tal-klijenti fis-segment OEM, mhux biss fir-rigward tal-kwalità u d-disinn tar-roti tal-aluminju iżda wkoll il-kwalità tal-proċessi u tal-kwalifiki biex ikunu jistgħu joperaw bħala fornituri affidabbli. Ġeneralment il-prodotti jinxtraw biss wara fażi ta' ttestjar u ta' verifika tal-proċessi u wara dan ir-relazzjoni kuntrattwali bejn ix-xerrej u l-bejjiegħ tista' ddum għal diversi snin. Fl-istess waqt jenħtieġ li wieħed jieħu nota tal-fatt li normalment kull utent OEM ikollu diversi fornituri li jkunu approvati minnu u għaldaqstant jista' jaqleb minn fornitur għall-ieħor b'mod relattivament faċli jekk wieħed minnhom isir aktar kompetittiv fil-prezzijiet tiegħu.

    3.   Volum, prezzijiet u kwota tas-suq tal-importazzjonijiet mir-RPĊ

    3.1.   Volum u kwota tas-suq tal-importazzjonijiet mir-RPĊ

    Tabella 4

    Il-volum u l-kwoti tas-suq tal-importazzjonijiet mir-RPĊ

     

    2012

    2013

    2014

    PIR

    Volum tal-importazzjonijiet (Unitajiet f'eluf)

    3 371

    2 436

    2 439

    2 237

    Indiċi (2012 = 100)

    100

    72

    72

    66

    Kwota tas-suq (%)

    5,7

    4,1

    3,7

    3,2

    Sors: L-Eurostat.

    (112)

    Il-volumi tal-importazzjonijiet mir-RPĊ naqsu minn 3,3 miljun unità fl-2012 għal 2,2 miljun unità fil-PIR, jiġifieri bi 34 %, bi tnaqqis korrispondenti fil-kwota tas-suq minn 5,7 % għal 3,2 %, jiġifieri tnaqqis ta' 2,5 punti perċentwali matul il-perjodu kkunsidrat. Filwaqt li l-volumi tal-importazzjonijiet u tal-kwota tas-suq miċ-Ċina naqsu, il-produtturi esportaturi Ċiniżi rnexxielhom madankollu jżommu kwota tas-suq mhux negliġibbli minkejja l-miżuri fis-seħħ. Il-Kummissjoni tinnota li parti mill-importazzjonijiet Ċiniżi (li tvarja bejn 21 % u 28 % fil-perjodu kkunsidrat) ħadet vantaġġ mir-reġim ta' proċessar attiv u ma kinitx soġġetta għal dazji antidumping.

    (113)

    Barra minn hekk, l-evoluzzjoni tal-volum ta' importazzjonijiet u tal-kwota tas-suq fiċ-Ċina ġiet stmata b'separazzjoni bejn is-segmenti OEM u AM għall-PIR apparagun tal-PI tal-investigazzjoni oriġinali, kif indikat fit-tabella ta' hawn taħt:

    Tabella 5

    Importazzjonijiet miċ-Ċina u kwoti tas-suq skont is-segmenti OEM u AM

     

    Il-PI tal-investigazzjoni oriġinali

    PIR

    Is-segment OEM

     

     

    Importazzjonijiet totali miċ-Ċina tal-OEM (f'eluf ta' unitajiet)

    1 183

    1 606

    Indiċi (PI = 100)

    100

    136

    Il-kwota tal-importazzjonijiet totali (%)

    19

    72

    Il-kwota tas-suq mill-konsum tal-OEM (%)

    3,4

    2,5

    Il-kwota tas-suq mill-konsum totali (%)

    2,3

    2,3

    Is-segment AM

     

     

    Importazzjonijiet totali miċ-Ċina tal-AM (f'eluf ta' unitajiet)

    4 954

    631

    Indiċi (PI = 100)

    100

    13

    Il-kwota tal-importazzjonijiet totali (%)

    81

    28

    Il-kwota tas-suq mill-konsum tal-AM (%)

    33,9

    12,9

    Il-kwota tas-suq mill-konsum totali (%)

    10,0

    0,9

    Sors: It-talba, l-Eurostat, it-tweġibiet ivverifikati għall-kwestjonarji, ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 964/2010.

    (114)

    L-iżvilupp tal-volumi tal-importazzjonijiet miċ-Ċina mifruda skont is-segment segwa x-xejra ġenerali lejn żieda sinifikanti fil-konsum fis-segment OEM indikata fil-premessi minn 109 sa 111. Minkejja t-tnaqqis kumplessiv fl-importazzjonijiet tar-roti tal-aluminju miċ-Ċina (ara t-tabella 3), il-produtturi esportaturi Ċiniżi żiedu l-volumi tal-importazzjonijiet tagħhom fis-segment OEM. B'mod speċifiku, il-volum tal-importazzjonijiet fis-segment OEM żdied minn 1,183 miljun unità fil-PI tal-investigazzjoni oriġinali għal 1,606 miljun unità fil-PIR, jiġifieri l-produtturi esportaturi Ċiniżi rnexxielhom iżidu l-importazzjonijiet tagħhom b'0,4 miljun unità li tikkorrispondi għal żieda ta' 63 % apparagun tal-PI tal-investigazzjoni oriġinali.

    (115)

    Kumplessivament, l-importazzjonijiet miċ-Ċina lejn is-settur OEM irrappreżentaw 72 % tal-importazzjonijiet kollha matul il-PIR, filwaqt li matul il-PI tal-investigazzjoni oriġinali, is-sitwazzjoni kienet bil-maqlub u l-importazzjonijiet Ċiniżi fis-segment OEM irrappreżentaw biss 19 % tal-importazzjonijiet totali fl-Unjoni.

    (116)

    Minkejja ż-żieda fil-volum ta' bejgħ fis-segment OEM, il-kwota tas-suq f'dan is-segment naqset b'0,9 punti perċentwali, u dan minħabba ż-żieda akbar fil-konsum f'dan is-segment. Il-kwota tas-suq tal-importazzjonijiet Ċiniżi mill-konsum totali baqgħet stabbli u dan huwa wkoll minħabba ż-żieda akbar fil-konsum kumplessiv.

    (117)

    Minħabba f'hekk jirriżulta li t-tnaqqis kumplessiv tal-volumi tal-importazzjonijiet taċ-Ċina huwa esklużivament minħabba tnaqqis fl-importazzjonijiet lejn is-segment AM. Tabilħaqq, f'dan is-segment, l-importazzjonijiet Ċiniżi naqsu ferm, jiġifieri bi kważi 90 %, li ssarrfu fi tnaqqis tal-kwota tas-suq fil-konsum AM minn 34 % fil-PI tal-investigazzjoni oriġinali għal 13 % fil-PIR tar-rieżami attwali. Kumplessivament, il-kwota tal-importazzjonijiet għas-segment AM mill-konsum totali naqset minn 10,0 % fil-PI tal-investigazzjoni oriġinali għal 0,9 % fil-PIR tar-rieżami attwali.

    (118)

    Din iċ-ċaqliqa tal-produtturi esportaturi Ċiniżi mis-segment AM għas-segment OEM diġà kienet bdiet matul l-aħħar sentejn tal-investigazzjoni oriġinali (jiġifieri fl-2008 u fil-PI, ara l-premessa 89 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 964/2010). Minkejja t-tnaqqis tal-kwoti tas-suq, il-produtturi esportaturi Ċiniżi żammew il-volumi ta' bejgħ u l-klijentela tagħhom fis-segment OEM mill-investigazzjoni oriġinali 'l hawn.

    3.2.   Il-prezzijiet tal-importazzjonijiet u twaqqigħ tal-prezzijiet

    Tabella 6

    Il-prezz medju tal-importazzjonijiet mir-RPĊ

     

    2012

    2013

    2014

    PIR

    Prezz medju EUR/unità

    40,68

    36,16

    39,74

    46,24

    Indiċi (2012 = 100)

    100

    89

    98

    114

    Sors: l-Eurostat.

    (119)

    Il-prezzijiet medji tal-importazzjonijiet mir-RPĊ l-ewwel naqsu minn EUR 40,68 għal kull unità fl-2012 għal EUR 36,16 għal kull unità fl-2013, iżda reġgħu żdiedu għal EUR 39,74 għal kull unità fl-2014. Komplew jiżdiedu fil-PIR fejn laħqu livell ta' EUR 46,24 għal kull unità. Kumplessivament, iż-żieda bejn l-2012 u l-PIR kienet ta' 14 %. Din iż-żieda kumplessiva fil-prezzijiet hija f'konformità max-xejriet globali tal-prezzijiet u ma' xejra ġenerali lejn roti akbar u aktar sofistikati.

    (120)

    Sar paragun tal-prezzijiet tal-bejgħ fis-suq tal-Unjoni bejn il-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni inkluża fil-kampjun u l-prezzijiet tal-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat li saru mill-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun. Il-prezzijiet tal-bejgħ rilevanti tal-industrija tal-Unjoni inkluża fil-kampjun kienu dawk mogħtija lil klijenti indipendenti, aġġustati fejn meħtieġ għal livell ex-works, jiġifieri esklużi l-ispejjeż tal-merkanzija fl-Unjoni u wara li jitnaqqsu l-iskontijiet u r-rifużjonijiet.

    (121)

    Dawn il-prezzijiet ġew ipparagunati mal-prezzijiet mitluba mill-produtturi esportaturi Ċiniżi inklużi fil-kampjun, bl-iskontijiet imnaqqsa u aġġustati fejn meħtieġ gћas-CIF fil-fruntiera tal-Unjoni, b'aġġustament xieraq gћall-kostijiet ta' wara l-importazzjoni.

    (122)

    Meta ġew miżjuda d-dazji doganali u d-dazji antidumping applikabbli mal-prezzijiet CIF tal-importazzjonijiet, irriżulta li l-prezzijiet tal-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun kienu ogħla bħala medja mill-prezzijiet tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni fis-suq tal-Unjoni. L-istess riżultat kien applikabbli għall-importazzjonijiet tal-produtturi esportaturi mhux inklużi fil-kampjun.

    (123)

    Meta l-prezzijiet tal-importazzjonijiet tal-produtturi esportaturi Ċiniżi inklużi fil-kampjun ikunu kkunsidrati mingħajr id-dazji antidumping dawn iwaqqgħu l-prezzijiet tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni b'medja ta' 8,0 %. Ir-riżultat huwa evidenti ferm aktar meta s-segmenti OEM u AM jiġu analizzati separatament, meta f'dan il-każ il-marġnijiet tat-twaqqigħ tal-prezzijiet li rriżultaw għall-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun kienu ta' 8,7 % fis-segment OEM u 12,4 % fis-segment AM. Rigward il-produtturi esportaturi mhux inklużi fil-kampjun, abbażi tad-dejta tal-Eurostat, ir-riżultat ikun bħala medja dak ta' marġni ta' twaqqigħ tal-prezzijiet ta' 7,5 %; dan il-paragun isir fuq bażi ta' medja billi l-Eurostat ma jiddistingwix bejn it-tipi ta' prodott.

    (124)

    Fl-aħħar nett, sar paragun tal-prezzijiet fir-rigward tal-importazzjonijiet Ċiniżi li saru fil-qafas tar-reġim ta' proċessar attiv li rrappreżentaw 20,6 % tal-importazzjonijiet Ċiniżi kollha matul il-PIR. Dan il-paragun tal-prezzijiet sar bejn il-prezzijiet medji tal-importazzjonijiet Ċiniżi fil-qafas tar-reġim ta' proċessar attiv (abbażi tad-dejta tal-Eurostat billi l-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun ma rrapportaw l-ebda bejgħ lill-Unjoni fil-qafas tal-ipproċessar attiv) u l-prezzijiet medji tal-bejgħ tal-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun fil-PIR. Ir-riżultat kien ta' medja tal-marġni ta' twaqqigħ tal-prezzijiet ta' 7,6 %. Dan il-paragun sar fuq bażi ta' medja billi d-dejta tal-Eurostat ma tiddistingwix bejn it-tipi ta' prodott, kif indikat fil-premessa 123. Apparti minn hekk, il-volum totali ta' importazzjonijiet fil-qafas tar-reġim ta' proċessar attiv kien baxx ferm u jirrappreżenta biss 0,6 % tal-konsum totali tal-Unjoni fil-PIR.

    (125)

    Parti interessata waħda sostniet li l-prezzijiet għar-roti tal-aluminju mibjugħa lis-segment AM kienu ġeneralment ferm aktar baxxi minn dawk mitluba għar-roti tal-aluminju mibjugħa lis-segment OEM. Apparti minn hekk, din il-parti sostniet li paragun kif suppost tal-prezzijiet fis-segment OEM jista' jsir biss fil-“livell tal-offerti”, fir-rigward ta' liema sostniet li ġeneralment ma jkun hemm l-ebda twaqqigħ tal-prezzijiet anke wara d-deduzzjoni tad-dazju antidumping.

    (126)

    Selezzjoni ta' dejta minn offerti individwali ma jistgħux jieħdu post l-analiżi li saret mill-Kummissjoni abbażi ta' dejta kompluta, jiġifieri elenkar tat-tranżazzjonijiet ta' bejgħ u paraguni tal-prezzijiet abbażi tat-tip. Paragun ta' din ix-xorta jirrifletti l-akbar ammont ta'dejta possibbli ta' tranżazzjonijiet li effettivament seħħew. Kif spjegat fil-premessa 123, l-analiżi abbażi ta' dejta kompluta mill-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun u mill-produtturi tal-Unjoni indikat twaqqigħ tal-prezzijiet ta' 8,7 % fis-segment OEM u 12,4 % fis-segment AM li tikkonferma t-twaqqigħ tal-prezzijiet fiż-żewġ segmenti meta l-prezzijiet jitqiesu mingħajr dazji antidumping. Għaldaqstant, dan l-argument ma jintlaqax.

    (127)

    Wara d-divulgazzjoni, l-istess parti talbet ukoll lill-Kummissjoni biex tiċċara kif ġie żgurat minnha li l-prezzijiet tal-bejgħ domestiku taċ-Ċina, l-esportazzjonijiet lejn l-Unjoni, u l-esportazzjonijiet lejn pajjiżi terzi kienu paragunabbli. Din il-metodoloġija tinsab spjegata fil-premessi 123 u 126 aktar 'il fuq.

    4.   Importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħra

    Tabella 7

    Importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħra

     

    2012

    2013

    2014

    PIR

    It-Turkija

    6 189

    6 879

    8 316

    9 218

    Indiċi (2012 = 100)

    100

    111

    134

    149

    Kwota tas-suq (%)

    10,4

    11,4

    12,5

    13,2

    Prezz medju EUR/unità

    45,57

    45,32

    43,89

    48,50

    Indiċi (2012 = 100)

    100

    99

    96

    106

    Pajjiżi terzi oħra (eskluża t-Turkija)

    7 104

    6 778

    8 177

    8 696

    Indiċi (2012 = 100)

    100

    95

    115

    122

    Kwota tas-suq (%)

    12,0

    11,2

    12,3

    12,4

    Prezz medju EUR/unità

    51,27

    51,23

    52,66

    58,88

    Indiċi (2012 = 100)

    100

    100

    103

    115

    Total ta' pajjiżi terzi oħra

    13 294

    13 657

    16 493

    17 914

    Indiċi (2012 = 100)

    100

    103

    124

    135

    Kwota tas-suq (%)

    22,4

    22,6

    24,8

    25,6

    Prezz medju EUR/unità

    48,62

    48,25

    48,24

    53,54

    Indiċi (2012 = 100)

    100

    99

    99

    110

    Sors: l-Eurostat.

    (128)

    Matul il-perjodu kkunsidrat, l-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħra fl-Unjoni żdiedu kontinwament minn madwar 13,2-il miljun unità fl-2012 għal madwar 17,9-il miljun unità fil-PIR, jiġifieri b'35 %. Billi l-konsum tal-Unjoni żdied biss bi 18 % matul l-istess perjodu (ara l-premessa 107, it-tabella 1), il-kwota tas-suq korrispondenti tal-pajjiżi terzi l-oħra żdiedet b'perċentwal anqas, jiġifieri minn 22,4 % fl-2012 għal 25,6 % fil-PIR jew bi 3,2 punti perċentwali.

    (129)

    Bħala medja, il-prezzijiet tal-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi li mhumiex iċ-Ċina kien ogħla mill-prezzijiet tal-importazzjonijiet Ċiniżi u żdiedu b'10 % matul il-perjodu kkunsidrat.

    (130)

    It-Turkija hija l-akbar importatur fl-Unjoni wara r-RPĊ. Il-volum tal-importazzjonijiet fit-Turkija żdied minn madwar 6,1 miljun unità fl-2012 għal madwar 9,2 miljuni fil-PIR, jiġifieri b'49 %. Din iż-żieda ssarrfet f'żieda tal-kwota tas-suq tagħha minn 10,4 % fl-2012 għal 13,2 % fil-PIR, jiġifieri bi 2,8 punti perċentwali. Il-prezzijiet medji tal-importazzjonijiet mit-Turkija kienu ogħla mill-prezzijiet medji tal-importazzjonijiet miċ-Ċina matul il-perjodu kkunsidrat kollu. Dawn żdiedu minn EUR 45,57 għal kull unità fl-2012 għal EUR 48,50 għal kull unità fil-PIR, li kienu jikkorrispondu għal żieda ta' 6 %.

    (131)

    Il-kwota tas-suq tal-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi bl-esklużjoni tat-Turkija żdiedet biss minimament, minn 12,0 % fl-2012 għal 12,4 % fil-PIR. Il-prezzijiet tal-importazzjonijiet mill-pajjiżi terzi kienu ogħla mill-prezzijiet tal-importazzjonijiet mir-RPĊ matul il-perjodu kkunsidrat kollu.

    5.   Is-sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni

    5.1.   Rimarki ġenerali

    (132)

    F'konformità mal-Artikolu 3(5) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni eżaminat il-fatturi u l-indiċijiet ekonomiċi kollha li kellhom effett fuq l-istat tal-industrija tal-Unjoni.

    (133)

    Kif imsemmi fil-premessa 17, intuża l-kampjunar għad-determinazzjoni tal-ħsara possibbli li ġarrbet l-industrija tal-Unjoni.

    (134)

    Għad-determinazzjoni tal-ħsara, il-Kummissjoni għamlet distinzjoni bejn l-indikaturi ta' ħsara makroekonomika u mikroekonomika. Il-Kummissjoni evalwat indikaturi makroekonomiċi relatati mal-industrija tal-Unjoni kollha abbażi ta' informazzjoni provduta mill-applikant fit-talba għal rieżami u tad-dejta tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun li ġiet aġġustata abbażi ta' dejta provduta fit-tweġibiet tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun għall-PIR. Il-Kummissjoni evalwat l-indikaturi mikroekonomiċi li jirrigwardaw biss il-kumpaniji inklużi fil-kampjun abbażi tad-dejta inkluża fit-tweġibiet għall-kwestjonarji mill-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun. Iż-żewġ settijiet ta' dejta nstabu li jirrappreżentaw is-sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni.

    (135)

    L-indikaturi makroekonomiċi huma: il-produzzjoni, il-kapaċità tal-produzzjoni, l-użu tal-kapaċità, il-volum tal-bejgħ, il-kwota tas-suq, it-tkabbir, l-impjiegi, il-produttività u d-daqs tal-marġini tad-dumping.

