Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32016R1906

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1906 tat-28 ta' Ottubru 2016 li jemenda għall-256 darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati mal-ISIL (Da'esh) u mal-organizzazzjoni Al-Qaida

C/2016/7138

ĠU L 295, 29.10.2016, p. 74–75 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2016/1906/oj

29.10.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 295/74


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/1906

tat-28 ta' Ottubru 2016

li jemenda għall-256 darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati mal-ISIL (Da'esh) u mal-organizzazzjoni Al-Qaida

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 tas-27 ta' Mejju 2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati mal-organizzazzjonijiet tal-ISIL (Da'esh) u tal-Al-Qaida (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 7(1)(a) u l-Artikolu 7a(5) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 jelenka l-persuni, il-gruppi u l-entitajiet koperti mill-iffriżar ta' fondi u riżorsi ekonomiċi skont dak ir-Regolament.

(2)

Fil-25 ta' Ottubru 2016, il-Kumitat tas-Sanzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti ddeċieda li jemenda tliet entrati fil-lista tiegħu tal-persuni, il-gruppi u l-entitajiet li għalihom għandu japplika l-iffriżar tal-fondi u tar-riżorsi ekonomiċi. L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 għandu għalhekk jiġi aġġornat skont dan,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 huwa emendat skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta' wara dak li fih jiġi ppubblikat f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun applikabbli direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-28 ta' Ottubru 2016.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Aġent Kap tas-Servizz tal-Istrumenti tal-Politika Barranija


(1)  ĠU L 139, 29.5.2002, p. 9.


ANNESS

Id-dejta tal-identifikazzjoni tal-entrati li ġejjin taħt l-intestatura “Persuni fiżiċi” fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 qed jiġu emendati kif ġej:

(a)

“Mohamed Amin Mostafa. Indirizz: Via della Martinella 132, Parma, l-Italja. Data tat-twelid: 11.10.1975. Post tat-twelid: Kirkuk, l-Iraq. Informazzjoni oħra: Taħt miżura ta' kontroll amministrattiv fl-Italja skedata li tiskadi fil-15 ta' Jannar 2012. Data tad-deżinjazzjoni msemmija fl-Artikolu 2a (4) (b): 12.11.2003.” huwa sostitwit b'dan li ġej:

“Mohamed Amin Mostafa. Data tat-twelid: 11.10.1975. Post tat-twelid: Kirkuk, l-Iraq. Nazzjonalità: Iraqina. Indirizz: Via della Martinella 132, Parma, l-Italja (Domiċilju). Informazzjoni oħra: Taħt miżura ta' kontroll amministrattiv fl-Italja skedata li tiskadi fil-15 ta' Jannar 2012. Id-data tad-deżinjazzjoni msemmija fl-Artikolu 7d(2)(i): 12.11.2003.”

(b)

“Hilarion Del Rosario Santos III (alias (a) Akmad Santos, (b) Ahmed Islam, (c) Ahmad Islam Santos, (d) Abu Hamsa, (e) Hilarion Santos III, (f) Abu Abdullah Santos, (g) Faisal Santos, (h) Lakay, (i) Aki, (j) Aqi). Titlu: Amir. Indirizz: 50, Purdue Street, Cubao, il-Belt ta' Quezon, il-Filippini. Data tat-twelid: 12.3.1966. Post tat-twelid: 686 A. Mabini Street, Sangandaan, il-Belt ta' Caloocan, il-Filippini. Nazzjonalità: Filippina. Numru tal-passaport: AA780554 (passaport Filippin). Informazzjoni oħra: (a) Fundatur u mexxej tal-Moviment Rajah Solaiman, u għandu rabtiet mal-Grupp Abu Sayyaf. (b) Detenut fil-Filippini sa minn Mejju 2011. Data tad-deżinjazzjoni msemmija fl-Artikolu 2a (4) (b): 4.6.2008.” huwa sostitwit b'dan li ġej:

“Hilarion Del Rosario Santos III (alias (a) Akmad Santos, (b) Ahmed Islam, (c) Ahmad Islam Santos, (d) Abu Hamsa, (e) Hilarion Santos III, (f) Abu Abdullah Santos, (g) Faisal Santos, (h) Lakay, (i) Aki, (j) Aqi). Titlu: Amir. Indirizz: 50, Purdue Street, Cubao, il-Belt ta' Quezon, il-Filippini. Data tat-twelid: 12.3.1966. Post tat-twelid: 686 A. Mabini Street, Sangandaan, il-Belt ta' Caloocan, il-Filippini. Nazzjonalità: Filippina. Numru tal-passaport: AA780554 (passaport Filippin). Informazzjoni oħra: (a) Fundatur u mexxej tal-Moviment Rajah Solaiman, u għandu rabtiet mal-Grupp Abu Sayyaf. (b) Detenut fil-Filippini sa minn Mejju 2011. Id-data tad-deżinjazzjoni msemmija fl-Artikolu 7d(2)(i): 4.6.2008.”

(c)

“Anas Hasan Khattab (alias (a) Samir Ahmed al-Khayat; (b) Hani; (c) Abu Hamzah; (d) Abu-Ahmad Hadud). Titlu: Amir. Data tat-twelid: 7.4.1986. Post tat-twelid: Damasku, is-Sirja. Nru ta' identifikazzjoni nazzjonali: 00351762055. Data tad-deżinjazzjoni msemmija fl-Artikolu 2a(4)(b): 23.9.2014.” huwa sostitwit b'dan li ġej:

“Anas Hasan Khattab (alias (a) Samir Ahmed al-Khayat; (b) Hani; (c) Abu Hamzah; (d) Abu-Ahmad Hadud). Titlu: Amir. Data tat-twelid: 7.4.1986. Post tat-twelid: Damasku, is-Sirja. Nazzjonalità: Sirjana. Informazzjoni Oħra: Amir amministrattiv ta' Al-Nusrah Front for the People of the Levant. Id-data tad-deżinjazzjoni msemmija fl-Artikolu 7d(2)(i): 23.9.2014.”


Top