    (136)

    L-indikaturi mikroekonomiċi huma: il-prezzijiet medji għal kull unità, il-kost ta' kull unità, il-kost lavorattiv, l-inventarji, il-profittabilità, il-flussi tal-flus, l-investimenti, ir-redditu fuq l-investimenti u l-kapaċità ta' ġbir tal-kapital.

    5.2.   Indikaturi makroekonomiċi

    5.2.1.   Il-produzzjoni, il-kapaċità tal-produzzjoni u l-użu tal-kapaċità

    Tabella 8

    Il-produzzjoni, il-kapaċità ta' produzzjoni u l-użu tal-kapaċità

     

    2012

    2013

    2014

    PIR

    Il-volum tal-produzzjoni (unitajiet f'eluf)

    44 124

    45 516

    49 638

    50 571

    Indiċi (2012 = 100)

    100

    103

    112

    115

    Il-kapaċità tal-produzzjoni (unitajiet f'eluf)

    49 808

    51 644

    53 510

    55 178

    Indiċi (2012 = 100)

    100

    104

    107

    111

    Użu tal-kapaċità (%)

    89

    88

    93

    92

    Indiċi (2012 = 100)

    100

    99

    105

    103

    Sors: Talba għal rieżami, l-Eurostat, it-tweġibiet ivverifikati għall-kwestjonarji.

    (137)

    Il-produzzjoni totali tal-Unjoni, il-kapaċità tal-produzzjoni u l-użu tal-kapaċità żviluppaw matul il-perjodu kkunsidrat kif ġej:

    (138)

    Il-produzzjoni żdiedet matul il-perjodu kkunsidrat. Kumplessivament, il-volum tal-produzzjoni żdied minn 44,1 miljun unità fl-2012 għal 50,5 miljun unità fil-PIR, jiġifieri bi 15 % matul il-perjodu kkunsidrat. Din iż-żieda tirrifletti ż-żieda tal-produzzjoni tal-karozzi fl-Unjoni u l-użu li żdied tar-roti tal-aluminju fil-karozzi ġodda.

    (139)

    Il-kapaċità tal-produzzjoni żdiedet minn 49,8 miljun unità fl-2012 għal bejn wieħed u ieħor 55,1 miljun unità fil-PIR, jiġifieri bi 11 % matul il-perjodu kkunsidrat.

    (140)

    Minħabba ż-żieda kemxejn aktar għolja fil-volum tal-produzzjoni milli fil-kapaċità tal-produzzjoni, l-użu tal-kapaċità żdied minn 89 % fl-2012 għal 92 % fil-PIR, jiġifieri bi 3 punti perċentwali matul il-perjodu kkunsidrat.

    5.2.2.   Il-volum tal-bejgħ u l-kwota tas-suq

    (141)

    Il-volum tal-bejgħ u l-kwota tas-suq tal-industrija tal-Unjoni żviluppaw matul il-perjodu kkunsidrat kif ġej:

    Tabella 9

    Il-volum tal-bejgħ u l-kwota tas-suq

     

    2012

    2013

    2014

    PIR

    Il-volum tal-bejgħ (unitajiet f'eluf)

    42 697

    44 435

    47 525

    49 895

    Indiċi (2012 = 100)

    100

    104

    111

    117

    Kwota tas-suq (%)

    71,9

    73,4

    71,5

    71,2

    Sors: Talba għal rieżami, l-Eurostat, it-tweġibiet ivverifikati għall-kwestjonarji.

    (142)

    Il-volum tal-bejgħ żdied matul il-perjodu kkunsidrat minn 42,6 miljun unità fl-2012 għal madwar 49,8 miljun unità fil-PIR, jiġifieri bi 17 %, kemxejn anqas miż-żieda fil-konsum ta' 18 % deskritta fil-premessa 107. Għaldaqstant, iż-żieda fil-volumi ta' bejgħ, meta wieħed iqis ukoll iż-żieda parallela fl-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħra deskritta fil-premessa 128 wasslet, madankollu, għal tnaqqis minimu fil-kwota tas-suq tal-industrija tal-Unjoni minn 71,9 % fl-2012 għal 71,2 % fil-perjodu ta' investigazzjoni tar-rieżami, jiġifieri tnaqqis ta' 0,7 punti perċentwali matul il-perjodu kkunsidrat.

    (143)

    Barra minn hekk, l-evoluzzjoni tal-volumi ta' bejgħ u tal-kwoti tas-suq ġiet stmata b'separazzjoni bejn is-segmenti OEM u AM għall-PIR apparagun tal-PI tal-investigazzjoni oriġinali, kif indikat fit-tabella ta' hawn taħt:

    Tabella 10

    Il-volumi ta' bejgħ u l-kwoti tas-suq skont is-segmenti OEM u AM

    Unitajiet (f'eluf)

    Il-PI tal-investigazzjoni oriġinali

    PIR

    Is-segment OEM

     

     

    Il-volum ta' bejgħ OEM

    28 719

    46 627

    Indiċi

    100

    162

    Il-kwota tas-suq OEM (il-kwota tal-produtturi tal-UE mit-total tal-konsum OEM) (%)

    82,3

    71,6

    Il-kwota tas-suq OEM mill-konsum totali (%)

    58,0

    66,6

    Is-segment AM

     

     

    Il-volum ta' bejgħ AM

    7 075

    3 268

    Indiċi

    100

    46

    Il-kwota tas-suq AM (il-kwota tal-produtturi tal-UE mit-total tal-konsum AM) (%)

    48,5

    67,0

    Il-kwota tas-suq AM mill-konsum totali (%)

    14,3

    4,7

    Sors: It-talba, l-Eurostat, it-tweġibiet ivverifikati għall-kwestjonarji, ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 964/2010.

    (144)

    Il-volumi ta' bejgħ lis-segment OEM żdiedu bi 62 % fil-PIR apparagun tal-PI tal-investigazzjoni oriġinali, filwaqt li l-bejgħ lis-segment AM naqas b'aktar min-nofs apparagun tal-PI tal-investigazzjoni oriġinali. Il-kwota tas-suq tal-produtturi tal-Unjoni kienet naqset fis-segment OEM b'10,9 punti perċentwali minn 82,3 % għal 71,6 % minħabba ż-żieda akbar fil-konsum f'dan is-segment. Fis-segment AM, il-kwota tas-suq kienet żdiedet minn 48,5 % għal 67,0 %, minħabba s-suq li ċkien f'dan is-segment. Kumplessivament, fis-segment AM il-kwota tas-suq tal-industrija tal-Unjoni mit-total tal-konsum naqset minn 14,3 % matul il-PI tal-investigazzjoni oriġinali għal 4,7 % matul il-PIR tar-rieżami attwali, filwaqt li l-kwota tas-suq tal-industrija tal-Unjoni tas-segment OEM mit-total tal-konsum żdiedet minn 58,0 % għal 66,6 % matul l-istess perjodu. L-evoluzzjoni fiż-żewġ segmenti tikkorrispondi għax-xejra ġenerali fis-suq tal-Unjoni li tirrifletti ż-żieda tal-produzzjoni tal-karozzi fl-Unjoni u r-rata ta' penetrazzjoni miżjuda tar-roti tal-aluminju fil-karozzi l-ġodda, kif indikat fil-premessa 108.

    5.2.3.   It-tkabbir

    (145)

    Filwaqt li l-konsum tal-Unjoni naqas bi 18 % matul il-perjodu kkunsidrat, il-volum tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni żdied b'perċentwal kemxejn aktar baxx, jiġifieri bi 17 %, li ssarraf f'telf minimu mill-kwota tas-suq ta' 0,7 punti perċentwali.

    5.2.4.   L-impjiegi u l-produttività

    (146)

    L-impjiegi u l-produttività żviluppaw kif ġej tul il-perjodu kkunsidrat:

    Tabella 11

    L-impjiegi u l-produttività

     

    2012

    2013

    2014

    PIR

    Għadd ta' impjegati

    12 227

    12 673

    13 689

    14 265

    Indiċi (2012 = 100)

    100

    104

    112

    117

    Produttività (unitajiet f'eluf/impjegat)

    3 609

    3 592

    3 626

    3 545

    Indiċi (2012 = 100)

    100

    100

    100

    98

    Sors: It-talba għal rieżami.

    (147)

    L-impjiegi tal-industrija tal-Unjoni żdiedu kumplessivament bi 17 % matul il-perjodu kkunsidrat. Dan huwa f'konformità maż-żieda fil-volum tal-produzzjoni ta' 15 % matul il-perjodu kkunsidrat.

    (148)

    Matul il-perjodu kkunsidrat, il-produttività mkejla permezz tal-għadd ta' unitajiet prodotti għal kull impjegat baqgħet stabbli, bi tnaqqis ferm minimu ta' 2 % fil-PIR.

    5.2.5.   Id-daqs tal-marġini tad-dumping u l-irkupru minn dumping fl-imgħoddi

    (149)

    Matul il-perjodu ta' investigazzjoni tar-rieżami, il-marġnijiet tad-dumping individwali li rriżultaw fir-rigward tal-gruppi ta' kumpaniji kooperanti inklużi fil-kampjun baqgħu sostanzjali u varjaw bejn 8,9 % u 25,9 % (ara l-premessa 52). Madankollu, il-volumi tal-importazzjonijiet miċ-Ċina kienu qegħdin jonqsu b'44 % li wkoll issarrfu fi tnaqqis fil-kwota tas-suq taċ-Ċina li laħaq 3,2 % matul il-PIR. Kif stabbilit fil-premessa 122, il-prezzijiet tal-importazzjonijiet taċ-Ċina ma waqqgħux il-prezzijiet tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni fis-suq tal-Unjoni matul il-PIR u l-pressjoni fuq il-prezzijiet mill-importazzjonijiet taċ-Ċina kienet għaldaqstant limitata. Għaldaqstant, il-miżuri antidumping fis-seħħ kienu qegħdin juru effett pożittiv fuq is-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni.

    5.3.   Indikaturi mikroekonomiċi

    5.3.1.   Prezzijiet u fatturi li jaffettwaw il-prezzijiet

    (150)

    Il-prezzijiet medji tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni lill-klijenti mhux relatati fl-Unjoni żviluppaw kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat:

    Tabella 12

    Prezzijiet medji tal-bejgħ u l-kostijiet tal-unitajiet

     

    2012

    2013

    2014

    PIR

    Prezz medju tal-bejgħ tal-unitajiet fl-Unjoni (EUR/unità)

    46,24

    46,40

    47,16

    51,91

    Indiċi (2012 = 100)

    100

    100

    102

    112

    Kost tal-produzzjoni għal kull unità (EUR/unità)

    43,10

    43,13

    42,82

    46,76

    Indiċi (2012 = 100)

    100

    100

    99

    109

    Sors: It-tweġibiet ivverifikati għall-kwestjonarji.

    (151)

    Il-prezz medju tal-bejgħ tal-unitajiet tal-industrija tal-Unjoni lill-klijenti mhux relatati fl-Unjoni żdied bi 12 % matul il-perjodu kkunsidrat. Din iż-żieda kienet tirrifletti x-xejra lejn roti akbar u aktar sofistikati kif deskritt ulterjorment fil-premessa 153.

    (152)

    Matul il-perjodu kkunsidrat, il-kost tal-produzzjoni tal-unitajiet żdied b'9 %.

    (153)

    L-investigazzjoni indikat li ż-żieda fil-kost kien prinċipalment minħabba l-iżvilupp tekniku tar-roti tal-aluminju b'xejra dejjem tiżdied ta' produzzjoni ta' roti kbar u tal-hekk imsejħa “bright wheels” (rimmijiet luminużi) li jirrikjedu stadji ta' produzzjoni addizzjonali. L-investigazzjoni indikat ulterjorment li filwaqt li l-varjazzjonijiet tal-prezzijiet fil-materja prima ewlenija (l-aluminju) jista' jkollhom impatt fuq il-kostijiet tal-unitajiet, l-impatt tagħhom fuq il-profittabilità jitnaqqas billi l-prezzijiet tal-aluminju kienu fil-biċċa l-kbira indiċizzati fil-kuntratti mal-klijenti OEM.

    5.3.2.   Kostijiet lavorattivi

    (154)

    Il-kostijiet medji lavorattivi tal-industrija tal-Unjoni żviluppaw kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat:

    Tabella 13

    Kostijiet lavorattivi

     

    2012

    2013

    2014

    PIR

    Kostijiet lavorattivi medji għal kull impjegat (EUR)

    31 285

    31 624

    31 021

    32 096

    Indiċi (2012 = 100)

    100

    101

    99

    103

    Sors: It-tweġibiet ivverifikati għall-kwestjonarji.

    (155)

    Bejn l-2012 u l-PIR, il-kostijiet lavorattivi medji għal kull impjegat tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun żdiedu ftit bi 3 %.

    5.3.3.   Inventarji

    (156)

    Il-livelli tal-ħażniet tal-industrija tal-Unjoni żviluppaw matul il-perjodu kkunsidrat kif ġej:

    Tabella 14

    L-inventarji

     

    2012

    2013

    2014

    PIR

    Ħażniet tal-għeluq (unitajiet f'eluf)

    851

    842

    986

    866

    Indiċi (2012 = 100)

    100

    99

    116

    102

    Il-ħażna tal-għeluq bħala perċentwal tal-produzzjoni (%)

    4,5

    4,2

    4,6

    3,9

    Indiċi (2012 = 100)

    100

    92

    101

    87

    Sors: It-tweġibiet ivverifikati għall-kwestjonarji.

    (157)

    L-inventarji ma jistgħux jiġu kkunsidrati bħala indikatur ta' ħsara rilevanti billi l-produzzjoni tar-roti tal-aluminju ssir sa ċertu punt skont l-ordnijiet; il-ħażna f'mument determinat hija prinċipalment ir-riżultat ta' merkanzija mibjugħa iżda li ma tkunx għadha ġiet ikkunsinnata. Għalhekk, ix-xejriet dwar l-inventarji jingħataw għall-informazzjoni biss.

    (158)

    Kumplessivament, il-ħażniet tal-għeluq żdiedu bi 2 % matul il-perjodu kkunsidrat. Il-ħażniet tal-għeluq bħala perċentwal tal-produzzjoni naqsu ftit minn 4,5 % fl-2012 għal 3,9 % matul il-PIR, jiġifieri b'0,6 %.

    5.3.4.   Il-profittabilità, il-fluss tal-flus, l-investimenti, ir-redditu fuq l-investimenti u l-kapaċità li jiġi ġġenerat kapital

    Tabella 15

    Il-profittabilità, il-fluss tal-flus, l-investimenti u r-redditu fuq l-investimenti

     

    2012

    2013

    2014

    PIR

    Profittabilità tal-bejgħ fl-Unjoni lil klijenti mhux relatati (% tal-fatturat tal-bejgħ)

    6,8

    7,0

    9,2

    9,9

    Indiċi (2012 = 100)

    100

    103

    135

    146

    Il-fluss tal-flus (eluf ta' EUR)

    102 147

    111 918

    129 833

    155 044

    Indiċi (2012 = 100)

    100

    110

    127

    152

    Investimenti (eluf ta' EUR)

    64 110

    38 643

    65 749

    71 338

    Indiċi (2012 = 100)

    100

    60

    103

    111

    Redditu fuq l-investimenti (%)

    18,6

    20,1

    27,4

    31,6

    Indiċi (2012 = 100)

    100

    108

    147

    170

    Sors: It-tweġibiet ivverifikati għall-kwestjonarji.

    (159)

    Il-Kummissjoni stabbiliet il-profittabilità tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun billi esprimiet il-profitt nett qabel it-taxxa tal-bejgħ tal-prodott simili lil klijenti mhux relatati fl-Unjoni li ngħata bħala perċentwal tal-fatturat ta' dak il-bejgħ. Matul il-perjodu kkunsidrat, il-profittabilità tal-industrija tal-Unjoni żdiedet b'mod kostanti, li tirrifletti ż-żieda akbar fil-prezzijiet mill-kost ta' produzzjoni kif indikat fit-tabella 12, tal-premessa 150. Għalhekk, żdiedet minn 6,8 % fl-2012 sa 9,9 % matul il-PIR, jiġifieri bi 3,1 punti perċentwali matul il-perjodu kkunsidrat.

    (160)

    Apparti minn hekk, il-profittabilità ġiet analizzata b'separazzjoni bejn is-segmenti OEM u AM. Abbażi ta' dan, il-profittabilità ġiet stmata għal 13,6 % għall-bejgħ fis-segment AM u għal 9,6 % għall-bejgħ fis-segment OEM. Ta' min wieħed jinnota li l-volum ta' bejgħ fis-segment AM kien baxx ferm apparagun tal-volum ta' bejgħ fis-segment OEM matul il-PIR, u għaldaqstant kellu biss impatt ċkejken fuq il-profittabilità kumplessiva.

    (161)

    Il-fluss tal-flus nett huwa l-kapaċità tal-industrija tal-Unjoni li tiffinanzja hija stess l-attività tagħha. Il-fluss tal-flus żdied matul il-perjodu kkunsidrat kollu. Kumplessivament, il-fluss tal-flus nett żdied bi 52 % matul il-perjodu kkunsidrat, f'konformità mal-profitti li żdiedu.

    (162)

    L-investimenti żdiedu bi 11 % matul il-perjodu kkunsidrat. Kien hemm tnaqqis fl-investimenti totali mill-2012 sal-2013, marbut ma' tlestija ta' ċerti investimenti li saru fl-2012. Wara dan l-investimenti totali żdiedu bi 43 % mill-2013 sal-2014, u bi 8 % oħra mill-2014 sal-PIR. F'ċerti każijiet l-investimenti kienu parzjalment sostituzzjonijiet ta' makkinarju antikwat. Madankollu, kien hemm ukoll investimenti sinifikanti f'kapaċità ġdida f'konformità mad-domanda li żdiedet u ż-żieda fid-domanda projettata fis-snin li ġejjin. Fl-aħħar nett, saru wkoll investimenti sabiex iwieġbu għaż-żieda fid-domanda tal-“bright wheels” li huma aktar sofistikati f'termini tekniċi, u li jirrikjedu kapaċità addizzjonali ta' tħaddim bil-magni u ta' żebgħa.

    (163)

    Ir-redditu fuq l-investiment huwa l-profitt f'perċentwal tal-valur kontabilistiku nett tal-assi fiss. Bħal fil-każ tal-indikaturi finanzjarji l-oħrajn, ir-redditu fuq l-investiment mill-produzzjoni u mill-bejgħ tal-prodott simili kien pożittiv, li jirrifletti x-xejra fil-profittabilità. Kumplessivament, ir-redditu fuq l-investimenti żdied bi 13-il punt perċentwali matul il-perjodu kkunsidrat.

    (164)

    Fir-rigward tal-abbiltà li jiġi ġġenerat il-kapital, l-irkupru minn dumping tal-imgħoddi kien qiegħed itejjeb l-abbiltà li jiġu ġġenerati flus għall-prodott simili tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun u kien qiegħed isaħħaħ is-sitwazzjoni finanzjarja tagħhom billi jżid il-fondi ġġenerati internament. Mill-investigazzjoni rriżulta li, kumplessivament, l-abbiltà li jiġi ġġenerat il-kapital tjiebet matul il-perjodu kkunsidrat. Min-naħa tagħha, din ippermettiet li l-kumpaniji jwettqu l-investimenti sostituttivi u investiment fiż-żieda tal-kapaċità ta' produzzjoni kif spjegat fil-premessa 162.

    6.   Konklużjoni dwar il-ħsara

    (165)

    F'kuntest ta' konsum li qiegħed jiżdied, l-industrija tal-Unjoni setgħet tirkupra minn dumping fl-imgħoddi bis-saħħa tal-miżuri antidumping fis-seħħ u wriet qagħda ekonomika b'saħħitha matul il-PIR. Ta' min jiftakar li fl-investigazzjoni oriġinali, l-industrija tal-Unjoni soffriet ħsara materjali f'għamla ta' tnaqqis fil-produzzjoni u fil-volumi ta' bejgħ, kaġun tal-pressjoni tal-prezzijiet mill-importazzjonijiet Ċiniżi, li wasslet l-aktar għal tnaqqis tal-profittabbiltà.

    (166)

    Fil-perjodu kkunsidrat tal-investigazzjoni attwali kważi l-indikaturi kollha ta' ħsara wrew xejra pożittiva. L-industrija tal-Unjoni żiedet il-volumi ta' bejgħ u l-volumi ta' produzzjoni tagħha. Żiedet ukoll il-prezzijiet tal-bejgħ tagħha, f'konformità maż-żieda ġenerali tal-prezzijiet fis-suq tal-Unjoni u b'ammonti akbar minn dawk taż-żieda fil-kostijiet. L-iżvilupp pożittiv kemm tal-volumi (ta' bejgħ u ta' produzzjoni) kif ukoll tal-prezzijiet kellu impatt pożittiv fuq il-profittabbiltà tal-industrija tal-Unjoni. Dan seħħ fil-preżenza ta' kwoti tas-suq kważi stabbli, minħabba l-fatt li l-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħra bbenefikaw ukoll miż-żieda fil-konsum, l-aktar it-Turkija, iżda bi prezzijiet ogħla mill-prezzijiet tal-importazzjonijiet Ċiniżi. Barra minn hekk, l-industrija tal-Unjoni żiedet l-investimenti tagħha, inklużi dawk f'kapaċitajiet ġodda u dawk biex twieġeb għaż-żieda fid-domanda għall-“bright wheels”.

    (167)

    B'mod partikolari, il-profittabbiltà żdiedet minn 6,8 % fl-2012 għal 9,9 % matul il-PIR. Il-prezzijiet tal-bejgħ żdiedu bi 12 % matul il-perjodu kkunsidrat filwaqt li l-kost tal-unitajiet żdied daqsxejn anqas, jiġifieri b'9 % u baqa' taħt il-medja tal-prezz tal-bejgħ matul il-perjodu kkunsidrat kollu. Il-volum tal-produzzjoni żdied bi 15 %, il-kapaċità ta' produzzjoni bi 11 % u l-volum tal-bejgħ bi 17 %. Billi ż-żieda fil-konsum kienet akbar, jiġifieri 18 % matul il-perjodu kkunsidrat, il-kwota tas-suq tal-industrija tal-Unjoni madankollu naqset ftit b'0,7 punti perċentwali matul il-perjodu kkunsidrat. Il-kwota tas-suq żviluppat minn 71,9 % fl-2012 għal 71,2 % fil-PIR. L-investimenti żdiedu bi 11 % matul il-perjodu kkunsidrat u r-redditu fuq l-investimenti minn 18,6 % fl-2012 għal 31,6 % fil-PIR. Filwaqt li l-produttività baqgħet kostanti, l-impjiegi żdiedu f'konformità mal-volumi tal-produzzjoni u tal-bejgħ, jiġifieri bi 17 %, matul il-perjodu kkunsidrat.

    (168)

    Xi indikaturi tal-ħsara ġew analizzati separatament għas-segmenti OEM u AM. L-analiżi wriet li l-industrija tal-Unjoni, f'konformità mal-iżvilupp ġenerali tas-suq tal-Unjoni, żiedet b'mod sinifikanti l-bejgħ fis-segment OEM u naqqset dak fis-segment AM. Il-profittabbiltà ġiet stmata bħala waħda pożittiva kemm fis-segment OEM kif ukoll f'dak AM, minkejja t-tnaqqis tal-volum ta' bejgħ fis-segment tal-aħħar.

    (169)

    Abbażi ta' dak li jissemma hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-industrija tal-Unjoni ma ġarrbitx ħsara materjali fis-sens tal-Artikolu 3(5) tar-Regolament bażiku.

    F.   IL-PROBABBILTÀ TA' RIKORRENZA JEW TA' KONTINWAZZJONI TAL-ĦSARA

    (170)

    L-investigazzjoni wriet li l-importazzjonijiet Ċiniżi saru f'livelli ta' prezzijiet li kienu oġġett ta' dumping matul il-perjodu ta' investigazzjoni tar-rieżami u li kien hemm probabbiltà ta' kontinwazzjoni ta' dumping f'każ li l-miżuri kellhom jitħallew jiskadu.

    (171)

    Billi l-industrija tal-Unjoni ma ġarrbitx ħsara materjali, ġie vvalutat jekk ikunx hemm probabbiltà ta' rikorrenza ta' ħsara f'każ li l-miżuri kontra ċ-Ċina kellhom jitħallew jiskadu f'konformità mal-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku.

    (172)

    Sabiex tkun stabbilita l-probabbiltà ta' rikorrenza ta' ħsara, ġew analizzati l-elementi segwenti: il-kapaċità ta' produzzjoni u l-kapaċitajiet ta' riżerva fiċ-Ċina, l-attraenza tas-suq tal-Unjoni, il-komportament rigward l-esportazzjoni tal-produtturi esportaturi Ċiniżi f'pajjiżi terzi oħra, inkluża l-eżistenza ta' miżuri antidumping jew kompensatorji fir-rigward tar-roti tal-aluminju f'pajjiżi terzi oħra, il-bejgħ fis-suq domestiku Ċiniż, il-volumi u l-prezzijiet tal-importazzjonijiet Ċiniżi fis-suq tal-Unjoni, inklużi dawk fil-qafas tar-reġim ta' proċessar attiv. L-analiżi qieset ukoll iż-żieda fil-konsum fl-Unjoni u s-sitwazzjoni profittabbli tal-industrija tal-Unjoni matul il-perjodu kkunsidrat.

    Il-kapaċitajiet ta' produzzjoni u l-kapaċitajiet ta' riżerva fiċ-Ċina

    (173)

    L-analiżi li saret fil-premessi minn 55 sa 74 indikat li l-kapaċitajiet ta' riżerva disponibbli fiċ-Ċina kienu sinifikanti. Il-kapaċitajiet ta' riżerva ġew stmati li huma bejn 42 miljun u 60 miljun unità. Il-livell inferjuri ta' tali kapaċità ta' riżerva jkopri diġà 80 % tal-produzzjoni tal-Unjoni li ammonta għal 50,5 miljun unità matul il-PIR. Apparti minn hekk, dan jirrappreżenta madwar 60 % tal-konsum kollu tal-Unjoni matul il-PIR, li kien ta' 70 miljun unità.

    L-attraenza tas-suq tal-Unjoni

    (174)

    Kif intwera fil-premessi minn 77 sa 78 ġew esportati wkoll volumi sinifikanti miċ-Ċina għal fost l-oħrajn l-Istati Uniti, il-Kanada, l-Indja, il-Ġappun u l-Messiku. Il-livelli tal-prezzijiet tal-produtturi esportaturi kooperanti fis-swieq prinċipali tal-esportazzjoni kienu f'parti minnhom anqas mil-livelli tal-prezzijiet tal-istess produtturi esportaturi lejn l-Unjoni. Għaldaqstant, apparagun, is-suq tal-Unjoni huwa attraenti minħabba l-opportunità għall-produtturi esportaturi Ċiniżi li jiġġeneraw profitti akbar. Abbażi ta' dan, l-inċentiv li dawn l-esportazzjonijiet jiġu ridirezzjonati lejn is-suq tal-Unjoni f'każ li l-miżuri kellhom jitħassru kien għoli. Il-kwantitajiet involuti kienu jikkorrispondu għal 14-il miljun unità stmata matul il-PIR (36), jew 20 % tal-konsum tal-Unjoni u madwar 28 % tal-volumi ta' produzzjoni u ta' bejgħ tal-industrija tal-Unjoni.

    (175)

    Barra minn hekk, kif deskritt fil-premessi minn 89 sa 92 fir-rigward tal-bejgħ fis-suq domestiku Ċiniż, irriżulta li l-ewwel nett is-suq domestiku Ċiniż ma jistax jassorbi l-kapaċitajiet ta' riżerva disponibbli fiċ-Ċina, u t-tieni nett, minħabba d-differenzi sinifikanti stabbiliti fil-prezzijiet, hemm probabbiltà ta' orjentazzjoni mill-ġdid tal-bejgħ domestiku lejn l-Unjoni.

    (176)

    L-industrija tal-karozzi tal-Unjoni diġà kienet qiegħda timporta mingħand produtturi esportaturi Ċiniżi matul il-PIR u kienet stabbiliet relazzjonijiet ta' negozju mill-qrib. Tabilħaqq, kif jissemma fil-premessa 111, il-fornituri Ċiniżi jridu jipproduċu skont standards tekniċi speċifiċi rikjesti mill-klijenti fl-Unjoni. L-erba' produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun kienu qegħdin jesportaw kważi esklużivament għas-segment OEM u għalhekk diġà kellhom preżenza qawwija f'dan is-segment kif iċċertifikat mija fil-mija mill-fornituri.

    (177)

    Kif indikat fil-premessa 113, l-importazzjonijiet totali mill-produtturi esportaturi Ċiniżi fis-segment OEM kienu ta' madwar 1,6 miljun unità matul il-PIR. Meta wieħed iqis li, kif stabbilit fil-premessa 14, il-produtturi esportaturi Ċiniżi inklużi fil-kampjun irrappreżentaw madwar 40 % tal-importazzjonijiet totali Ċiniżi matul il-PIR (jiġifieri madwar 880 000 unità) kif ukoll il-fatt li dawn l-esportaturi kellhom iċ-ċertifikazzjoni OEM, jista' jiġi konkluż li kienu biss madwar nofs l-importazzjonijiet totali fis-settur OEM li saru mill-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun, filwaqt li n-nofs l-ieħor sar minn produtturi esportaturi mhux inklużi fil-kampjun jew nonkooperanti. B'hekk, parti kbira mill-produtturi esportaturi Ċiniżi l-oħra li dwarhom ma kien hemm l-ebda informazzjoni disponibbli huma produtturi ċċertifikati li attwalment qegħdin jesportaw għas-segment OEM fl-Unjoni.

    (178)

    Abbażi ta' dan, jista' jiġi konkluż b'mod raġonevoli li minn tal-anqas, parti mill-kapaċitajiet ta' riżerva taċ-Ċina se tkun disponibbli għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni diġà f'qasir żmien.

    Il-politika tal-prezzijiet fi swieq oħra ta' pajjiżi terzi

    (179)

    Il-livelli tal-prezzijiet tal-esportazzjonijiet Ċiniżi lejn swieq oħra ta' pajjiżi terzi ġew analizzati wkoll sabiex tingħata indikazzjoni tal-livell probabbli tal-prezzijiet fis-suq tal-Unjoni f'każ li l-miżuri jitħassru. Il-politika tal-prezzijiet fi swieq oħra ta' pajjiżi terzi ġiet ikkunsidrata bħala indikatur raġonevoli għall-politika tal-prezzijiet tal-ġejjieni fl-Unjoni minħabba l-kwantitajiet kbar u rappreżentattivi esportati lejn dawn is-swieq b'aċċess bla limitu matul il-perjodu kkunsidrat ta' dan ir-rieżami. Barra minn hekk, id-dejta għal kull tipi ta' prodott kienet disponibbli mill-produtturi esportaturi kooperanti. Il-prezzijiet tal-esportazzjonijiet tal-produtturi esportaturi kooperanti inklużi fil-kampjun lejn swieq oħra ta' pajjiżi terzi ġew ipparagunati mal-prezzijiet tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni għat-tipi korrispondenti ta' prodott. Dan il-paragun iddettaljat tal-prezzijiet żvela li matul il-PIR, għal 7,4 miljun unità, il-prezzijiet Ċiniżi għas-swieq l-oħra ta' pajjiżi terzi kienu bħala medja madwar 30 % anqas mill-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni fis-suq tal-Unjoni. Din id-differenza sinifikanti fil-prezzijiet flimkien mal-ammont kbir ta' kapaċitajiet ta' riżerva disponibbli fiċ-Ċina, jirrappreżentaw inċentiv kbir għall-produtturi esportaturi Ċiniżi biex ji(rri)direzzjonaw minnufih l-esportazzjonijiet lejn is-suq tal-Unjoni f'każ li jitħassru l-miżuri.

    (180)

    Fi swieq importanti oħra, partikolarment fl-Awstralja (b'miżuri antidumping u kompensatorji) u reċentement ukoll fl-Indja (b'miżuri antidumping), diġà kienu ġew imposti miżuri ta' difiża kummerċjali kontra l-importazzjonijiet ta' roti tal-aluminju Ċiniżi, li jfisser ukoll li l-aċċess għal dawn is-swieq għall-produtturi esportaturi Ċiniżi huwa ristrett. Barra minn hekk, fl-investigazzjoni attwali ġie stabbilit li matul il-PIR, id-dumping baqa' għaddej b'livelli sinifikanti. Meta titqies il-politika tal-prezzijiet simili fi swieq oħra ta' pajjiżi terzi, ma hemm għalhekk l-ebda raġuni biex wieħed jemmen li l-prattiki tal-ipprezzar taċ-Ċina se jinbidlu f'każ li l-miżuri fl-Unjoni kellhom jitħassru.

    (181)

    Skont l-informazzjoni provduta fit-talba għal rieżami, l-iżvilupp probabbli tas-sitwazzjoni tas-suq fl-Unjoni f'każ li l-miżuri kellhom jitħassru jista' jintwera wkoll permezz tal-iżvilupp tas-sitwazzjoni fl-Istati Uniti fejn ma hemm l-ebda miżura antidumping fis-seħħ. Fl-Istati Uniti, il-produtturi esportaturi Ċiniżi kisbu aktar minn 50 % tal-kwota tas-suq, b'riżultat ta' liema kien hemm għeluq ta' 'l fuq minn 20 produttur domestiku. Ta' min jinnota li l-produtturi ewlenin tal-karozzi għandhom impjanti tal-produzzjoni u organizzazzjonijiet tal-akkwist fl-Istati Uniti u fl-Unjoni, jiġifieri l-istess gruppi ta' kumpaniji qegħdin joperaw fiż-żewġ swieq u hemm il-probabbiltà li dawn se japplikaw l-istess strateġiji meta jaffaċċjaw volumi kbar ta' importazzjonijiet bi prezzijiet baxxi miċ-Ċina.

    (182)

    Parti interessata waħda sostniet li l-kapaċitajiet ta' riżerva disponibbli fiċ-Ċina jirrigwardaw biss ir-roti tal-aluminju għas-segment AM, u li l-ebda kapaċità ta' riżerva mhija se tkun disponibbli għar-roti OEM fejn id-domanda kienet qiegħda tiżdied. Il-volum tal-importazzjonijiet tar-roti OEM Ċiniżi jkun għaldaqstant limitat u huwa improbabbli li jinbiegħu volumi kbar fis-suq tal-Unjoni, li fih hemm predominanza tas-segment OEM. L-istess parti xeħtet dubji wkoll fuq kif ġiet stabbilita l-kapaċità ta' riżerva Ċiniża fis-segment OEM u liema produtturi Ċiniżi kienu meqjusa bħala ċċertifikati.

    (183)

    Kif spjegat fil-premessi 177, madwar 50 % tal-esportazzjonijiet Ċiniżi lejn is-segment OEM fl-Unjoni saru mill-produtturi esportaturi taċ-Ċina mhux inklużi fil-kampjun jew nonkooperanti. B'hekk, parti kbira mill-produtturi esportaturi Ċiniżi li dwarhom ma kien hemm l-ebda informazzjoni disponibbli huma produtturi ċċertifikati li attwalment qegħdin jesportaw għas-segment OEM fl-Unjoni. Abbażi ta' dan, ġie konkluż li minn tal-anqas parti mill-kapaċitajiet ta' riżerva taċ-Ċina se tkun disponibbli għall-esportazzjoni lejn is-segment OEM tal-Unjoni diġà f'qasir żmien.

    (184)

    Diversi produtturi esportaturi Ċiniżi sostnew li l-fatt li ċerti tipi ta' prodott għandhom prezz aktar baxx fi swieq oħra tal-esportazzjoni ma jistax jitqies bħala inċentiv għall-produtturi esportaturi Ċiniżi biex ji(rri)direzzjonaw dawn l-esportazzjonijiet lejn is-suq tal-Unjoni f'każ li l-miżuri kellhom jitħassru. L-argument tagħhom kien li fl-analiżi tal-politika tal-prezzijiet taċ-Ċina, il-Kummissjoni kienet żbaljata meta injorat it-tipi ta' prodott li għalihom il-prezzijiet tal-esportaturi Ċiniżi lejn swieq oħra ta' pajjiżi terzi kienu ogħla minn dawk tal-istess tip mibjugħa mill-industrija tal-Unjoni fis-suq tal-Unjoni, b'riżultat ta' liema kien hemm sopravalutazzjoni sinifikanti tat-twaqqigħ potenzjali tal-prezzijiet li fil-verità jammonta biss għal 0,45 %. Apparti minn hekk, dawn il-partijiet sostnew li s-swieq l-oħra ta' esportazzjoni jiġġeneraw profitti akbar mill-esportazzjonijiet lejn is-suq tal-Unjoni u li l-esportaturi Ċiniżi jridu jżommu r-relazzjonijiet ta' negozju tagħhom fis-suq domestiku Ċiniż u fis-swieq ta' esportazzjoni tal-pajjiżi terzi l-oħra. Huma sostnew ukoll li l-esportaturi Ċiniżi jridu jkunu jistgħu jipprovdu sensiela kompluta ta' prodotti lill-klijenti tagħhom f'dawk is-swieq u b'hekk ma jkollhomx inċentiv li jirridirezzjonaw l-esportazzjonijiet ta' ċerti tipi ta' prodott lejn l-Unjoni sempliċiment fuq il-bażi li l-prezzijiet huma ogħla fis-suq tal-Unjoni. Konsegwentement, huma sostnew li f'każ li l-miżuri kellhom jitħallew jiskadu, ma jkun hemm l-ebda riskju ta' żieda sinifikanti fl-importazzjonijiet miċ-Ċina.

    (185)

    L-ewwel nett, l-objettiv tal-analiżi tal-Kummissjoni skont il-premessa 179 kien li tistabbilixxi d-differenzi bejn il-prezzijiet mitluba lis-suq tal-Unjoni min-naħa u dawk mitluba lil swieq ta' pajjiżi terzi min-naħa l-oħra għal tipi korrispondenti ta' prodott sabiex ikollha indikazzjoni tal-livelli probabbli tal-prezzijiet tal-importazzjonijiet Ċiniżi fis-suq tal-Unjoni f'każ li l-miżuri kellhom jitħassru, u mhux biex tistabbilixxi l-marġnijiet ta' twaqqigħ tal-prezzijiet. Din id-differenza fil-prezzijiet turi wkoll li l-produtturi esportaturi Ċiniżi jistgħu jidħlu fis-suq tal-Unjoni bi prezzijiet ferm aktar baxxi mill-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni filwaqt li xorta waħda jkunu f'livell ogħla minn dawk għal swieq oħra ta' pajjiżi terzi. Dan jikkostitwixxi inċentiv qawwi għall-produtturi esportaturi Ċiniżi biex jesportaw lejn is-suq tal-Unjoni, filwaqt li titqies ukoll fost l-oħrajn il-kapaċità kbira ta' riżerva fiċ-Ċina. It-tieni, l-affermazzjoni li l-produtturi esportaturi jridu jipprovdu sensiela kompluta ta' prodotti lill-klijenti fi swieq oħra ma kinitx issostanzjata. Kuntrarjament għal dan, l-investigazzjoni wriet li normalment il-proċedura tal-offerti ssir għal kull tip ta' prodott b'mod separat u li l-klijenti qegħdin jimportaw mingħand diversi fornituri l-istess tipi ta' prodott, li ma jiġġustifikax l-allegazzjonijiet li saru li trid tiġi offruta sensiela wiesgħa ta' tipi ta' prodotti lill-istess klijent. Għaldaqstant, dawn l-affermazzjonijiet ma jintlaqgħux.

    (186)

    L-istess partijiet sostnew ukoll li l-eżistenza ta' miżuri ta' difiża kummerċjali kontra l-importazzjonijiet ta' ARW Ċiniżi fl-Awstralja u fl-Indja hija irrilevanti u li l-eżistenza ta' miżuri ta' difiża kummerċjali fi swieq speċifiċi ma tagħtix lok għal konklużjonijiet dwar prattiki tal-ipprezzar fi swieq oħra li jistgħu biss ikunu stabbiliti wara investigazzjoni mill-awtoritajiet investigattivi rilevanti. Dawn il-partijiet sostnew ulterjorment li l-miżuri ta' difiża kummerċjali jiġu imposti abbażi ta' dejta li tirreferi għal perjodu ta' investigazzjoni fl-imgħoddi, filwaqt li rieżami tal-iskadenza għandu jkun ibbażat fuq analiżi li tbassar bil-quddiem. Fl-aħħar nett, skont dawn il-partijiet, l-Indja u l-Awstralja jkunu biss swieq żgħar ta' esportazzjoni għall-produtturi esportaturi Ċiniżi u minkejja l-miżuri imposti, l-esportazzjonijiet lejn dawn id-destinazzjonijiet kienu jibqgħu stabbli minħabba n-nuqqas ta' kapaċità suffiċjenti tal-industriji domestiċi rispettivi. Għaldaqstant, dawn il-partijiet sostnew li l-impożizzjoni ta' miżuri antidumping f'dawn il-pajjiżi ma tkunx indikazzjoni ta' xi ridirezzjonament potenzjali tal-esportazzjonijiet minn dawk is-swieq lejn l-Unjoni.

    (187)

    Kuntrarjament għal din l-affermazzjoni, il-Kummissjoni ma użatx l-investigazzjonijiet Awstraljani jew Indjani biex tagħti prova tal-probabbiltà ta' kontinwazzjoni ta' dumping fis-suq tal-Unjoni. Madankollu, l-eżistenza ta' miżuri ta' difiża tal-kummerċ f'dawn is-swieq tindika li l-aċċess għal dawn is-swieq huwa limitat. Fir-rigward tal-esportazzjonijiet li potenzjalment jiġu ridirezzjonati lejn l-Unjoni, l-Awstralja ma ġietx inkluża fl-istima tal-volumi. Fir-rigward tal-Indja, minħabba l-fatt li l-miżuri antidumping ġew imposti biss fl-2015, kien għadu kmieni wisq biex jinsiltu konklużjonijiet dwar impatti preċiżi. Madankollu, kif jissemma aktar 'il fuq, huwa probabbli li minn tal-anqas xi wħud minn dawn il-kwantitajiet jkunu ridirezzjonati lejn is-suq tal-Unjoni. Barra minn hekk, l-Indja kienet wieħed mill-akbar swieq ta' esportazzjoni għall-produtturi esportaturi Ċiniżi matul il-PIR, fl-istess livell daqs it-total tal-esportazzjonijiet Ċiniżi lejn l-Unjoni matul l-istess żmien u li għaldaqstant mhumiex insinifikanti. Għaldaqstant, din l-affermazzjoni ma tintlaqax.

    (188)

    L-istess partijiet sostnew ukoll li n-nuqqas ta' miżuri antidumping fis-seħħ fl-Istati Uniti juri li ma hemm l-ebda prattika kummerċjali inġusta mill-produtturi esportaturi Ċiniżi f'dan is-suq. Apparti minn hekk, dawn il-partijiet sostnew li ż-żieda fl-importazzjonijiet Ċiniżi, kif ukoll tal-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħra, fl-Istati Uniti kienet sempliċiment marbuta ma' nuqqas ta' provvista mill-industrija domestika fis-suq tal-Istati Uniti. Dawn il-partijiet sostnew li l-falliment ta' ċerti produtturi kbar Amerikani fl-2009 kien minħabba l-kriżi finanzjarja globali u mhux dovut għall-importazzjonijiet Ċiniżi. Fl-aħħar nett, dawn il-partijiet sostnew li minkejja l-fatt li produtturi ewlenin tal-karozzi fl-Istati Uniti għandhom impjanti tal-produzzjoni u organizzazzjonijiet tal-akkwist fl-Istati Uniti u fl-Unjoni, jiġifieri l-istess gruppi ta' kumpaniji qegħdin joperaw fiż-żewġ swieq, huwa improbabbli li dawn japplikaw l-istess strateġiji fiż-żewġ swieq fir-rigward tal-importazzjonijiet Ċiniżi.

    (189)

    L-ewwel nett, l-intenzjoni tal-Kummissjoni ma kinitx li tistabbilixxi jekk kienx hemm importazzjonijiet bi prezzijiet inġusti mill-produtturi esportaturi Ċiniżi fl-Istati Uniti. Madankollu, is-sitwazzjoni fl-Istati Uniti tindika li, quddiem importazzjonijiet Ċiniżi bi prezzijiet baxxi, l-utenti biddlu l-fornituri u l-industrija domestika kienet fil-biċċa l-kbira tagħha qiegħda tgħib minn dak is-suq. L-investigazzjoni stabbiliet li l-livell tal-prezzijiet mistenni tal-importazzjonijiet Ċiniżi fl-Unjoni, f'każ li l-miżuri kellhom jitħallew jiskadu, ikun bejn 8 % u 30 % anqas mil-livell attwali tal-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni. Irriżulta wkoll li probabbilment il-prezzijiet tal-esportazzjonijiet lejn is-suq tal-Unjoni kienu oġġett ta' dumping fuq livelli sinifikanti. L-affermazzjoni li l-għeluq tal-produtturi domestiċi fl-Istati Uniti u t-telf fil-kwota tas-suq tal-industrija tal-Unjoni ma kellhom xejn x'jaqsmu maż-żieda f'salt tal-importazzjonijiet Ċiniżi iżda kienu minflok relatati mal-kriżi finanzjarja ma kinitx issostanzjata u għalhekk ma tintlaqax. Tabilħaqq, anke f'sitwazzjoni ta' majnar ekonomiku, il-produtturi esportaturi Ċiniżi rnexxielhom iżidu l-kwoti tas-suq tagħhom fl-Istati Uniti. Għaldaqstant, anke jekk il-kriżi ekonomika u finanzjarja jaf kellha impatt fuq is-sitwazzjoni tal-produtturi domestiċi tal-Istati Uniti, iż-żieda fl-importazzjonijiet Ċiniżi bi prezzijiet baxxi kabbret din is-sitwazzjoni b'mod sinifikanti. Minbarra dan, l-affermazzjoni li l-istess manifatturi tal-karozzi japplikaw strateġiji ta' importazzjoni differenti fl-Unjoni minn dawk fl-Istati Uniti ma kinitx issostanzjata u għaldaqstant ma tintlaqax. Kif spjegat fil-premessa 181, il-produtturi ewlenin tal-karozzi joperaw u jixtru r-roti għall-impjanti tal-produzzjoni tagħhom kemm fl-Istati Uniti kif ukoll fl-Unjoni u ma hemm l-ebda raġuni oġġettiva għaliex huma għandhom japplikaw strateġiji differenti fir-rigward tal-importazzjonijiet miċ-Ċina f'każ li d-dazji kellhom jitħassru u l-prezzijiet għall-utenti jinsabu fl-istess livell fiż-żewġ swieq.. Għaldaqstant huwa kkonstatat li l-iżvilupp fis-suq tal-Istati Uniti juri l-iżvilupp probabbli tas-sitwazzjoni tas-suq fl-Unjoni f'każ li l-miżuri kellhom jitħassru.

    Il-prezzijiet Ċiniżi fis-suq tal-Unjoni

    (190)

    Kif jissemma fil-premessa 123, il-prezzijiet tal-importazzjonijiet fis-suq tal-Unjoni tal-produtturi esportaturi Ċiniżi inklużi fil-kampjun, bil-miżuri antidumping dedotti, kienu jwaqqgħu l-prezzijiet tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni bi 8,0 %. Meta s-segment AM u OEM ġew analizzati separatament, ir-riżultati kienu aktar evidenti, jiġifieri 12,4 % għas-segment AM u 8,7 % għas-segment OEM. Rigward il-produtturi esportaturi mhux inklużi fil-kampjun, il-marġni ta' twaqqigħ tal-prezzijiet ikun ta' 7,5 %, abbażi tad-dejta tal-Eurostat. Fir-rigward tal-importazzjonijiet fil-qafas tar-reġim ta' proċessar attiv, kif jissemma fil-premessa 124, irriżulta li l-medja tal-marġni ta' twaqqigħ tal-prezzijiet kienet fl-istess ilma (7,6 %). Madankollu, ta' min isemmi li kif indikat ukoll fil-premessa 124, din tal-aħħar hija bbażata fuq il-medja tal-prezzijiet, u ma tiddistingwix bejn it-tipi ta' prodotti differenti u tikkorrispondi biss għal kwantità żgħira ferm, jiġifieri 0,6 % tal-konsum tal-Unjoni matul il-PIR. Mill-banda l-oħra u kif indikat fil-premessa 179, id-differenza fil-prezzijiet bejn il-prezzijiet Ċiniżi għall-Istati Uniti, il-Ġappun u l-Indja u l-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni kienet ibbażata fuq informazzjoni provduta mill-produtturi esportaturi kooperanti Ċiniżi u l-kalkoli qiesu t-tipi differenti ta' prodott. Għaldaqstant, dawn il-kalkoli kienu aktar preċiżi u meqjusa bħala indikazzjoni aħjar tal-livelli possibbli tal-prezzijiet prevalenti fil-futur tal-produtturi esportaturi Ċiniżi f'każ li l-miżuri jiskadu, mill-kalkoli tal-prezzijiet għall-importazzjonijiet fil-qafas tar-reġim ta' proċessar attiv li kienu bbażati fuq sempliċi medji.

    L-effett fuq is-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni

    (191)

    Abbażi tal-fatti li jinsabu aktar 'il fuq, jista' jiġi konkluż li jekk il-miżuri jitħassru, huwa probabbli li l-importazzjonijiet miċ-Ċina jitkomplew f'volumi sinifikanti u bi prezzijiet oġġett ta' dumping li probabbilment iwaqqgħu l-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni (b'madwar 8 % sa 30 %) u b'hekk jagħmlu pressjoni 'l isfel fuq il-prezzijiet fis-suq. Hemm il-probabbiltà ta' strateġija tal-produtturi esportaturi Ċiniżi li jbigħu fis-suq tal-Unjoni bi prezz li huwa bejn 8–30 % anqas mill-prezz tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni għaliex permezz ta' hekk ikunu jistgħu jiksbu kwota fis-suq tal-Unjoni li huwa suq attraenti, u fl-istess waqt ikunu jistgħu jbigħu bi prezzijiet ogħla milli fl-Istati Uniti (u swieq oħra ta' pajjiżi terzi).

    (192)

    Minħabba f'hekk, l-industrija tal-Unjoni x'aktarx li ġġarrab telf fil-volum ta' produzzjoni u ta' bejgħ kif ukoll fil-kwoti tas-suq fis-suq tal-Unjoni. Dan l-iżvilupp probabbilment ikollu effetti ta' ħsara fuq is-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni peress li f'industrija ta' din ix-xorta, li għandha struttura tal-kostijiet inflessibbli u kostijiet fissi għoljin, tnaqqis fil-volumi ta' produzzjoni u ta' bejgħ, flimkien ma' tnaqqis fil-prezzijiet tal-bejgħ, bla dubju se jkollu effett negattiv fuq il-profittabbiltà Dan seħħ fl-investigazzjoni oriġinali li fiha l-livelli tal-prezzijiet Ċiniżi naqsu bi 8 % u minħabba f'hekk kien hemm żieda fil-volumi tal-importazzjonijiet Ċiniżi minn 3,7 miljun għal 6,1 miljun unità (li tikkorrispondi għal żieda fil-kwota tas-suq minn 6,3 % għal 12,4 %) u ġiet ikkawżata ħsara materjali għall-industrija tal-Unjoni. Dak iż-żmien, l-industrija tal-Unjoni rreaġixxiet bi tnaqqis fil-produzzjoni (– 24 %), fil-bejgħ (– 21 %) u fil-prezzijiet (– 6 %) li kellu impatt fuq il-profittabbiltà li naqset minn 3,2 % għal – 5,4 %. It-tnaqqis fil-prezzijiet Ċiniżi fl-investigazzjoni oriġinali jikkorrispondi għall-marġni ta' twaqqigħ tal-prezzijiet li rriżulta matul il-PIR għall-importazzjonijiet li saru mill-produtturi esportaturi Ċiniżi kooperanti meta tnaqqsu d-dazji antidumping li rriżultaw. Minħabba l-livelli tal-prezzijiet ferm aktar baxxi għas-suq tal-Istati Uniti (u swieq oħra ta' pajjiżi terzi), huwa probabbli li, f'każ li l-miżuri kellhom jitħassru, it-tnaqqis fil-prezzijiet tal-importazzjonijiet Ċiniżi jkun fuq livell ogħla. F'xenarju prudenzjali li fih il-livelli tal-prezzijiet tal-importazzjonijiet Ċiniżi jonqsu bi 15 %, l-impatt fuq il-profittabbiltà tal-industrija tal-Unjoni probabbilment ikun ferm ogħla minn dak li ġie osservat fl-investigazzjoni oriġinali u potenzjalment ifisser tnaqqis ta' madwar 16-il punt perċentwali.

    (193)

    Xi partijiet interessati sostnew li r-referenza li saret għas-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni matul l-investigazzjoni oriġinali ma għandiex rilevanza peress li ċ-ċirkostanzi tas-suq inbidlu b'mod konsiderevoli u minħabba l-ħtieġa attwali biex l-importazzjonijiet jissodisfaw id-domanda tal-Unjoni. Dawn ressqu l-argument li d-domanda fl-Unjoni se tibqa' tikber u kulma jmur se tkompli tkun aktar mill-kapaċità tal-industrija tal-Unjoni. Għaldaqstant, l-effetti possibbli ta' żieda fl-importazzjonijiet ma jkunux l-istess bħal dawk ta' matul il-perjodu kkunsidrat tal-investigazzjoni oriġinali.

    (194)

    Mill-investigazzjoni, fil-fatt, irriżulta li s-sitwazzjoni fis-suq tal-Unjoni ma baqgħetx l-istess mill-investigazzjoni oriġinali 'l hawn u b'mod partikolari li fir-rigward tal-konsum kienet indikata xejra ta' żieda fil-perjodu kkunsidrat tal-investigazzjoni attwali, filwaqt li matul l-investigazzjoni oriġinali, il-konsum naqas. Min-naħa l-oħra, l-investigazzjoni indikat ukoll li l-industrija tal-Unjoni żiedet u se tkompli żżid il-kapaċità ta' produzzjoni tagħha sabiex tlaħħaq ma' din ix-xejra ta' żieda fil-konsum, u tevita b'hekk żieda fid-distakk bejn il-konsum tal-Unjoni u l-kapaċità tagħha. Barra minn hekk, minkejja xi affermazzjonijiet ta' ċerti partijiet interessati li s-suq tar-roti tal-aluminju huwa determinat mir-rekwiżiti tal-klijenti għal kwalifiki tekniċi speċifiċi, mill-investigazzjoni ħareġ li hemm ukoll kompetizzjoni qawwija fil-prezzijiet fost il-fornituri fis-suq. Dan huwa kkonfermat ukoll mill-fatt li l-industrija tal-Unjoni, ma setgħetx tibbenefika mija fil-mija miż-żieda fil-konsum u setgħet biss iżżomm il-kwoti tas-suq tagħha relattivament stabbli bi tnaqqis ċkejken matul il-perjodu kkunsidrat. Dan jindika li anke b'żieda fil-konsum, huwa żbaljat li wieħed jassumi li l-industrija tal-Unjoni tista' awtomatikament tibbenefika mija fil-mija minnha u tista' tipproduċi b'kapaċità sħiħa. Fl-investigazzjoni oriġinali, daħlu fis-suq importazzjonijiet oġġett ta' dumping bi prezzijiet baxxi u kienu qegħdin joħonqu l-kwoti tas-suq tal-industrija tal-Unjoni. Meta jitqiesu l-marġnijiet probabbli ta' twaqqigħ tal-prezzijiet li rriżultaw (bejn 8 % u 30 %) u meta jitqiesu l-kapaċitajiet ta' riżerva għoljin fiċ-Ċina, wieħed jista' jassumi li l-klijenti u l-kwota tas-suq tal-industrija tal-Unjoni wisq probabbli se jmorru lejn l-importazzjonijiet bi prezzijiet baxxi, minkejja ż-żieda fil-konsum. Għaldaqstant, ir-referenza għall-investigazzjoni oriġinali tikkostitwixxi parametru referenzjarju validu u l-argumenti tal-partijiet f'dan ir-rigward ma ntlaqgħux.

    (195)

    B'konsegwenza t'hekk, fix-xenarju probabbli li importazzjonijiet Ċiniżi sinifikanti bi prezzijiet baxxi oġġett ta' dumping jaslu fis-suq tal-Unjoni, jekk id-dazji jitħassru, huwa raġonevoli li jkun mistenni li l-industrija tal-Unjoni tirreaġixxi b'tali mod li jkun simili għal dak osservat fl-investigazzjoni oriġinali, jiġifieri b'effetti fuq il-volumi kif ukoll fuq il-prezzijiet. Abbażi tal-fatti ta' din l-investigazzjoni, jista' tabilħaqq jiġi konkluż li t-tnaqqis probabbli fil-prezzijiet (ta' bejn 8 % sa 30 %), iż-żieda fil-kost ta' produzzjoni (minħabba t-tnaqqis tal-volumi ta' produzzjoni) u t-tnaqqis tal-volumi ta' bejgħ (billi ċ-Ċiniżi se jiksbu mill-ġdid il-kwoti tas-suq) se jwasslu biex il-profittabbiltà tilħaq livell ta' ekwilibriju jew negattiv, u f'kull każ taħt il-profitt fil-mira tal-investigazzjoni oriġinali (3,2 %).

    (196)

    Kien hemm kunsiderazzjoni addizzjoni li kienet ibbażata fuq il-kalkolu ta' prezz li ma jikkawżax ħsara tal-industrija tal-Unjoni abbażi tal-medja tal-kost ta' produzzjoni tagħha matul il-PIR u l-profitt fil-mira tal-investigazzjoni oriġinali, indikat aktar 'il fuq, fix-xenarju prudenzjali li dan xorta huwa livell ta' profitt raġonevoli. Iżda f'dan ir-rigward, l-industrija tal-Unjoni sostniet li livell ta' profitt ta' 3,2 % ma jiggarantix li l-industrija tkun tista' tkampa fit-tul, u minflok sostniet li livell ta' profitt raġonevoli jkun dak ta' 10 % f'din l-industrija b'intensità għolja ta' kapital. Abbażi ta' profitt fil-mira ta' 3,2 %, il-prezz li ma jikkawżax ħsara li ġie kkalkulat kien medja ta' EUR 48,26 għal kull unità. Ta' min ifakkar li hemm il-probabbiltà li, fin-nuqqas ta' dazji, il-produtturi esportaturi Ċiniżi se jkunu jistgħu jbigħu lill-Unjoni bi prezzijiet minn tal-anqas 8 % anqas minn dawk tal-industrija tal-Unjoni, jekk mhux sa 30 % anqas. Anke kieku l-prezzijiet tal-importazzjonijiet Ċiniżi kellhom jonqsu bi 8 %, l-industrija tal-Unjoni jkollha tnaqqas il-prezzijiet tal-bejgħ tagħha għal livell aktar baxx minn dak tal-prezz li ma jikkawżax ħsara kif stabbilit aktar 'il fuq sabiex tkun fuq l-istess livell ta' kompetizzjoni fil-prezz, u b'hekk dan jikkonferma l-livell li ma jikkawżax ħsara tal-prezzijiet probabbli tal-importazzjonijiet. Is-sitwazzjoni tkun saħansitra aktar drammatika f'każ li l-prezzijiet tal-importazzjonijiet jonqsu aktar li huwa probabbli ħafna skont dak li jidher mill-analiżi aktar 'il fuq fir-rigward tal-prezzijiet Ċiniżi għas-swieq terzi.

    (197)

    Minħabba f'dan, l-investimenti tal-industrija tal-Unjoni x'aktarx li jonqsu, u jolqtu mhux biss il-kapaċità ta' produzzjoni iżda wkoll ixekklu l-iżvilupp teknoloġiku tal-industrija tal-Unjoni. Minħabba f'hekk, dan jista' jwassal għall-għeluq tal-impjanti u għal telf ta' impjiegi fl-Unjoni. Ta' min jinnota li hemm probabbiltà li din is-sitwazzjoni tkun aċċentwata bil-fatt li kif jissemma fil-premessa 162, l-industrija tal-Unjoni investiet fiż-żidiet tal-kapaċità diġà matul il-perjodu kkunsidrat. Kull telf ta' volum ta' bejgħ u ta' produzzjoni miż-żieda fil-kapaċità installata se jkollu saħansitra effett aktar detrimentali fuq is-sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni.

    (198)

    Il-partijiet interessati sostnew li peress li, f'każ ta' tħassir tal-miżuri, is-suq tal-Unjoni ma jkunx attraenti biżżejjed biex il-produtturi esportaturi Ċiniżi jirridirezzjonaw il-bejgħ b'esportazzjoni tagħhom lil pajjiżi terzi oħra lejn is-suq tal-Unjoni, l-industrija tal-Unjoni, anke f'nuqqas ta' miżuri se żżomm il-volumi ta' bejgħ u l-kwoti tas-suq tagħha. Abbażi ta' dan, dawn il-partijiet ikkontestaw l-effett deskritt taż-żieda fl-importazzjonijiet Ċiniżi fuq is-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni, b'mod partikolari fir-rigward tal-investimenti u t-telf ta' impjiegi. Huma saħqu li l-industrija tal-Unjoni se żżomm il-volumi ta' bejgħ u l-livelli ta' profitt tagħha, meta jitqiesu l-limitazzjonijiet ta' kapaċità li qegħdin jallegaw li għandha.

    (199)

    Din l-affermazzjoni kienet ibbażata fuq l-allegazzjoni li l-produtturi esportaturi Ċiniżi jiġġeneraw profitti akbar fi swieq oħra ta' pajjiżi terzi u jkollhom interess ekonomiku li jżommu l-klijenti tagħhom f'dawn is-swieq ta' pajjiżi terzi. Dawn l-allegazzjonijiet la kienu ssostanzjati b'xi evidenza u lanqas ikkonfermati mill-investigazzjoni. Kuntrarjament għal dak li ġie affermat, ir-riżultati tal-investigazzjoni juru biċ-ċar li fin-nuqqas ta' miżuri, huwa probabbli li l-importazzjonijiet miċ-Ċina jitkomplew, kif deskritt f'aktar dettall fil-premessi minn 75 sa 96. Huwa probabbli li dawn l-importazzjonijiet isiru bi prezzijiet ferm aktar baxxi mill-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni u probabbilment li jieħdu post volumi sinifikanti ta' bejgħ tal-industrija tal-Unjoni kif elaborat ulterjorment aktar 'l isfel fil-premessi minn 200 sa 242. Abbażi ta' dawn il-fatti, l-allegazzjonijiet tal-partijiet ikkonċernati li saru f'dan ir-rigward ma jintlaqgħux.

    (200)

    Meta wieħed janalizza l-probabbiltà ta' rikorrenza ta' ħsara f'rabta mas-segmenti OEM u AM separatament, minħabba li l-produtturi esportaturi Ċiniżi qegħdin ixaqilbu dejjem aktar lejn is-segment OEM, l-istampa ma tantx tinbidel ħafna. Huwa mistenni li x-xejra tas-suq lejn is-segment OEM se tkompli fil-futur. Għaldaqstant, jista' jkun mistenni wkoll, li x-xejra dejjem tikber tal-importazzjonijiet Ċiniżi fis-segment OEM se tkompli u b'hekk l-akbar pressjoni fuq il-prezzijiet mill-importazzjonijiet Ċiniżi se tinħass ukoll f'dan is-segment. Probabbilment li dan se jkollu impatt sinifikanti fuq il-profittabbiltà tal-industrija tal-Unjoni u fuq is-sitwazzjoni ġenerali tagħha kif deskritt fil-premessi minn 191 sa 197.

    (201)

    Diversi partijiet interessati sostnew li ma hemm l-ebda riskju ta' ridirezzjonar lejn l-Unjoni tal-esportazzjonijiet tar-roti tal-aluminju Ċiniżi minħabba ż-żieda prevista fid-domanda għar-roti tal-aluminju, kemm fiċ-Ċina kif ukoll globalment. Dawn il-partijiet sostnew li d-domanda Ċiniża fis-suq domestiku tkun stmata li tiżdied b'14-il miljun unità bejn l-2016 u l-2020 u d-domanda globali bi 23 miljun unità. Fuq din il-bażi ġie allegat li dawn is-swieq jistgħu jassorbu l-kapaċità ta' riżerva Ċiniża.

    (202)

    Dawn l-affermazzjonijiet kienu bbażati fuq is-suppożizzjoni li l-kapaċità globali u dik Ċiniża jibqgħu kostanti. Madankollu, hemm indikazzjonijiet li l-operaturi fiċ-Ċina u fi swieq terzi oħra kienu qegħdin iżidu l-kapaċitajiet ta' produzzjoni tagħhom sabiex jissodisfaw iż-żieda fid-domandi. Apparti dan, kif spjegat fil-premessa 89, l-erba' gruppi inklużi fil-kampjun waħedhom żiedu l-kapaċità kumplessiva tagħhom b'madwar 16-il miljun unità matul il-perjodu kkunsidrat. Barra minn hekk, kif stipulat fil-premessi minn 75 sa 82, mill-investigazzjoni ħareġ li s-suq tal-Unjoni huwa attraenti għall-esportazzjonijiet Ċiniżi, f'termini ta' livelli tal-prezzijiet, apparagun ma' swieq oħra prinċipali tal-esportazzjonijiet Ċiniżi. Dan huwa wkoll minnu għas-suq domestiku Ċiniż, fejn il-livelli tal-prezzijiet huma bħala medja ferm aktar baxxi milli fl-Unjoni. Fuq din il-bażi, l-esportaturi Ċiniżi se jkollhom inċentiv kbir li ji(rri)ddirezzjonaw l-esportazzjonijiet tagħhom lejn l-Unjoni milli lejn swieq tal-esportazzjonijiet oħra jew lejn is-suq domestiku tagħhom stess. Barra minn hekk, kif jissemma fil-premessa 78, l-Indja, wieħed mis-swieq ta' esportazzjoni prinċipali taċ-Ċina imponiet dazji antidumping f'Mejju 2015 u għaldaqstant hemm probabbiltà kbira ta' orjentazzjoni mill-ġdid tal-esportazzjonijiet lejn l-Unjoni f'każ li l-miżuri kellhom jitħallew jiskadu. Anke fl-Awstralja hemm fis-seħħ dazji antidumping u kompensatorji fil-konfront taċ-Ċina.

    (203)

    Fi kwalunkwe każ, il-kapaċitajiet ta' riżerva attwali fiċ-Ċina kif stabbiliti fil-premessa 74 jkunu jisbqu bil-kbir iż-żieda stmata fid-domanda dinjija. Fuq din il-bażi, dawn l-affermazzjonijiet ma ntlaqgħux.

    (204)

    L-istess partijiet sostnew ukoll li l-importazzjonijiet Ċiniżi ma kinux qegħdin iwaqqgħu l-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni. Huma sostnew ukoll li l-prezzijiet Ċiniżi tar-roti tal-aluminju għal swieq oħra tal-esportazzjoni kienu ogħla mill-prezzijiet għall-Unjoni u għaldaqstant is-suq tal-Unjoni mhuwiex attraenti għall-esportazzjonijiet Ċiniżi.

    (205)

    Kif stabbilit fil-premessa 123, meta l-prezzijiet tal-importazzjonijiet tal-produtturi esportaturi Ċiniżi inklużi fil-kampjun tqiesu mingħajr dazji antidumping, il-marġnijiet ta' twaqqigħ tal-prezzijiet li rriżultaw kienu ta' medja ta' 8,0 %. Il-medja tal-marġni ta' twaqqigħ tal-prezzijiet li rriżultat għall-produtturi esportaturi Ċiniżi mhux inklużi fil-kampjun abbażi tal-Eurostat kienet 7,5 %. Apparti dan, kif spjegat fil-premessi minn 75 sa 92 u 202, l-investigazzjoni stabbiliet li s-suq tal-Unjoni huwa attraenti għall-esportazzjonijiet Ċiniżi. Għaldaqstant, din l-affermazzjoni ma ntlaqgħetx.

    (206)

    Diversi partijiet sostnew li l-importazzjonijiet Ċiniżi tal-prodott ikkonċernat saru biss fi kwantitajiet limitati matul il-PIR u kellhom biss preżenza limitata fis-suq tal-Unjoni. Abbażi ta' dan, dawn il-partijiet ikkontestaw il-konklużjoni tal-Kummissjoni li l-produtturi esportaturi Ċiniżi kienu żammew il-klijentela tagħhom fis-segment OEM mill-investigazzjoni oriġinal 'l hawn. Fl-aħħar nett huma enfasizzaw li fis-segment AM u kumplessivament, il-produtturi esportaturi Ċiniżi tilfu l-volumi ta' bejgħ u l-kwota tas-suq.

    (207)

    L-affermazzjonijiet ta' hawn fuq bħala tali, ma jikkontradixxux il-konklużjonijiet tal-Kummissjoni dwar il-volumi tas-suq. Ta' min jinnota li dawn il-partijiet interessati ma ċaħdux, kif stabbilit mill-investigazzjoni, li kien hemm żieda fil-bejgħ lis-segment OEM minn żmien il-PI tal-investigazzjoni oriġinali. Abbażi ta' din ix-xejra, dawn il-partijiet interessati ma pprovdew l-ebda spjegazzjoni raġonevoli jew evidenza li tappoġġja l-affermazzjoni tagħhom li l-produtturi esportaturi Ċiniżi tilfu l-klijentela OEM tagħhom minn żmien il-PI tal-investigazzjoni oriġinali. Is-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni matul il-PIR ġiet deskritta fil-premessi minn 132 sa 169. Ladarba ġie konkluż li l-industrija tal-Unjoni ma ġarrbet l-ebda ħsara materjali matul il-PIR, l-affermazzjoni li l-importazzjonijiet Ċiniżi ma poġġew l-ebda pressjoni fuq is-suq tal-Unjoni mhijiex aktar valida. L-iżvilupp probabbli tal-importazzjonijiet Ċiniżi fl-Unjoni, f'każ li l-miżuri jitħallew jiskadu, ġie analizzat fil-premessi minn 54 sa 96 u l-impatt probabbli ta' dawn l-importazzjonijiet fil-premessi minn 191 sa 200. Il-partijiet ikkonċernati ma pprovdew l-ebda partikolarità rigward l-affermazzjoni ġenerali tagħhom u b'mod partikolari dwar liema parti(jiet) mill-analiżi tal-Kummissjoni ma jaqblux. Għaldaqstant, dawn l-affermazzjonijiet ma jintlaqgħux. Fl-aħħar nett, dwar l-affermazzjoni li d-domanda prevista tal-ARW hija akbar mill-kapaċità tal-industrija tal-Unjoni, ta' min jimmarka li l-objettiv tal-miżuri mhuwiex li jiggarantixxu kwota tas-suq ta' 100 % għall-industrija tal-Unjoni jew li jimpedixxu b'xi mod ieħor l-importazzjonijiet. Għaldaqstant, din l-affermazzjoni ma tintlaqax ukoll.

    (208)

    L-istess partijiet sostnew li minħabba d-distakk bejn il-kapaċità ta' produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni u d-domanda fis-suq tal-Unjoni, kull żieda fl-importazzjonijiet Ċiniżi se tkun f'kompetizzjoni l-aktar ma' sorsi oħra ta' importazzjonijiet b'mod partikolari t-Turkija, speċjalment billi l-produtturi tal-Unjoni qegħdin ixaqilbu dejjem aktar lejn prodotti b'teknoloġija avvanzata, li allegatament mhumiex prodotti fiċ-Ċina jew fil-pajjiżi terzi l-oħra.

    (209)

    Din l-affermazzjoni ma kinitx issostanzjata. Kuntrarjament għal dan, l-investigazzjoni wriet li l-produtturi Ċiniżi kif ukoll il-produtturi tal-pajjiż terz, ukoll qegħdin jipproduċu prodotti b'teknoloġija avvanzata. Barra minn hekk, kif indikat fil-premessi 130 u 150, il-prezz medju tal-importazzjonijiet mit-Turkija kien taħt il-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni u għaldaqstant l-klijenti tal-industrija tal-Unjoni se jkollhom inċentiv ferm akbar biex iduru lejn il-fornituri Ċiniżi vis-à-vis l-klijenti tal-fornituri Torok. Għaldaqstant, din l-affermazzjoni ma tintlaqax.

    (210)

    L-istess partijiet sostnew ukoll li l-prezzijiet tal-importazzjonijiet Ċiniżi fil-Ġermanja (li tqieset bħala l-akbar suq għar-roti tal-aluminju fl-Unjoni) kienu ogħla mill-prezzijiet tal-importazzjonijiet mit-Turkija u l-prezzijiet Ċiniżi kienu ogħla wkoll mill-prezzijiet tal-bejgħ ta' għadd ta' Stati Membri tal-Unjoni abbażi tad-dejta tal-Eurostat. L-informazzjoni dwar il-prezzijiet ingħatat għall-PIR, għall-2015 u għall-ewwel trimestru tal-2016. Abbażi ta' dan, il-partijiet sostnew li l-importazzjonijiet Ċiniżi ma għamlu l-ebda pressjoni fuq il-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni. Apparti minn hekk, il-partijiet sostnew li l-marġnijiet ta' twaqqigħ tal-prezzijiet tal-importazzjonijiet Ċiniżi kienu juru xejra ta' tnaqqis u li abbażi ta' dan jista' jiġi konkluż li fl-2016 ma kien se jkun hemm l-ebda twaqqigħ tal-prezzijiet jew bejgħ taħt il-prezz anke jekk id-dazji antidumping ikunu dedotti mill-prezzijiet tal-bejgħ.

    (211)

    L-ewwel nett, f'konformità mal-Artikoli 3 u 4(1) tar-Regolament bażiku, l-analiżi tal-prezzijiet tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni, is-sitwazzjoni tal-ħsara u l-probabbiltà ta' rikorrenza ta' ħsara hija bbażata fuq il-valutazzjoni tas-suq tal-Unjoni kollu kemm huwa u tal-industrija tal-Unjoni fl-intier tagħha. Il-prezzijiet tal-bejgħ f'ċerti reġjuni tal-Unjoni, għaldaqstant ma jistgħux jitqiesu separatament. Il-partijiet ikkonċernati ma sostnewx jew ma wrewx li l-kundizzjonijiet fl-Artikolu 4(1)(b) tar-Regolament bażiku kienu ġew issodisfati.

    (212)

    It-tieni, din l-affermazzjoni kienet f'kull każ ibbażata fuq paragun tal-prezzijiet medji/kg mingħajr ma tqiesu d-differenza bejn it-tipi ta' prodotti. Fil-fatt, kif spjegat fil-premessa 123, l-analiżi abbażi tad-dejta kompluta u vverifikata pprovduta mill-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun u mill-produtturi esportaturi wriet medja tal-marġni ta' twaqqigħ tal-prezzijiet ta' 8,0 %.

    (213)

    It-tielet, l-affermazzjoni li l-marġnijiet ta' twaqqigħ tal-prezzijiet u ta' bejgħ taħt il-prezz kienu se jkunu fin-negattiv fl-2016 kienet ibbażata fuq sempliċi suppożizzjonijiet mhux sostnuti bil-provi. Għaldaqstant, dawn l-affermazzjonijiet ma jintlaqgħux.

    (214)

    L-istess partijiet sostnew ukoll li t-tneħħija tal-miżuri antidumping ma kinitx se twassal għal pressjoni fuq il-prezzijiet li tikkaġuna ħsara, fuq il-bażi li kull nuqqas ta' profittabbiltà tal-industrija tal-Unjoni jkun ibbażat fuq il-livelli għoljin ta' kostijiet tagħha, bla ebda korrelazzjoni mal-kostijiet tal-materja prima. Huma sostnew ulterjorment li permezz tar-razzjonalizzazzjoni tal-kost ta' produzzjoni tagħha, l-industrija tal-Unjoni tkun tista' żżomm marġni ta' profitt ogħla mill-profitt fil-mira. Dawn il-partijiet sostnew ukoll li ż-żidiet tal-prezzijiet u l-kost ta' produzzjoni ma jistgħux jiġu assoċjati mal-iżvilupp tekniku tar-roti tal-aluminju u b'mod partikolari l-produzzjoni ta' roti akbar u l-hekk imsejħa “bright wheels”.

    (215)

    L-ewwel nett, kif jissemma fil-premessi 151 u 153, l-investigazzjoni wriet li ż-żieda fil-prezz tal-bejgħ u fil-kost ta' produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni kienet prinċipalment marbuta maż-żieda sostanzjali tal-kwota tar-roti akbar u tal-hekk imsejħa “bright wheels”. Din il-konklużjoni hija bbażata fuq informazzjoni vverifikata tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun. Il-partijiet inkwistjoni ma pprovdew l-ebda evidenza li kkontradixxiet jew li kienet tpoġġi f'dubju dawn iċ-ċifri vverifikati. Għaldaqstant, l-affermazzjonijiet f'dan ir-rigward ma jintlaqgħux. It-tieni, l-affermazzjoni li permezz tar-razzjonalizzazzjoni tal-kost ta' produzzjoni tagħha, l-industrija tal-Unjoni tkun tista' żżomm marġni ta' profitt ogħla mill-profitt fil-mira kienet sempliċiment suppożizzjoni mhux issostanzjata bil-provi. Mill-investigazzjoni ħareġ li l-industrija tal-Unjoni kienet effiċjenti kif intwera mill-fatt li minkejja d-daqs akbar u aktar kumpless tar-roti tal-aluminju, il-produttività nominali tal-industrija tal-Unjoni baqgħet stabbli matul il-perjodu kkunsidrat kif indikat fit-tabella 10. Għaldaqstant, dawn l-affermazzjonijiet ma jintlaqgħux.

    (216)

    L-istess partijiet sostnew ukoll li fis-suq tar-roti akbar u tal-“bright wheels”, il-produtturi Ċiniżi tar-roti tal-aluminju jkunu anqas kompetittivi mill-industrija tal-Unjoni minħabba l-fatt li xorta jkollhom jinvestu f'makkinarji u tagħmir apposta biex jipproduċu dawn it-tipi ta' roti fi kwantitajiet kbar. Għaldaqstant dawn il-partijiet sostnew li t-tneħħija tal-miżuri antidumping ma taffettwax il-profittabbiltà tal-produtturi tal-Unjoni fuq dawn il-prodotti speċifiċi u b'teknoloġija aktar avvanzata.

    (217)

    L-ewwel nett, mill-investigazzjoni rriżulta li l-produtturi esportaturi Ċiniżi diġà kienu qegħdin jipproduċu r-roti akbar u l-hekk imsejħa “bright wheels” matul il-PIR. It-tieni, l-investigazzjoni wriet li minkejja ż-żieda fil-bejgħ ta' roti ta' din ix-xorta, kumplessivament dawn jirrappreżentaw biss minoranza tal-volumi ta' produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni. Fl-aħħar nett, l-impatt probabbli tal-importazzjonijiet Ċiniżi fuq is-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni ma jistax ikun stmat abbażi tat-tipi ta' prodott għaliex analiżi bħal din ma tkunx tirrifletti b'mod preċiż is-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni f'rabta mal-prodott simili. Fil-fatt ma hemmx għalfejn li l-ħsara tintwera għal kull wieħed mit-tipi ta' prodott. Għaldaqstant, dawn l-affermazzjonijiet ma jintlaqgħux.

    (218)

    L-istess partijiet sostnew ukoll li anke fin-nuqqas ta' miżuri antidumping, il-produtturi esportaturi Ċiniżi jistabbilixxu l-prezzijiet tal-esportazzjoni tagħhom skont il-prezzijiet li jistgħu jiġu assorbiti mis-suq. Dawn il-partijiet sostnew li għaldaqstant huwa probabbli li tali prezzijiet ikollhom biss impatt, jekk ikun hemm, limitat fuq il-profittabbiltà tal-industrija tal-Unjoni.

    (219)

    Din l-affermazzjoni ma kinitx issostanzjata b'xi evidenza u ma kinitx tqis il-konklużjonijiet tal-Kummissjoni dwar l-iżviluppi possibbli tal-prezzijiet tal-produtturi esportaturi Ċiniżi, f'każ li l-miżuri jitħallew jiskadu, kif deskritt aktar 'il fuq fil-premessi 190 u 191. Mill-investigazzjoni rriżulta li l-livelli probabbli tal-prezzijiet, f'każ li l-miżuri antidumping kellhom jitħassru, ikunu bejn 8 % u 30 % anqas mill-prezzijiet tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni. Għaldaqstant, l-affermazzjonijiet li saru f'dan ir-rigward ma jintlaqgħux.

    (220)

    L-istess partijiet sostnew li l-miżuri antidumping jipprovdu żvantaġġ kompetittiv inġust lill-industrija tal-Unjoni li allegatament kienet esternalizzat il-produzzjoni tagħha ta' prodotti ta' gamma inferjuri lejn faċilitajiet barranin, li ma jkunx f'konformità mal-objettivi tal-miżuri antidumping.

    (221)

    Kif spjegat fil-premessa 258, l-investigazzjoni żvelat li l-produtturi tal-Unjoni kienu importaw biss volumi negliġibbli ta' roti tal-aluminju u mhux dawn l-importazzjonijiet kollha kienu neċessarjament mill-faċilitajiet relatati. Abbażi ta' dan, ma kienx possibbli li jintwera li l-industrija tal-Unjoni kellha vantaġġ kompetittiv inġust f'rabta mal-faċilitajiet barranin u għaldaqstant din l-affermazzjoni ma tintlaqax.

    (222)

    L-istess partijiet sostnew ukoll li huwa improbabbli li t-tħassir ta' dawn il-miżuri jwassal għal rikorrenza ta' ħsara fuq il-bażi li ż-żieda tal-kwota tas-suq u l-livell aktar baxx tal-prezzijiet tal-importazzjonijiet Torok apparagun tal-prezz tal-bejgħ tal-produtturi tal-Unjoni wkoll ma kellhomx effett bħal dan fuq l-industrija tal-Unjoni.

    (223)

    Ta' min jinnota li l-prezz medju tal-importazzjonijiet mit-Turkija, kif indikat fit-Tabella 6, kien ta' EUR 48,50 matul il-PIR, li huwa aktar mill-prezz li ma jikkawżax ħsara ta' EUR 48,25 imsemmi fil-premessa 196. Apparti minn hekk, kif spjegat fl-istess premessa, hemm il-probabbiltà li, fin-nuqqas ta' dazji, il-produtturi esportaturi Ċiniżi se jkunu jistgħu jbigħu lill-Unjoni bi prezzijiet minn tal-anqas 8 % anqas minn dawk tal-industrija tal-Unjoni, jekk mhux sa 30 % anqas, jiġifieri f'livelli ta' prezzijiet li jikkawżaw ħsara, konsiderevolment aktar baxxi mil-livell attwali tal-prezzijiet tal-importazzjonijiet mit-Turkija. Għaldaqstant, kull effett tal-importazzjonijiet Torok fuq is-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni ma jistax jitqies bħala indikatur sinifikattiv għall-effett probabbli tal-importazzjonijiet Ċiniżi, f'każ li l-miżuri kellhom jitħallew jiskadu u għaldaqstant din l-affermazzjoni ma tintlaqax.

    (224)

    L-istess partijiet sostnew li abbażi tal-prezzijiet medji tal-importazzjonijiet Ċiniżi matul il-PIR (bid-dazji antidumping esklużi u ż-żieda tal-kost ta' wara l-importazzjoni), ma kien hemm l-ebda bejgħ taħt il-prezz tal-importazzjonijiet Ċiniżi li jindika li bl-istess mod, f'każ li l-miżuri kellhom jitneħħew, il-prezzijiet tal-importazzjonijiet Ċiniżi ma jiġux stabbiliti f'livelli ta' prezzijiet li jikkawżaw ħsara.

    (225)

    Din l-affermazzjoni kienet ibbażata fuq analiżi skorretta. L-ewwel nett, dawn il-partijiet ma taw l-ebda ġustifikazzjoni għall-livell ta' kost ta' wara l-importazzjoni li ntuża fil-kalkoli (5,7 %) u ma ssottomettew l-ebda evidenza f'dan ir-rigward. It-tieni, l-affermazzjoni hija bbażata fuq paragun tal-prezzijiet medji mingħajr ma tqiesu t-tipi differenti ta' prodotti. Kif spjegat fil-premessa 123, il-prezzijiet tal-importazzjonijiet ipparagunati skont il-livell tat-tipi ta' prodott tal-produtturi esportaturi Ċiniżi inklużi fil-kampjun li jkunu ġew ikkunsidrati mingħajr id-dazji antidumping, iwaqqgħu l-prezzijiet tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni b'medja ta' 8,0 %. Għaldaqstant, din l-affermazzjoni ma tintlaqax.

    (226)

    Parti interessata oħra sostniet li huwa improbabbli li t-tħassir tad-dazju antidumping iwassal għal rikorrenza ta' ħsara abbażi tas-suppożizzjoni li fis-suq tal-Unjoni, il-bejgħ isir prinċipalment lis-segment OEM, li fih id-domanda tkun iddeterminata mill-kapaċità tal-fornituri li jissodisfaw ir-rekwiżiti stretti tal-manifatturi tal-karozzi minflok mill-prezz. F'dan ir-rigward, din il-parti sostniet li f'dan is-segment ma hemm l-ebda kapaċità żejda tal-produtturi esportaturi Ċiniżi. Din argumentat li l-manifatturi tal-karozzi tal-UE għandhom rekwiżiti stretti dwar il-kwalifiki tekniċi, il-kwalità, il-konsistenza, l-affidabilità u l-prossimità meta jiġu biex jagħżlu l-fornituri. Għaldaqstant, ġie sostnut li l-kapaċitajiet żejda fis-suq Ċiniż ma jistgħux sempliċiment jintbagħtu bi prezzijiet baxxi lejn l-Unjoni, f'każ li l-miżuri kellhom jitħallew jiskadu.

    (227)

    Partijiet oħra għamlu allegazzjonijiet simili u argumentaw li l-industrija tal-Unjoni tista' żżomm kwota sostanzjali tas-suq billi hija perċepita bħala fornitur ta' kwalità ta' prodotti b'teknoloġija avvanzata, bħall-“bright wheels”. Huma sostnew li l-industrija tal-Unjoni se tibqa' tingħata l-preferenza fuq importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, b'mod partikolari fis-segment ta' livell għoli tal-OEM.

    (228)

    Mill-investigazzjoni rriżulta li għadd ta' esportaturi Ċiniżi diġà qegħdin jipproduċu wkoll roti kbar u “bright wheels” u għandhom standards simili bħall-produtturi tal-Unjoni fir-rigward tal-kwalifiki, il-kwalità, il-konsistenza u l-affidabilità u ġew iċċertifikati mill-klijenti OEM tagħhom fl-Unjoni. Fil-fatt, il-produtturi esportaturi Ċiniżi, inklużi dawk mhux inklużi fil-kampjun u nonkooperanti, diġà huma fornituri tal-manifatturi tal-karozzi kemm għall-impjanti tagħhom fl-Unjoni, kif ukoll fiċ-Ċina. Għaldaqstant, il-prossimità mhijiex ta' xkiel anke mill-perspettiva taċ-ċertifikazzjoni, tas-sottomissjoni tal-offerti jew teknika. Min-naħa l-oħra, il-kwistjoni tal-prossimità fir-rigward tad-durata tal-kunsinna tista' faċilment tittranġa permezz ta' soluzzjonijiet loġistiċi bħall-magażinaġġ u għaldaqstant mhijiex fattur deċiżiv li jimpedixxi li l-importazzjonijiet Ċiniżi jiżdiedu bir-riżultat ta' rikorrenza ta' ħsara. Għaldaqstant, dan l-argument ma jintlaqax.

    (229)

    L-istess parti sostniet ukoll li ma jkunx hemm kapaċitajiet disponibbli fis-segment OEM fiċ-Ċina, u li l-kapaċitajiet ta' riżerva fiċ-Ċina kienu jirreferu biss għar-roti tal-aluminju destinati għas-segment AM. Madankollu, din l-affermazzjoni ma kinitx issostanzjata. Kuntrarjament, l-investigazzjoni wriet li l-produtturi tar-roti tal-aluminju li kienu jipproduċu kemm għas-segment OEM kif ukoll AM kienu jużaw l-istess faċilitajiet ta' produzzjoni u għalhekk setgħu jużaw il-kapaċità mhux użata tagħhom fiż-żewġ segmenti bl-istess mod. Tabilħaqq, dan jidher ukoll mill-fatt li, kif spjegat fil-premessa 113, il-produtturi esportaturi Ċiniżi ċċaqilqu mis-segment AM lejn is-segment OEM bejn il-PI tal-investigazzjoni oriġinali u l-PIR. Għaldaqstant, dan l-argument ma jintlaqax.

    (230)

    Produttur esportatur Ċiniż wieħed sostna li l-karatteristiċi tekniċi tar-roti tal-aluminju prodotti mill-industrija tal-Unjoni huma differenti minn dawk prodotti u mibjugħa mill-esportaturi Ċiniżi. Dan jassigura l-kuntratti l-kbar tal-industrija tal-Unjoni mal-klijenti fl-Unjoni, irrispettivament minn jekk il-miżuri jitħassrux jew le. Barra minn hekk, din il-parti sostniet li l-kuntratti fuq terminu twil tal-produtturi tal-Unjoni mal-utenti OEM jkollhom il-konsegwenza li l-industrija tal-Unjoni x'aktarx li ma titlifx il-volum tal-bejgħ u l-kwoti tas-suq fil-futur qarib minħabba l-importazzjonijiet taċ-Ċina u li għalhekk ma jkun hemm l-ebda żieda f'daqqa tal-importazzjonijiet Ċiniżi f'każ li l-miżuri jitħallew jiskadu.

    (231)

    Mill-investigazzjoni rriżulta li ma hemm l-ebda differenza sostantiva, jew hemm differenzi sostantivi żgħar biss bejn ir-roti tal-aluminju minn sorsi differenti inkluża ċ-Ċina u li r-roti tal-aluminju mis-sorsi kollha huma bażikament interkambjabbli. Mhuwiex komuni li r-roti tal-aluminju jinxtraw minn sorsi differenti u l-investigazzjoni wriet li l-istess klijenti jimportaw kemm mill-industrija tal-Unjoni kif ukoll mill-produtturi esportaturi Ċiniżi.

    (232)

    Fir-rigward tal-affermazzjoni li l-kuntratti fuq terminu twil tal-industrija tal-Unjoni jimpedixxu milli jkun hemm żieda f'daqqa tal-importazzjonijiet Ċiniżi, l-investigazzjoni indikat li, ġeneralment il-kuntratti bejn il-produtturi tal-Unjoni u l-utenti rilevanti ma jkunux jinkludu impenji vinkolanti ta' kwantitajiet fuq terminu twil. Għaldaqstant, il-kuntratti eżistenti mhumiex, bħala tali, garanzija biex jinżammu l-volumi ta' bejgħ, kif ġie sostnut.

    (233)

    Għaldaqstant, l-affermazzjonijiet ta' din il-parti f'dan ir-rigward ma ntlaqgħux.

    (234)

    Parti oħra sostniet li ċ-ċaqliqa fid-domanda lejn is-segment OEM poġġiet lill-industrija tal-Unjoni fit-tmun u li l-limitazzjonijiet tal-kapaċità tal-industrija tal-Unjoni issa se jagħtu lok għal nuqqas sinifikanti tal-provvista fis-suq tal-Unjoni. Skont din l-affermazzjoni, huwa previst li din is-sitwazzjoni titkompla anke fid-deċennju li jmiss. Din il-parti sostniet ulterjorment, flimkien ma' partijiet oħra li l-industrija tal-Unjoni nnifisha kienet tammetti diġà li l-kotba tal-ordnijiet tagħha huma mimlija sal-2019–2022 billi tiddikjara li l-kuntratti għall-ħames snin segwenti diġà ngħalqu u b'hekk ikunu żgurati l-użu sħiħ tal-kapaċità u l-prezzijiet profittabbli sa minn tal-anqas l-2022. Skont dawn il-partijiet, iċ-ċaqliqa lejn is-segment OEM ippermettiet ukoll lill-industrija tal-Unjoni li minn telf ta' 5 % fl-2009 tgħaddi għal profitt ta' 10 % matul il-PIR. Abbażi ta' dan, dawn il-partijiet sostnew li huwa improbabbli li l-iskadenza tad-dazju antidumping twassal għal rikorrenza ta' ħsara.

    (235)

    L-affermazzjoni ta' hawn fuq kienet ibbażata fuq interpretazzjoni impreċiża tas-sottomissjoni tal-industrija tal-Unjoni li tispjega li l-ktieb tal-ordnijiet kien se jkopri l-fornituri għall-2019–2022. Madankollu din mhijiex tgħid li dawn il-kotba tal-ordnijiet kienu mimlija u lanqas li l-kuntratti segwenti diġà kienu ngħalqu, iżda li l-ktieb tal-ordnijiet ikopri l-fornituri mill-2019 sal-2022. B'hekk, kif spjegat fil-premessa 232, il-kuntratti bejn il-produtturi tal-Unjoni u l-klijenti rilevanti ma jinkludux impenji vinkolanti rigward kwantitajiet fuq terminu twil. Apparti minn hekk, il-prezzijiet huma soġġetti għal reviżjonijiet perjodiċi, anke fil-kuntratti fis-seħħ. Għaldaqstant, l-affermazzjoni li hemm użu sħiħ tal-kapaċità u li huma żgurati prezzijiet profittabbli minn tal-anqas sal-2022 mhijiex ġustifikata u ma tintlaqax. Fl-aħħar nett, anke l-affermazzjoni li ż-żieda fil-profittabbiltà tal-Unjoni kienet riżultat taċ-ċaqliqa lejn is-segment OEM hija skorretta. Kif spjegat fil-premessa 143, is-segment OEM kien is-segment prinċipali tal-industrija tal-Unjoni diġà matul il-PI tal-investigazzjoni oriġinali, li fih, kif jissemma fil-premessa 106 tar-Regolament (UE) Nru 964/2010, l-Unjoni ġarrbet telf sinifikanti anke fis-segment OEM. Għaldaqstant, din l-affermazzjoni ma tintlaqax.

    (236)

    Parti interessata saħqet ukoll li l-produtturi esportaturi Ċiniżi li jappartjenu għall-fergħa tal-OEM kważi użaw kompletament il-kapaċitajiet ta' produzzjoni tagħhom u għalhekk mhuwiex probabbli li jżidu b'mod sinifikanti l-bejgħ tagħhom lejn l-Unjoni f'każ li l-miżuri antidumping jitħallew jiskadu. Din il-parti argumentat ulterjorment li ġeneralment, b'riżultat tal-konsum li qiegħed jiżdied fl-Unjoni, anke żieda tal-importazzjonijiet miċ-Ċina ma tikkawża l-ebda ħsara materjali lill-industrija tal-Unjoni, b'mod partikolari billi l-kapaċità ta' produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni ma tkunx tista' tissodisfa d-domanda fl-Unjoni.

    (237)

    Madankollu l-istimi tal-kapaċitajiet Ċiniżi sottomessi minn din il-parti sabiex jappoġġjaw l-affermazzjonijiet tagħha, ma kinux jikkorrispondu għas-sejbiet tal-investigazzjoni attwali kif deskritt fil-premessi minn 55 sa 74. Għaldaqstant, l-affermazzjonijiet li ma kien hemm l-ebda kapaċità ta' riżerva kunsiderevoli fiċ-Ċina u li l-evoluzzjoni tal-konsum tal-Unjoni ttaffi l-ħsara f'każ li l-miżura titneħħa, ma jintlaqgħux.

    (238)

    L-istess parti sostniet ukoll li l-produzzjoni Ċiniża tal-karozzi hija mistennija tiżdied bejn l-2015 u l-2020, f'konformità mat-Tlettax-il Pjan ta' Ħames Snin, minn 24,5 miljun unità għal 30 miljun unità matul dan il-perjodu. Din il-parti argumentat li din iż-żieda fil-produzzjoni tal-karozzi twassal għal żieda korrelatata fid-domanda Ċiniża għar-roti tal-aluminju u l-produtturi Ċiniżi għaldaqstant iżidu l-bejgħ domestiku tagħhom minflok ma jirridirezzjonaw l-esportazzjonijiet tagħhom lejn l-Unjoni, f'każ li l-miżuri antidumping jitħallew jiskadu.

    (239)

    Kif deskritt fil-premessi minn 89 sa 91, u minkejja li hemm tabilħaqq rabta mill-qrib bejn is-swieq tal-karozzi u s-swieq tar-roti tal-aluminju, mhuwiex probabbli li ż-żieda fid-domanda għar-roti tal-aluminju fis-suq domestiku Ċiniż tassorbi l-kapaċitajiet ta' riżerva disponibbli fiċ-Ċina, anke jekk jitqiesu d-differenzi sinifikanti fil-prezzijiet fis-suq domestiku Ċiniż apparagun tas-suq tal-Unjoni. Għaldaqstant, din l-affermazzjoni ma ntlaqgħetx.

    (240)

    Diversi partijiet sostnew li ma hemm l-ebda probabbiltà ta' rikorrenza ta' ħsara għaliex l-industrija tal-Unjoni se tibbenefika miż-żieda fil-konsum tal-ARW fuq livell globali u fl-Unjoni, irrispettivament minn żieda fl-importazzjonijiet Ċiniżi lejn l-Unjoni. Barra minn hekk, ġie sostnut li ż-żieda prevista fil-konsum se tippermetti lill-produtturi esportaturi Ċiniżi li jżidu l-esportazzjonijiet tagħhom lejn is-suq tal-Unjoni mingħajr ma jagħmlu l-ebda pressjoni fuq il-prezzijiet.

    (241)

    Mill-investigazzjoni rriżulta li huwa probabbli li volumi sinifikanti ta' esportazzjonijiet Ċiniżi jiġu ridirezzjonati lejn l-Unjoni minħabba l-attraenza tagħha (il-premessi minn 75 sa 88). Barra minn hekk, fiċ-Ċina hemm kapaċitajiet ta' riżerva kbar li wkoll jistgħu jiġu direzzjonati lejn is-suq tal-Unjoni. Għaldaqstant, il-produtturi esportaturi Ċiniżi se jkunu jistgħu jieħdu post mhux biss iż-żieda fil-konsum iżda wkoll il-volumi ta' bejgħ tal-produtturi tal-Unjoni. Konsegwentement, anke f'xenarju ta' żieda fil-konsum, hemm probabbiltà kbira li l-esportazzjonijiet Ċiniżi jieħdu post il-volumi ta' bejgħ u l-kwota tas-suq a skapitu tal-industrija tal-Unjoni. Barra minn hekk, f'dak li jirrigwarda l-prezzijiet, probabbilment li dawn se jkunu anqas mill-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni b'bejn 8 % u 30 % kif deskritt fil-premessa 191 u bl-effetti deskritti fil-premessa 192, u dan iwassal għal probabbiltà ta' rikorrenza ta' ħsara materjali għall-industrija tal-Unjoni. Għaldaqstant, din l-affermazzjoni ma tintlaqax.

    (242)

    Abbażi ta' dan ta' hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet li t-tħassir tal-miżuri, bil-probabbiltà kollha jwassal għal rikorrenza ta' ħsara għall-industrija tal-Unjoni.

    G.   L-INTERESS TAL-UNJONI

    1.   Kummenti preliminari

    (243)

    F'konformità mal-Artikolu 21 tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni eżaminat jekk iż-żamma tal-miżuri antidumping eżistenti kontra ċ-Ċina tmurx kontra l-interessi tal-Unjoni fl-intier tagħha. L-iddeterminar tal-interess tal-Unjoni kien ibbażat fuq apprezzament tal-interessi kollha involuti, inklużi dawk tal-industrija tal-Unjoni, tal-importaturi, tal-utenti u tal-fornituri lill-industrija tal-Unjoni (l-industrija upstream).

    2.   L-interess tal-industrija tal-Unjoni

    (244)

    Mill-investigazzjoni rriżulta li matul il-PIR, l-industrija tal-Unjoni kienet irkuprat mill-ħsara kkaġunata mill-importazzjonijiet oġġett ta' dumping miċ-Ċina. Madankollu, f'każ li l-miżuri kontra ċ-Ċina kellhom jitħassru, huwa probabbli li jkun hemm rikorrenza tal-ħsara billi l-industrija tal-Unjoni tkun esposta għal importazzjonijiet oġġett ta' dumping miċ-Ċina, potenzjalment f'volumi sinifikanti u li jqiegħdu pressjoni sinifikanti fuq il-prezzijiet. Minħabba f'hekk, is-sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni x'aktarx li tmur għall-agħar b'mod sinifikanti għar-raġunijiet deskritti aktar 'il fuq. Kuntrarjament, iż-żamma tal-miżuri ġġib ċertezza fis-suq, filwaqt li tippermetti lill-industrija tal-Unjoni li żżomm is-sitwazzjoni ekonomika pożittiva tagħha u tkompli l-pjanijiet ta' investimenti tagħha biex iżżid il-kapaċitajiet ta' produzzjoni tagħha sabiex tissodisfa d-domanda li qiegħda tikber kif ukoll ir-rekwiżiti tekniċi tar-roti tal-aluminju li qegħdin jevolvu.

    (245)

    Abbażi ta' dan, ġie konkluż li l-kontinwazzjoni tal-miżuri antidumping fis-seħħ tkun fl-interess tal-industrija tal-Unjoni.

    3.   L-interessi tal-importaturi

    (246)

    Tmenin importatur/utent magħruf ġew ikkuntattjati fl-istadju tal-bidu. Ħdax-il kumpanija wieġbu għall-formola ta' kampjunar, li minnhom sitta kien qegħdin jimportaw ir-roti tal-aluminju miċ-Ċina.

    (247)

    L-investigazzjoni wriet li tlieta minn dawn is-sitt kumpaniji kienu fil-fatt manifatturi tal-karozzi li jużaw ir-roti tal-aluminju fil-manifattura tal-karozzi u kienu għalhekk ikkunsidrati bħala utenti li s-sitwazzjoni tagħhom hija analizzata fil-premessi minn 250 sa 268. L-importazzjonijiet tat-tliet importaturi mhux relatati li jifdal kienu jammontaw għal anqas minn 2 % tal-volum totali tal-importazzjonijiet miċ-Ċina matul il-PIR.

    (248)

    Tweġiba għal kwestjonarju waħda biss li ġiet riċevuta mingħand it-tliet importaturi mhux relatati ta' hawn fuq kienet kompluta biżżejjed sabiex tintuża fl-analiżi. Dan l-importatur importa roti tal-aluminju mingħand fornituri minn swieq ta' pajjiżi terzi oħra wkoll u l-kwota tal-fatturat tal-prodott ikkonċernat fl-attività totali tiegħu kienet biss parti minnha. Abbażi ta' dan, jista' jitqies li d-dazji ma kellhomx impatt sinifikanti fuq l-attività kumplessiva ta' dan l-importatur marbuta mar-roti tal-aluminju. Tabilħaqq, l-attività marbuta mar-roti tal-aluminju kienet profittabbli.

    (249)

    Abbażi ta' dan, ma kien hemm l-ebda indikazzjoni li ż-żamma tal-miżuri jkollha impatt negattiv sinifikanti fuq l-importaturi li jkun akbar mill-impatt pożittiv tal-miżuri fuq l-industrija tal-Unjoni.

    4.   L-interessi tal-utenti

    (250)

    Intbagħtu kwestjonarji lil madwar 70 utent magħruf. Seba' manifatturi tal-karozzi mmanifestaw ruħhom billi pprovdew tweġiba għall-kwestjonarji. Assoċjazzjoni waħda li tirrappreżenta lill-utenti u lill-importaturi tar-roti tal-aluminju mibjugħa fl-OEM ikkooperat ukoll. L-ebda utent ieħor ma kkoopera fl-investigazzjoni.

    (251)

    L-importazzjonijiet tal-utenti kooperanti ammontaw għal 50,4 % tal-importazzjonijiet totali mir-RPĊ lejn l-Unjoni.

    (252)

    L-investigazzjoni wriet li kumplessivament, il-manifatturi tal-karozzi jiddependu fuq il-fornituri Ċiniżi sa ċertu punt biss u li ħafna mir-roti tal-aluminju użati nxtraw mingħand l-industrija tal-Unjoni. Uħud mill-utenti kooperanti lanqas biss kienu jimportaw miċ-Ċina, uħud kienu jimportaw anqas minn 5 % tal-ħtiġijiet tagħhom miċ-Ċina, filwaqt li oħrajn jimportaw sa 10 % tal-ħtiġijiet tagħhom miċ-Ċina. Mill-investigazzjoni ħareġ ukoll li ċerti utenti bbenefikaw mir-reġim ta' proċessar attiv fuq l-importazzjonijiet miċ-Ċina, anke jekk sa ċertu punt, billi huma biegħu mill-ġdid il-prodott finali fis-swieq tal-esportazzjoni.

    (253)

    L-utenti kooperanti kollha kienu kontra l-miżuri u argumentaw li kieku jkollhom interess f'sorsi diversi tal-provvista. Dawn l-utenti sostnew li l-miżuri jġibuhom dipendenti fuq għadd limitat ta' produtturi tal-Unjoni. Madankollu, l-investigazzjoni wriet l-eżistenza ta' importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħra, b'mod partikolari t-Turkija. li żdiedu matul il-perjodu kkunsidrat. Kumplessivament il-volumi tal-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħra lejn l-Unjoni żdiedu b'35 % matul il-perjodu kkunsidrat li huwa aktar mgħaġġel mill-progressjoni tal-konsum tal-Unjoni.

    (254)

    Fid-dawl ta' dawn is-sejbiet, l-argument ta' nuqqas ta' diversità tal-provvista ma jintlaqax.

    (255)

    Il-manifatturi tal-karozzi Ewropej sostnew li l-kontinwazzjoni tal-miżuri tkun kontra l-interess tal-Unjoni billi l-miżuri antidumping laqtu negattivament il-kompetittività tal-manifatturi tal-karozzi fl-Unjoni Huma sostnew ukoll li l-industrija tal-Unjoni ma jkollhiex biżżejjed kapaċità ta' produzzjoni disponibbli biex tissodisfa d-domanda fl-Unjoni.

    (256)

    Barra dan, parti interessata waħda allegat li l-industrija tal-Unjoni se timporta roti tal-aluminju miċ-Ċina u minn pajjiżi terzi oħra biex tissodisfa d-domanda li qiegħda tikber tal-klijenti tagħha li ma tistax tkun issodisfata bil-kapaċità ta' produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni.

    (257)

    Kif indikat fit-tabella 7 fil-premessa 137, ir-rata ta' użu tal-kapaċità tal-industrija tal-Unjoni kienet bejn 88 % u 93 % matul il-perjodu kkunsidrat. Madankollu, l-investigazzjoni wriet ukoll li l-industrija tal-Unjoni kienet qiegħda tinvesti f'żieda fil-kapaċità biex tissodisfa d-domanda li żdiedet fl-Unjoni u li hija mistennija li ttaffi l-iskarsezzi allegati possibbli. Dawn l-investimenti huma ppjanati li jkomplu fil-futur.

    (258)

    Fl-aħħar nett, fir-rigward tal-allegati importazzjonijiet tal-industrija tal-Unjoni miċ-Ċina u minn pajjiżi terzi oħra, l-investigazzjoni wriet li l-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun kienu importaw biss volumi negliġibbli ta' roti tal-aluminju u l-importazzjonijiet saru mill-Iżvizzera u mit-Turkija iżda mhux miċ-Ċina. Dan huwa minnu wkoll għall-produtturi tal-Unjoni li jifdal li, skont l-informazzjoni disponibbli fit-talba, importaw roti tal-aluminju fi kwantitajiet żgħar ħafna, jiġifieri anqas minn 500 000 unità, li jikkorrispondu għal anqas minn 1 % tal-produzzjoni tal-Unjoni matul il-PIR.

    (259)

    Barra minn hekk ġie nnutat li l-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħra żdiedu matul il-perjodu kkunsidrat u li għaldaqstant il-miżuri antidumping ma għandhomx ma jħallux lill-utenti milli jimportaw roti tal-aluminju mir-RPĊ iżda sempliċiment jeliminaw id-distorsjonijiet u jiżguraw kundizzjonijiet ekwi bejn l-industrija Ċiniża u tal-Unjoni. Għaldaqstant, l-affermazzjonijiet li saru f'dan ir-rigward ma ntlaqgħux.

    (260)

    Fir-rigward tal-kompetittività tal-industrija tal-manifatturi tal-karozzi, l-investigazzjoni wriet li minħabba r-reġim ta' proċessar attiv, il-manifatturi tal-karozzi kienu f'pożizzjoni li jevitaw li jħallsu d-dazji antidumping fuq ir-roti tal-aluminju installati fil-vetturi li jinbiegħu lis-swieq tal-esportazzjoni. Matul il-perjodu kkunsidrat, l-importazzjonijiet Ċiniżi fil-qafas tar-reġim ta' proċessar attiv varjaw minn 21 % sa 28 % tal-importazzjonijiet totali taċ-Ċina.

    (261)

    L-istess partijiet sostnew ulterjorment li l-effett kumulattiv ta' diversi dazji antidumping fis-seħħ fuq diversi inputs tal-manifatturi tal-karozzi bħal qfieli, azzar inossidabbli, vireg tal-wajer, azzar miksi b'materjal organiku, raden b'tenaċità għolja u wajers tal-molibdenu, minbarra r-roti tal-aluminju, ikollu impatt negattiv fuq is-sitwazzjoni tagħhom.

    (262)

    Mill-investigazzjoni rriżulta li l-impatt fuq il-kostijiet tal-miżuri fuq ir-roti tal-aluminju huwa limitat, b'impatt fuq il-kostijiet massimu ta' 0,2 %. Din il-konklużjoni hija frott is-sejba tal-investigazzjoni attwali li r-roti tal-aluminju jirrappreżentaw biss madwar 1 % tal-kost ta' karozza. Għaldaqstant, l-argument ta' impatt negattiv sinifikanti fuq il-kostijiet mhuwiex ikkunsidrat rilevanti u ma jintlaqax.

    (263)

    Fir-rigward tal-effett kumulattiv ta' miżuri antidumping oħra fis-seħħ fuq diversi inputs oħra, dawn il-partijiet ma pprovdew l-ebda evidenza speċifika f'dan ir-rigward. Għaldaqstant, l-investigazzjoni ma setgħetx tivverifika l-allegazzjonijiet li saru u l-affermazzjoni kellha tiġi rrifjutata.

    (264)

    Wara d-divulgazzjoni, parti interessata waħda sostniet li n-nuqqas ta' kapaċità disponibbli fis-segment OEM mill-industrija tal-Unjoni u mill-fornituri ta' pajjiżi terzi kellu impatt sinifikanti fuq il-manifatturi tal-karozzi fl-Unjoni. Dawn saħqu li ma kellhom l-ebda għażla għajr li jimportaw r-roti tal-aluminju Ċiniżi u li d-dazju antidumping attwali għandu impatt dirett f'termini ta' kostijiet fuq tali importazzjonijiet. Barra minn hekk, ġie sostnut li n-nuqqas ta' kapaċità tal-industrija tal-Unjoni kellu impatt negattiv fuq il-produttività u l-kompetittività tal-manifatturi tal-karozzi u li l-Kummissjoni ma rnexxilhiex tqis l-impatt indirett f'termini ta' kostijiet tad-dazju antidumping fuq is-sitwazzjoni tal-manifatturi tal-karozzi.

    (265)

    Mill-investigazzjoni rriżulta li l-industrija tal-Unjoni ilha tinvesti f'żieda fil-kapaċità biex tissodisfa d-domanda li żdiedet fl-Unjoni biex ittaffi l-iskarsezzi possibbli. Għaldaqstant, l-argument dwar in-nuqqas ta' kapaċità ma jintlaqax. Fir-rigward tal-impatt f'termini ta' kostijiet, kif spjegat fil-premessa 262, mill-investigazzjoni rriżulta li l-miżuri fuq ir-roti tal-aluminju kellhom biss impatt limitat ħafna fuq il-kost kumplessiv tal-manifatturi tal-karozzi u għaldaqstant l-argument ma jintlaqax. Fl-aħħar nett, billi l-objettiv u l-effett tal-miżuri antidumping mhuwiex minnu nnifsu li l-utenti ma jitħallewx jimportaw roti tal-aluminju mir-RPĊ, il-kostijiet indiretti ddikjarati minn din il-parti wkoll mhumiex marbuta direttament mad-dazji. Għaldaqstant, din l-affermazzjoni ma tintlaqax.

    (266)

    L-istess parti sostniet ukoll li l-espansjonijiet tal-kapaċità ppjanati mhumiex se jkunu biżżejjed biex jissodisfaw id-domanda li qiegħda tikber sal-2020 u sostniet ukoll li l-industrija tal-Unjoni ma ssostanzjatx l-affermazzjoni tagħha li qiegħda żżid il-kapaċità. F'dan il-kuntest, din il-parti kkontestat ukoll kif il-Kummissjoni vverifikat li l-industrija tal-Unjoni se tkun tista' tissodisfa d-domanda tal-Unjoni.

    (267)

    Kif spjegat fil-premessa 257, mill-investigazzjoni rriżulta li l-industrija tal-Unjoni ilha tinvesti f'żieda fil-kapaċità biex tissodisfa d-domanda li żdiedet fl-Unjoni. B'mod aktar preċiż, iż-żidiet fil-kapaċità ppjanati li kienu sottomessi mill-produtturi tal-Unjoni ġew ipparagunati mal-previżjonijiet tal-produzzjoni tal-karozzi fl-Unjoni. Barra minn hekk, il-pjanijiet ta' investiment previsti u fis-seħħ ġew issostanzjati mill-produtturi esportaturi tal-Unjoni. Din l-analiżi indikat li ż-żidiet fil-kapaċità ppjanati kienu akbar miż-żieda mistennija fid-domanda fl-Unjoni għall-perjodu mill-2015 sal-2018. Għal raġunijiet ta' kunfidenzjalità u anonimità, il-pjanijiet individwali ta' investiment ma jistgħux ikunu ddivulgati lill-partijiet interessati. Għal din ir-raġuni, l-affermazzjonijiet li l-espansjonijiet tal-kapaċità mhumiex se jkunu biżżejjed biex jissodisfaw id-domanda li qiegħda tikber u li l-industrija tal-Unjoni ma ssostanzjatx id-dikjarazzjoni tagħha li qiegħda żżid il-kapaċità, ma jintlaqgħux.

    (268)

    Għal dawn ir-raġunijiet, ġie konkluż li ż-żamma tal-miżuri ma jkollha l-ebda impatt negattiv sinifikanti fuq is-sitwazzjoni tal-utenti.

    5.   L-interess tal-industrija upstream

    (269)

    Intbagħtu kwestjonarji lil assoċjazzjonijiet u lil fornituri magħrufa ta' materja prima/tagħmir lill-industrija tal-Unjoni kif ukoll lil 28 fornitur individwali magħruf fl-Unjoni. Assoċjazzjoni waħda li tirrappreżenta lill-industrija Ewropea tal-aluminju ssottomettiet il-kummenti.

    (270)

    L-assoċjazzjoni li tirrappreżenta l-industrija Ewropea tal-aluminju osservat li hemm riskju għoli li l-kapaċità eċċessiva fiċ-Ċina u l-prattiki ta' dumping rikorrenti tal-produtturi esportaturi Ċiniżi jolqtu b'mod negattiv ferm lill-industrija tal-Unjoni f'każ li l-miżuri antidumping kellhom jitneħħew. Dan, min-naħa tiegħu, ikollu impatt negattiv fuq il-produzzjoni u fuq l-impjiegi fil-katina tal-valur upstream tal-aluminju. Għaldaqstant, din l-assoċjazzjoni tat l-appoġġ tagħha għall-miżuri antidumping attwali.

    (271)

    Huwa għaldaqstant konkluż li ż-żamma tal-miżuri tkun fl-interessi tal-industriji upstream.

    (272)

    Parti interessata waħda sostniet li l-Kummissjoni kienet injorat b'mod mhux dovut, evidenza materjali u ssostanzjata provduta mill-manifatturi tal-karozzi u minflok ibbażat il-konklużjonijiet fuq dikjarazzjonijiet mhux issostanzjati mressqa mill-industrija tal-Unjoni. Matul is-seduta ta' smigħ mal-Uffiċjal tas-Seduta, imsemmija fil-premessa 10, il-Kummissjoni ċċarat li l-informazzjoni kollha li kienet ġiet provduta kienet tqieset kif dovut. L-informazzjoni provduta mill-industrija tal-Unjoni kienet ivverifikata. Għaldaqstant, din l-affermazzjoni ma ntlaqgħetx.

    6.   Konklużjoni dwar l-interess tal-Unjoni

    (273)

    Abbażi ta' dan ta' hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet li ma kienx hemm raġunijiet konvinċenti li jwasslu għall-konklużjoni li ma kienx fl-interess tal-Unjoni li jinżammu l-miżuri fuq l-importazzjonijiet ta' roti tal-aluminju li joriġinaw mir-RPĊ.

    H.   IL-KONKLUŻJONI U D-DIVULGAZZJONI

    (274)

    Il-partijiet kollha ġew infurmati dwar il-fatti essenzjali u l-kunsiderazzjonijiet li abbażi tagħhom kien maħsub li jinżammu l-miżuri eżistenti kontra r-RPĊ. Ingħataw ukoll perjodu ta' żmien biex jissottomettu kummenti sussegwenti għal dik id-divulgazzjoni. Is-sottomissjonijiet u l-kummenti tqiesu kif dovut meta ġustifikabbli.

    (275)

    Minn dan ta' hawn fuq isegwi li, kif huwa previst mill-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku, il-miżuri antidumping applikabbli għall-importazzjonijiet ta' ċerti roti tal-aluminju li joriġinaw mir-RPĊ, imposti permezz tar-Regolament (UE) Nru 964/2010, jenħtieġ li jinżammu.

    (276)

    Il-Kumitat stabbilit permezz tal-Artikolu 15(1) tar-Regolament (UE) 2016/1036 ma esprimiex opinjoni.

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    1.   B'dan qiegħed jiġi impost dazju antidumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta' roti tal-aluminju għall-użu fit-triq tal-vetturi bil-mutur tal-intestaturi NM minn 8701 sa 8705, bl-aċċessorji tagħhom jew mingħajrhom u kemm bit-tajers jew mingħajrhom, li bħalissa jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM ex 8708 70 10 u ex 8708 70 50 (il-kodiċijiet TARIC 8708701010 u 8708705010) u li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina.

    2.   Ir-rata tad-dazju antidumping definittiv applikabbli għall-prezz nett ħieles fil-fruntiera tal-Unjoni qabel id-dazju, tal-prodott deskritt fil-paragrafu 1 għandha tkun ta' 22,3 %.

    3.   Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, japplikaw id-dispożizzjonijiet dwar id-dazji doganali fis-seħħ.

    Artikolu 2

    Meta dikjarazzjoni għar-rilaxx għal ċirkolazzjoni libera tkun ippreżentata fir-rigward tal-importazzjonijiet ta' roti tal-aluminju għall-użu fit-triq tal-vetturi tal-intestatura NM 8716, bl-aċċessorji tagħhom jew mingħajrhom, u kemm bit-tajers jew mingħajrhom, u li attwalment jaqgħu taħt il-kodiċi NM ex 8716 90 90, il-kodiċi TARIC 8716909010 għandha tiddaħħal fil-parti rilevanti ta' dik id-dikjarazzjoni.

    L-Istati Membri għandhom, fuq bażi ta' kull xahar, jinformaw lill-Kummissjoni rigward l-għadd ta' unitajiet importati taħt din il-kodiċi, u l-oriġini tagħhom.

    Artikolu 3

    Meta dikjarazzjoni għar-rilaxx għal ċirkolazzjoni libera tkun ippreżentata fir-rigward tal-prodotti msemmija taħt l-Artikoli 1 u 2, l-għadd ta' unitajiet tal-prodotti importati għandu jitniżżel fil-parti rilevanti ta' dik id-dikjarazzjoni.

    Artikolu 4

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, it-23 ta' Jannar 2017.

    Għall-Kummissjoni

    Il-President

    Jean-Claude JUNCKER


    (1)  ĠU L 176, 30.6.2016, p. 21.

    (2)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 964/2010 tal-25 ta' Ottubru 2010 li jimponi dazju antidumping definittiv u jiġbor b'mod definittiv id-dazju proviżorju impost fuq l-importazzjoni ta' ċerti roti tal-aluminju għall-użu fit-triq li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (ĠU L 282, 28.10.2010, p. 1).

    (3)  Avviż dwar l-iskadenza imminenti ta' ċerti miżuri ta' antidumping (ĠU C 47, 10.2.2015, p. 4).

    (4)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 tat-30 ta' Novembru 2009 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (ĠU L 343, 22.12.2009, p. 51). Dan ir-Regolament tħassar mir-Regolament bażiku.

    (5)  Notifika ta' bidu ta' rieżami ta' skadenza tal-miżuri antidumping applikabbli għall-importazzjonijiet ta' ċerti roti tal-aluminju li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (ĠU C 355, 27.10.2015, p. 8).

    (6)  Kif spjegat fil-premessa 11, l-ismijiet tal-produtturi tal-Unjoni mhumiex iddivulgati għal raġunijiet ta' kunfidenzjalità.

    (7)  Ir-rekords tal-kumpaniji tal-produtturi kemm tal-Unjoni kif ukoll taċ-Ċina jinżammu f'unitajiet. L-istatistika dwar l-importazzjonijiet hija madankollu disponibbli biss f'kg. Għall-erba' gruppi vverifikati, il-piż medju għal kull rota li tinbiegħ fl-UE kien 10,91 kg. Din ir-rata ta' konverżjoni tintuża matul ir-Regolament.

    (8)  Dawn il-pajjiżi flimkien maċ-Ċina rrappreżentaw aktar minn 97 % tal-importazzjonijiet totali tar-roti tal-aluminju matul il-perjodu ta' investigazzjoni. Il-Bożnija-Ħerzegovina (bi 3 % ta' importazzjonijiet) tinsab fost dawn is-97 %, iżda ma ġietx ikkunsidrata bħala pajjiż analogu adattat minħabba ċ-ċokon tagħha u l-għadd baxx ta' produtturi.

    (9)  It-Turkija għandha minn tal-anqas tmien produtturi magħrufa tar-roti tal-aluminju f'kompetizzjoni fis-suq domestiku tagħha. Barra minn hekk, it-Turkija għandha rata baxxa ta' dazju doganali (4,5 %) fuq l-importazzjonijiet ta' roti tal-aluminju minn pajjiżi terzi, li tiffaċilita l-importazzjonijiet. Matul il-PIR, ir-RPĊ biss esportat madwar 843 926 unità lejn it-Turkija li huwa daqs madwar nofs il-volumi tal-importazzjonijiet Ċiniżi lejn l-Unjoni għall-istess perjodu.

    (10)  Fir-rigward tal-grupp Baoding, it-tipi ta' prodott kollha mibjugħa fis-suq Tork instabu li kienu rappreżentattivi. Fir-rigward tat-tliet gruppi l-oħra, b'kollox sitt tipi ta' prodott li jikkorrispondu għal anqas minn 0,12 % tal-bejgħ totali tat-Turkija nstabu li ma kinux rappreżentattivi.

    (11)  Il-bejgħ kollu tal-gruppi Baoding u Dicastal u l-maġġoranza tal-bejgħ tal-grupp Wanfeng.

    (12)  Il-bejgħ tal-grupp Lioho u Wanfeng tar-Renju Unit.

    (13)  “At the end of 2012, China's aluminium wheel capacity approached 180 million pcs, while the sales volume surpassed 120 million pcs, with the capacity utilisation above 70 %” (Fi tmiem l-2012, il-kapaċità ta' roti tal-aluminju laħqet qrib il-180 miljun unità, filwaqt li l-volum tal-bejgħ qabeż il-120 unità, bil-kapaċità ta' użu li kienet aktar minn 70 %). Silta mill-Global and China Automotive Wheel Industry Report 2012/2013 disponibbli hawnhekk http://www.prnewswire.com/news-releases/global-and-china-automotive-wheel-industry-report-2012-2013-204706201.html

    (14)  Lista ta' kumpaniji disponibbli fil-fajl miftuħ.

    (15)  Silta disponibbli pubblikament mill-Global and China Automotive Wheel Industry Report 2013-2014 issemmi minn tal-anqas 110 SME produtturi tar-roti li huma orjentati lejn l-esportazzjoni li jfisser li hemm oħrajn li jfornu lis-suq domestiku biss. http://www.reportsnreports.com/reports/287067-global-and-china-automotive-wheel-industry-report-2013-2014.html

    (16)  L-informazzjoni dwar il-kapaċità ta' produzzjoni kienet disponibbli fis-siti web tal-kumpanija stess jew fis-siti kummerċjali u ta' bejgħ bħal http://www.made-in-china.com/ jew www.tradeee.com

    (17)  L-iżgħar kapaċità annwali ddikjarata fost il-21 produttur kooperanti hija ta' 300 000 unità għal kull sena. Minn barra dan, skont dak li rriżulta mill-investigazzjoni, tenħtieġ faċilità ta' produzzjoni ta' minn tal-anqas 300 000 unità kull sena sabiex ikun hemm vijabbiltà ekonomika. L-ammont ta' sitt miljun unità kull sena jikkorrispondi għall-akbar siti ta' produzzjoni li rriżultaw mill-investigazzjoni.

    (18)  http://www.prnewswire.com/news-releases/global-and-china-automotive-wheel-industry-report-2012-2013-204706201.html Din ir-rata ta' użu ta' 70 % tista' titqies bħala stima konservattiva. Hija stima medja għaċ-Ċina kollha kemm hija, inklużi l-kumpaniji kooperanti b'rati ta' użu kkonfermati ogħla (87 %) li tissuġġerixxi li r-rata ta' użu tal-kapaċità tal-kumpaniji nonkooperanti x'aktarx li saħansitra hija anqas.

    (19)  Ir-rata ta' użu tal-kapaċità li rriżultat mill-erba' kumpaniji inklużi fil-kampjun kienet ta' 89 % u mhux ta' 99 % kif sostniet il-parti interessata.

    (20)  Il-perċentwali jirreferi għall-kapaċità ta' produzzjoni rriveduta stmata għar-RPĊ wara l-kummenti dwar l-informazzjoni dwar il-kapaċità disponibbli pubblikament ta' wħud mill-kumpanija nonkooperanti, kif spjegat fil-premessi 68 u 69 aktar 'l isfel. Il-volum ta' produzzjoni ddikjarat tal-21 kumpanija kooperanti jirrappreżenta 48 % tal-kapaċità totali ta' produzzjoni stmata fir-RPĊ.

    (21)  Mhijiex xi ħaġa mhux tas-soltu li fiċ-Ċina l-kumpaniji l-kbar u stabbiliti sew jesternalizzaw parti mill-ordnijiet tal-produzzjoni tagħhom lil fornituri mhux relatati. Bis-saħħa t'hekk ikunu jistgħu jadattaw malajr għaż-żieda (jew għat-tnaqqis) fid-domanda u jinvolvu lil fornituri mhux relatati biss hekk kif jirnexxilhom jiksbu rati ottimali ta' użu tal-kapaċità għas-sussidjarji tagħhom stess. Din il-prattika rriżultat mill-akbar grupp fost il-gruppi produtturi inklużi fil-kampjun.

    (22)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 404/2010 tal-10 ta' Mejju 2010 li jimponi dazju provviżorju ta' anti-dumping fuq l-importazzjonijiet ta' ċerti roti tal-aluminju li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (ĠU L 117, 11.5.2010, p. 64).

    (23)  I-dettalji tal-analiżi u l-kapaċitajiet riveduti jinsabu fil-lista fil-fajl miftuħ.

    (24)  http://www.researchinchina.com/Htmls/AboutUs/Index.html

    (25)  Il-Global and China Automotive Wheel Industry Report 2012/2013 jikklassifika s-suq domestiku Ċiniż bħala b'45 miljun unità sa tmiem l-2012. Studju minn McKinsey: Bigger, better, broader: a perspective on China's auto market in 2020 (Akbar, aħjar, usa': perspettiva fuq is-suq tal-karozzi taċ-Ċina fl-2020) li jinsab hawnhekk http://www.mckinseychina.com/bigger-better-broader-a-perspective-on-chinas-auto-market-in-2020/ jikkalkula li l-industrija tal-karozzi taċ-Ċina se tikber b'rata annwali ta' 8 % bejn l-2011 u l-2020. Jekk wieħed jassumi rata ta' tkabbir simili għall-industrija tar-roti, il-kobor tas-suq domestiku huwa ta' madwar 57 miljun unità fl-2015.

    (26)  Bażi tad-dejta tal-Esportazzjonijiet taċ-Ċina b'rata ta' konverżjoni medja ta' 10,91 kg/rota.

    (27)  Daqs 91,8 miljun unità għall-21 kumpanija kooperanti u t-98,4 miljun f'kapaċità stmata tad-59 kumpanija nonkooperanti.

    (28)  Huwa diffiċli li ssir stima tal-livell ta' ħażniet. Fil-każ tar-roti AM normalment ikun hemm xi ħażniet mentri fil-każ tar-roti OEM il-livelli ta' ħażniet is-soltu jkunu insinifikanti. F'kull każ, sabiex jiġu stmati l-kapaċitajiet disponibbli għall-esportazzjoni, ma hemm l-ebda differenza sinifikanti bejn il-ħażniet u l-kapaċità ta' riżerva.

    (29)  Il-Bażi tad-dejta tal-Esportazzjonijiet taċ-Ċina. Il-volum totali tal-esportazzjonijiet mir-RPĊ (bl-esklużjoni tal-Unjoni Ewropea) ammonta għal 772 720 tunnellata (madwar 71 miljun unità) matul il-PIR li minnhom 81 % (629 854 tunnellata jiġifieri madwar 58 miljun unità) kienu destinati għall-ewwel ħames destinazzjonijiet imsemmija aktar 'il fuq.

    (30)  Minn 65 tip korrispondenti ta' prodott, 29 kienu jiswew aktar fis-suq tal-Unjoni, 32 fis-suq tal-Istati Uniti u 4 kellhom prezzijiet simili.

    (31)  Is-suq tal-Unjoni kien jiswa aktar fir-rigward ta' 29 tip ta' prodott mill-65 tip ta' prodott korrispondenti fil-każ tal-Istati Uniti. Il-kwantità ta' bejgħ mill-erba' gruppi inklużi fil-kampjun ta' dawn id-29 tip ta' prodott tirrappreżenta daqs 3,1 miljun unità jiġifieri madwar 25 % tal-bejgħ totali tagħhom lejn l-Istati Uniti. Skont il-Bażi tad-Dejta tal-Esportazzjonijiet taċ-Ċina, ir-RPĊ esportat 394 693 tunnellata ('il fuq minn 36 miljun unità) ta' roti tal-aluminju lejn l-Istati Uniti matul il-perjodu ta' investigazzjoni tar-rieżami. Il-25 % li jissemmew aktar 'il fuq jikkorrispondu għal 8,9 miljun unità li jfissru 12,7 % tal-konsum tal-Unjoni.

    (32)  Is-suq tal-Unjoni kien jiswa aktar għal 7 tipi ta' prodott fost l-20 prodott korrispondenti fil-każ tal-Kanada, għal 7 tipi ta' prodott fost il-15-il korrispondent fil-każ tal-Indja, għal 40 tip ta' prodott fost l-54 korrispondent fil-każ tal-Ġappun u għal 6 tipi ta' prodott fost it-12-il korrispondent fil-każ tal-Messiku. Dan il-bejgħ mill-produtturi esportaturi Ċiniżi inklużi fil-kampjun jirrappreżenta 2,3 miljun unità, jiġifieri madwar 22 % tal-bejgħ totali tagħhom lejn dawn il-pajjiżi. Skont il-Bażi tad-Dejta tal-Esportazzjonijiet taċ-Ċina, ir-RPĊ esportat 235 161 tunnellata (madwar 21,5 miljun unità) ta' roti tal-aluminju lejn dawn il-pajjiżi matul il-perjodu ta' investigazzjoni tar-rieżami. It-22,3 % li jissemmew aktar 'il fuq jikkorrispondu għal 4,8 miljun unità, li jfissru 6,8 % tal-konsum tal-Unjoni.

    (33)  Iċ-ċifri separati speċifiċi għall-pajjiżi huma kif ġej: is-suq tal-Unjoni kien jiswa aktar għal 7 tipi ta' prodott fost l-20 prodott korrispondenti fil-każ tal-Kanada, għal 7 tipi ta' prodott fost il-15-il korrispondent fil-każ tal-Indja, għal 40 tip ta' prodott fost l-54 korrispondent fil-każ tal-Ġappun u għal 6 tipi ta' prodott fost it-12-il korrispondent fil-każ tal-Messiku. Il-volumi għal dawn it-tipi ta' prodott jirrappreżentaw 1 263 052 rota fil-każ tal-Ġappun u 721 220 rota fl-Indja u 107 740 u 224 364 fil-Messiku u fil-Kanada rispettivament. It-total ta' dawn l-erbgħa huwa 2 316 376. Il-kwantità totali tal-bejgħ tal-erba' gruppi inklużi fil-kampjun lejn dawn l-erba' destinazzjonijiet hija ta' 10 384 797 unità li minnhom ir-ridirezzjonament probabbli (2,3 miljuni) jirrappreżenta 22,3 %. Meta ġie stmat ir-ridirezzjonament probabbli mir-RPĊ, dan it-22,3 % ġie applikat għall-esportazzjonijiet totali taċ-Ċina lejn dawn l-erba' destinazzjonijiet kif irrapportat fil-Bażi tad-Dejta tal-Esportazzjonijiet taċ-Ċina, jiġifieri 2 350 161 tunnellata (madwar 21,5 miljun unità) bir-riżultat ta' ridirezzjonament probabbli ta' 4,8 miljun unità.

    (34)  Daqs 8,9 miljuni mill-Istati Uniti u 4,8 miljuni mill-erba' destinazzjonijiet l-oħra.

    (35)  McKinsey: Bigger, better, broader: a perspective on China's auto market in 2020 li jinsab hawnhekk http://www.mckinseychina.com/bigger-better-broader-a-perspective-on-chinas-auto-market-in-2020/ jikkalkula li l-industrija tal-karozzi taċ-Ċina se tikber b'rata annwali ta' 8 % bejn l-2011 u l-2020.

    (36)  Ara n-noti minn 31 sa 34 f'qiegħ il-paġna, li fihom ġew ikkalkulati l-kwantitajiet inkwistjoni għas-swieq prinċipali tal-esportazzjoni.


    Top